European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/134

25.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 145/2021

tat-23 ta’ April 2021

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/134]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1000 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħieġ għalhekk, li l-Annessi II u IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 6l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32020 R 1000: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1000 tad-9 ta’ Lulju 2020 (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 105).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 26m (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014) tal-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32020 R 1000: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1000 tad-9 ta’ Lulju 2020 (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 105).”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) Nru 2020/1000 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ April 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 221, 10.7.2020, p. 105.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/134/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)