European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/183

1.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 173/2021

tal-11 ta’ Ġunju 2021

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/183]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2127 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/541 dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju applikabbli għall-boroż approvati u għall-operaturi tas-suq rikonoxxuti f’Singapore f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 31bazzh (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/541) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendat minn:

32020 D 2127: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2127 tas-16 ta’ Diċembru 2020 (ĠU L 426, 17.12.2020, p. 65).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2127 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ġunju 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 426, 17.12.2020, p. 65.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/183/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)