|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/239 |
16.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/239
tal-15 ta’ Jannar 2024
li jikkoreġi u jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421, (UE) 2022/652, (UE) 2022/1490 u (UE) 2022/320
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-użu taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, taż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ u taż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck bħala addittivi tal-għalf ġie awtorizzat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1421 (2) għal perjodu ta’ 10 snin. Fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421, il-miżuri tranżizzjonali li jikkonċernaw il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom l-addittivi kkonċernati u li huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel tħallew barra bi żball. Barra minn hekk, fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Settembru 2021 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ma setgħetx tikkonkludi dwar is-sikurezza taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, taż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ u taż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck bħala addittivi tal-għalf għall-klieb, għall-qtates, għall-ħut ornamentali u għall-għasafar ornamentali, minħabba li dawn normalment ma jiġux esposti għall-prodotti sekondarji taċ-ċitru. L-Awtorità ċċarat ukoll li ż-żejt tal-larinġ ikkonċentrat identifikat bħala 2b143-f-ii fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421 mhuwiex maħsub għall-użu fuq iż-żwiemel, il-fniek, il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali. Għalhekk, kien jenħtieġ li dawk l-ispeċijiet ma jiddaħħlux fil-kolonna “Speċi jew kategorija tal-annimal” tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421 fir-rigward tal-addittivi kkonċernati. Jenħtieġ li t-titolu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421 jiġi aġġustat skont dan biex jirrifletti l-fatt li l-awtorizzazzjoni tal-addittivi kkonċernati hija relatata ma’ ċerti speċijiet tal-annimali biss. |
|
(2) |
L-użu tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw bħala addittiv tal-għalf ġie awtorizzat għal ċerti speċijiet tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/652 (4) għal perjodu ta’ 10 snin. Fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Ġunju 2021 (5), l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar is-sikurezza tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw bħala addittiv tal-għalf għall-klieb, għall-qtates u għall-ħut ornamentali, minħabba li dawn normalment ma jiġux esposti għall-prodotti sekondarji taċ-ċitru. Barra minn hekk, entrata li tkopri speċijiet oħrajn ta’ annimali għajr dawk imsemmija fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/652 tħalliet barra bi żball. Għalhekk, jenħtieġ li l-kolonna “Speċi jew kategorija tal-annimal” tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/652 tirreferi għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali kif ukoll l-għasafar ornamentali, li anke dawn normalment ma jiġux esposti għall-prodotti sekondarji taċ-ċitru skont il-konklużjonijiet tal-Awtorità fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Settembru 2021. |
|
(3) |
L-użu taż-żejt essenzjali tal-lumi espress, tal-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi espress distillat, taż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u taż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat bħala addittivi tal-għalf ġiew awtorizzat għal ċerti speċijiet tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1490 (6) għal perjodu ta’ 10 snin. Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Marzu 2021 (7), l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar is-sikurezza taż-żejt tal-lumi espress u tal-frazzjoni residwa tiegħu u taż-żejt tal-ixkomp bħala addittivi tal-għalf għall-annimali tal-kumpanija u għall-ħut ornamentali, minħabba li dawn normalment ma jiġux esposti għall-prodotti sekondarji taċ-ċitru. Għalhekk, kien jenħtieġ li l-ħut ornamentali ma jiddaħħalx fil-kolonna “Speċi jew kategorija tal-annimal” tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1490 fir-rigward tal-addittiv identifikat bħala 2b141-eo. Barra minn hekk, entrata li tkopri speċijiet oħrajn ta’ annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali, kif ukoll l-għasafar ornamentali, li anke dawn normalment ma jiġux esposti għall-prodotti sekondarji taċ-ċitru skont il-konklużjonijiet tal-Awtorità fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Settembru 2021, tħalliet barra bi żball u għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża fil-kolonna “Speċi jew kategorija tal-annimal” tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1490 għall-addittivi identifikati bħala 2b139-eo, 2b139-rf u 2b141-eo. Fl-aħħar nett, entrata li tkopri “speċijiet oħrajn ta’ annimali” tħalliet barra bi żball u għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża fil-kolonna “Speċi jew kategorija tal-annimal” tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1490 għall-addittiv identifikat bħala 2b139-di. |
|
(4) |
L-użu taż-żejt essenzjali espress tal-mandolin bħala addittiv fl-għalf ġie awtorizzat għat-tjur tat-trobbija, għall-ħnieżer, għar-ruminanti, għaż-żwiemel, għall-fniek u għas-salmonidi bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/320 (8) għal perjodu ta’ 10 snin. Fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/320, il-miżuri tranżizzjonali li jikkonċernaw il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom l-addittivi kkonċernati u li huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel tħallew barra bi żball. Barra minn hekk, l-entrata li tkopri “speċijiet oħrajn ta’ annimali” tħalliet barra bi żball fil-kolonna “Speċi jew kategorija tal-annimal” tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/320. Fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Mejju 2021 (9), l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar is-sikurezza taż-żejt essenzjali espress tal-mandolin bħala addittiv fl-għalf għall-klieb, għall-qtates u għall-ħut ornamentali, minħabba li dawn normalment ma jiġux esposti għall-prodotti sekondarji taċ-ċitru. Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Settembru 2021, l-Awtorità kkonkludiet li anke l-għasafar ornamentali normalment ma jiġux esposti għall-prodotti sekondarji taċ-ċitru. Għalhekk, jenħtieġ li fil-kolonna “Speċi jew kategorija tal-annimal” tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/320 tiddaħħal entrata li tkopri speċijiet oħrajn ta’ annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali. Jenħtieġ li t-titolu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/320 jiġi aġġustat skont dan biex jirrifletti l-fatt li l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali espress tal-mandolin hija relatata ma’ lista usa’ tal-ispeċijiet tal-annimali. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421, (UE) 2022/652, (UE) 2022/1490 u (UE) 2022/320 jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-korrezzjonijiet, jixraq li tiġi prevista estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421, (UE) 2022/652, (UE) 2022/1490 u (UE) 2022/320 biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawk il-korrezzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li dawn ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni jiġu emendati skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjoni u emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421
1. It-titolu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1421 tat-22 ta’ Awwissu 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, taż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ, u taż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati, mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali”.
2. L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u l-premixxeli li jkun fihom dawn is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Frar 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Frar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.”.
3. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421 huwa sostitwit bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni u emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/652
1. L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/652 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-premixxeli li jkun fihom din is-sustanza, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabelil-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Frar 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Frar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.”.
2. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/652 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Korrezzjoni u emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1490
1. L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1490 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u l-premixxeli li jkun fihom dawn is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024 , jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Frar 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Frar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.”.
2. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1490 huwa sostitwit bl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Korrezzjoni u emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/320
1. It-titolu tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/320 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/320 tal-25 ta’ Frar 2022 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali espress tal-mandolin bħala addittiv fl-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali”.
2. L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/320 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-premixxeli li jkun fihom din is-sustanza, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Frar 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Frar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Frar 2024, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.”.
3. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/320 huwa sostitwit bl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1421 tat-22 ta’ Awwissu 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, taż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ, u taż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati, mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 218, 23.8.2022, p. 27).
(3) Safety and efficacy of feed additives consisting of expressed sweet orange peel oil and its fractions from Citrus sinensis (L.) Osbeck for use in all animal species (FEFANA asbl) (EFSA Journal 2021;19(11):6891. Disponibbli online: org/10.2903/j.efsa.2021.6891).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/652 tal-20 ta’ April 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw bħala addittiv tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (ĠU L 119, 21.4.2022, p. 74).
(5) Safety and efficacy of a feed additive consisting of a flavonoid-rich dried extract of Citrus x aurantium L. fruit (bitter orange extract) for use in all animal species (FEFANA asbl) (EFSA Journal 2021;19(7):6709. Disponibbli online: 10.2903/j.efsa.2021.6709).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1490 tal-1 ta’ Marzu 2022 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, tal-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, taż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u taż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (ĠU L 234, 9.9.2022, p. 1).
(7) Safety and efficacy of feed additives consisting of expressed lemon oil and its fractions from Citrus limon (L.) Osbeck and of lime oil from Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle for use in all animal species (FEFANA asbl) (EFSA Journal 2021;19(4):6548. Disponibbli online: org/10.2903/j.efsa.2021.6548).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/320 tal-25 ta’ Frar 2022 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali magħsur tal-mandolin bħala addittiv fl-għalf għat-tjur tat-trobbija, għall-ħnieżer, għar-ruminanti, għaż-żwiemel, għall-fniek u għas-salmonidi (ĠU L 55, 28.2.2022, p. 41).
(9) Safety and efficacy of a feed additive consisting of expressed mandarin oil from the fruit peels of Citrus reticulata Blanco for use in all animal species (FEFANA asbl) (EFSA Journal 2021;19(6):6625. Disponibbli online: 10.2903/j.efsa.2021.6625).
ANNESS I
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b143-eo |
Żejt essenzjali espress tal-larinġ |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali espress tal-larinġ mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck (1). Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali li jinkiseb bl-espressjoni fil-ksieħ mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (2). Fil-frazzjoni volatili: d-Limonen: 93-97 % Mirċen: 1,5-3,5 % Sabinen: 0,1-1,0 % α-Pinen: 0,4-0,8 % Linalol: 0,1-0,7 % Dekanal: 0,1-0,7 % Ottanal: 0,1-0,6 % Perillaldeid: < 0,05 % Numru CAS: 8028-48-6 Numru EINECS: 232-433-8 Numru FEMA: 2825 Numru CoE: 143 Metodu analitiku (3) Għad-determinazzjoni tad-d-limonen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam tas-simna Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tgħammir Dundjani tas-simna |
— |
— |
80 |
|
fit-12 ta’ Settembru 2032. |
||||||||||
|
Speċijiet kollha tas-Suidae tas-simna |
— |
— |
172 |
|||||||||||||||
|
Driefeġ tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
— |
— |
144 |
|||||||||||||||
|
Majjali nisa tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
— |
— |
200 |
|||||||||||||||
|
Ruminanti |
— |
— |
130 |
|||||||||||||||
|
Żwiemel |
— |
— |
230 |
|||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali |
— |
— |
50 |
|||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b143-di |
Żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ |
Kompożizzjoni tal-addittiv Distillat (frazzjoni volatili) taż-żejt essenzjali tal-larinġ li jinkiseb mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck. Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Frazzjoni volatili mid-distillazzjoni taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ (ippressat fil-kiesaħ), li jinkiseb mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (4). d-Limonen: 93-97,5 % Mirċen: 1,5-3,5 % Sabinen: 0,2-1,0 % α-Pinen: 0,3-0,8 % Linalol: 0,05-0,5 % Ottanal: 0,05-0,4 % Perillaldeid: < 0,005 % Numru CAS: 8028-48-6 Numru CoE: 143 Metodu analitiku (5) Għad-determinazzjoni tad-d-limonen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam tas-simna Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tgħammir Dundjani tas-simna |
— |
— |
80 |
|
fit-12 ta’ Settembru 2032. |
||||||||||
|
Suidae |
— |
— |
200 |
|||||||||||||||
|
Ruminanti |
— |
— |
130 |
|||||||||||||||
|
Żwiemel |
— |
— |
225 |
|||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali |
— |
— |
80 |
|||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b143-f |
Żejt tal-larinġ ikkonċentrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt tal-larinġ ikkonċentrat li jinkiseb mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck. Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt ikkonċentrat prodott permezz tad-distillazzjoni frazzjonali taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, li jinkiseb mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (6). Frazzjoni mhux volatili: 10,5 % Fil-frazzjoni volatili: d-Limonen: 89-96 % Dekanal: 0,5-2 % Linalol: 0,7-1,7 % Mirċen: 0,1-1,0 % Ġeranjal: 0,1-1,0 % Perillaldeid: < 0,3 % Numru CAS: 8028-48-6 Numru FEMA: 2822 Metodu analitiku (7) Għad-determinazzjoni tad-d-limonen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam tas-simna |
— |
— |
15,5 |
|
fit-12 ta’ Settembru 2032. |
||||||||||
|
Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tgħammir |
— |
— |
23,5 |
|||||||||||||||
|
Dundjani tas-simna |
— |
— |
21 |
|||||||||||||||
|
Suidae tas-simna kollha |
— |
— |
34 |
|||||||||||||||
|
Driefeġ tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
— |
— |
28,5 |
|||||||||||||||
|
Majjali nisa tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
— |
— |
41,5 |
|||||||||||||||
|
Għoġġiela (sostitut tal-ħalib) |
— |
— |
66,5 |
|||||||||||||||
|
Nagħaġ u mogħoż Ruminanti oħrajn tas-simna |
— |
— |
62,5 |
|||||||||||||||
|
Ruminanti tal-ħalib għajr in-nagħaġ tal-ħalib u l-mogħoż tal-ħalib |
— |
— |
40,5 |
|||||||||||||||
|
Żwiemel |
— |
— |
62,5 |
|||||||||||||||
|
Fniek |
— |
— |
25 |
|||||||||||||||
|
Ħut għajr il-ħut ornamentali |
— |
— |
70 |
|||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali |
— |
— |
15,5 |
|||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||
|
2b143-f-i |
Żejt tal-larinġ ikkonċentrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt tal-larinġ ikkonċentrat li jinkiseb mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck. Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt ikkonċentrat prodott permezz tad-distillazzjoni frazzjonali taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, li jinkiseb mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (8). Frazzjoni mhux volatili: 20,9 % Fil-frazzjoni volatili: d-Limonen: 79-89 % Dekanal: 3,0-5,0 % Linalol: 2,0-5,0 % Mirċen: 0,1-1,0 % Ġeranjal: 0,5-1,8 % Perillaldeid: < 0,6 % Numru CAS: 8028-48-6 Numru FEMA: 2822 Metodu analitiku (9) Għad-determinazzjoni tad-d-limonen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam tas-simna |
— |
— |
5,5 |
|
fit-12 ta’ Settembru 2032. |
||||||||||
|
Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam imrobbija għall-bajd u għat-tgħammir |
— |
— |
8 |
|||||||||||||||
|
Dundjani tas-simna |
— |
— |
7 |
|||||||||||||||
|
Suidae tas-simna kollha |
— |
— |
11,5 |
|||||||||||||||
|
Driefeġ tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
— |
— |
9,5 |
|||||||||||||||
|
Majjali nisa tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
— |
— |
14 |
|||||||||||||||
|
Għoġġiela (sostitut tal-ħalib) |
— |
— |
23 |
|||||||||||||||
|
Nagħaġ u mogħoż Ruminanti oħrajn tas-simna |
— |
— |
21,5 |
|||||||||||||||
|
Ruminanti tal-ħalib għajr in-nagħaġ tal-ħalib u l-mogħoż tal-ħalib |
— |
— |
14 |
|||||||||||||||
|
Żwiemel |
— |
— |
21,5 |
|||||||||||||||
|
Fniek |
— |
— |
8,5 |
|||||||||||||||
|
Ħut għajr il-ħut ornamentali |
— |
— |
24,5 |
|||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali |
— |
— |
5,5 |
|||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||
|
2b143-f-ii |
Żejt tal-larinġ ikkonċentrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt tal-larinġ ikkonċentrat li jinkiseb mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck. Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt ikkonċentrat prodott permezz tad-distillazzjoni frazzjonali taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, li jinkiseb mill-qxur tal-frott tas-Citrus sinensis (L) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (10). Frazzjoni mhux volatili: 18 % Fil-frazzjoni volatili: d-Limonen: 85-95 % Linalol: 0,5-4 % Numru CAS: 8028-48-6 Numru FEMA: 2822 Metodu analitiku (11) Għad-determinazzjoni tad-d-limonen (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet tal-annimali kollha għajr iż-żwiemel, il-fniek, il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali |
— |
— |
— |
|
fit-12 ta’ Settembru 2032. |
||||||||||||||||||||
(1) Sinonimi: Citrus sinensis (L.) Pers., Citrus aurantium (L.) Dulcis.
(2) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(4) Natural sources of flavourings Report No. 2 (2007).
(5) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(6) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(7) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(8) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(9) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(10) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(11) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ANNESS II
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b136-ex |
- |
Estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw |
Kompożizzjoni tal-addittiv Estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw mill-frott tas-Citrus x aurantium L. Għamla solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw mill-frott tas-Citrus x aurantium L. kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1). Flavonojdi: 45-55 %, li minnhom
5-metossipsoralen (magħruf ukoll bħala bergapten): < 0,03 % (-)-Sinefrina: < 1 % Numru CoE: 136 Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tan-narinġina (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
Speċijiet tal-annimali kollha għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali |
— |
— |
|
|
fil-11 ta’ Mejju 2032. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ANNESS III
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||
|
2b139-eo |
— |
Żejt essenzjali espress tal-lumi |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali espress tal-lumi mill-qxur tal-frott tas-Citrus limon (L.) Osbeck Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali espress tal-lumi li jinkiseb bl-espressjoni fil-ksieħ mill-qxur tal-frott tas-Citrus limon (L.) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (1) d-Limonen: 60-73 % β-Pinen (pin-2(10)-en): 9-18 % γ-Terpinen: 6-12 % α-Pinen (pin-2(3)-en): 1,3-3,0 % Sabinen (4(10)-tujen): 0,3-3,0 % Ġeranjal: 0,1-2,0 % Neral: 0,1-1,8 % Perillaldeid: < 0,023 % Furokumarini: < 0,3 % Metossikumarini: < 0,06 % Numru CAS 84929-31-7 Numru FEMA 2625 Numru CoE: 139 Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimiku d-limonen fl-addittiv tal-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam tas-simna |
— |
— |
35 |
|
fid-29 ta’ Settembru 2032. |
||||||||||
|
Dundjani tas-simna Salmonidi u ħut ieħor bil-pinen għajr il-ħut ornamentali |
40 |
||||||||||||||||||
|
Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir |
52 |
||||||||||||||||||
|
Suidae tas-simna kollha |
74 |
||||||||||||||||||
|
Driefeġ tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
62 |
||||||||||||||||||
|
Majjali nisa tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
92 |
||||||||||||||||||
|
Għoġġiela (sostituti tal-ħalib) Ruminanti tas-simna għajr in-nagħaġ u l-mogħoż Ruminanti tal-ħalib għajr in-nagħaġ u l-mogħoż |
90 |
||||||||||||||||||
|
Żwiemel |
137 |
||||||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali |
30 |
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||
|
2b139-f |
- |
Frazzjoni residwa taż-żejt espress ddistillat tal-lumi |
Kompożizzjoni tal-addittiv Frazzjoni residwa ta-żejt espress iddistillat tal-lumi mill-qxur tal-frott tas-Citrus limon (L.) Osbeck Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Frazzjoni residwa taż-żejt espress iddistillat tal-lumi li jinkiseb mid-distillazzjoni taż-żejt tal-lumi espress mill-qxur tal-frott tas-Citrus limon (L.) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (3) L-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiva huma: d-Limonen: 51-63 % γ-Terpinen: 8-17 % Ġeranjal: 6-12 % Neral:5-9 % β-Pinen (pin-2(10)-en): 0,3-5,5 % β-Bisabolen: 0,3-4 % Perillaldeid: < 0,092 % Furokumarini: < 0,8 % Metossikumarini: < 0,22 % Numru CoE: 139 Metodu analitiku (4) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimiku d-limonen fl-addittiv tal-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam tas-simna |
— |
— |
11 |
|
fid-29 ta’ Settembru 2032. |
||||||||||
|
Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir Dundjani tas-simna Fniek Salmonidi u ħut ieħor bil-pinen għajr il-ħut ornamentali |
12 |
||||||||||||||||||
|
Ruminanti |
20 |
||||||||||||||||||
|
Driefeġ tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
20 |
||||||||||||||||||
|
Suidae tas-simna kollha |
24 |
||||||||||||||||||
|
Majjali nisa tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
30 |
||||||||||||||||||
|
Żwiemel |
35 |
||||||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali |
11 |
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||
|
2b139-di |
- |
Żejt essenzjali ddistillat tal-lumi (frazzjoni volatili) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali ddistillat tal-lumi (frazzjoni volatili) li jinkiseb miż-żejt essenzjali espress tal-lumi mill-qxur tal-frott tas-Citrus limon (L.) Osbeck Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali ddistillat tal-lumi (frazzjoni volatili) li jinkiseb miż-żejt essenzjali espress tal-lumi mill-qxur tal-frott tas-Citrus limon (L.) Osbeck kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (5) L-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiva huma: d-Limonen: 66-78 % β-Pinen (pin-2(10)-en): 5-20 % γ-Terpinen: 1,5-9,5 % α-Pinen (pin-2(3)-en): 0,5–3,0 % Sabinen: 0,3-3,0 % Furokumarini: ≤ 0,1 mg/kg Metossikumarini: ≤ 0,1 mg/kg Numru CoE: 139 Metodu analitiku (6) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimiku d-limonen fl-addittiv tal-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam tas-simna |
— |
— |
36 |
|
fid-29 ta’ Settembru 2032. |
||||||||||
|
Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir |
53 |
||||||||||||||||||
|
Fniek |
56 |
||||||||||||||||||
|
Dundjani tas-simna |
48 |
||||||||||||||||||
|
Driefeġ tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
64 |
||||||||||||||||||
|
Suidae tas-simna kollha |
76 |
||||||||||||||||||
|
Majjali nisa tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
94 |
||||||||||||||||||
|
Għoġġiela (sostituti tal-ħalib) Nagħaġ u mogħoż Ruminanti oħrajn tas-simna |
95 |
||||||||||||||||||
|
Żwiemel |
141 |
||||||||||||||||||
|
Ruminanti tal-ħalib għajr in-nagħaġ u l-mogħoż |
91 |
||||||||||||||||||
|
Salmonidi, ħut ornamentali u l-ħut l-ieħor kollu bil-pinen Klieb |
60 |
||||||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali |
30 |
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||
|
2b141-eo |
- |
Żejt essenzjali ddistillat tal-ixkomp |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali ddistillat tal-ixkomp li jinkiseb minn frott mhux imqaxxar tal-ispeċi tal-pjanti Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali ddistillat tal-ixkomp li jinkiseb bid-distillazzjoni bil-fwar minn frott mhux imqaxxar tal-ispeċi tal-pjanti Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (7) L-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiva huma: d-Limonen: 45-52 % γ-Terpinen: 10-14 % Terpinolen: 5,5-10,5 % αΤerpineol: 6-8 % β-Karjofillen: 0,2-0,8 % Furokumarini: < 0,0083 % Metossikumarini: < 0,03 % Numru CoE: 141 Metodu analitiku (8) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimiku d-limonen fl-addittiv tal-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam tas-simna |
— |
— |
8,5 |
|
fid-29 ta’ Settembru 2032. |
||||||||||
|
Tiġieġ tal-bajd u speċijiet minuri oħrajn ta’ pollam imrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir |
12,5 |
||||||||||||||||||
|
Dundjani tas-simna |
11 |
||||||||||||||||||
|
Driefeġ tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
15 |
||||||||||||||||||
|
Suidae tas-simna kollha |
18 |
||||||||||||||||||
|
Majjali li jreddgħu tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae |
22 |
||||||||||||||||||
|
Nagħaġ u mogħoż Ruminanti oħrajn tas-simna Żwiemel |
33,5 |
||||||||||||||||||
|
Għoġġiela (sostituti tal-ħalib) |
35,5 |
||||||||||||||||||
|
Ruminanti tal-ħalib għajr in-nagħaġ u l-mogħoż |
21,5 |
||||||||||||||||||
|
Fniek |
13,5 |
||||||||||||||||||
|
Salmonidi u ħut ieħor bil-pinen għajr il-ħut ornamentali |
30 |
||||||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali |
8,5 |
||||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(3) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(5) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(6) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(7) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(8) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ANNESS IV
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||
|
2b142-eo |
- |
Żejt essenzjali espress tal-mandolin |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali tal-mandolin li jinkiseb mill-qxur tal-frott tas-Citrus reticulata Blanco. Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali espress tal-mandolin li jinkiseb bl-espressjoni fil-ksieħ mill-qxur tal-frott tas-Citrus reticulata Blanco kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (1). d-Limonen: 65-80 % γ-Terpinen: 13-22 % α-Pinen (pin-2(3)-en): 1-3,5 % Mirċen:1-2 % β-Pinen (pin-2(10)-en): 1-2 %. Metil N-metil antranilat: 0,15-0,7 % Perillaldeid: < 0,063 % Numru CAS: 8008-31-9 Numru FEMA: 2657 Numru CoE: 142 Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimiku d-limonen fl-addittiv tal-għalf:
|
Pollam Fniek Salmonidi |
— |
— |
15 |
|
fl-20 ta’ Marzu 2032. |
||||||||||
|
Suidae |
— |
— |
33 |
||||||||||||||||
|
Ruminanti |
— |
— |
30 |
||||||||||||||||
|
Żwiemel |
— |
— |
40 |
||||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali għajr il-klieb, il-qtates, il-ħut ornamentali u l-għasafar ornamentali |
— |
— |
15 |
||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007)
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/239/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)