European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/259

11.1.2024

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/259

tal-10 ta’ Jannar 2024

li jistabbilixxi għall-2024 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, meta jkunu rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), kif ukoll kwalunkwe parir li jasal mingħand il-kunsilli konsultattivi.

(2)

Il-Kunsill ser jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kundizzjonijiet marbuta b’mod funzjonali ma’ dawk l-opportunitajiet tas-sajd, kif xieraq. L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu ffissati f’konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stabbilita fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li jiżguraw stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew tip ta’ sajd.

(3)

Għalhekk, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) jenħtieġ li jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b’kunsiderazzjoni tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxa pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-punent tal-Baħar Mediterran. Dak il-pjan għandu l-għan li jinkiseb u jinżamm ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) għall-istokkijiet fil-mira, jiġi żgurat li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirkupra l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maħsuda u jżommhom ‘il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament iridu jiġu ffissati b’mod li jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tal-MSY fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020, meta possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025. L-opportunitajiet tas-sajd iridu jingħataw bħala l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u ffissati f’konformità mar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022, kif ukoll bħala limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) u għall-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fl-ilmijiet fondi, f’konformità mal-parir xjentifiku u mal-Artikolu 7(3), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament.

(6)

L-STECF ta parir li, sabiex jintlaħqu l-miri tal-MSY fl-2025 għall-istokkijiet tal-ħut kollha fil-punent tal-Mediterran, hija meħtieġa aktar azzjoni u tnaqqis sinifikanti fil-mortalità mis-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir. Abbażi ta’ dan il-parir, għall-2024 l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir fil-punent tal-Baħar Mediterran jenħtieġ li jitnaqqas b’9.5 % meta mqabbel mal-linja bażi bejn l-2015 u l-2017, li jitnaqqas mill-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit għall-2023 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 (3).

(7)

Fl-2023, l-STECF ta parir li l-bastimenti tas-sajd bil-konz għandhom impatt fuq il-ħut riproduttiv minħabba li l-bastimenti tas-sajd bil-konz jikkontribwixxu għal 7 % tal-ħatt l-art tal-merluzz fis-subżoni ġeografiċi (GSAs) 1, 2, 5, 6,u 7 tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM), 13 % tal-ħatt l-art totali fil-GSA 10 u għal 6 % tal-GSAs 8, 9, 10 u 11. Fl-2023, l-STECF ta parir ukoll li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv tal-merluzz fil-GSAs 1, 5, 6 u 7 u fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 għadu taħt il-punt ta’ referenza tal-limitu ta’ konservazzjoni (BLIM), skont it-tifsira tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2019/1022 u li l-qabdiet jitnaqqsu b’mill-inqas 89 % fil-GSAs 1, 5, 6 u 7 u b’40 % fil-GSAs 8, 9, 10 u 11, sabiex jintlaħaq l-FMSY fl-2024. Għalhekk huwa xieraq li, għall-2024, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tas-sajd bil-konz jinżamm fl-istess livelli stabbiliti għall-2023 bir-Regolament (UE) 2023/195, abbażi tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2019/1022.

(8)

Fl-2023, l-STECF ta parir li l-mortalità mis-sajd tal-gamblu aħmar fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 għadha ’l bogħod minn livelli sostenibbli u għalhekk huma meħtieġa aktar miżuri ta’ ġestjoni. B’mod partikolari, l-STECF ta parir li, sabiex jintlaħaq l-FMSY sal-2024, il-qabdiet jenħtieġ li jitnaqqsu b’medja ta’ 58 % u speċifikament 56 % fil-GSAs 1 u 2, 59 % fil-GSA 5 u 61 % fil-GSAs 6-7. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/1022, huwa xieraq li r-reġim tal-isforz tas-sajd jiġi kkomplementat b’limiti massimi ta’ qbid. Il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 jenħtieġ li jitnaqqsu b’5 % meta mqabbla mal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti għall-2023 bir-Regolament (UE) 2023/195.

(9)

Fl-2023, l-STECF ta parir li huma meħtieġa aktar miżuri ta’ ġestjoni għall-gamblu aħmar fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 u rrakkomanda li l-qabda totali titnaqqas b’39 %. Għalhekk huwa xieraq li r-reġim tal-isforz tas-sajd jiġi kkomplementat b’limiti massimi ta’ qbid. Il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 jenħtieġ li jitnaqqsu bi 3 % meta mqabbla mal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti għall-2023 bir-Regolament (UE) 2023/195.

(10)

Fl-2023, l-STECF ta parir li huma meħtieġa aktar miżuri ta’ ġestjoni għall-gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 u rrakkomanda li l-qabda totali titnaqqas b’31 %. Għalhekk huwa xieraq li r-reġim tal-isforz tas-sajd jiġi kkomplementat b’limiti massimi ta’ qbid. Il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 jenħtieġ li jitnaqqsu bi 3 % meta mqabbla mal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti għall-2023 bir-Regolament (UE) 2023/195.

(11)

Fit-43 laqgħa annwali tagħha fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd tal-qiegħ sostenibbli fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM), li introduċiet reġim tal-isforz tas-sajd mill-2020 sal-2026 u livell limitu għall-kapaċità tal-flotta għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ. Dawk il-miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-2024 jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(12)

Fis-46 laqgħa annwali tagħha fl-2023, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/6 dwar l-implimentazzjoni fl-2024 ta’ reġim tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ ewlenin fil-Baħar Adrijatiku (il-GSAs 17 u 18), li jirriżulta mir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/6 tipprevedi tnaqqis b’4 % tar-reġim tal-isforz tas-sajd għall-bastiment bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti u tiġdid tal-livelli tal-isforz tal-2023 għall-bastimenti tat-tkarkir bit-travu. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqas 4 % mill-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastiment bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti stabbilit għall-2023 bir-Regolament (UE) 2023/195 u l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir bit-travu jenħtieġ li jinżamm fil-livelli tal-2023.

(13)

Fl-44 laqgħa annwali tagħha fl-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM), li mill-2022 sal-2029 introduċiet livell massimu ta’ qbid u limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta relatat għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għall-bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li għandhom fil-mira speċijiet pelaġiċi żgħar, b’deroga għall-flotot nazzjonali ta’ inqas minn 10 bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew bastimenti tat-tkarkir pelaġiku attivi fis-sajd għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar. Dawk il-miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-2024 jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(14)

Fis-46 laqgħa annwali tagħha fl-2023, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/5 dwar l-estensjoni tar-reġim tas-sajd tranżitorju u l-istabbiliment ta’ limitu ta’ qbid għall-2024 għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (il-GSAs 17 u 18), li jirriżulta mir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/5 tipprevedi tnaqqis tal-qabdiet għall-pelaġiċi żgħar, b’5 % għall-inċova u 9 % għas-sardina meta mqabbla mal-livelli tal-2023. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 5 % għall-inċova u 9 % għas-sardina mil-livell massimu ta’ qabdiet stabbilit għall-2023 bir-Regolament (UE) 2023/195.

(15)

Filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-flotta Slovena u l-impatt marġinali tagħha fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar u fuq l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, u f’konformità mal-paragrafu 33 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 u l-paragrafu 13 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5, jixraq li jiġu ppreżervati x-xejriet tas-sajd eżistenti u li jiġi żgurat l-aċċess mill-flotta Slovena għal kwantità minima ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar u għal allokazzjoni minima tal-isforz għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ.

(16)

Fis-46 laqgħa annwali tagħha fl-2023, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/16 dwar pjan ta’ ġestjoni fit-tul għas-sallura. Dik ir-Rakkomandazzjoni żżomm, għall-2024, il-miżuri tranżizzjonali eżistenti, il-perjodu ta’ għeluq ta’ sitt xhur u l-projbizzjoni fuq is-sajd rikreattiv. Barra minn hekk, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi li l-Partijiet Kontraenti jridu jimplimentaw miżuri addizzjonali biex inaqqsu l-mortalità mis-sajd tal-ferħ ta’ sallura b’mill-inqas 30 % fl-2024 meta mqabbla mal-perjodu ta’ referenza 2019-2021. Jenħtieġ li dawk il-miżuri japplikaw għall-ibħra kollha tal-Baħar Mediterran, għall-ilma ħelu u għall-ilmijiet salmastri bħall-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni, f’konformità ma’ dik ir-Rakkomandazzjoni,. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(17)

Fis-46 laqgħa annwali tagħha fl-2023, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/13 dwar pjan ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar (Corallium rubrum) fil-Baħar Mediterran (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27), li estendiet b’sena d-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/4 li introduċiet l-iffriżar tal-isforz tas-sajd mogħti bħala l-għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd, u limiti tal-ħsad għall-qroll aħmar. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(18)

Fis-46 laqgħa annwali tagħha fl-2023, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/14 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-lampuka (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27). Dik ir-Rakkomandazzjoni introduċiet, b’mod konsistenti mal-approċċ prekawzjonarju u għall-perjodu tranżitorju mill-2024 sal-2026, limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta, iffriżar tal-kapaċità tal-irkaptu biex jinġabar il-ħut (FADs) għal kull bastiment, limitu ta’ qbid u għeluq temporali. Għas-sajd rikreattiv, ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/14 tipprovdi wkoll li jiġi osservat limitu tal-qabda ta’ kuljum kif ukoll perjodu ta’ projbizzjoni għas-sajd kummerċjali. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni għall-perjodu tranżitorju mill-2024 sal-2026. Dawk il-miżuri huma mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ ġestjoni li ser jiġu proposti mill-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv fil-GFCM għall-pjan ta’ ġestjoni fit-tul għall-perjodu 2027-2031.

(19)

Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli ta’ stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Fliegu ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi minn 12 sa 16), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/12 u GFCM/42/2018/5. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 introduċiet reġim ta’ sforz għall-merluzz (Merluccius merluccius) u limiti ta’ qbid għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), kif ukoll l-iffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2024, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti ta’ qbid għall-gamblu abjad. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 3 % mil-limiti massimi ta’ qbid permissibbli għall-gamblu abjad, stabbiliti għall-2023 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195.

(20)

Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Fliegu ta’ Sqallija (is-subżoni ġeografiċi minn 12 sa 16), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/7 u GFCM/43/2019/6. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5 introduċiet limitu ta’ qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2024, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 3 % mil-limiti massimi ta’ qbid permissibbli għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar, stabbiliti għall-2023 bir-Regolament (UE) 2023/195.

(21)

Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Baħar Jonju (is-subżoni ġeografiċi minn 19 sa 21), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/8 u GFCM/42/2018/4. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6 introduċiet limitu ta’ qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2024, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti tal-qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 3 % mil-limiti massimi ta’ qbid permissibbli għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar, stabbiliti għall-2023 bir-Regolament (UE) 2023/195.

(22)

Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Baħar Levantin (is-subżoni ġeografiċi minn 24 sa 27), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/8 u GFCM/42/2018/4. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7 introduċiet limitu ta’ qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Għall-2024, dik ir-Rakkomandazzjoni tipprevedi tnaqqis ta’ 3 % fil-limiti tal-qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 3 % mil-limiti massimi ta’ qbid permissibbli għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar, stabbiliti għall-2023 bir-Regolament (UE) 2023/195.

(23)

Fil-45 laqgħa annwali tagħha fl-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran (is-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 3), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/4, GFCM/43/2019/2 u GFCM/41/2017/2. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3 introduċiet livelli massimi ta’ qbid għall-2023, l-2024 u l-2025, għadd massimu ta’ konzijiet u xlief awtorizzati u miżuri ġodda għas-sajd rikreattiv. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqsu 7 % mil-limiti massimi ta’ qbid permissibbli għall-paġella ħamra, stabbiliti għall-2023 bir-Regolament (UE) 2023/195.

(24)

Fit-43 laqgħa annwali tagħha fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM). Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 introduċiet mill-2020 sal-2024, TAC reġjonali aġġornata u skema ta’ allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali, kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni ulterjuri, b’mod partikolari perjodu ta’ għeluq ta’ xahrejn għas-sajd u limitazzjoni fuq il-jiem tas-sajd ta’ 180 jum fis-sena. F’konformità mar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3, dawk il-miżuri ta’ konservazzjoni ulterjuri huma marbuta mil-lat funzjonali mal-opportunitajiet tas-sajd, peress li mingħajr dawk il-miżuri fis-seħħ, il-livell tat-TAC għall-barbun imperjali jkollu jitnaqqas biex jiġi żgurat l-irkupru tiegħu. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(25)

Fis-46 laqgħa annwali tagħha fl-2023, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/7 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29), li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3. Dik ir-Rakkomandazzjoni żammet it-TAC eżistenti sal-31 ta’ Diċembru 2024. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(26)

Fis-46 laqgħa annwali tagħha fl-2023, il-GFCM approvat riport tal-kwota mhux użata tal-Unjoni għall-barbun imperjali fl-2022, fid-dawl tas-sitwazzjoni eċċezzjonali li nħolqot mill-kuntest reġjonali fil-Baħar l-Iswed. Dik il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li d-distribuzzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd li jirriżultaw mis-sottoutilizzazzjoni titwettaq abbażi tal-kontribut rispettiv ta’ kull Stat Membru lejn is-sottoutilizzazzjoni, mingħajr ma jinbidel il-koeffiċjent tad-distribuzzjoni stabbilit fir-Regolament (UE) 2023/195 dwar l-allokazzjoni annwali tat-TACs.

(27)

Abbażi tal-parir xjentifiku mogħti mill-Grupp ta’ Ħidma tal-GFCM għall-Baħar l-Iswed, il-livell attwali tal-mortalità mis-sajd tal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) jenħtieġ li jinżamm biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed. Għalhekk jixraq li jitkompla l-istabbiliment ta’ kwota awtonoma għal dawk l-istokkijiet.

(28)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (4), u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu fir-rigward tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd kif ukoll in-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni rigward il-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament.

(29)

Sabiex jiġi promoss l-użu ta’ rkapti selettivi u jiġu stabbiliti żoni ta’ għeluq effiċjenti għall-protezzjoni tal-frieħ tal-ħut u l-ħut riproduttiv, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 (5) stabbilixxa mekkaniżmu ta’ kumpens rigward ir-reġim tal-isforz għall-bastimenti tat-tkarkir. Peress li l-STECF ikompli jirrakkomanda fl-2024 t-titjib ulterjuri tas-selettività tal-irkaptu tas-sajd u taż-żoni magħluqa b’mod effiċjenti biex jiġu protetti l-frieħ tal-ħut u l-ħut riproduttiv, jixraq li jiġu allokati 4,5 % tal-jiem tas-sajd. Jekk bastiment jissodisfa żewġ kundizzjonijiet, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd għal 5 %. Jekk bastiment jissodisfa mill-inqas tliet kundizzjonijiet, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd għal 6 %.

(30)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (6) jipprevedi kundizzjonijiet addizzjonali għat-tmexxija minn sena għal sena tat-TACs inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4 tiegħu, dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema stokkijiet mhux ser ikunu soġġetti għall-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, li tfixkel l-ilħuq tal-objettivi tal-PKS u li tikkawża d-deterjorament tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-Artikolu 3(2) u (3), u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw biss għat-TACs analitiċi meta ma tintużax il-flessibbiltà ta’ sena b’ sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(31)

Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2024. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jisfruttaw l-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:

(a)

is-sallura (Anguilla anguilla), il-qroll aħmar (Corallium rubrum) u l-lampuka (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran;

(b)

il-gamblu aħmar (Aristeus antennatus), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-punent tal-Baħar Mediterran;

(c)

l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardina (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku;

(d)

il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku;

(e)

il-merluzz (Merluccius merluccius) u l-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Fliegu ta’ Sqallija;

(f)

il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta’ Sqallija, fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin;

(g)

il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran;

(h)

il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed.

2.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għal attivitajiet tas-sajd oħrajn tal-Unjoni, inkluż is-sajd rikreattiv, meta huma msemmijin b’mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ilmijiet internazzjonali” tfisser l-ilmijiet barra mis-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ kwalunkwe Stat;

(b)

“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport;

(c)

“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:

(i)

fis-sajd soġġett għall-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-kwantità tal-ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(ii)

fis-sajd l-ieħor kollu, il-kwantità ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk tul il-perjodu ta’ sena;

(d)

“kwota” tfisser proporzjon tat-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;

(e)

“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu ta’ qbid allokat b’mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ TAC maqbula;

(f)

“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha hemm disponibbli valutazzjoni analitika;

(g)

“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, ibbażata fuq id-data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li rieżami xjentifiku indika li hija ta’ kwalità biżżejjed biex tipprovdi parir xjentifiku dwar l-għażliet għall-qabdiet futuri;

(h)

“irkaptu biex jinġabar il-ħut”“(FAD)” tfisser kwalunkwe tagħmir ankrat fuq wiċċ il-baħar bl-objettiv li jattira l-ħut.

Artikolu 3

Żoni tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni ġeografiċi li ġejjin:

(a)

“subżoni ġeografiċi tal-GFCM” tfisser iż-żoni definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(b)

“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi minn 1 sa 27 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124;

(c)

“il-punent tal-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124;

(d)

“il-Baħar Adrijatiku” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124;

(e)

“il-Fliegu ta’ Sqallija” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124;

(f)

“il-Baħar Jonju” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124;

(g)

“il-Baħar Levantin” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124;

(h)

“il-Baħar Alboran” tfisser l-ilmijiet fis-subżoni ġeografiċi minn 1, 2 u 3 tal-GFCM, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124;

(i)

“il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet fis-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif definita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124.

TITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI

KAPITOLU I

Il-Baħar Mediterran

Artikolu 4

Sallura

1.   Dan l-Artikolu japplika għas-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM, għall-ilmijiet salmastri u għall-ilma ħelu. L-ilmijiet salmastri jinkludu l-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet ta’ tranżizzjoni.

2.   Għandu jkun ipprojbit it-twettiq ta’ attivitajiet tas-sajd kummerċjali għas-sallura, jew bħala speċi fil-mira jew bħala qabda aċċessorja, fl-istadji kollha tal-ħajja għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur. Għal dak l-għan, kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina perjodu wieħed jew aktar ta’ għeluq soġġett għal dan li ġej:

(a)

fejn xieraq, il-perjodu jew il-perjodi ta’ għeluq jistgħu jvarjaw fi Stat Membru wieħed minn żona tas-sajd għal oħra sabiex titqies ix-xejra tal-migrazzjoni ġeografika u temporali tas-sallura fl-istadji differenti tal-ħajja tagħha;

(b)

il-perjodu jew il-perjodi ta’ għeluq għandhom idumu mill-inqas 6 xhur konsekuttivi, jew total ta’ 6 xhur f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3; u

(c)

il-perjodu jew il-perjodi ta’ għeluq għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi ta’ konservazzjoni stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 (8), mal-pjanijiet ta’ ġestjoni nazzjonali fis-seħħ u max-xejriet tal-migrazzjoni temporali tas-sallura fl-istadju tal-ħajja rispettiv fl-Istat Membru kkonċernat.

3.   Il-perjodu ta’ għeluq għandu jkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2024, u perjodu addizzjonali ta’ għeluq ta’ tliet xhur għandu jiġi stabbilit minn kull Stat Membru kkonċernat biex iseħħ bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Novembru 2024.

4.   Is-sajd rikreattiv tas-sallura fl-istadji kollha tal-ħajja għandu jkun ipprojbit.

5.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri addizzjonali biex inaqqsu l-mortalità mis-sajd għas-sallura ta’ tul totali ta’ inqas minn 12-il cm. Dak it-tnaqqis għandu jirrappreżenta tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % meta mqabbel mal-perjodu ta’ referenza 2019-2021.

6.   Kull Stat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar:

(a)

il-perjodu ta’ għeluq jew il-perjodi ta’ għeluq li huwa jkun iddetermina f’konformità mal-paragrafi 2 sa 3 sal-1 ta’ Marzu 2024;

(b)

il-miżuri nazzjonali relatati mal-perjodu ta’ għeluq jew perjodi ta’ għeluq li huwa jkun iddetermina f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 fi żmien ġimagħtejn wara l-adozzjoni tagħhom; u

(c)

il-miżuri stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 5 sal-31 ta’ Marzu 2024.

Artikolu 5

Qroll aħmar

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaħsdu l-qroll aħmar (Corallium rubrum), jiġifieri s-sajd immirat u s-sajd rikreattiv fil-Baħar Mediterran.

2.   Għas-sajd immirat, l-għadd massimu ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-kwantitajiet massimi tal-istokkijiet tal-qroll aħmar maħsuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni kif ukoll l-attivitajiet tal-ħsad tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-livelli stabbiliti fl-Anness I.

3.   It-trażbord tal-qroll aħmar fil-baħar għandu jkun ipprojbit għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni soġġetti għall-paragrafu 2.

4.   Għas-sajd rikreattiv, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu l-qabda u ż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art tal-qroll aħmar.

Artikolu 6

Lampuka

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet tas-sajd kummerċjali kollha għall-ispeċijiet pelaġiċi mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għal-lampuka (Coryphaena hippurus) billi jużaw FADs fil-Baħar Mediterran. Dan japplika wkoll għas-sajd rikreattiv tal-lampuka fil-Baħar Mediterran.

2.   Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u tunnellaġġ gross (GT), ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għal-lampuka, hija stabbilita fl-Anness II.

3.   L-għadd massimu ta’ FADs għal kull bastiment awtorizzat jistad għal-lampuka huwa stabbilit fl-Anness II.

4.   Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-lampuka ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness II.

5.   Għas-sajd rikreattiv, l-għadd massimu ta’ qabdiet għandu jkun limitat għal 10 kg jew ħames ħutiet ta’ kwalunkwe daqs għal kull persuna kuljum, u matul il-perjodu mill-15 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Diċembru.

KAPITOLU II

Il-Punent tal-Baħar Mediterran

Artikolu 7

Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/1022 fil-punent tal-Baħar Mediterran.

2.   L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz huwa stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1022 u mal-Artikoli 26 sa 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

3.   L-allokazzjoni tal-limiti massimi ta’ qbid fost l-Istati Membri għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-punent tal-Baħar Mediterran hija wkoll stabbilita fl-Anness III.

4.   L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd mill-Istati Membri, kif stabbilit f’dan l-Artikolu u fl-Anness III, għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandha tkun f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(i)

skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(ii)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(iii)

ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(iv)

kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(v)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 8

Mekkaniżmu ta’ kumpens

1.   Għas-segment tal-flotta kkonċernatStat Membru ser ikun jista’ jagħti fl-2024 lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd ta’ 4,5%, ikkalkulata f’konformità mal-paragrafu 4, dment li l-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b’manka b’malja kwadra ta’ 45 mm sabiex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ frieħ tal-merluzz;

(b)

il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b’manka b’malja kwadra ta’ 50 mm għas-sajd fil-baħar fond sabiex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ gamblu aħmar b’tul tal-karapaċi (CL) ta’ inqas minn 25 mm fis-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 u biex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ gamblu aħmar kbir b’CL ta’ inqas minn 35 mm fis-subżoni ġeografiċi 8, 9, 10 u 11;

(c)

il-bastiment juża rkaptu regolat selettiv ħafna, li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw, skont l-istudju xjentifiku mill-STECF, fi tnaqqis ta’ mill-inqas 25 % fil-qabdiet ta’ frieħ tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ kollha jew tnaqqis ta’ mill-inqas 20 % fil-qabdiet ta’ ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ kollha meta mqabbla mal-2020, bħal għarbiel bi spazji ta’ mill-inqas 20 mm;

(d)

l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa żoni ta’ għeluq temporanji sabiex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ frieħ tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ kollha jew b’mill-inqas 20 % l-qabdiet ta’ ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ kollha;

(e)

l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ġdid għall-merluzz ta’ mill-inqas 26 cm, u jkun żgura l-infurzar tal-miżuri tekniċi xierqa biex jikkonforma ma’ dan id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni, sabiex jintlaħaq progressivament it-tul fl-ewwel maturità u jittejjeb l-istatus tal-istokkijiet tal-merluzz;

(f)

l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ġdid għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) ta’ mill-inqas 25 mm CL u għall-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) ta’ mill-inqas 35 mm CL, u jkun żgura l-infurzar tal-miżuri tekniċi xierqa biex jikkonforma ma’ dawk id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni biex jintlaħaq progressivament it-tul fl-ewwel maturità u jittejjeb l-istatus tal-istokkijiet;

(g)

l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa perjodu ta’ għeluq ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat kontinwi għall-attivitajiet tas-sajd bil-bastimenti tat-tkarkir fiż-żoni u l-perjodi rikonoxxuti bħala importanti, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, għall-protezzjoni tal-istokkijiet tal-merluzz riproduttiv; żoni bħal dawn għandhom iqisu wkoll ix-xejriet spazjali tad-distribuzzjoni tal-ħut riproduttiv, inkluż il-fond minn 150 m sa 500 m; il-perjodi tal-għeluq temporanju tas-sajd għandhom ikunu minn Frar sa Marzu u minn Ottubru sa Novembru;

(h)

l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa perjodu ta’ għeluq għall-attivitajiet tas-sajd li jużaw bastimenti tat-tkarkir doppji;

(i)

l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa perjodu ta’ għeluq għall-attività tas-sajd bil-bastimenti tat-tkarkir f’fond li jaqbeż it-800 m;

(j)

l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa żoni ta’ għeluq permanenti sabiex jitnaqqsu b’mill-inqas 25 % l-qabdiet ta’ frieħ tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ kollha jew b’mill-inqas 20 % l-qabdiet ta’ ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ kollha;

(k)

il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b’bibien sospiżi fuq wiċċ l-ilma jew sospiżi fl-ilma, jew bibien oħra li jnaqqsu l-kuntatt tal-bibien u l-irkaptu ma’ qiegħ il-baħar, biex jippreservaw il-ħabitats essenzjali tal-ħut tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ;

(l)

l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa perjodu ta’ għeluq ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat kontinwi għall-attivitajiet tas-sajd bil-bastimenti tat-tkarkir fiż-żoni u l-perjodi rikonoxxuti bħala importanti, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, għall-protezzjoni tal-gamblu aħmar u/jew tal-gamblu aħmar kbir.

2.   Jekk bastiment jissodisfa tnejn mill-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd għal 5 %, ikkalkulata f’konformità mal-paragrafu 4.

3.   Jekk bastiment jissodisfa mill-inqas tlieta mill-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jżid l-allokazzjoni addizzjonali ta’ jiem tas-sajd għal 6 %, ikkalkulata f’konformità mal-paragrafu 4.

4.   L-allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd għandha tiġi kkalkulata mill-isforz massimu permess fil-linja bażi bejn l-2015 u l-2017 għas-segment rilevanti tal-flotta tal-Istat Membru kkonċernat, mill-1 ta’ Jannar 2024.

5.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-lista tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati b’tali allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd, kif ukoll l-għadd relatat ta’ jiem addizzjonali tas-sajd.

6.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf ukoll b’mod separat, kull xahar, lill-Kummissjoni bl-isforz implimentat biex jinqata’ mill-kwota addizzjonali msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 billi juża kodiċijiet tar-rapportar speċifiċi għal dik l-allokazzjoni.

7.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru, l-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Reġistrazzjoni u trażmissjoni tad- data

1.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jittrażmettu d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

2.   Huma u jibagħtu d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 , l-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness III.

KAPITOLU III

Il-Baħar Adrijatiku

Artikolu 10

Stokkijiet pelaġiċi żgħar

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu s-sardina (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus) fil-Baħar Adrijatiku.

2.   Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness IV.

3.   Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’kW, GT u l-għadd, ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar hija stabbilita fl-Anness IV.

4.   L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 11

Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku.

2.   L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ u l-kapaċità massima tal-flotta fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness IV.

3.   Stat Membru jista’ jemenda l-allokazzjoni tal-isforz tas-sajd tiegħu kif stabbilit fl-Anness IV billi jittrasferixxi l-jiem tas-sajd fost il-gruppi tal-isforz tas-sajd tal-istess żona ġeografika u/jew irkaptu, dment li japplika fattur tal-konverżjoni nazzjonali appoġġat mill-aqwa parir xjentifiku disponibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-isforz massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 12

Trażmissjoni tad- data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data relatata ma’ ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda, għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokk stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

Il-Fliegu ta’ Sqallija

Artikolu 13

Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius) u l-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Fliegu ta’ Sqallija.

2.   Il-livell massimu ta’ qabdiet tal-gamblu abjad ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness V.

3.   L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-merluzz u l-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huwa stabbilit fl-Anness V.

4.   L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 14

Gamblu tal-fond

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta’ Sqallija.

2.   Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu hija stabbilita fl-Anness V.

3.   Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 15

Trażmissjoni tad- data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data relatata ma’ ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda, għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokk stabbiliti fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU V

Il-Baħar Jonju u l-Baħar Levantin

Artikolu 16

Gamblu tal-fond

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin.

2.   Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f’għadd ta’ bastimenti, kW u GT, ta’ bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, hija stabbilita fl-Anness VI.

3.   Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VI.

KAPITOLU VI

Il-Baħar Alboran

Artikolu 17

Paġella ħamra

1.   Dan l-Artikolu japplika għas-sajd kummerċjali u rikreattiv bil-konzijiet u bix-xlief minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran.

2.   Il-livell massimu ta’ qabdiet ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VII.

3.   L-għadd massimu ta’ konzijiet u xlief awtorizzati jistadu għall-paġella ħamra huwa stabbilit fl-Anness VII.

4.   Għall-attivitajiet tas-sajd rikreattiv, l-għadd massimu ta’ qabdiet għandu jkun limitat għal ħuta waħda għal kull sajjied kuljum. Id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 40 cm għall-paġella ħamra għandu japplika għas-sajd rikreattiv fil-Baħar Alboran. Is-sajd rikreattiv għal dik l-ispeċi għandu jkun ipprojbit matul il-perjodu tal-għeluq tas-sajd kummerċjali stabbilit fil-livell nazzjonali.

KAPITOLU VII

Il-Baħar l-Iswed

Artikolu 18

Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar l-Iswed.

2.   Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla, l-allokazzjoni ta’ tali kwota fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbuta mil-lat funzjonali magħha, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness VIII.

3.   L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta’ sena b’sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 19

Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed.

2.   It-TAC tal-Unjoni għall-barbun imperjali applikabbli fil-Baħar l-Iswed, l-allokazzjoni tat-tali TAC fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbuta mil-lat funzjonali magħha, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness VIII.

3.   L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta’ sena b’sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 20

Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-barbun imperjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18, irrispettivament mit-tul kumplessiv tal-bastiment, ma għandhomx jaqbżu l-180 jum tas-sajd fis-sena.

Artikolu 21

Perjodu ta’ għeluq għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu kwalunkwe attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art, u l-ewwel bejgħ, tal-barbun imperjali fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswe d

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 17 u 18 għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 23

Trażmissjoni tad- data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data relatata ma’ ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-laċċa kaħla u tal-barbun imperjali maqbuda fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed, għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokk stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/110 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 220).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 165).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2023 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) (ĠU L, 2023/2124, 12.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2124/oj).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17).


ANNESS I

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA' ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-GFCM GĦALL-QROLL AĦMAR FIL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli f'dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu permissibbli ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-livell massimu ta' kwantitajiet maħsuda tal-qroll aħmar fil-Baħar Mediterran.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Corallium rubrum

COL

Qroll aħmar


Tabella 1

Għadd massimu ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd  (*1)

Stati Membri

Qroll aħmar COL

Il-Greċja

12

Spanja

0  (*2)

Franza

32

Il-Kroazja

28

L-Italja

40


Tabella 2

Livell massimu ta' kwantitajiet maħsuda mogħtija f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Qroll aħmar

Corallium rubrum

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Mediterran - GSAs 1-27

COL/GF 1-27

Il-Greċja

1,844

 

 

Spanja

0  (*3)

 

Franza

1,400

 

Il-Kroazja

1,226

 

L-Italja

1,378

 

L-Unjoni

5,848

 

TAC

Mhux rilevanti

 


(*1)  Jirrappreżenta l-għadd ta' bastimenti jew bugħaddasa, jew it-tnejn li huma, jew l-abbinament ta' bugħaddas wieħed ma' bastiment wieħed, awtorizzati għall-ħsad tal-qroll aħmar.

(*2)  Skont il-projbizzjoni temporanja attwali sa April 2024 għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilita fl-ilmijiet Spanjoli, sakemm tittieħed deċiżjoni oħra fi tmiem dak il-perjodu.

(*3)  Skont il-projbizzjoni temporanja attwali sa April 2024 għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilita fl-ilmijiet Spanjoli, sakemm tittieħed deċiżjoni oħra fi tmiem dak il-perjodu.


ANNESS II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-LAMPUKI FIL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli f'dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu, il-kW u l-GT tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-lampuki bl-użu ta' FADs fil-Baħar Mediterran u l-livell massimu tal-qabdiet.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Coryphaena hippurus

DOL

Lampuka

(a)   Il-kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti li jistadu għal-lampuki bl-użu ta' FADs fil-Baħar Mediterran (GSAs 1-27)

Stat Membru

Għadd ta' bastimenti

kW

GT

L-Italja

797

67 925,37

7 203

Malta

130

16 662

1 296,28

Spanja

45

2 105,73

153,34

(b)   L-għadd massimu ta' FADs għal kull bastiment awtorizzat biex jistad għal-lampuki fil-Baħar Mediterran (GSAs 1-27)

Stat Membru

L-għadd ta' FADs għal kull bastiment

L-Italja

100

Malta

200

Spanja

50

(c)   Il-livell massimu ta' qabdiet f'tunnellati ta' piż ħaj maqbuda fil-Baħar Mediterran (GSAs 1-27) (*1)

Speċi:

Lampuka

Coryphaena hippurus

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tal-GSAs 1-27 tal-GFCM

(DOL/MED)

L-Italja

1 174

 

Livell massimu ta' qabdiet

Malta

517

 

Spanja

127

 

L-Unjoni

1 818

 (*1)

TAC

Mhux rilevanti

 


(*1)  Din il-kwota tista' tiġi mistada biss bejn il-15 ta' Awwissu u l-31 ta' Diċembru 2024 f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2023/2124.


ANNESS III

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET DEMERSALI FIL-PUNENT TAL-BAĦAR MEDITERRAN

It-tabelli f'dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f'jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2019/1022, il-limiti massimi ta' qbid u t-tul globali għat-tipi kollha ta' bastimenti tat-tkarkir (1) 1 u bastimenti bil-konz tal-qiegħ li jistadu għall-istokkijiet demersali fil-Punent tal-Baħar Mediterran.

L-opportunitajiet tas-sajd kollha stabbiliti f'dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu aħmar

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

1.   Sforz tas-sajd massimu permissibbli (f'jiem tas-sajd)

(a)   Għadd ta' jiem tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta' Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7)

Grupp ta' stokkijiet

Tul globali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Kodiċi tal-allokazzjoni addizzjonali

It-trilja tal-ħama fil-GSAs 1, 5, 6 u 7; il-merluzz fil-GSAs 1, 5, 6 u 7; il-gamblu abjad fil-GSAs 1, 5 u 6; l-iskampu fil-GSAs 5 u 6

< 12-il m

1 507

0

0

EFF1/MED1_TR1

EFF1/MED1_TR1_AA

≥ 12-il m u < 18-il m

16 189

0

0

EFF1/MED1_TR2

EFF1/MED1_TR2_AA

≥ 18-il m u < 24 m

30 375

3 429

0

EFF1/MED1_TR3

EFF1/MED1_TR3_AA

≥ 24 m

10 698

4 173

0

EFF1/MED1_TR4

EFF1/MED1_TR4_AA

Il-gamblu aħmar fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7

< 12-il m

0

0

0

EFF2/MED1_TR1

EFF2/MED1_TR1_AA

≥ 12-il m u < 18-il m

759

0

0

EFF2/MED1_TR2

EFF2/MED1_TR2_AA

≥ 18-il m u < 24 m

7 690

0

0

EFF2/MED1_TR3

EFF2/MED1_TR3_AA

≥ 24 m

6 173

0

0

EFF2/MED1_TR4

EFF2/MED1_TR4_AA

(b)   Għadd ta' jiem tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir fil-Gżira ta' Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta' Sardenja (GSAs 8, 9, 10 u 11)

Grupp ta' stokkijiet

Tul globali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Kodiċi tal-allokazzjoni addizzjonali

It-trilja tal-ħama fil-GSAs 8, 9, 10 u 11; il-merluzz fil-GSAs 8, 9, 10 u 11; il-gamblu abjad fil-GSAs 9, 10 u 11; l-iskampu fil-GSAs 9 u 10

< 12-il m

0

139

1 969

EFF1/MED2_TR1

EFF1/MED2_TR1_AA

≥ 12 m u < 18 m

0

556

29 613

EFF1/MED2_TR2

EFF1/MED2_TR2_AA

≥ 18 m u < 24 m

0

139

19 915

EFF1/MED2_TR3

EFF1/MED2_TR3_AA

≥ 24 m

0

139

2 658

EFF1/MED2_TR4

EFF1/MED2_TR4_AA

Gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8, 9, 10 u 11

< 12-il m

0

0

326

EFF2/MED2_TR1

EFF2/MED2_TR1_AA

≥ 12 m u < 18 m

0

0

2 402

EFF2/MED2_TR2

EFF2/MED2_TR2_AA

≥ 18 m u < 24 m

0

0

1 934

EFF2/MED2_TR3

EFF2/MED2_TR3_AA

≥ 24 m

0

0

259

EFF2/MED2_TR4

EFF2/MED2_TR4_AA

(c)   Għadd ta' jiem tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta' Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7)

Grupp ta' stokkijiet

Tul globali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Il-merluzz fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7

< 12-il m

9 433

6 432

0

EFF1/MED1_LL1

≥ 12 m u < 18 m

2 148

93

0

EFF1/MED1_LL2

≥ 18 m u < 24 m

74

0

0

EFF1/MED1_LL3

≥ 24 m

29

0

0

EFF1/MED1_LL4

(d)   Għadd ta' jiem tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ fil-Gżira ta' Korsika, fil-Baħar tal-Ligurja, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta' Sardenja (GSAs 8, 9, 10 u 11)

Grupp ta' stokkijiet

Tul globali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Il-merluzz fil-GSAs 8, 9, 10 u 11

< 12-il m

0

1 650

33 187

EFF1/MED2_LL1

≥ 12 m u < 18 m

0

51

4 748

EFF1/MED2_LL2

≥ 18 m u < 24 m

0

0

26

EFF1/MED2_LL3

≥ 24 m

0

0

0

EFF1/MED2_LL4

2.   Limiti massimi ta' qbid għall-gamblu tal-fond

(a)   Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta' Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7) mogħtija bħala livell massimu ta' qabdiet f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar

Aristeus antennatus

Żona:

GSAs 1, 2, 5, 6 u 7

(ARA/GF1-7)

Spanja

787

 

Livell massimu ta' qabdiet

Franza

51

 

L-Italja

0

 

L-Unjoni

838

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(b)   Opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) u l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Gżira ta' Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta' Sardinja (GSAs 8, 9, 10 u 11) mogħtija bħala livell massimu ta' qabdiet f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar

Aristeus antennatus

Żona:

GSAs 8, 9, 10 u 11

(ARA/GF8-11)

Spanja

0

 

Livell massimu ta' qabdiet

Franza

9

 

L-Italja

236

 

L-Unjoni

245

 

TAC

Mhux rilevanti

 


Speċi:

Gamblu aħmar kbir

Aristaeomorpha foliacea

Żona:

GSAs 8, 9, 10 u 11

(ARS/GF8-11)

Spanja

0

 

Livell massimu ta' qabdiet

Franza

5

 

L-Italja

344

 

L-Unjoni

349

 

TAC

Mhux rilevanti

 


(1)  TBB, OTB, PTB, TBN, TBS, TB, OTM, PTM, TMS, TM, OTT, OT, PT, TX, OTP u TSP.


ANNESS IV

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU

It-tabelli f'dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta' sforz tal-bastimenti u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, inkluż l-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-ħut pelaġiku żgħir.

L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f'dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Engraulis encrasicolus

ANE

Inċova

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

Sardina pilchardus

PIL

Sardina

Solea solea

SOL

Lingwata komuni

1.   Stokkijiet pelaġiċi żgħar – GSAs 17 u 18

Livell massimu ta' qabdiet mogħti f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Speċijiet pelaġiċi żgħar (inċova u sardin)

Engraulis encrasicolus u Sardina pilchardus

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tal-GSAs 17 u 18 tal-GFCM

(SP1/GF 17-18)

L-Italja

30 672

 (*1)

Livell massimu ta' qabdiet

Il-Kroazja

47 139

TAC

Mhux rilevanti

Il-kapaċità massima tal-flotta ta' bastimenti tat-tkarkir u bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jistadu b'mod attiv għal pelaġiċi żgħar

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta' bastimenti

kW

GT

Il-Kroazja

PS

249

77 145,52

18 537,72

L-Italja

PTM, OTM u PS

685

134 556,7

25 852

Is-Slovenja  (*2)

PS

4

433,7

38,5

2.   Stokkijiet demersali – GSAs 17 u 18

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f'jiem tas-sajd) skont it-tipi ta' xbieki tat-tkarkir u s-segment tal-flotta li jistadu għal stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-GSAs 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku)

 

 

 

 

 

Jiem tas-sajd 2024

Tip ta' rkaptu

Żona ġeografika

Stokkijiet ikkonċernati

Tul globali tal-bastimenti

Kodiċi tal-grupp tal-isforz

L-Italja

Il-Kroazja

Is-Slovenja

Xbieki tat-tkarkir (OTB)

Is-subżoni 17 u 18 tal-GFCM

Trilja tal-ħama; merluzz; gamblu abjad; u skampu

< 12-il m

EFF/MED3_OTB_TR1

3 098

9 864

 (*3)

≥ 12 m u < 24 m

EFF/MED3_OTB_TR2

69 625

22 981

 (*3)

≥ 24 m

EFF/MED3_OTB_TR3

6 100

2 063

 (*3)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu (TBB)

Is-subżona 17 tal-GFCM

Lingwata komuni

< 12-il m

EFF/MED3_TBB_TR1

194

0

0

≥ 12 m u < 24 m

EFF/MED3_TBB_TR2

3 635

0

0

≥ 24 m

EFF/MED3_TBB_TR3

3 614

0

0

Il-kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ u tal-bastimenti bi xbieki tat-tkarkir bit-travu awtorizzati għas-sajd tal-istokkijiet demersali

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta' bastimenti

kW

GT

Il-Kroazja

OTB

495

79 867,99

13 267,99

L-Italja

OTB u TBB

1 363

260 618,37

47 148

Is-Slovenja  (*4)

OTB

11

1 813,00

168,67


(*1)  Għas-Slovenja, il-kwantitajiet huma bbażati fuq il-livell tal-qabdiet li saru fl-2014 u jenħtieġ li ma jaqbżux it-300 tunnellata.

(*2)  Id-dispożizzjoni skont il-paragrafu 28 ta' GFCM/44/2021/20 ma għandhiex tapplika għall-flotot nazzjonali ta' inqas minn 10 bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li jistadu b'mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar, kif irreġistrat kemm fir-reġistru nazzjonali u f'dak tal-GFCM fl-2014. F'dak il-każ, il-kapaċità tal-flotta attiva tista' tiżdied b'mhux aktar minn 50 % tal-għadd ta' bastimenti u f'termini ta' tunnellaġġ gross (GT), tunnellaġġ reġistrat gross (GRT) u kW.

(*3)  Is-Slovenja ma għandhiex taqbeż il-limitu tal-isforz ta' 3 000 jum tas-sajd fis-sena f'konformità mal-paragrafu 13 ta' GFCM/43/2019/5.

(*4)  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 9(c) u 28 ta' GFCM/43/2019/5 ma għandhomx japplikaw għall-flotot nazzjonali li joperaw bix-xibka tat-tkarkir (OTB) u li jistadu għal inqas minn 1 000 jum matul il-perjodu ta' referenza msemmi fil-paragrafu 9(c) ta' GFCM/43/2019/5. Il-kapaċità tas-sajd tal-flotta attiva li topera bix-xbieki tat-tkarkir (OTB) ma għandhiex tiżdied b'aktar minn 50 % fir-rigward ta' dak il-perjodu ta' referenza.


ANNESS V

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-FLIEGU TA' SQALLIJA

It-tabelli f'dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta' sforz tal-bastimenti u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, inkluż l-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet demersali u għall-gamblu tal-fond.

L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f'dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu aħmar

1.   Stokkijiet demersali

(a)   Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f'għadd ta' bastimenti, kW u GT, ta' bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati biex jistadu għall-istokkijiet demersali fil-Fliegu ta' Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16)

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta' bastimenti

kW

GT

Ċipru

OTB

1

265

105

Spanja

OTB

1

100

118

L-Italja

OTB

594

144 175

36 856

Malta

OTB

15

5 562

2 007

(b)   Il-livell massimu tal-isforz tas-sajd (f'jiem tas-sajd), għall-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ li jistadu għall-merluzz (Merluccius merluccius) fil-Fliegu ta' Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16)

Stat Membru

Irkaptu

Tul tal-bastiment

Kodiċi tal-grupp tal-isforz

Jiem tas-sajd 2024

CYP

OTB

T-12

EFF4/MED4_OTB4

51

ITA

OTB

T-07

EFF4/MED4_OTB1

90

ITA

OTB

T-10

EFF4/MED4_OTB2

188

ITA

OTB

T-11

EFF4/MED4_OTB3

19 366

ITA

OTB

T-12

EFF4/MED4_OTB4

3 657

MLT

OTB

T-11

EFF4/MED4_OTB3

338

MLT

OTB

T-12

EFF4/MED4_OTB4

165

(c)   Il-livell massimu ta' qabdiet tal-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Fliegu ta' Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16) mogħti f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Gamblu abjad

Parapenaeus longirostris

Żona:

GSAs 12, 13, 14, 15 u 16

(DPS/GF 12-16)

Ċipru

1

 

Limitu analitiku ta' qbid

L-Italja

2 083

 

Malta

6

 

L-Unjoni

2 090

 

TAC

Mhux rilevanti

 

2.   Gamblu tal-fond

(a)   Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f'għadd ta' bastimenti, kW u GT, ta' bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet ta' gamblu tal-fond fil-Fliegu ta' Sqallija (GSAs 12, 13 14, 15 u 16)

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta' bastimenti

kW

GT

Ċipru

OTB

1

265

105

Spanja

OTB

2

440,56

218,78

L-Italja

OTB

320

93 756

26 076

Malta

OTB

15

5 562

2 007

(b)   Il-livell massimu ta' qabdiet tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Fliegu ta' Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16) mogħti f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar kbir

Aristaeomorpha foliacea

Żona:

GSAs 12, 13, 14, 15 u 16

(ARS/GF 12-16)

Spanja

1

 

Limitu analitiku ta' qbid

L-Italja

844

 

Ċipru

0

 

Malta

36

 

L-Unjoni

881

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(c)   Il-livell massimu ta' qabdiet tal-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta' Sqallija (GSAs 12, 13, 14, 15 u 16) mogħti f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar

Aristeus antennatus

Żona:

GSAs 12, 13, 14, 15 u 16

(ARA/GF 12-16)

Spanja

1

 

Limitu prekawzjonarju ta' qbid

L-Italja

98

 

Ċipru

0

 

Malta

2

 

L-Unjoni

101

 

TAC

Mhux rilevanti

 


ANNESS VI

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR JONJU U FIL-BAĦAR LEVANTIN

It-tabelli f'dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet demersali fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu aħmar

1.   Il-Baħar Jonju

(a)   Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f'għadd ta' bastimenti, kW u GT, ta' bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet ta' gamblu tal-fond fil-Baħar Jonju (GSAs 19, 20 u 21)

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta' bastimenti

kW

GT

Il-Greċja

OTB

240

69 281

23 101

L-Italja

OTB

410

95 996

22 252

Malta

OTB

15

5 562

2 007

(b)   Il-livell massimu ta' qabdiet tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Baħar Jonju (GSAs 19, 20 u 21) mogħti f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar kbir

Aristaeomorpha foliacea

Żona:

GSAs 19, 20 u 21 (ARS/GF 19-21)

Il-Greċja

33

 

Limitu analitiku ta' qbid

L-Italja

303

 

Malta

45

 

L-Unjoni

381

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(c)   Il-livell massimu ta' qabdiet tal-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Jonju (GSAs 19, 20 u 21) mogħti f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar

Aristeus antennatus

Żona:

GSAs 19, 20 u 21 (ARA/GF 19-21)

Il-Greċja

14,5

 

Limitu analitiku ta' qbid

L-Italja

242,5

 

Malta

0

 

L-Unjoni

257

 

TAC

Mhux rilevanti

 

2.   Il-Baħar Levantin

(a)   Il-kapaċità massima tal-flotta, mogħtija f'għadd ta' bastimenti, kW u GT, ta' bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati li jistadu għall-istokkijiet ta' gamblu tal-fond fil-Baħar Levantin (GSAs 24, 25, 26 u 27)

Stat Membru

Irkaptu

Għadd ta' bastimenti

kW

GT

Ċipru

OTB

6

2 048

618

L-Italja

OTB

80

37 192

13 199

(b)   Il-livell massimu ta' qabdiet tal-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fil-Baħar Levantin (GSAs 24, 25, 26 u 27) mogħti f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar kbir

Aristaeomorpha foliacea

Żona:

GSAs 24, 25, 26 u 27 (ARS/GF 24-27)

L-Italja

46,4

 

Limitu prekawzjonarju ta' qbid

Ċipru

11,6

 

L-Unjoni

58

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(c)   Il-livell massimu ta' qabdiet tal-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Levantin (GSAs 24, 25, 26 u 27) mogħti f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Gamblu aħmar

Aristeus antennatus

Żona:

GSAs 24, 25, 26 u 27 (ARA/GF 24-27)

L-Italja

9,4

 

Limitu prekawzjonarju ta' qbid

Ċipru

5,6

 

L-Unjoni

15

 

TAC

Mhux rilevanti

 


ANNESS VII

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ALBORAN

(a)   Il-livell massimu ta' qabdiet li jsiru bil-konzijiet u bix-xlief mogħti f'tunnellati ta' piż ħaj

Speċi:

Paġella ħamra

Pagellus bogaraveo

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar Alboran – GSAs 1, 2 u 3 (SBR/GF 1-3)

Spanja

29,76

 

Livell massimu ta' qabdiet

L-Unjoni

29,76

 

TAC

Mhux rilevanti

 

(b)   Għadd massimu ta' konzijiet u xlief awtorizzati għas-sajd fil-Baħar Alboran (GSAs 1, 2 u 3)

Stat Membru

Paġella ħamra fil-GSAs 1, 2 u 3

Spanja

82


ANNESS VIII

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED

It-tabelli f'dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, mogħtija f'tunnellati ta' piż ħaj, skont l-istokk u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali.

L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f'dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenza għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla

Scophthalmus maximus

TUR

Barbun imperjali


Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed – GSA 29

(SPR/F3742C)

Il-Bulgarija

8 032,50

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Ir-Rumanija

3 442,50

 

L-Unjoni

11 475

 

TAC

Mhux rilevanti

 


Speċi:

Barbun imperjali

Scophthalmus maximus

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed – GSA 29

(TUR/F3742C)

Il-Bulgarija

95

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Ir-Rumanija

75

 

L-Unjoni

170

 (*1)

TAC

857

 


(*1)  Mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju 2024 ma għandha tkun permessa l-ebda attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/259/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)