European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/216

12.1.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/216

tal-11 ta’ Jannar 2024

li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 fir-rigward tal-mard elenkat tal-annimali akkwatiċi u l-lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 8(4)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi regoli għall-prijoritizzazzjoni u għall-kategorizzazzjoni ta’ mard elenkat li hu ta’ tħassib fil-livell tal-Unjoni. Dawk ir-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard elenkat japplikaw għall-ispeċijiet u għall-gruppi ta’ speċijiet li jistgħu jittrażmettu t-tali mard elenkat, minħabba li jkunu suxxettibbli għalihom jew billi jaġixxu bħala vetturi. Dawk l-ispeċijiet u l-gruppi ta’ speċijiet huma elenkati fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2), f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/429.

(2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ipprovdiet parir xjentifiku fl-Opinjonijiet Xjentifiċi tagħha tal-1 ta’ Awwissu 2023, rigward l-ispeċijiet ta’ ħut (3), molluski (4) u krustaċji (5), li jistgħu jaġixxu bħala vetturi ta’ mard li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429.

(3)

Għalhekk, huwa importanti u f’waqtu li tiġi rieżaminata l-lista ta’ vetturi tal-mard akkwatiku elenkat fit-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, filwaqt li jitqies il-parir xjentifiku pprovdut mill-EFSA, kif ukoll il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/429 li jistipula speċifikament li l-lista għandha tinkludi dawk l-ispeċijiet ta’ annimali, jew gruppi ta’ speċijiet ta’ annimali li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ mard elenkat speċifiku. Skont id-definizzjoni operattiva stabbilita fl-Opinjonijiet Xjentifiċi tal-EFSA, l-ispeċijiet vetturi huma dawk l-ispeċijiet li ntwera li jittrażmettu l-aġent kawżattiv ta’ marda elenkata lil speċijiet suxxettibbli. Speċijiet vetturi bħal dawn jippreżentaw b’mod ċar riskju konsiderevoli għat-tixrid tal-mard elenkat.

(4)

Sa fejn ir-riskju maħluq mill-ispeċijiet vetturi li ġew identifikati fl-Opinjonijiet Xjentifiċi tal-EFSA jista’ jiġi ġestit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, dawk l-ispeċijiet vetturi jenħtieġ li jiġu elenkati fir-raba’ kolonna tat-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. Barra minn hekk, l-ispeċijiet vetturi li bħalissa huma elenkati f’dik il-kolonna, u li ma ġewx identifikati mill-EFSA bħala li wrew il-kapaċità li jittrażmettu l-aġent kawżattiv ta’ marda elenkata tal-annimali akkwatiċi lill-ispeċijiet suxxettibbli, jenħtieġ li jitħassru minn dik il-kolonna. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista tal-ispeċijiet vetturi għall-mard akkwatiku stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 tiġi emendata skont dan.

(5)

Minbarra dan, reċentement, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH) irrieżaminat l-ispeċijiet akkwatiċi, li huma suxxettibbli għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens. Fl-Artikolu 11.4.2. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi (6) ġiet stabbilita lista riveduta ta’ speċijiet li huma suxxettibbli għal dik il-marda. Billi bħalissa din il-marda hija elenkata wkoll fit-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, il-Kummissjoni rrieżaminat ir-Rapport tal-grupp ad hoc tad-WOAH dwar l-ispeċijiet suxxettibbli għall-infezzjoni bil-mard elenkat tad-WOAH (7), li wassal għal-lista rieżaminata tal-ispeċijiet, li hija stabbilita fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi.

(6)

Wara dak ir-rieżami mill-Kummissjoni, jixraq li l-lista tal-ispeċijiet u tal-gruppi ta’ speċijiet, li hija stabbilita fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, fir-rigward tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens tiġi emendata. Din l-emenda tqis l-aħħar għarfien xjentifiku u tfittex li tikseb livell xieraq ta’ konverġenza mal-istandards tad-WOAH, filwaqt li xorta tqis id-deċiżjonijiet preċedenti dwar il-ġestjoni tar-riskju li jikkonċernaw żewġ speċijiet ta’ molluski, jiġifieri l-Mytilus edulis u l-Mytilus galloprovincialis.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li dik il-lista tirrifletti l-lista ta’ speċijiet suxxettibbli stabbilita fl-Artikolu 11.4.2. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tad-WOAH, bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet Mytilus edulis u Mytilus galloprovincialis.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(3)  Species which may act as vectors or reservoirs of diseases covered by the Animal Health Law: Listed pathogens of fish. EFSA Journal 2023; 21(8): 8174

(4)  Species which may act as vectors or reservoirs of diseases covered by the Animal Health Law: Listed pathogens of molluscs EFSA Journal 2023; 21(8): 8173

(5)  Species which may act as vectors or reservoirs of diseases covered by the Animal Health Law: Listed pathogens of crustaceans EFSA Journal 2023; 21(8): 8172

(6)   Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE tal-2023, il-25 edizzjoni

(7)  https://www.woah.org/app/uploads/2022/10/a-ahg-susceptibility-mollusc-marteilia-refringens-nov-dec-2021-may-june-2022.pdf


ANNESS

Fit-tabella tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, ir-ringieli 51 sa 63 li jikkonċernaw il-mard elenkat, il-kategoriji ta’ mard elenkat u l-ispeċijiet elenkati ta’ annimali akkwatiċi huma sostitwiti b’dan li ġej:

ISEM IL-MARDA ELENKATA

KATEGORIJA TAL-MARDA ELENKATA

SPEĊIJIET ELENKATI

SPEĊIJIET U GRUPPI TA’ SPEĊIJIET

SPEĊIJIET VETTURI

“In-nekrożi ematopojetika epiżootika

A+D+E

Ameiurus melas, Bidyanus bidyanus, Esox lucius, Galaxias olidus, Gambusia affinis, Gambusia holbrooki, Macquaria australasica, Melanotaenia fluviatilis, Oncorhynchus mykiss, Perca fluviatilis, Sander lucioperca

 

Is-settiċimija emorraġika virali

C+D+E

Alosa immaculata, Ameiurus nebulosus, Ambloplites rupestris, Ammodytes hexapterus, Aplodinotus grunniens, Centrolabrus exoletus, Clupea harengus, Clupea pallasii pallasii, Coregonus artedii, Coregonus clupeaformis, Coregonus lavaretus, Ctenolabrus rupestris, Cyclopterus lumpus, Cymatogaster aggregata, Dorosoma cepedianum, Danio rerio, Engraulis encrasicolus, Esox lucius, Esox masquinongy, Fundulus heteroclitus, Gadus macrocephalus, Gadus morhua, Gaidropsarus vulgaris,Gasterosteus aculeatus, Labrus bergylta, Labrus mixtus, Lampetra fluviatilis, Lepomis gibbosus, Lepomis macrochirus, Limanda limanda, Merlangius merlangus, Micropterus dolomieu, Micropterus salmoides, Micromesistius poutassou, Morone americana, Morone chrysops, Morone saxatilis, Mullus barbatus, Neogobius melanostomus, Notropis atherinoides, Notropis hudsonius, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus mykiss x Oncorhynchus kisutch hybrids, Oncorhynchus tshawytscha, Paralichthys olivaceus, Perca flavescens, Pimephales notatus, Pimephales promelas, Platichthys flesus, Pleuronectes platessa, Pomatoschistus minutus, Pomoxis nigromaculatus, Raja clavata, Salmo marmoratus, Salmo salar, Salmo trutta, Salvelinus namaycush, Sander vitreus, Sardina pilchardus, Sardinops sagax, Scomber japonicus, Scophthalmus maximus, Solea senegalensis, Sprattus sprattus, Symphodus melops, Thaleichthys pacificus, Trachurus mediterraneus, Trisopterus esmarkii, Thymallus thymallus, Uranoscopus scaber

 

In-nekrożi ematopojetika infettiva

C+D+E

Esox lucius, Onchorynchus clarkii, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus tshawytscha, Salmo marmoratus, Salvelinus namaycush, Salmo salar, Salmo trutta, Salvelinus alpinus, Salvelinus fontinalis

 

L-infezzjoni b’virus tal-anemija infettiva tas-salamun b’delezzjoni fir-reġjun polimorfiku ħafna

C+D+E

Oncorynchus mykiss, Salmo salar, Salmo trutta

 

Il-marda virali tal-erpete tal-koi

E

Il-varjetajiet kollha u s-subspeċijiet tas-Cyprinus carpio, u tal-ibridi tas-Cyprinus carpio, eż. is-Cyprinus carpio × il-Carassius auratus, is-Cyprinus carpio ×il-Carassius carassius

Carassius auratus, Carassius gibelio, Ctenopharyngodon idella, Gymnocephalus cernua, Hypophthalmichthys molitrix, Rutilus rutilus, Tinca tinca

L-infezzjoni bil-Mikrocytos mackini

A+D+E

Crassostrea gigas, Crassostrea sikamea, Ostrea edulis

Crassostrea virginica

L-infezzjoni bil-Perkinsus marinus

A+D+E

Crassostrea gigas, Crassostrea virginica

 

L-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

C+D+E

Crassostrea ariakensis, Crassostrea virginica, Ostrea puelchana, Ostrea angasi, Ostrea chilensis, Ostrea equestris, Ostrea edulis, Ostrea lurida

 

L-infezzjoni bil-Bonamia ostreae

C+D+E

Crassostrea ariakensis, Ostrea chilensis, Ostrea edulis

 

L-infezzjoni bil-Marteilia refringens

C+D+E

Chamelea gallina, Ostrea edulis, Ostrea stentina, Solen marginatus, Xenostrobus securis

 

L-infezzjoni bil-virus tas-sindromu ta’ Taura

A+D+E

Metapenaeus ensis, Penaeus aztecus, Penaeus monodon, Penaeus setiferus, Penaeus stylirostris, Penaeus vannamei

Episesarma mederi, Macrobrachium lanchesteri”

L-infezzjoni bil-virus tar-ras safra

A+D+E

Metapenaeus affinis, Penaeus monodon, Palaemonetes pugio, Penaeus stylirostris, Penaeus vannamei

 

L-infezzjoni bil-virus tas-sindromu tal-ponot bojod

C+D+E

Il-krustaċji dekapodi kollha (ordni Decapoda)

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/216/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)