|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2906 |
22.12.2023 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2906
tal-21 ta’ Diċembru 2023
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) u (2) u 7 (1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2023, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, żied żewġ persuni mal-lista ta’ individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Dawk iż-żewġ persuni jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u l-entrati korrispondenti jenħtieġ li jitħassru mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK jenħtieġ li għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huma b’dan emendati f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
ANNESS
(1)
Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi li tinsab fil-Parti a), “Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3(1)”, tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK:|
“37. |
Bernard Maheshe BYAMUNGU (psewdonimu: Tiger One) Deżinjazzjoni: a) Brigadier Ġeneral b) Viċi Kmandant tal-operazzjonijiet u l-intelligence għall-M23. Data tat-twelid: 10 ta’ Ottubru 1974. Post tat-twelid: Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Nazzjonalità: ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Indirizz: Democratic Republic of the Congo. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 25 ta’ Ottubru 2023. Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(c) u 7(h) tar-riżoluzzjoni 2293 (2016) bħala ‘mexxejja politiċi u militari ta’ milizzji Kongoliżi, inkluż dawk li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kombattenti tagħhom fil-proċessi ta’ diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid’ u ‘jaġixxu f’isem jew li huma mmexxija minn individwu jew entità deżinjata, jew li jaġixxu f’isem jew li huma mmexxija minn entità li hija proprjetà ta’ individwu jew entità deżinjati’, kif affermat mill-ġdid mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2688 (2023). Bħala mexxej tal-M23, huwa involut fil-promulgazzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet tal-grupp armat. F’Jannar 2023 ġie promoss għal Brigadier fl-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża, il-fergħa armata tal-M23. Imbagħad inħatar kap tal-persunal u viċi ta’ Sultani Makenga, u vvalida l-ippjanar għal kull operazzjoni tal-M23 fir-RDK minn dak iż-żmien ’l hawn. Inħareġ mandat mill-awtoritajiet Kongoliżi għall-arrest tiegħu. |
|
38. |
Ruvugayimikore PROTOGÈNE (psewdonimi: a) Ruhinda b) Gaby Ruhinda c) Zorro Midende d) Gatokarakura) Deżinjazzjoni: Kmandant tal-unità speċjali tal-FDLR, ‘Commando de recherche et d’action en profondeur’, (‘CRAP’), issa bl-isem Maccabe. Data tat-twelid: a) 1968 b) 1969 c) 1970. Post tat-twelid: a) Karandaryi Cell, Mwiyanike Sector, Karago Commune, Gisenyi Prefecture, Rwanda b) Nyabihu District, Western Province, Rwanda. Indirizz: Nyiragongo, North Kivu, Democratic Republic of the Congo Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 25 ta’ Ottubru 2023. Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 7(b), 7(e), u 7(h) tar-riżoluzzjoni 2293 (2016) bħala ‘mexxejja politiċi u militari ta’ gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatriazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti li jappartjenu għal dawk il-gruppi’; ‘li jippjanaw, jidderieġu, jew iwettqu atti fir-RDK li jikkostitwixxu ksur jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, fosthom dawk l-atti li jinvolvu l-immirar ta’ persuni ċivili, inkluż il-qtil u l-mankament, l-istupru u vjolenza sesswali oħra, il-ħtif, l-ispostament furzat, u attakki fuq skejjel u sptarijiet’; u ‘li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ individwu jew entità deżinjata, jew li jaġixxu f’isem jew taħt id-direzzjoni ta’ entità li hija proprjetà ta’ individwu jew entità deżinjata jew ikkontrollata minnhom’, kif affermat mill-ġdid mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2688 (2023). Bħala mexxej tal-FDLR, huwa għandu kmand u kontroll effettivi fuq il-kombattenti tal-grupp.” |
(2)
L-entrati li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima A “Persuni” tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK:|
10. |
Ruvugayimikore PROTOGÈNE; |
|
18. |
Bernard Maheshe BYAMUNGU. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2906/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)