European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/311

8.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 205/2021

tad-9 ta’ Lulju 2021

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/311]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/647 tal-15 ta’ Jannar 2021 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu ta’ ċerti komposti taċ-ċomb u tal-kromu eżavalenti fl-inizjaturi elettriċi u elettroniċi tal-isplussivi għall-użu ċivili (professjonali) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/643 tat-3 ta’ Frar 2021 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, il-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12q (id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“-

32021 L 0647: Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/647 tal-15 ta’ Jannar 2021 (ĠU L 133, 20.4.2021, p. 54).’

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“-

32021 R 0643: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/643 tat-3 ta’ Frar 2021 (ĠU L 133, 20.4.2021, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva Delegata (UE) 2021/647 u tar-Regolament Delegat (UE) 2021/643 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Lulju 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Rolf EINAR FIFE


(1)   ĠU L 133, 20.4.2021, p. 54.

(2)   ĠU L 133, 20.4.2021, p. 5.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/311/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)