|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/307 |
8.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 190/2021
tad-9 ta’ Lulju 2021
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/307]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1755 tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus coagulans DSM 32016 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes Suidae miftuma u mhux miftuma, tjur tas-simna u għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Biochem Zusatzstoffe Handels- und Produktionsges. mbH) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1760 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa, għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1761 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Escherichia coli KCCM 80109 u KCCM 80197 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1762 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tat-tjur għat-tismin jew imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1764 tal-25 ta’ Novembru 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1795 tat-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tal-manganiż tal-liżina u tal-aċidu glutamiku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1796 tas-30 ta’ Novembru 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum NITE BP-02524 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1797 tat-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-valina magħmula minn Escherichia coli KCCM 80159 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1798 tat-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina magħmul minn Corynebacterium glutamicum DSM 32932 u s-sulfat tal-L-liżina magħmul minn Corynebacterium glutamicum KFCC 11043 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(10) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1799 tat-30 ta’ Novembru 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mill-Komagataella phaffii CGMCC 12056 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għasafar oħra li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni: Andrés Pintaluba S.A.) (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1800 tat-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-glutamat tal-monosodju prodott bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80188 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(12) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(13) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 375 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1379) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“376. |
32020 R 1755: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1755 tal-24 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus coagulans DSM 32016 bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes Suidae miftuma u mhux miftuma, tjur tas-simna u għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni: Biochem Zusatzstoffe Handels- und Produktionsges. mbH) (ĠU L 395, 25.11.2020, p. 5). |
|
377. |
32020 R 1760: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1760 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inklużi l-ħnieżer nisa, għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S) (ĠU L 397, 26.11.2020, p. 6). |
|
378. |
32020 R 1761: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1761 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Escherichia coli KCCM 80109 u KCCM 80197 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 397, 26.11.2020, p. 10). |
|
379. |
32020 R 1762: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1762 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 32324, Bacillus subtilis DSM 32325 u Bacillus amyloliquefaciens DSM 25840 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tat-tjur għat-tismin jew imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S) (ĠU L 397, 26.11.2020, p. 14). |
|
380. |
32020 R 1764: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1764 tal-25 ta’ Novembru 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 397, 26.11.2020, p. 21). |
|
381. |
32020 R 1795: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1795 tat-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tal-ħadid tal-liżina u tal-aċidu glutamiku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 402, 1.12.2020, p. 27). |
|
382. |
32020 R 1796: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1796 tas-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-glutamina magħmula minn Corynebacterium glutamicum NITE BP-02524 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 402, 1.12.2020, p. 31). |
|
383. |
32020 R 1797: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1797 tat-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-valina magħmula minn Escherichia coli KCCM 80159 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 402, 1.12.2020, p. 36). |
|
384. |
32020 R 1798: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1798 tat-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur tal-L-liżina magħmul minn Corynebacterium glutamicum DSM 32932 u s-sulfat tal-L-liżina magħmul minn Corynebacterium glutamicum KFCC 11043 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 402, 1.12.2020, p. 39). |
|
385. |
32020 R 1799: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1799 tat-30 ta’ Novembru 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta mill-Komagataella phaffii CGMCC 12056 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għasafar oħra li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni: Andrés Pintaluba S.A.) (ĠU L 402, 1.12.2020, p. 43). |
|
386. |
32020 R 1800: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1800 tat-30 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-glutamat tal-monosodju prodott bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80188 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 402, 1.12.2020, p. 46).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1755, (UE) 2020/1760, (UE) 2020/1761, (UE) 2020/1762, (UE) 2020/1764, (UE) 2020/1795, (UE) 2020/1796, (UE) 2020/1797, (UE) 2020/1798, (UE) 2020/1799 u (UE) 2020/1800 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Lulju 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Rolf EINAR FIFE
(1) ĠU L 395, 25.11.2020, p. 5.
(2) ĠU L 397, 26.11.2020, p. 6.
(3) ĠU L 397, 26.11.2020, p. 10.
(4) ĠU L 397, 26.11.2020, p. 14.
(5) ĠU L 397, 26.11.2020, p. 21.
(6) ĠU L 402, 1.12.2020, p. 27.
(7) ĠU L 402, 1.12.2020, p. 31.
(8) ĠU L 402, 1.12.2020, p. 36.
(9) ĠU L 402, 1.12.2020, p. 39.
(10) ĠU L 402, 1.12.2020, p. 43.
(11) ĠU L 402, 1.12.2020, p. 46.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/307/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)