|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/198 |
8.1.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/198
tal-11 ta’ Diċembru 2023
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2023–2027)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218, il-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) u l-Artikolu 218, il-paragrafu 7,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1476 (2), il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Madagascar”) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) u Protokoll ta’ Implimentazzjoni (2023–2027) tiegħu (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Protokoll”) ġew iffirmati fit-30 ta’ Ġunju 2023. |
|
(2) |
Il-Ftehim jissostitwixxi l-Ftehim preċedenti ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar (3), li ilu japplika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2007. |
|
(3) |
Il-Ftehim u l-Protokoll għandhom l-għan li jippermettu lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u li jippermettu lill-Unjoni u lil Madagascar jaħdmu flimkien mill-qrib biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u fl-Oċean Indjan. Din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti fis-settur tas-sajd. |
|
(4) |
Il-Ftehim u l-Protokoll jenħtieġ li jiġu approvati. |
|
(5) |
L-Artikolu 14 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 3, tal-Ftehim u l-Artikoli 11 u 12, il-paragrafu 4, tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta ċerti modifiki għall-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn il-modifiki, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali. |
|
(6) |
Jenħtieġ li jkun il-Kunsill li jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar il-modifiki għall-Protokoll. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati sakemm minoranza ta’ Stati Membri li timblokka ma toġġezzjonax għalihom f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u ta opinjoni fl-1 ta’ Ġunju 2023. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u l-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tiegħu (2023–2027) huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni (5).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17 tal-Ftehim u n-notifika prevista fl-Artikolu 18 tal-Protokoll (6).
Artikolu 3
Skont il-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, il-modifiki tal-Protokoll, adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
L. PLANAS PUCHADES
(1) Approvazzjoni tad-9 ta’ Novembru 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 182, 19.7.2023, p. 23.
(3) Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea (ĠU L 331, 17.12.2007, p. 7).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(5) It-test tal-Ftehim u tal-Protokoll huma ppubblikati fil-ĠU L 182, 19.7.2023, p. 25.
(6) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
PROĊEDURA U KUNDIZZJONIJIET BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI TAL-PROTOKOLL LI L-KUMITAT KONĠUNT GĦANDU JADOTTA
Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi tal-Protokoll skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 3 tal-Ftehim u skont l-Artikoli 11 u 12, il-paragrafu 4, tal-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni li ssir f’isem l-Unjoni:
|
|
(2) |
Qabel ma l-Kummissjoni tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tissottomettihom lill-Kunsill fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt. |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-emendi proposti jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti fil-punt 1. |
|
(4) |
Sakemm ma jkunx hemm numru ta’ Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li joġġezzjonaw għall-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tapprovahom f’isem l-Unjoni. Jekk ikun hemm tali minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni. |
|
(5) |
Jekk, waqt laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil, anki dak il-ħin stess, il-kwistjoni għandha tintbagħat lura lill-Kunsill f’konformità mal-proċedura stipulata fil-punti 2 sa 4, biex jitqiesu fatturi ġodda fid-deċiżjoni dwar il-pożizzjoni li tkun trid tieħu l-UE. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fiż-żmien dovut, il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet oħrajn li ma jirrigwardawx emendi tal-Protokoll skont l-Artikolu 14, il-paragrafu 3 tal-Ftehim u skont l-Artikoli 11 u 12, il-paragruaf 4, tal-Protokoll, il-pożizzjoni li l-Unjoni trid tieħu fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita skont it-Trattati u skont il-prattiki ta’ ħidma stabbiliti. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/198/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)