|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/173 |
1.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 181/2021
tal-11 ta’ Ġunju 2021
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/173]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/948 tal-31 ta’ Mejju 2017 dwar l-użu tal-valuri tal-konsum tal-fuel u tal-emissjonijiet tas-CO2 approvati għat-tip u mkejla f’konformità mal-Proċedura tat-Test Dinji Armonizzat għall-Vetturi Ħfief meta din l-informazzjoni tingħata lill-konsumaturi f’konformità mad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ac (id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“21aca. |
32017 H 0948: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/948 tal-31 ta’ Mejju 2017 dwar l-użu tal-valuri tal-konsum tal-fuel u tal-emissjonijiet tad-CO2 approvati għat-tip u mkejla f’konformità mal-Proċedura tat-Test Dinji Armonizzat għall-Vetturi Ħfief meta din l-informazzjoni tingħata lill-konsumaturi f’konformità mad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 100).” |
Artikolu 2
It-test tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2017/948 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ġunju 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Clara GANSLANDT
(1) ĠU L 142, 2.6.2017, p. 100.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/173/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)