European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/312

8.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 201/2021

tad-9 ta’ Lulju 2021

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE[2024/312]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/77 tas-27 ta’ Jannar 2021 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta’ prodotti tal-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/418 tad-9 ta’ Marzu 2021 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-klorur tan-nikotinammidribosid u ċ-ċitrat malat tal-manjeżju li jintużaw fil-manifattura tas-supplimenti tal-ikel u rigward l-unitajiet tal-kejl li jintużaw għar-ram (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/468 tal-18 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzi (id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“-

32021 R 0418: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/418 tad-9 ta’ Marzu 2021 (ĠU L 83, 10.3.2021, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzu (ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“-

32021 R 0468: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/468 tat-18 ta’ Marzu 2021 (ĠU L 96, 19.3.2021, p. 6).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 192 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/120):

“193.

32021 R 0077: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/77 tas-27 ta’ Jannar 2021 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jsiru fuq ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 29, 28.1.2021, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2021/77, (UE) 2021/418 u (UE) 2021/468 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Lulju 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Rolf EINAR FIFE


(1)   ĠU L 29, 28.1.2021, p. 1.

(2)   ĠU L 83, 10.3.2021, p. 1.

(3)   ĠU L 96, 19.3.2021, p. 6.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/312/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)