European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/62

11.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 56/2021

tal-5 ta’ Frar 2021

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/62]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 (1), li ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 190/2019 tal-10 ta’ Lulju 2019 (2), jenħtieġ li jiżdied ukoll bħala att emendatorju għad-Direttiva 2014/17/UE fl-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 31j (id-Direttiva 2014/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendat minn:

32016 R 1011: Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 171, 29.6.2016. p. 1).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2019 tat-8 ta’ Mejju 2019 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.

(2)   ĠU L 235, 12.9.2019, p. 9.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(3)   ĠU L 321, 12.12.2019, p. 176.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/62/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)