European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/63

11.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 54/2021

tal-5 ta’ Frar 2021

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/63]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (riformulazzjoni) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tħassar id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32016 L 2341: Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 (ĠU L 354, 23.12.2018, p. 37).”

2.

Fil-punt 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), l-adattament (q) jinbidel b’dan li ġej:

“(q)

Fl-Artikolu 308b(15), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘din id-Direttiva’ għandhom jinqraw ‘Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011’.”

3.

It-test tal-punt 31d (id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b’dan li ġej:

“31d.

32016 L 2341: Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (riformulazzjoni) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 56(1)(c), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘u, għal informazzjoni trażmessa minn jew li tikkonċerna l-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill’.

(b)

Fl-Artikolu 60(4), fit-tieni sentenza, il-kliem ‘, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘EIOPA’.”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) Nru 2016/2341 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37.

(2)   ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/63/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)