European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/300

8.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 196/2021

tad-9 ta’ Lulju 2021

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/300]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1565 tas-27 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal 1,4-diamminobutan, 1-metilċiklopropen, aċetat tal-ammonju, bifenażat, klorantraniliprol, klormekwat, ċiprodinil, ġebla tal-ġir, mandipropamid, bżar, piridaben, repellanti: is-smida tad-demm, l-estratti tal-alka u l-idroklorur tat-trimetilammina f’ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1566 tas-27 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għad-dażomet, għall-eksitijażoks, għall-metam u għall-metilisotijoċjanat f’ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I u fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32020 R 1565: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1565 tas-27 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 358, 28.10.2020, p. 3),

-

32020 R 1566: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1566 tas-27 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 358, 28.10.2020, p. 30).”

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32020 R 1565: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1565 tas-27 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 358, 28.10.2020, p. 3),

-

32020 R 1566: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1566 tas-27 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 358, 28.10.2020, p. 30).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2020/1565 u (UE) 2020/1566 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Lulju 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Rolf Einar FIFE


(1)   ĠU L 358, 28.10.2020, p. 3.

(2)   ĠU L 358, 28.10.2020, p. 30.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/300/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)