European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/214

17.1.2024

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/214

tal-10 ta’ Jannar 2024

dwar linji gwida li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data għat-tħejjija tar-rapport annwali dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju skont ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (1) (ir-Regolament), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju.

(2)

Permezz ir-Regolament, l-Unjoni turi l-impenn tagħha li żżomm rekwiżiti ġuridiċi rigorużi fir-rigward tal-oġġetti b’użu doppju, kif ukoll li ssaħħaħ l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti u ż-żieda fit-trasparenza.

(3)

L-Artikolu 26(2) tar-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni għandha, f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju, tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament, u dwar l-attivitajiet, l-eżamijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Oġġetti b’Użu Doppju. Ir-rapport annwali tal-Unjoni għandu jkun pubbliku u huwa element ewlieni mit-trasparenza tal-kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE.

(4)

Ir-rapport annwali tal-Unjoni jenħtieġ li jkun fih l-informazzjoni rilevanti dwar il-ħruġ ta’ liċenzji u l-eżekuzzjoni tal-kontrolli fl-ambitu tar-Regolament, fir-rispett tal-bżonn li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ ċerta data, b’mod partikolari meta l-pubblikazzjoni tad-data relatata mal-ħruġ ta’ liċenzji taf tolqot il-kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali li jitqajmu mill-Istati Membri jew tikkomprometti l-kunfidenzjalità kummerċjali u tippermetti lill-fornituri mhux tal-Unjoni jevitaw deċiżjonijiet restrittivi meħuda mill-Istati Membri relatati mal-ħruġ ta’ liċenzji.

(5)

Għall-fini tat-tħejjija tar-rapport annwali, l-Artikolu 26(2) tar-Regolament jistabbilixxi li l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħtu linji gwida dwar il-metodoloġija tal-ġbir u l-ipproċessar tad-data għat-tħejjija tar-rapport annwali, inkluż id-determinazzjoni tat-tipi ta’ oġġetti u d-disponibbiltà tad-data dwar l-infurzar.

(6)

Din ir-rakkomandazzjoni tiddeskrivi l-metodoloġija tal-ġbir u l-pubblikazzjoni tad-data li trid tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-Unjoni.

(7)

Din ir-rakkomandazzjoni kienet is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet estensivi fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju fl-2022 u fl-2023, u tqis il-kummenti li waslu matul konsultazzjoni pubblika li saret fl-aħħar trimestru tal-2023.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Qiegħda ssir ir-rakkomandazzjoni li l-Istati Membri jqisu l-gwida mhux vinkolanti li tinsab fl-Anness ta’ din ir-rakkomandazzjoni sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2021/821.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Valdis DOMBROVSKIS

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1.


ANNESS

WERREJ

GLOSSARJU 5
INTRODUZZJONI 7

1.

Dispożizzjonijiet legali rilevanti 8

2.

Implimentazzjoni 8

3.

Ġbir tad-data 9

4.

Data dwar Oġġetti b’Użu Doppju, li mhumiex klassifikati bħala oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika skont l-Artikolu 2(20) tar-Regolament 9

4.1.

Tipi ta’ oġġetti 9

4.2.

Informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet 9

4.2.1.

Awtorizzazzjonijiet individwali 9

4.2.2.

Awtorizzazzjoni tal-Esportazzjoni Globali 9

4.2.3.

Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali u tal-Unjoni 10

5.

Data addizzjonali mar-rapport annwali tal-UE 10

5.1.

Ħarsa ġenerali lejn l-awtorizzazzjonijiet skont it-tip korrispondenti tagħhom (tal-liċenzja) 10

5.2.

Utenti rreġistrati tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Esportazzjoni Nazzjonali u tal-UE 10

5.3.

Data dwar l-użu ta’ Awtorizzazzjonijiet Ġenerali u Globali tal-Esportazzjoni 10

6.

Ċaħdiet u projbizzjonijiet 11

7.

Data dwar oġġetti b’użu doppju, li huma kklassifikati bħala oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika skont l-Artikolu 2(20) tar-Regolament 11

8.

Informazzjoni dwar l-amministrazzjoni u l-infurzar 11

9.

Tħejjija tar-rapport annwali tal-UE dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju 11

9.1.

Rapport annwali tal-UE dwar l-awtorizzazzjonijiet 12

9.1.1.

Awtorizzazzjonijiet individwali 12

9.1.2.

Awtorizzazzjoni tal-Esportazzjoni Globali 13

9.1.3.

Awtorizzazzjoni Nazzjonali Ġenerali tal-Esportazzjoni 14

9.1.4.

Użu ta’ Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni Globali, tal-Unjoni u Nazzjonali 16

9.1.5.

Ċaħdiet u projbizzjonijiet (Anness A) 18

9.1.6.

Oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika 18

10.

Informazzjoni dwar l-amministrazzjoni u l-infurzar tal-kontrolli 19

10.1.

Amministrazzjoni tal-kontrolli 19

10.2.

Infurzar tal-kontrolli 19
ANNESS A 20
KATEGORIJA 0 — MATERJALI, FAĊILITAJIET, U TAGĦMIR NUKLEARI 20
KATEGORIJA 1 — MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT 20
KATEGORIJA 2 — L-IPPROĊESSAR TA’ MATERJALI 20
KATEGORIJA 3 — ELETTRONIKA 20
KATEGORIJA 4 — KOMPJUTERS 21
KATEGORIJA 5 — TELEKOMUNIKAZZJONI U SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI 21
KATEGORIJA 6 — SENSURI U LASERS 21
KATEGORIJA 7 — NAVIGAZZJONI U AVJONIKA 21
KATEGORIJA 8 — MATERJAL NAVALI 21
KATEGORIJA 9 — AJRUSPAZJU U PROPULSJONI 22
OĠĠETTI MHUX ELENKATI 22
ANNESS B 27

GLOSSARJU

Dan il-glossarju jispjega jew jiddefinixxi t-termini rikorrenti użati f’dawn il-linji gwida. L-oġġetti mmarkati b’ * jirreferu għad-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) 2021/821 dwar l-użu doppju u r-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Jenħtieġ li d-deskrizzjonijiet tal-entrati mingħajr * ma jinftehmux bħala definizzjonijiet legalment vinkolanti.

Terminu

Definizzjonijiet

Anness I, Anness II jew Anness IV tar-Regolament tal-UE dwar l-użu doppju

L-Anness I, l-Anness II jew l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2021/821. L-annessi jiġu aġġornati kull sena permezz ta’ Att Delegat tal-Kummissjoni. Għall-aħħar aġġornament ara, https://eur-lex.europa.eu

Awtorizzazzjoni

Id-definizzjoni ta’ awtorizzazzjoni fil-kuntest tar-rapport annwali tal-UE tinsab fl-Artikolu 2(12), (13), 2, 2 (14), 2 (15), 2 (16) tar-Regolament (UE) 2021/821 u spjegata aktar fl-Artikoli 4, 6, 7, 8, 11, 12 u 13 tar-Regolament:

Awtorizzazzjonijiet individwali u globali, inkluż għal proġetti kbar

Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Esportazzjoni Nazzjonali u tal-UE

Awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta’ servizz ta’ senserija

Awtorizzazzjonijiet ta’ tranżitu

Awtorizzazzjonijiet għall-għoti ta’ assistenza teknika

Awtorizzazzjonijiet ta’ trasferiment intra-Unjoni

Awtorizzazzjonijiet għal oġġetti mhux elenkati fl-Anness I iżda soġġetti għal awtorizzazzjoni taħt “onnikomprensiv”

Awtorizzazzjonijiet taħt miżura ta’ kontroll nazzjonali: għal oġġetti mhux elenkati fl-Anness I, iżda soġġetti għal kontroll taħt miżuri nazzjonali.

EUGEA

Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni kif definita fir-Regolament (UE) 2021/821

Kontrolli onnikomprensivi

Kontrolli tal-esportazzjoni għal oġġetti b’użu doppju mhux elenkati skont il-kundizzjonijiet, imsemmija b’mod partikolari fl-Artikoli 4, 5, 9 u 10 tar-Regolament tal-UE dwar l-Użu Doppju.

Oġġetti taċ-ċibersorveljanza*

Oġġetti b’użu doppju ddisinjati speċifikament biex jippermettu s-sorveljanza bil-moħbi ta’ persuni fiżiċi permezz ta’ monitoraġġ, estrazzjoni, ġbir jew analiżi tad-data minn sistemi ta’ informazzjoni u telekomunikazzjoni — l-Artikolu 2(20) tar-Regolament (UE) 2021/821.

Ċaħdiet/projbizzjonijiet

Id-definizzjoni ta’ ċaħdiet/projbizzjonijiet fil-kuntest tar-rapport annwali għandha tinstab fl-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2021/821:

Ċaħdiet ta’ esportazzjoni (l-Artikoli 3 u 4)

Caħdiet għall-forniment ta’ servizz ta’ senserija (Artikolu 6)

Projbizzjonijiet ta’ tranżitu (Artikolu 7)

Caħdiet għall-għoti ta’ assistenza teknika (Artikolu 8)

Oġġetti b’Użu Doppju*

Oġġetti, inklużi s-software u t-teknoloġija, li jistgħu jintużaw kemm għal skopijiet ċivili kif ukoll għal dawk militari, u tinkludi l-oġġetti li jistgħu jintużaw għad-disinn, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ armi nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi u l-mezz ta’ twassil tagħhom, inklużi l-oġġetti kollha li jistgħu jintużaw kemm għal użu mhux splussiv kif ukoll għall-assistenza fi kwalunkwe mod fil-manifattura ta’ armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor — Artikolu 2(1).

Ir-Regolament dwar l-Użu Doppju (imsejjaħ ukoll ir-Regolament jew id-DUR)

Ir-Regolament (UE) 2021/821 jistabbilixxi reġim tal-UE għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju.

Destinazzjoni

Il-pajjiż fejn jinsab id-destinatarju, skont l-informazzjoni pprovduta mill-esportatur lill-awtorità kompetenti. Il-pajjiż tad-destinazzjoni finali huwa fejn ikun jinsab l-utent finali.

Esportazzjoni*

Definiti kif ġej:

proċedura ta’ esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 269 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;

esportazzjoni mill-ġdid fis-sens tal-Artikolu 270 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; esportazzjoni mill-ġdid isseħħ ukoll jekk, matul it-tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni skont il-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-UE dwar l-użu doppju, tkun trid tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għax tkun inbidlet id-destinazzjoni finali tal-oġġetti;

proċedura ta’ proċessar passiv skont it-tifsira tal-Artikolu 259 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;

it-trażmissjoni ta’ software jew teknoloġija permezz ta’ mezzi elettroniċi, inklużi l-fax, it-telefon, il-posta elettronika jew kwalunkwe mezz elettroniku ieħor lejn destinazzjoni barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; tinkludi li t-tqegħid għad-dispożizzjoni, f’forma elettronika, ta’ tali software u teknoloġija għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew għal sħubijiet barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; tinkludi wkoll it-trażmissjoni orali tat-teknoloġija meta t-teknoloġija hija deskritta fuq mezz ta’ trażmissjoni vokali — Artikolu 2(2).

Esportatur*

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe sħubija li:

fiż-żmien meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, ikollha l-kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz u jkollha s-setgħa li tiddetermina jekk l-oġġetti jintbagħtux barra mit-territorju doganali tal-Unjoni; fejn ma jkun ġie konkluż l-ebda kuntratt ta’ esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jaġixxix għan-nom tiegħu, esportatur tfisser il-persuna li jkollha s-setgħa li tiddetermina jekk l-oġġetti jintbagħtux barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.

tiddeċiedi li tittrażmetti software jew teknoloġija permezz ta’ mezzi elettroniċi, inklużi l-fax, it-telefown, il-posta elettronika jew kwalunkwe mezz elettroniku ieħor lejn destinazzjoni barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew tagħmel disponibbli f’forma elettronika tali software u teknoloġija għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew għal sħubija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Fejn il-benefiċċju ta’ dritt li tiddisponi minn oġġetti b’użu doppju jappartjeni lil persuna residenti jew stabbilita barra t-territorju doganali tal-Unjoni skont il-kuntratt li fuqu tkun ibbażata l-esportazzjoni, l-esportatur għandu jitqies li huwa l-parti kontraenti residenti jew stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Kwalunkwe persuna fiżika li ġġorr l-oġġetti b’użu doppju għall-esportazzjoni fejn dawn l-oġġetti b’użu doppju jkunu jinsabu fil-bagalji personali tal-persuna skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 1(19) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 — l-Artikolu 2(3).

Programm Intern ta’ Konformità (Internal Compliance Programme, ICP)*

Politiki u proċeduri effettivi, xierqa u proporzjonati kontinwi adottati mill-esportaturi biex jiffaċilitaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi ta’ dan ir-Regolament u mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet implimentati skont dan ir-Regolament, inklużi, fost l-oħrajn, miżuri ta’ diliġenza dovuta li jivvalutaw ir-riskji relatati mal-esportazzjoni tal-oġġetti lejn l-utenti finali u l-użi finali — Artikolu 2(21).

Trasferiment jew trasferiment intra-UE

Il-moviment jew it-trażmissjoni ta’ oġġett b’użu doppju elenkat fl-Anness IV tar-Regolament tal-UE dwar l-użu doppju minn fornitur fi Stat Membru tal-UE lejn riċevitur fi Stat Membru ieħor tal-UE.

Oġġetti b’użu doppju elenkati

L-oġġetti b’użu doppju li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-UE dwar l-użu doppju.

Oġġetti b’użu doppju mhux elenkati

L-oġġetti b’użu doppju li mhumiex elenkati fl-Anness I u IV tar-Regolament tal-UE dwar l-użu doppju u li jistgħu jsiru soġġetti għal kontrolli tal-esportazzjoni (kontrolli onnikomprensivi). Dan jinkludi l-oġġetti li jkunu (eżatt) taħt il-limiti tekniċi fl-Anness I tar-Regolament tal-UE dwar l-użu doppju.

DUCG

Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar Oġġetti b’Użu Doppju stabbilit skont l-Artikolu 24 tar-Regolament

INTRODUZZJONI  (2)

Bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/821 (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament”), l-UE turi l-impenn tagħha li żżomm rekwiżiti legali robusti fir-rigward ta’ oġġetti b’użu doppju, kif ukoll li ssaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti u t-trasparenza. Ir-Regolament jipprevedi għall-ewwel darba li l-pubblikazzjoni ta’ rapport annwali tal-UE dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli jenħtieġ li tinkludi informazzjoni rilevanti dwar il-liċenzjar u l-infurzar tal-kontrolli skont ir-Regolament, bir-rispett dovut għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ ċerta data, b’mod partikolari fejn it-trażmissjoni jew il-pubblikazzjoni tad-data dwar il-liċenzjar tista’ taffettwa t-tħassib dwar id-difiża, il-politika barranija jew is-sigurtà nazzjonali jew tipperikola l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva personali u kummerċjali (l-Artikolu 26).

Mill-2013, id-DUCG żviluppa, fuq bażi volontarja, mekkaniżmu għall-ġbir tad-data dwar il-liċenzjar u appoġġa t-tħejjija ta’ rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi data aggregata tal-UE dwar il-liċenzjar u informazzjoni oħra relatata mal-kontroll tal-esportazzjoni. Il-ġbir tad-data seħħ fuq bażi annwali u l-mekkaniżmu ġie estiż progressivament fi sforz biex tinġabar data relatata ma’ diversi tipi ta’ awtorizzazzjonijiet u dwar l-amministrazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-kontrolli. Dan kien ibbażat fuq kwestjonarju żviluppat fid-DUCG.

Dawn il-linji gwida jiddeskrivu l-metodoloġija l-ġdida għall-ġbir u l-pubblikazzjoni tad-data li trid tiġi inkluża fir-rapport annwali. Il-metodoloġija għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet tal-liċenzjar tal-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem imsejħa wkoll “awtoritajiet kompetenti”) — f’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra (bħad-dwana) fejn xieraq — u l-Kummissjoni għall-fini tat-tħejjija tar-rapport annwali tal-UE dwar il-kontroll tal-esportazzjoni b’użu doppju (3), li jkopri l-attivitajiet kollha tal-UE fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju.

Il-kriterji għad-definizzjoni tal-metodoloġija għall-ġbir tad-data u għat-tħejjija tar-rapport annwali skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament għandhom iqisu b’mod partikolari l-ħtieġa li l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi jitnaqqsu. Għalhekk, il-metodoloġija ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament, filwaqt li jiġi żgurat skambju effettiv tal-informazzjoni rilevanti.

Dawn il-linji gwida tħejjew minn grupp ta’ esperti tekniċi magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni (4) tal-Istati Membri u ppresedut mid-DĠ KUMMERĊ tal-Kummissjoni Ewropea. Il-linji gwida jqisu wkoll ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati mwettqa mid-DĠ KUMMERĊ tal-Kummissjoni Ewropea bejn l-24 ta’ Jannar u t-28 ta’ Frar 2023  (5).

Dawn il-linji gwida huma disponibbli għat-tħejjija tar-rapport annwali tal-UE dwar id-data dwar il-liċenzjar ta’ oġġetti b’użu doppju u japplikaw għad-data tal-liċenzjar tal-2022 u ’l quddiem. B’kunsiderazzjoni tal-istat attwali tal-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar l-Użu Doppju, dawn il-linji gwida dwar il-metodoloġija jistgħu jiġu aġġornati u mtejba aktar kif meħtieġ fil-futur.

1.   Dispożizzjonijiet legali rilevanti

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 26(2) jispeċifika l-informazzjoni li b’mod ġenerali trid tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-UE. L-ewwel sentenza tistabbilixxi l-linja bażi għar-rappurtar dwar l-awtorizzazzjonijiet, iċ-ċaħdiet u l-projbizzjonijiet: “ir-rapport annwali għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet, (b’mod partikolari l-għadd u l-valur skont it-tipi ta’ oġġetti u skont id-destinazzjonijiet fil-livelli tal-Unjoni u tal-Istati Membri) iċ-ċaħdiet u l-projbizzjonijiet fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni dwar l-amministrazzjoni (b’mod partikolari relatata mal-persunal, il-konformità u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni, l-istrumenti speċifiċi fil-qasam tal-ħruġ ta’ liċenzji u tal-klassifikazzjoni), u l-eżekuzzjoni tal-kontrolli (b’mod partikolari l-għadd ta’ każijiet ta’ ksur u ta’ pieni)”.

Il-kliem “ skont it-tipi ta’ oġġetti u skont id-destinazzjonijiet ” fl-Artikolu 26(2) para. 2 bejn il-parentesi għandu jinqara bħala li jeħtieġ li jiġu rrappurtati awtorizzazzjonijiet skont id-destinazzjonijiet u, separatament, skont it-tipi ta’ oġġetti. Din l-interpretazzjoni hija kkunsidrata konsistenti mal-ħtieġa li l-informazzjoni sensittiva tiġi protetta skont l-Artikolu 26(3) u li jiġi evitat ir-riskju li d-deċiżjonijiet restrittivi dwar il-liċenzjar fl-Unjoni jiġu mminati (6).

“Informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet” tirreferi għal liċenzji għal esportazzjonijiet ta’ oġġetti b’użu doppju maħruġa/mogħtija mill-Istati Membri skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Użu Doppju jew il-liġijiet nazzjonali.

Fir-rigward taċ-ċaħdiet u l-projbizzjonijiet, iċ-ċifri rilevanti se jiġu rrapportati fil-livell tal-UE, peress li l-formulazzjoni “ l-għadd u l-valur skont it-tipi ta’ oġġetti u skont id-destinazzjonijiet fil-livelli tal-Unjoni u tal-Istati Membri ” hija nieqsa fil-parti rilevanti tal-Artikolu 26(2).

Fir-rigward ta’ elementi ta’ sorveljanza ċibernetika, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 26(2) jipprevedi li “ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni speċifika dwar l-awtorizzazzjoni, b’mod partikolari dwar l-għadd ta’ applikazzjonijiet li waslu għal kull oġġett, l-Istat Membru li ħariġhom u d-destinazzjonijiet ikkonċernati minn dawk l-applikazzjonijiet, u dwar id-deċiżjonijiet meħuda dwar dawk l-applikazzjonijiet”.

Għalhekk, ir-rapport annwali se jinkludi taqsima speċifika dwar l-elementi ta’ sorveljanza ċibernetika. Dan se jinkludi l-għadd ta’ applikazzjonijiet riċevuti mill-Istati Membri kif ukoll il-lista tad-destinazzjonijiet kollha kkonċernati minn dawk l-applikazzjonijiet u l-Istati Membri kkonċernati. Il-kliem “deċiżjonijiet meħuda dwar dawk l-applikazzjonijiet” huwa interpretat bħala awtorizzazzjoni jew ċaħda/projbizzjoni, u din l-informazzjoni se tiġi espressa bħala ċifra totali tal-UE għall-oġġetti rilevanti kollha ta’ sorveljanza ċibernetika.

2.   Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni se timmira li tippubblika r-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament fl-ewwel semestru tas-sena ta’ wara (sena ta’ referenza + 1), skont id-disponibbiltà u l-kompletezza attwali tad-data nazzjonali u fatturi rilevanti oħra.

Għaldaqstant, it-trażmissjoni sħiħa u korretta tad-data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni trid titlesta sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena (7).

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jirrieżaminaw d-data trażmessa mill-awtoritajiet kompetenti u se jħejju r-rapport annwali f’konsultazzjoni mad-DUCG.

3.   Ġbir tad-data

Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-Użu Doppju, l-Istati Membri se jkunu obbligati jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tħejjija tar-rapport annwali.

Il-metodoloġija attwali għall-ġbir tad-data jenħtieġ li tibqa’ sostenibbli maż-żmien, u tippermetti lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni b’mod effiċjenti u kosteffettiv, li tkun statistikament soda u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-protezzjoni tal-informazzjoni personali, informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew informazzjoni protetta dwar id-difiża, il-politika barranija jew is-sigurtà nazzjonali. Il-metodoloġija jenħtieġ li tirrikjedi wkoll ħtieġa minima għal reviżjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-aġġornamenti annwali regolari tal-Anness I tar-Regolament. Din il-metodoloġija — inkluża d-data miġbura — ma għandhiex tintuża għal xi skop ieħor għajr it-tħejjija tar-rapport annwali tal-UE f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament.

4.    Data dwar Oġġetti b’Użu Doppju, li mhumiex ikklassifikati bħala oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika skont l-Artikolu 2(20) tar-Regolament

4.1.    Tipi ta’ oġġetti

Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju fl-Anness I hija dettaljata ħafna — b’aktar minn 1 800 entrata, skont il-klassifikazzjoni alfanumerika sħiħa. Dan huwa r-raġunament sottostanti li wassal lil-leġiżlaturi tal-UE biex jiġbru l-entrati fl-Anness I f’ “tipi ta’ oġġetti” (l-Artikolu 26(2), il-paragrafu 1) għall-fini tar-rapport annwali tal-UE.

Filwaqt li xi wħud mill-oġġetti huma prodotti finali faċilment identifikabbli — eż. reattur nukleari (ECCN 0A001) ħafna oħrajn huma partijiet u komponenti iżgħar ta’ prodotti oħra pereż. valvi, pompi, materjali speċjali, komponenti għal ċirkwiti integrati eċċ. Sabiex it-trasparenza tar-rapportar pubbliku tilħaq il-livell ta’ trasparenza meħtieġa filwaqt li jiġi żgurat il-ġbir effiċjenti u sostenibbli tad-data maż-żmien, ġie deċiż li l-linja bażi għad-determinazzjoni tat-tipi ta’ oġġetti se tibni fuq il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju fil-livell ta’ 5 ċifri filwaqt li jiġi żgurat li d-determinazzjoni ta’ “tipi ta’ oġġetti” tappoġġa l-għoti ta’ informazzjoni sinifikanti minn perspettiva ta’ sigurtà, politika u kummerċ.

L-Anness A ta’ dawn il-linji gwida għalhekk jiddeskrivi l-lista ta’ “tipi ta’ oġġetti” li għandhom jintużaw għall-ġbir tad-data dwar il-liċenzjar u t-tħejjija tar-rapport annwali tal-UE.

L-awtorizzazzjonijiet se jitqassmu skont it-tip ta’ oġġett u skont id-destinazzjonijiet rilevanti f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament filwaqt li jitqiesu n-natura, l-iskop u l-karatteristiċi tat-tipi differenti ta’ awtorizzazzjonijiet, kif ukoll il-prattiki differenti fl-Istati Membri għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet u l-ġbir tad-data. Għaldaqstant huwa meħtieġ li l-ġbir u l-preżentazzjoni tad-data rilevanti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni jiġu adattati skont l-ispeċifiċitajiet tat-tipi differenti ta’ awtorizzazzjonijiet u prattiki nazzjonali.

Din il-metodoloġija tirrikonoxxi wkoll li l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jirreferu għal entrati multipli li jaqgħu taħt diversi tipi ta’ oġġetti..

Is-sena ta’ referenza se tkun is-sena meta nħarġet l-awtorizzazzjoni.

4.2.    Informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet

4.2.1.   Awtorizzazzjonijiet individwali

Awtorizzazzjonijiet ta’ Esportazzjoni Individwali, Awtorizzazzjonijiet ta’ Senserija, Awtorizzazzjonijiet ta’ Assistenza Teknika, Awtorizzazzjonijiet ta’ Tranżitu, Awtorizzazzjonijiet ta’ Trasferiment Intra-UE, Awtorizzazzjonijiet taħt miżura ta’ kontroll nazzjonali u Awtorizzazzjonijiet għal oġġetti mhux elenkati kollha se jitqiesu bħala liċenzji individwali għall-fini ta’ din il-metodoloġija. L-Istati Membri għandhom jipprovdu data dwar il-liċenzjar lill-Kummissjoni kif xieraq.

4.2.2.   Awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni globali

Konxja min-natura, l-iskop u l-karatteristiċi ta’ kull tip ta’ awtorizzazzjoni, din il-metodoloġija tirrikonoxxi li l-awtorizzazzjonijiet globali għall-esportazzjoni ħafna drabi jkun fihom valuri tal-esportazzjoni stmati jew miftuħa u jingħataw għal oġġett wieħed jew aktar u destinazzjoni waħda jew għaal diversi oġġetti għal diversi destinazzjonijiet. Bħala tali, l-awtorizzazzjonijiet globali jnaqqsu l-piż amministrattiv tal-awtoritajiet kompetenti u tal-esportaturi għal tranżazzjonijiet simili u/jew frekwenti. Sabiex jiġu salvagwardjati l-objettivi ta’ nonproliferazzjoni, l-esportaturi huma meħtieġa jabbozzaw u jippreżentaw programm ta’ konformità interna sabiex jikkwalifikaw għal liċenzja globali. Minħabba li r-Regolament iħalli l-konfigurazzjoni konkreta tal-awtorizzazzjonijiet globali f’idejn l-Istati Membri, japplikaw ukoll prattiki differenti madwar l-Istati Membri. Għall-fini li l-pubbliku jingħata informazzjoni sinifikanti, filwaqt li jitqiesu l-prattiki nazzjonali differenti u r-raġunament tal-awtorizzazzjonijiet globali għall-esportazzjoni — kif spjegat aktar hawn fuq — l-Awtorizzazzjonijiet Globali tal-Esportazzjoni jeħtieġu li jadattaw il-ġbir u r-rappurtar tad-data rilevanti, f’konformità mat-tabelli ta’ hawn taħt, peress li dan jitqies bħala l-aktar rappreżentattiv u utli għar-rapportar pubbliku. L-Istati Membri se jipprovdu data rilevanti dwar il-liċenzjar lill-Kummissjoni kif xieraq.

4.2.3.   Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali u tal-Unjoni

Konxja tan-natura ta’ kull tip ta’ awtorizzazzjoni din il-metodoloġija tqis li:

L-awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni (EU GEAs, Union General Export Authorisations) jingħataw ex lege mill-Unjoni Ewropea lill-esportaturi li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti filwaqt li jikkonformaw mal-prekundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament, inklużi l-adozzjoni u l-konformità mal-programmi ta’ konformità interna rilevanti u l-obbligi ta’ rapportar, kif stabbilit mil-liġijiet nazzjonali applikabbli.

L-awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali għall-Esportazzjoni jingħataw ex lege mill-Istati Membri lill-esportaturi li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti filwaqt li jikkonformaw mal-prekundizzjonijiet rilevanti stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali applikabbli, inklużi l-adozzjoni u l-konformità mal-programmi ta’ konformità interna rilevanti u l-obbligi ta’ rapportar.

Minn perspettiva ta’ nonproliferazzjoni, jinħarġu Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni Nazzjonali u tal-Unjoni biex jiffaċilitaw il-kummerċ ta’ oġġetti b’użu doppju filwaqt li jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-esportaturi u l-awtoritajiet ta’ kontroll tal-esportazzjoni

Għalhekk jitqies xieraq li l-metodoloġija rilevanti tal-ġbir u r-rapportar tad-data tiġi adattata u l-Istati Membri se jipprovdu data rilevanti dwar il-liċenzjar lill-Kummissjoni skont dan.

Ir-rapport annwali mill-Kummissjoni se jirreferi għall-aħħar pubblikazzjoni tal-GEAs tal-UE kif ukoll għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali għall-Esportazzjoni bħala anness tar-rapport annwali.

5.    Data addizzjonali għar-rapport annwali tal-UE

5.1.    Ħarsa ġenerali lejn l-awtorizzazzjonijiet skont it-tip korrispondenti tagħhom (tal-liċenzja)

Filwaqt li dan mhuwiex obbligatorju skont id-dispożizzjonijiet legali applikabbli, jitqies utli li l-Istati Membri jissottomettu wkoll data fuq bażi volontarja dwar l-għadd u l-valur tal-awtorizzazzjonijiet skont it-tipi ta’ liċenzja.

5.2.    Utenti rreġistrati tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Esportazzjoni Nazzjonali u tal-UE

Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar in-notifiki tal-esportaturi f’konformità mar-Regolament (8), ikun jitqies xieraq li l-Istati Membri jikkomunikaw informazzjoni fuq bażi volontarja dwar l-għadd ta’ esportaturi li jkunu nnotifikaw jew li huma rreġistrati mal-awtorità kompetenti biex jużaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali jew tal-Unjoni.

5.3.    Data dwar l-użu ta’ Awtorizzazzjonijiet Ġenerali u Globali tal-Esportazzjoni

Fid-dawl tal-fatt li l-Awtorizzazzjoni tal-Esportazzjoni Globali, l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni u Nazzjonali huma l-bażi legali għal porzjon għoli tal-esportazzjoni ġenerali tal-UE għal oġġetti b’użu doppju, jitqies utli li, meta tkun disponibbli, l-Istati Membri jipprovdu data addizzjonali dwar l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet bħal dawn.

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, ir-rapport mill-Kummissjoni se jirrifletti kif xieraq li d-data dwar l-awtorizzazzjonijiet ma tkunx sinonima ma’ data li tirrappreżenta l-użu tal-awtorizzazzjonijiet.

Din il-metodoloġija tqis li

l-Istati Membri jistgħu jipprovdu din id-data addizzjonali fuq bażi volontarja.

Għal data addizzjonali dwar l-użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni Globali, Nazzjonali u tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu jew data mill-istatistika doganali dwar l-esportazzjonijiet attwali jew data rrapportata mill-esportaturi, skont id-disponibbiltà attwali (9).

F’xi każijiet, din id-data tirrifletti l-awtorizzazzjonijiet mogħtija qabel is-sena ta’ referenza, peress li l-użu tal-liċenzja jseħħ fuq diversi snin wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.

F’konformità mad-dispożizzjoni tar-Regolament, l-Istati Membri bħalissa għandhom prattiki amministrattivi differenti dwar ir-rekwiżiti ta’ notifika mill-esportaturi tagħhom.

6.   Ċaħdiet u projbizzjonijiet

L-Artikolu 26 tar-Regolament jiddikjara li r-rapport annwali tal-UE għandu jinkludi informazzjoni dwar ċaħdiet u projbizzjoni. Ir-Regolament ma jindikax li d-data rilevanti jenħtieġ li tiġi rrapportata skont l-għadd, il-valur, id-destinazzjoni fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Madankollu huwa meqjus xieraq li jiġi rrappurtat l-għadd ta’ ċaħdiet u projbizzjonijiet fil-livell tal-UE kif ukoll il-valur totali tagħhom għal finijiet statistiċi, bħal fil-prattika attwali ta’ rapportar annwali.

Filwaqt li l-valur taċ-ċaħdiet mhuwiex meħtieġ mir-Regolament, jitqies utli li l-Istati Membri jikkomunikaw din id-data fuq bażi volontarja għall-fini tat-tħejjija tar-rapport annwali.

7.    Data dwar oġġetti b’użu doppju, li huma kklassifikati bħala oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika skont l-Artikolu 2(20) tar-Regolament

Id-definizzjoni tal-Artikolu 2(20) għal oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika tinkludi dawk elenkati fl-Anness I kif ukoll oġġetti mhux elenkati.

L-Anness B jiddeskrivi l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament li huma kkunsidrati li jissodisfaw id-definizzjoni tal-Artikolu 2(20). Id-Deċiżjoni dwar jekk oġġett speċifiku mhux elenkat jissodisfax ir-rekwiżiti tad-definizzjoni legali trid tittieħed fuq bażi ta’ każ b’każ mill-Istati Membri.

L-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika mhux elenkati jridu jiġu inklużi wkoll fir-rapport annwali, abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri.

L-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal oġġetti elenkati oħra jistgħu jiġu inklużi fir-rapport, abbażi tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti.

L-Istati Membri se jipprovdu lill-Kummissjoni data rilevanti dwar il-liċenzjar kif xieraq.

8.   Informazzjoni dwar l-amministrazzjoni u l-infurzar

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti mir-Regolament, l-Istati Membri se jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar:

Persunal fl-amministrazzjoni (Għadd ta’ uffiċjali tal-liċenzjar/esperti li jaħdmu fuq kontrolli ta’ oġġetti b’użu doppju)

Attivitajiet ta’ konformità u sensibilizzazzjoni mwettqa fis-sena (konferenzi, laqgħat mal-assoċjazzjonijiet tal-industrija, eċċ.)

Il-liċenzjar jew għodod oħra ta’ kontroll tal-esportazzjoni implimentati.

L-għadd ta’ ksur li seħħ u l-penali applikati fis-sena (b’kunsiderazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni applikabbli, pereżempju dwar il-protezzjoni tad-data personali).

L-Istati Membri se jipprovdu wkoll fuq bażi volontarja informazzjoni dwar rapporti annwali nazzjonali ppubblikati dwar l-implimentazzjoni ta’ kontrolli ta’ oġġetti b’użu doppju fis-sena ta’ referenza u sorsi tal-Internet rilevanti, kif disponibbli (10).

9.   Tħejjija tar-rapport annwali tal-UE dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju

Il-Kummissjoni se tħejji r-rapport annwali bbażat fuq data mogħtija mill-Istati Membri skont il-metodoloġija deskritta f’dawn il-linji gwida. Ir-rapport se jagħmel użu minn għodod u ċarts tal-viżwalizzazzjoni tad-data biex jiżgura l-komparabbiltà maż-żmien.

It-tabelli ta’ hawn taħt jipprovdu eżempji ta’ tabelli tad-data li se jintużaw għat-tħejjija tar-rapport annwali.

9.1.    Rapport annwali tal-UE dwar l-awtorizzazzjonijiet

9.1.1.   Awtorizzazzjonijiet Individwali

Tabella 1

Pubblikazzjoni fir-rapport annwali tal-UE ta’ awtorizzazzjonijiet individwali (numru u valur) skont it-tipi ta’ oġġetti

Eżempju


Sena

Tip ta’ oġġetti

Tip ta’ deskrizzjoni tal-Oġġett

L-Istati Membri

Valur f’EUR

Numru ta’ awtorizzazzjonijiet

2022

0EC1

Tip ta’ Oġġett 1

XX

300

3

 

 

 

 

XY

200

2

 

 

Totali

500

5

1EC2

Tip ta’ Oġġett 2

XY

1 200

8

 

 

 

 

XZ

1 000

10

 

 

Totali

2 200

18

2EC3

Tip ta’ Oġġett 3

XZ

500

5

 

 

Totali

500

5

Totali

 

 

3 200

28


Tabella 2

Pubblikazzjoni fir-rapport annwali tal-UE ta’ awtorizzazzjonijiet individwali (numru u valur) skont id-destinazzjonijiet

Eżempju


Sena

Destinazzjoni

L-Istati Membri

Valur (EUR) (11)

Numru ta’ awtorizzazzjonijiet

2022

Il-Brażil

XZ

500

5

Iċ-Ċina

XY

1 000

10

L-Istati Uniti tal-Amerika

XX

200

2

Totali

1 700

17

L-Artikolu 26 tar-Regolament ma jindikax li r-rapport annwali jenħtieġ li jinkludi diżaggregazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet skont it-tip tagħhom. Madankollu, jitqies utli u xieraq li din l-informazzjoni tiġi rrappurtata, abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri fuq bażi volontarja.

9.1.2.   Awtorizzazzjoni tal-Esportazzjoni Globali

Pubblikazzjoni ta’ data dwar awtorizzazzjonijiet globali għall-esportazzjoni (destinazzjonijiet u tipi ta’ oġġetti) (12)

Eżempju

Tabella 3

Destinazzjonijiet

ID ISO tad-destinazzjoni

ID ISO tal-Istati Membri

L-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet globali li nħarġu

L-Istati Uniti

 

3

 

2

 

4

 

1

NM

 

2

 

5

MY

 

4

 

3


Tabella 4

Tipi ta’ oġġetti

Tip ta’ oġġetti

ID ISO tal-Istati Membri

L-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet globali li nħarġu

0EC01

 

4

 

1

 

1

 

4

1EC03

 

2

 

5

4EC05

 

5

 

3


Tabella 5

Valur tal-Awtorizzazzjonijiet tal-Esportazzjoni Globali  (13)

ID ISO tal-Istati Membri

Valur (EUR)

 

 

 

 

HU

 

NL

 

9.1.3.   Awtorizzazzjoni Nazzjonali Ġenerali tal-Esportazzjoni

Tabella 6

Destinazzjonijiet

Eżempju


ID ISO tad-destinazzjoni

ID ISO tal-Istati Membri

Għadd ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali ta’ esportazzjoni nazzjonali (14)

L-Istati Uniti

 

3

 

2

 

4

 

1

NM

 

2

 

5

MY

 

4

 

3


Tabella 7

Tipi ta’ oġġetti

Eżempju


Kodiċi tat-tip ta’ oġġetti

ID ISO tal-Istati Membri

Għadd ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali ta’ esportazzjoni nazzjonali (15)

0EC01

 

4

 

1

 

1

 

4

1EC03

 

2

 

5

4EC05

 

5

 

3


Tabella 8

Valur tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Esportazzjoni Globali  (16)

Eżempju


ID ISO tal-Istati Membri

Valur

 

 

 

 

 

 


Tabella 9

Pubblikazzjoni fir-rapport annwali tal-UE ta’ awtorizzazzjonijiet(numru u valur) skont it-tipi ta’ liċenzji

Eżempju


Sena

ID tat-Tip ta’ Liċenzja

Tip ta’ Liċenzja

Tip ta’ data

ID ISO tal-Istati Membri

Valur (EUR) (17)

Numru

2022

ID1

Awtorizzazzjonijiet ta’ esportazzjoni individwali;

Awtorizzazzjonijiet

 

100

70

 

200

30

Totali

300

100

 

ID2

Awtorizzazzjoni tal-Esportazzjoni Globali (18)

Awtorizzazzjonijiet

 

200

20

 

100

40

Totali

300

60

 

ID3

Awtorizzazzjonijiet ġenerali ta’ esportazzjoni nazzjonali

Awtorizzazzjonijiet

 

Jekk applikabbli

3

 

Jekk applikabbli

4

Totali

XXX

7

 

ID4

Awtorizzazzjonijiet ġenerali ta’ esportazzjoni nazzjonali (19)

Awtorizzazzjonijiet

 

Jekk applikabbli

8

 

Jekk applikabbli

8

Totali

XXX

16

 

ID5

Awtorizzazzjoni ta’ senserija (20)

Awtorizzazzjonijiet

 

50

10

 

50

3

Totali

100

13

 

ID6

Awtorizzazzjoni ta’ assistenza teknika (21)

Awtorizzazzjonijiet

 

700

40

 

100

5

Totali

800

45

 

ID7

Awtorizzazzjonijiet ta’ tranżitu (22)

Awtorizzazzjonijiet

 

80

3

 

50

1

Totali

130

4

 

ID8

Awtorizzazzjoni taħt miżura ta’ kontroll nazzjonali (23)

Awtorizzazzjonijiet

 

50

40

 

50

10

Totali

100

50

 

ID9

Awtorizzazzjoni għal oġġetti mhux elenkati (24)

Awtorizzazzjonijiet

 

100

10

 

50

5

Totali

150

15

 

ID10

Awtorizzazzjonijiet ta’ trasferiment intra-UE (25)

Awtorizzazzjonijiet

 

60

25

 

20

15

Totali

80

40

Totali

XXX

YYY

9.1.4.   Użu ta’ Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Esportazzjoni Globali, tal-Unjoni u Nazzjonali (26)

Tabella 10

Użu tal-EUGEAs mill-esportaturi

Notifiki tal-ewwel użu — Eżempju


Sena

ID ISO 2 tal-Istati Membri

EU001 (27)

Valur (28) EUR

EU002

Valur (EUR)

EU003

Valur (EUR)

EU004

Valur (EUR)

EU008

Valur (EUR)

2022

 

4

 

1

 

1

 

4

 

4

 

2022

 

5

 

4

 

2

 

3

 

5

 

2022

 

7

 

5

 

4

 

2

 

6

 

2022

 

1

 

6

 

5

 

1

 

3

 

2022

 

2

 

7

 

5

 

3

 

2

 

2022

 

3

 

8

 

3

 

5

 

1

 

2022

 

8

 

6

 

2

 

5

 

4

 

2022

 

4

 

7

 

1

 

2

 

5

 


Tabella 11

Għadd totali ta’ esportaturi li jużaw l-EUGEAs

Eżempju


ID ISO 2 tal-Istati Membri

EU001

EU002

EU003

EU004

EU005

EU006

EU007

EU008

 

14

 

 

 

 

 

 

 

 

20

 

 

 

 

 

 

 

 

16

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 12

L-użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Esportazzjoni Globali mill-esportaturi

Eżempju


Sena

ID ISO 2 tal-Istati Membri

L-għadd ta’ notifiki tal-ewwel użu jew tal-ewwel reġistrazzjonijiet fis-sena

Għadd totali ta’ esportaturi li jużaw Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Esportazzjoni Nazzjonali

2022

 

14

 

2022

 

20

 

2022

 

16

 


Tabella 13

Data addizzjonali  (29) : dettall skont it-tip ta’ oġġetti

Eżempju


Sena

ID ISO 2 tal-Istati Membri (30)

Kodiċi ta’ referenza tat-tip ta’ oġġetti

Valur f’EUR

Deskrizzjoni qasira tal-Awtorizzazzjoni Globali għall-Esportazzjoni, l-Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-Esportazzjoni jew il-kodiċi tal-EUGEAs rilevanti

2022

 

0EC01

300

 

2022

 

1EC03

1 000

 


Tabella 14

Data addizzjonali  (31) : dettall skont id-destinazzjonijiet

Eżempju


Sena

ID ISO 2 tal-Istati Membri

ID ISO 2 tal-Pajjiż ta’ Destinazzjoni

Valur f’EUR

Deskrizzjoni qasira tal-Awtorizzazzjoni Globali għall-Esportazzjoni, l-Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-Esportazzjoni jew il-kodiċi tal-EUGEAs rilevanti

2022

 

L-Istati Uniti

300

 

2022

 

NM

1 000

 

9.1.5.   Ċaħdiet u projbizzjonijiet (Anness A)

Tabella 15

Data ppubblikata fir-rapport annwali tal-UE dwar ċaħdiet u projbizzjonijiet

Eżempju


Sena XXXX

Għadd ta’ ċaħdiet u projbizzjonijiet (total tal-UE)

XX

Ir-rapport annwali tal-UE se jindika wkoll il-perċentwal relattiv ta’ tranżazzjonijiet miċħuda fuq il-valur totali tal-awtorizzazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju tal-UE fis-sena ta’ referenza.

9.1.6.   Oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika

Tabella 16

Pubblikazzjoni fir-rapport annwali tal-UE ta’ data dwar applikazzjonijiet għal oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika (Anness B)

Eżempju


 

Software ta’ intrużjoni

Sistemi ta’ interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet

Sistemi ta’ sorveljanza tal-Internet

Software għall-monitoraġġ tal-komunikazzjoni

Għodod forensiċi/investigattivi

Oħrajn (elenkati) (32)

Oħrajn (mhux elenkati) (33)

Totali

Destinazzjonijiet  (34)

Applikazzjonijiet li waslu

54

89

76

3

4

4

 

XXX

X, Y,Z, W

Stat Membru emittenti  (35)

Lista ta’ SM

Lista ta’ SM

Lista ta’ SM

Lista ta’ SM

Lista ta’ SM

Lista ta’ SM

Lista ta’ SM

 

 


Tabella 17

Pubblikazzjoni fir-rapport annwali tal-UE ta’ data dwar applikazzjonijiet, iċ-ċaħdiet u l-projbizzjonijiet għal oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika (Anness B)

Eżempju


Sena 2022 — UE

Għadd ta’ ċaħdiet u projbizzjonijiet li nħarġu

Lista ta’ SM

L-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa

Lista ta’ SM

10.   Informazzjoni dwar l-amministrazzjoni u l-infurzar tal-kontrolli

Ir-rapport annwali tal-EU se jinkludi l-informazzjoni li ġejja.

10.1.    Amministrazzjoni tal-kontrolli

L-għadd ta’ persunal (ekwivalenti għal full-time) direttament involut fl-amministrazzjoni tal-kontrolli fl-UE: xx

Użu ta’ għodod ta’ kontroll tal-esportazzjoni:

Sistema ta’ liċenzjar elettronika: lista ta’ Stati Membri li jużaw sistema ta’ liċenzjar elettronika

Għodda ta’ klassifikazzjoni: lista ta’ Stati Membri li jużaw għodod ta’ klassifikazzjoni

Għodod oħrajn: lista ta’ Stati Membri li jużaw għodod jew software oħra biex jappoġġaw lill-esportaturi u/jew lill-awtoritajiet ta’ kontroll tal-esportazzjoni fl-applikazzjoni tal-kontrolli

L-għadd ta’ avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni organizzati fis-sena ta’ referenza: yy

Iperlinks għar-rapporti nazzjonali, kif disponibbli.

10.2.    Amministrazzjoni tal-kontrolli

L-għadd ta’ awditi tal-konformità mwettqa: xx Inklużi dawk immexxija mid-dwana jew aġenziji oħra.

L-għadd ta’ ksur irrappurtat: yy

L-għadd ta’ penali/multi amministrattivi u kriminali imposti xx Kull aġenzija nazzjonali rilevanti tal-infurzar, f’każ ta’ ksur tar-regolamenti dwar il-kontroll tal-esportazzjoni.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(2)  Dawn il-linji gwida jikkonċernaw it-tħejjija tar-rapport annwali tal-UE dwar il-kontroll tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju, filwaqt li jirrikonoxxu li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom prattiki differenti dwar ir-rapportar pubbliku fuq bażi nazzjonali.

(3)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni “ bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tar-reġim ta’ kontroll tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni u tkun żgurata l-konsistenza tal-implimentazzjoni konsistenti u effikaċi tal-eżekuzzjoni tal-kontroll fit-territorju doganali tal-Unjoni kollu ”, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2021/821.

(4)  Il-grupp espert tekniku kellu diversi laqgħat bejn Frar 2022 u Ġunju 2023.

(5)  https://policy.trade.ec.europa.eu/consultations/guidelines-data-collection-and-preparation-eu-annual-report-dual-use-export-controls-under_mt

(6)  Il-kombinament ta’ data dwar l-awtorizzazzjonijiet skont id-destinazzjoni u skont it-tipi ta’ oġġetti f’tabella waħda x’aktarx iwassal għal ksur sinifikanti tal-kunfidenzjalità tal-esportaturi jew jista’ jimmina d-deċiżjonijiet restrittivi dwar il-liċenzjar fl-UE.

(7)  It-tabelli tal-kambju EUR/USD/munita nazzjonali se jiġu pprovduti mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-bidu ta’ Jannar ta’ kull sena.

(8)  Ara d-dispożizzjonijiet rilevanti għall-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni “L-esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa residenti jew stabbilit dwar l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 ġurnata mid-data li fiha tkun saret l-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun residenti jew stabbilit, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-mekkaniżmu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

(9)  Fir-rigward tad-data pprovduta mill-esportaturi, l-Istati Membri jistgħu jissottomettuha f’konformità mar-rekwiżiti ta’ notifika mill-esportaturi fl-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Globali u Nazzjonali rispettivi. Sabiex jiġu żgurati l-komparabbiltà u l-koerenza skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009, reviżjonijiet ulterjuri ta’ din il-metodoloġija se jikkunsidraw il-possibbiltà li tintuża d-data doganali biss.

(10)  Mhux legalment meħtieġ iżda ppubblikat għal aktar informazzjoni.

(11)  F’eluf ta’ EUR.

(12)  Skont id-disponibbiltà attwali tad-data mill-Istati Membri.

(13)  Peress li mhux l-Istati Membri kollha jobbligaw lill-esportaturi jindikaw valur rilevanti meta japplikaw għal Awtorizzazzjonijiet Globali ta’ Esportazzjoni, din it-tabella se tapplika kif xieraq.

(14)  Li jinkludu d-destinazzjoni rilevanti.

(15)  Li jinkludu t-tip rilevanti ta’ oġġett.

(16)  Jekk applikabbli skont il-prattika nazzjonali.

(17)  Miljuni ta’ EUR.

(18)  Abbażi tal-valur mogħti mill-Istati Membri fuq bażi volontarja, kif applikabbli.

(19)  Il-valur mogħti mill-Istati Membri fuq bażi volontarja.

(20)  Kif ingħataw mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi volontarja.

(21)  Ara hawn fuq.

(22)  Ara hawn fuq.

(23)  Ara hawn fuq.

(24)  Ara hawn fuq.

(25)  Ara hawn fuq.

(26)  Skont data mogħtija volontarjament mill-Istati Membri dwar l-użu talEUGEAs.

(27)  L-għadd ta’ notifiki tal-ewwel użu mill-esportaturi fis-sena — Għall-EUGEAs applikabbli kollha.

(28)  Il-valur totali tal-esportazzjoni bbażat fuq statistika doganali jew rapporti mill-esportaturi. Skont data dwaril-valur mogħtija volontarjament mill-Istati Membri dwar l-użu tal-EUGEAs, kif applikabbli.

(29)  Kif mogħti volontarjament mill-Istati Membri dwar l-użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Globali, Nazzjonali u l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-UE għall-Esportazzjoni.

(30)  L-Istati Membri rilevanti biss li pprovdew data rilevanti fuq bażi volontarja.

(31)  Ara hawn fuq.

(32)  Oġġetti elenkati oħra li jistgħu jintużaw bħala oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika.

(33)  Oġġetti oħra ta’ sorveljanza ċibernetika mhux elenkati li jistgħu jintużaw bħala oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika.

(34)  Lista tal-kodiċijiet tal-pajjiżi.

(35)  Meta Stat Membru wieħed jew tnejn biss ikunu elenkati bħala awtoritajiet emittenti, is-servizzi tal-Kummissjoni jikkonsultaw mal-awtoritajiet ikkonċernati, u jiksbu tweġiba pożittiva mill-Istati Membri kkonsultati sabiex jirrapportaw id-data b’mod li jipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni personali jew kummerċjali, id-difiża protetta, il-politika barranija jew is-sigurtà nazzjonali.


ANNESS A

Tipi ta’ oġġetti skont l-Artikolu 26(2) para. 2 tar-Regolament (UE) 2021/821 (li ma jinkludix oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika)

KATEGORIJA 0 — MATERJALI, FAĊILITAJIET, U TAGĦMIR NUKLEARI

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġetti

0EC1

Materjali, faċilitajiet, impjanti u tagħmir nukleari

0EC2

Software għal materjali, faċilitajiet u tagħmir nukleari

0EC3

Teknoloġija għal materjali, faċilitajiet u tagħmir nukleari

KATEGORIJA 1 — MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġetti

1EC1

Materjali, komponenti u strutturi għal inġenji tal-ajru/ajruspazju

1EC2

Splussivi, propellanti u tagħmir relatat

1EC3.

Materjali fibrużi, filamentari, u tagħmir tal-produzzjoni

1EC4

Metalli u ligi speċjali u tagħmir għalihom

1EC5

Oġġetti u tagħmir nukleari relatati

1EC6

Sustanzi kimiċi tossiċi, prekursuri, patoġeni, tossini u organiżmi ġenetikament modifikati, tagħmir u komponenti relatati ta’ protezzjoni u detezzjoni

1EC7

Software għal materjali speċjali u tagħmir relatat

1EC8

Teknoloġija għal materjali speċjali u tagħmir relatat

KATEGORIJA 2 — L-IPPROĊESSAR TA’ MATERJALI

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġetti

2EC1

Għodod u sistemi tal-magni u komponenti għat-tagħmir industrijali

2EC2

Tagħmir għall-manifattura kimika u bijoloġika

2EC3

Software għall-ipproċessar tal-materjali

2EC4

Teknoloġija għall-ipproċessar tal-materjali

KATEGORIJA 3 — ELETTRONIKA

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġetti

3EC1

Oġġetti u komponenti elettroniċi

3EC2

Assemblaġġi, moduli u tagħmir elettroniċi

3EC3

Oġġetti elettroniċi li jistgħu jintużaw f’applikazzjonijiet nukleari

3EC4

Tagħmir għall-manifattura u l-ittestjar ta’ apparat jew materjali semikondutturi

3EC5

Materjali semikondutturi

3EC6

Software għall-elettronika

3EC7

Teknoloġija għall-elettronika

KATEGORIJA 4 — KOMPJUTERS

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġett jew “oġġett”

4EC1

Kompjuters

4EC2

Software għall-kompjuters

4EC3

Teknoloġija għall-kompjuters

KATEGORIJA 5 — TELEKOMUNIKAZZJONI U SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġett jew “oġġett”

5EC1

Oġġetti u apparat tat-telekomunikazzjoni.

5EC2

Sigurtà tal-informazzjoni u oġġetti u tagħmir tal-kriptoanaliżi

5EC3

Software għat-telekomunikazzjoni u s-sigurtà tal-informazzjoni

5EC4

Teknoloġija għat-telekomunikazzjoni u s-sigurtà tal-informazzjoni

KATEGORIJA 6 — SENSURI U LASERS

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġetti

6EC1

Tagħmir ottiku u akustiku, komponenti u materjali relatati; sensuri oħrajn

6EC2

Lasers, tagħmir u materjali relatati

6EC3

Sistemi tar-radar, tagħmir u komponenti relatati

6EC4

Software għas-sensuri u l-lasers

6EC5

Teknoloġija għas-sensuri u l-lasers

KATEGORIJA 7 — NAVIGAZZJONI U AVJONIKA

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġetti

7EC1

Tagħmir għan-navigazzjoni inerzjali

7EC2

Tagħmir ieħor relatat man-navigazzjoni u l-avjonika

7EC3

Sistema tal-kontroll tat-titjira

7EC4

Tagħmir tal-produzzjoni għan-navigazzjoni u l-avjonika

7EC5

Software għan-navigazzjoni u l-avjonika

7EC6

Teknoloġija għan-navigazzjoni u l-avjonika

KATEGORIJA 8 — MATERJAL NAVALI

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġetti

8EC1

Vetturi sommerġibbli u bastimenti tal-wiċċ u sistemi, tagħmir u komponenti marittimi relatati

8EC2

Materjali u tagħmir għall-bastimenti tal-baħar

8EC3

Software għal fiq il-baħar

8EC4

Teknoloġija tal-baħar

KATEGORIJA 9 — AJRUSPAZJU U PROPULSJONI

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġetti

9EC1

Magni aerospazjali u turbini tal-gass (għajr l-UAV)

9EC2

UAV u propulsjonijiet għalihom

9EC3

Rokits u inġenji tal-ispazju

9EC4

Magni rokit

9EC5

Tagħmir għall-mini tar-riħ, faċilitajiet tal-ittestjar u kompartimenti

9EC6

Software għall-ajruspazju u propulsjoni

9EC7

Teknoloġija għall-ajruspazju u propulsjoni

OĠĠETTI MHUX ELENKATI

Kodiċi ta’ referenza

Tipi ta’ oġġetti

XEC1

Oħrajn/mhux elenkati


ANNESS B

Oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika skont l-Artikolu 2(20) tar-Regolament (UE) 2021/821

Kodiċi ta’ referenza

Oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika

CS1

Software ta’ intrużjoni

CS2

Sistemi ta’ interċettazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet

CS3

Sistemi ta’ sorveljanza tal-Internet

CS4

Software għall-monitoraġġ tal-komunikazzjoni

CS5

Għodod forensiċi/investigattivi

CS6

Oġġetti elenkati oħra li jistgħu jintużaw bħala oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika

CS7

Oġġetti oħra ta’ sorveljanza ċibernetika mhux elenkati li jistgħu jintużaw bħala oġġetti ta’ sorveljanza ċibernetika


ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2024/214/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)