|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/9 |
11.1.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 34/2021
tal-5 ta’ Frar 2021
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/9]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1682 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/1683 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (2), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 397, 26.11.2020, p. 30, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1684 tat-12 ta’ Novembru 2020 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“- |
32020 R 1682: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1682 tat-12 ta’ Novembru 2020 (ĠU L 379, 13.11.2020, p. 31), |
|
- |
32020 R 1683: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1683 tat-12 ta’ Novembru 2020 (ĠU L 379, 13.11.2020, p. 34), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 397, 26.11.2020, p. 30. |
|
- |
32020 R 1684: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/1684 tat-12 ta’ Novembru 2020 (ĠU L 379, 13.11.2020, p. 42).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) 2020/1682, (UE) 2020/1683, kif rettifikat permezz tal-ĠU L 397, 26.11.2020, p. 30, u (UE) 2020/1684, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Clara GANSLANDT
(1) ĠU L 379, 13.11.2020, p. 31.
(2) ĠU L 379, 13.11.2020, p. 34.
(3) ĠU L 379, 13.11.2020, p. 42.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/9/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)