Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/41 |
11.1.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 57/2021
tal-5 ta’ Frar 2021
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/41]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/590 tal-24 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/784 fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-banda ta’ frekwenzi ta’ bejn l– 24,25 u s– 27,5 GHz (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/667 tas-6 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/688/UE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-meded ta’ frekwenzi 1 920-1 980 MHz u 2 110-2 170 MHz (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/636 tat-8 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2008/477/KE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 5cze (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE): ‘, kif emendat minn:
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 5czi (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE): ‘, kif emendat minn:
|
3. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 5czp (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/784): ‘, kif emendat minn:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/590, (UE) 2020/636 u (UE) 2020/667 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Clara GANSLANDT
(1) ĠU L 138, 30.4.2020, p. 19.
(2) ĠU L 156, 19.5.2020, p. 6.
(3) ĠU L 149, 12.5.2020, p. 3.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/41/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)