European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/14

11.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 35/2021

tal-5 ta’ Frar 2021

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/14]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/1764 tal-14 ta’ Marzu 2019 li tissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-kittijiet ta’ balavostri u tal-kittijiet ta’ ringieli balavostri maħsuba biex jintużaw f’xogħlijiet tal-bini unikament biex jipprevjenu l-waqgħat u mhux sottomessi għal tagħbijiet vertikali mill-istruttura (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1zzn (id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/771) tal-Kapitolu XXI tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“1zzo.

32019 D 1764: Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/1764 tal-14 ta’ Marzu 2019 li tissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-kittijiet ta’ balavostri u tal-kittijiet ta’ ringieli balavostri maħsuba biex jintużaw f’xogħlijiet tal-bini unikament biex jipprevjenu l-waqgħat u mhux sottomessi għal tagħbijiet vertikali mill-istruttura (ĠU L 270, 24.10.2019, p. 81).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/1764 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 270, 24.10.2019, p. 81.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/14/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)