|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/325 |
22.1.2024 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/325
tad-19 ta’ Jannar 2024
li temenda d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/68 fir-rigward tal-fond minimu tal-immarkar fuq l-armi tan-nar u l-komponenti essenzjali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2021/555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/68 (2) tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi minimi għall-immarkar tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali tagħhom sabiex tiżdied it-traċċabilità tal-arma tan-nar u l-komponenti essenzjali tagħhom u jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tagħhom. |
|
(2) |
Peress li t-titolu tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/68 fih referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE (3), li tħassret, jeħtieġ li dik ir-referenza tiġi sostitwita. |
|
(3) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/68 ma kienx fihom rekwiżit dwar il-fond minimu tal-immarkar. Huwa meħtieġ li tiġi inkluża profondità minima fil-livell tal-UE biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti għall-operaturi ekonomiċi u għall-utenti tal-armi tan-nar u jiġi ffaċilitat il-kummerċ fis-suq intern tal-UE. Barra minn hekk, sabiex jiġu allinjati mal-istandards tal-aktar swieq importanti għall-esportazzjoni tal-armi tan-nar ċivili (l-Istati Uniti u l-Kanada), huwa meħtieġ li tiġi adottata speċifikazzjoni teknika li tinvolvi fond minimu ta’ 0,0762 millimetru għall-immarkar. |
|
(4) |
Fond ta’ 0,0762 millimetru huwa teknikament fattibbli u ma jikkompromettix id-durabbiltà tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/68 tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2021/555, il-miżuri previsti fl-Artikolu 1, il-punt 2, għandhom japplikaw għal armi tan-nar u l-komponenti essenzjali tagħhom, meta jitqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba wara t-tmintax-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-att f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss, kif previst fl-Artikolu 2(1). Il-miżuri għandhom japplikaw għall-komponenti kemm jekk parti minn arma tan-nar kif ukoll jekk jitqiegħdu fis-suq separatament. |
|
(7) |
F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (4), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tad-Direttiva (UE) 2021/555, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/68 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/68, ir-referenza għad- “Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi” hija sostitwita b’referenza għad-“Direttiva (UE) 2021/555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi”; |
|
(2) |
fl-Anness, jiddaħħal il-punt 1a li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-22 ta’ Lulju 2025. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/68 tas-16 ta’ Jannar 2019 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali tagħhom skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (ĠU L 15, 17.1.2019, p. 18).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2024/325/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)