European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2887

22.12.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2887

tal-20 ta’ Diċembru 2023

li japprova modifika ta’ terminu tradizzjonali fis-settur tal-inbid f’konformità mal-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill — “Vino generoso de licor”

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 115(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 28(2) u (3) u mal-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (2), il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ modifika tat-terminu tradizzjonali “Vino generoso de licor” li tressqet minn Spanja u ppubblikatha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 (4).

(3)

Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 31(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, jenħtieġ li l-modifika tat-terminu tradizzjonali “Vino generoso de licor” tiġi approvata u tiddaħħal fir-reġistru elettroniku tat-termini tradizzjonali protetti msemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-modifika tat-terminu tradizzjonali “Vino generoso de licor” ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/2023-01-01.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/33/2023-08-28).

(3)   ĠU C 275, 4.8.2023, p. 42.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/34/2023-08-28).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2887/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)