|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2866 |
18.12.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2866
tal-15 ta’ Diċembru 2023
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddetermina l-proċeduri għat-twettiq tal-verifika tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz (verifika fis-servizz)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(9), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/631 jirrikjedi li l-Kummissjoni tivverifika l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi fis-servizz. |
|
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-verifika fis-servizz tkun rappreżentattiva, jenħtieġ li jintgħażel għadd minimu ta’ familji ta’ vetturi li għandhom jiġu ttestjati mill-awtoritajiet tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip. Huwa xieraq li jinstabu sinerġiji bejn il-verifika fis-servizz tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-kontrolli tal-konformità fis-servizz tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti. |
|
(3) |
Sabiex jiġu mmirati dawk il-familji ta’ verifika fis-servizz li għandhom l-ogħla riskju li jinkludu vetturi b’devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil mill-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u mill-valuri tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fiċ-ċertifikat ta’ konformità, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip jenħtieġ li tagħżel għall-verifika ta’ dawk il-familji ta’ verifika fis-servizz li għalihom tkun irċeviet evidenza li hi tqis bħala li tindika b’suffiċjenza li tista’ teżisti tali devjazzjoni, ikkomplementata minn familji ta’ verifika fis-servizz magħżula abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju li għandha titwettaq mill-Kummissjoni. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata kopertura suffiċjenti ta’ kull tip ta’ test, huwa xieraq l-istabbiliment ta’ perċentwal minimu ta’ familji li għandhom jiġu koperti minn kull tip ta’ test, abbażi tal-għadd totali ta’ familji ta’ verifika fis-servizz li għalihom l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tkun ħarġet approvazzjonijiet tat-tip tal-emissjonijiet, inklużi estensjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet li jinvolvu bidliet fil-valuri ddikjarati tal-emissjonijiet tas-CO2. |
|
(5) |
Peress li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fiċ-ċertifikat ta’ konformità jiġu ddeterminati abbażi tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip, huwa xieraq li l-vetturi magħżula għat-test ta’ verifika fis-servizz ikunu f’kundizzjoni simili għal dawk ittestjati matul l-approvazzjoni tat-tip, b’mod partikolari bl-istabbiliment ta’ rekwiżiti għall-kilometraġġ u l-età massimi tagħhom. |
|
(6) |
Sabiex jiġi limitat il-piż tal-ittestjar, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip jenħtieġ li tkun tista’ jew tapplika l-istess fatturi ta’ korrezzjoni għall-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura bħal dawk għall-approvazzjoni tat-tip jew, jekk tara l-ħtieġa li tivverifika wieħed jew aktar minn dawk il-fatturi, li tiddeterminahom bħala parti mill-verifika fis-servizz billi jitwettqu l-istess testijiet bħal dawk għall-approvazzjoni tat-tip. |
|
(7) |
Għal vetturi elettriċi ibridi li jiġu ċċarġjati esternament (“OVC-HEV”), ir-riżultat tat-test tax-xażi dinamometriku ta’ verifika fis-servizz jenħtieġ li jkun ibbażat biss fuq il-modalità sostenn taċ-ċarġ, u jenħtieġ li tinġabar informazzjoni dwar il-parametri rilevanti fil-modalità eżawriment taċ-ċarġ sabiex tivvaluta jekk ikunx meħtieġ aġġustament futur. |
|
(8) |
Sabiex tkun tista’ ssir il-verifika fis-servizz futura tal-akkuratezza tal-apparati ta’ monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija (“OBFCM”) installati fil-vetturi, huwa xieraq li jinġabru l-valuri rreġistrati mill-apparat OBFCM matul it-test tax-xażi dinamometriku ta’ verifika fis-servizz. |
|
(9) |
Sabiex ma jiġix sottovalutat id-daqs tad-devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kwalunkwe vettura fi ħdan familja ta’ verifika fis-servizz, id-daqs tad-devjazzjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-proporzjon medju tal-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminat mit-testijiet fis-servizz għall-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 kif irreġistrat fiċ-ċertifikat ta’ konformità, u fuq il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vehicle high ta ’ dik il-familja ta’ verifika fis-servizz. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evalwat ir-riżultat tat-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq mal-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 irrapportat fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vettura, il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 li jikkorrispondi mar-riżultat tat-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq jenħtieġ li jiġi kkalkolat bl-użu tal-metodu ta’ interpolazzjoni applikat għall-approvazzjoni tat-tip jew, meta dak il-metodu ma jkunx ġie applikat, bl-użu ta’ proporzjon medju ġeneriku tat-tip ta’ fjuwil tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għad-domanda ta’ enerġija taċ-ċiklu. |
|
(11) |
Sabiex tiġi identifikata strateġija artifiċjali, li topera biss matul it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip u mhux waqt it-tħaddim normali fis-servizz, huwa kruċjali li l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ittestjar ma jkunux magħrufa minn qabel u, għalhekk, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għat-testijiet tal-istrateġija artifiċjali ddedikati jiġu ddeterminati fuq bażi ta’ każ b’każ mill-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
(12) |
Minħabba li n-natura eżatta tal-istrateġiji artifiċjali ma tistax tkun magħrufa minn qabel, l-analiżi u l-evalwazzjoni tar-riżultati tat-test tal-istrateġija artifiċjali jenħtieġ li jsiru mill-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip abbażi tat-tqabbil tar-riżultati li jinstabu f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar differenti. |
|
(13) |
Sabiex tiddokumenta r-riżultati tat-test u tipprovdi għall-analiżi ulterjuri tagħhom, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip jenħtieġ li tagħmel ir-rapport tat-test disponibbli lill-Kummissjoni u lill-manifattur ikkonċernat. Sabiex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Kummissjoni, huwa xieraq li jkun meħtieġ li d-data tat-test tiġi ppreżentata wkoll lill-Kummissjoni, bl-użu ta’ pjattaforma ddedikata. |
|
(14) |
F’każ li tinstab devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2, il-manifattur ikkonċernat jenħtieġ li jingħata l-opportunità li jirreaġixxi għas-sejbiet tal-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip, inkluż billi jipprovdi evidenza li tikkontesta dawk is-sejbiet. Sabiex tiġi evitata estensjoni bla bżonn tal-proċess ta’ verifika fis-servizz, huwa raġonevoli li jiġi limitat iż-żmien ta’ rispons għall-manifattur. |
|
(15) |
Meta jinstab nuqqas ta’ korrispondenza tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 jew il-preżenza ta’ kwalunkwe strateġija li ttejjeb il-prestazzjoni ta’ vettura b’mod artifiċjali bħala riżultat tal-verifiki fis-servizz imwettqa, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vetturi kollha tal-familja ta’ verifika fis-servizz jew, meta applikabbli, mill-familja tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq, jenħtieġ li tiġi kkoreġuta, minħabba li l-kampjun tal-vettura tat-test jitqies bħala rappreżentattiv tal-familja kollha ta’ verifika fis-servizz jew, meta applikabbli, tal-familja tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq kollha. F’każ bħal dan, l-awtorità responsabbli tal-approvazzjoni tat-tip jenħtieġ li tieħu wkoll il-miżuri meħtieġa stabbiliti fil-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif ukoll tiżgura l-korrezzjoni taċ-ċertifikati ta’ konformità. |
|
(16) |
Peress li l-proċeduri ta’ ttestjar għall-verifika fis-servizz huma bbażati fuq il-proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (“WLTP”) stabbilita fir-Regolament tan-NU Nru 154 (3), tista’ tiġi applikata korrezzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur mill-2021, għaliex dan huwa minn ż-żmien minn meta dawk l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 huma bbażati fuq id-WLTP. Manifattur jenħtieġ li jingħata l-opportunità li jinnotifika l-iżbalji fil-korrezzjonijiet applikati, bħala parti mill-proċedura eżistenti ta’ notifika ta’ żball matul il-proċess ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jiddetermina l-proċeduri għall-verifika li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità jikkorrispondu għall-emissjonijiet tas-CO2 minn u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi fis-servizz u l-proċeduri għall-verifika tal-preżenza ta’ kwalunkwe strateġija implimentata jew relatata mal-vetturi li jtejbu b’mod artifiċjali l-prestazzjoni tal-vettura fit-testijiet imwettqa għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip (“verifika fis-servizz”).
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar ta’ devjazzjonijiet misjuba fl-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi fis-servizz meta mqabbla mal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità bħala riżultat tal-verifika fis-servizz u biex jitqiesu dawk id-devjazzjonijiet fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifattur.
3. Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
vetturi li huma eżenti mill-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2; |
|
(b) |
manifatturi li, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati magħhom, kienu responsabbli għal inqas minn 1 000 karozza tal-passiġġieri ġdida jew għal inqas minn 1 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida li ġew irreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja sentejn qabel is-sena kalendarja li fiha, f’konformità mal-Artikolu 3, jintgħażlu l-familji ta’ verifika fis-servizz. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (4), l-Artikolu 2, fir-Regolament (UE) 2019/631, il-paragrafu 3, fir-Regolament tan-NU Nru 154, il-paragrafu 3 u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2867 (5) , l-Artikolu 2.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2” tfisser meta l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi fis-servizz ikunu ogħla mill-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità, filwaqt li titqies l-evalwazzjoni statistika tat-testijiet f’konformità mal-Anness I; |
|
(2) |
“test tax-xażi dinamometriku” tfisser test tax-xażi dinamometriku f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B6 u l-Anness B8, li jsir fuq vettura fis-servizz; |
|
(3) |
“test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq” tfisser test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B4, li jsir fuq vettura fis-servizz; |
|
(4) |
“test tal-istrateġiji artifiċjali” tfisser test iddedikat imwettaq fuq vettura fis-servizz, biex jivverifika jekk humiex preżenti strateġiji artifiċjali; |
|
(5) |
“vehicle high tal-familja ta’ verifika fis-servizz” tfisser il-vehicle high ta’ kwalunkwe waħda mill-familji ta’ interpolazzjoni inklużi fil-familja ta’ verifika fis-servizz li għandha l-ogħla valur iddikjarat tal-emissjonijiet tas-CO2. |
Artikolu 3
Għażla tal-familji ta’ verifika fis-servizz
1. L-għadd ta’ familji ta’ verifika fis-servizz magħżula kull sena minn awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkun mill-inqas 2 % tal-għadd totali ta’ familji ta’ verifika fis-servizz li għalihom dik l-awtorità tkun ħarġet approvazzjonijiet tat-tip tal-emissjonijiet fit-3 snin kalendarji ta’ qabel il-verifika fis-servizz.
2. Meta tagħżel familji ta’ verifika fis-servizz f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2867, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha:
|
(a) |
tinkludi l-familji kollha ta’ verifika fis-servizz li għalihom fit-12-il xahar preċedenti tkun irċeviet evidenza mill-Kummissjoni, minn awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew minn parti terza li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/163 (6), li tindika l-preżenza ta’ devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2; |
|
(b) |
tagħżel aktar familji ta’ verifika fis-servizz abbażi tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni tar-riskju li dawk il-familji jistgħu jinkludu vetturi b’devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2, kif irrapportat f’konformità mal-paragrafu 3. |
3. Meta twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tqis tal-anqas l-elementi li ġejjin, meta disponibbli:
|
(a) |
l-għadd totali ta’ vetturi ġodda mill-familja ta’ verifika fis-servizz li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni; |
|
(b) |
familji ta’ verifika fis-servizz b’karatteristiċi tekniċi simili iżda b’valuri aktar baxxi tal-emissjonijiet tas-CO2 jew tal-konsum tal-fjuwil, identifikati bl-użu tad-data miġbura skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 (7), l-Artikolu 14; |
|
(c) |
ir-riżultati ta’ verifiki fis-servizz preċedenti, u b’mod partikolari s-sejbiet relatati mal-preżenza ta’ strateġiji artifiċjali; |
|
(d) |
informazzjoni rilevanti mit-testijiet tal-konformità fis-servizz skont ir-Regolament (UE) 2017/1151; |
|
(e) |
data tad-dinja reali kif definita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/392, l-Artikolu 2(c). |
4. Kull sena, sal-31 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jiddeskrivi l-metodoloġija użata għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), u s-sejbiet ewlenin tal-valutazzjoni tagħha mwettqa f’dik is-sena. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll lista ta’ familji ta’ verifika fis-servizz bl-ogħla riskju li jinkludu vetturi b’devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 .
Artikolu 4
It-tip u l-għadd ta’ testijiet ta’ verifika fis-servizz
1. Għal kull familja ta’ verifika fis-servizz magħżula f’sena kalendarja partikolari f’konformità mal-Artikolu 3, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip f’dik is-sena għandha twettaq mill-inqas wieħed mit-testijiet li ġejjin fuq il-vetturi magħżula, filwaqt li tiżgura d-distribuzzjoni li ġejja:
|
(a) |
testijiet tax-xażi dinamometriku għal mill-inqas 75 % tal-familji ta’ verifika fis-servizz magħżula; |
|
(b) |
testijiet tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq għal mill-inqas 50 % tal-familji ta’ verifika fis-servizz magħżula, esklużi l-familji ta’ verifika fis-servizz li għalihom ikun ġie applikat il-metodu ta’ kalkolu tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq prestabbilit għall-approvazzjoni tat-tip; |
|
(c) |
testijiet ta’ strateġiji artifiċjali għal mill-inqas 25 % tal-familji ta’ verifika fis-servizz magħżula. |
2. Għal kull familja ta’ verifika fis-servizz magħżula, għandu jiġi ttestjat l-għadd ta’ vetturi li ġej:
|
(a) |
għat-testijiet tax-xażi dinamometriku u tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq: bejn 3 u 10 vetturi f’konformità mal-metodu deskritt fl-Anness I; |
|
(b) |
għal testijiet ta’ strateġiji artifiċjali: tal-anqas vettura waħda |
3. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tiddeċiedi li tinkludi r-riżultati tat-test tal-verifika fis-servizz imwettqa mill-Kummissjoni, minn awtorità oħra tal-approvazzjoni tat-tip, minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew minn parti terza li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/163, fil-metodu statistiku deskritt fl-Anness I jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tiġi infurmata dwar l-ittestjar li jmiss sabiex l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tosserva l-ittestjar; |
|
(b) |
ir-riżultati kollha tal-ittestjar tal-verifika fis-servizz jiġu rrapportati lill-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip fi żmien 5 ijiem minn kull test. |
Artikolu 5
Għażla ta’ vetturi tat-test individwali
1. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħżel vetturi tat-test li, fil-ħin tal-għażla, jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
|
(a) |
għandhom kilometraġġ ta’ bejn 3 000 km u 40 000 km; |
|
(b) |
ma jkollhomx aktar minn sentejn li jibdew jgħoddu mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom. |
2. Minkejja l-paragrafu 1, meta awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip ma tkunx tista’ tagħżel għadd suffiċjenti ta’ vetturi li jissodisfaw dawk il-kriterji, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tagħżel vetturi tat-test li, fil-ħin tal-għażla, jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
|
(a) |
ikollhom kilometraġġ ta’ bejn 3 000 km u 100 000 km; |
|
(b) |
ma jkollhomx aktar minn 5 snin li jibdew jgħoddu mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom. |
3. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivverifika u tiżgura li l-vetturi tat-test ikunu fi stat rappreżentattiv ta’ vettura miżmuma u użata kif suppost, u jkollhom karatteristiċi koperti minn dawk irreġistrati fiċ-ċertifikat ta’ konformità, permezz tal-lista ta’ kontroll tal-vettura stabbilita fl-Anness II.
Artikolu 6
Kundizzjonijiet tat-test għat-testijiet tax-xażi dinamometriku
1. Għal kull vettura tat-test magħżula biex tgħaddi minn test tax-xażi dinamometriku, il-konfigurazzjonijiet tar-reżistenza għall-avvanz tax-xażi dinamometriku msemmija fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B4, il-paragrafu 8, għandhom jiġu konfigurati skont il-koeffiċjenti tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq f0, f1, f2 u l-massa tat-test speċifikata fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vettura tat-test.
2. Il-fjuwil tat-test użat għat-testijiet tax-xażi dinamometriku għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B3.
Fil-każ ta’ vetturi bifjuwil li jaħdmu bil-petrol u bil-gass likwifikat biż-żejt jew bil-petrol u bil-gass naturali kkompressat, u fil-każ ta’ vetturi bi fjuwil flessibbli li jużaw il-petrol u l-fjuwil tal-etanol (E85), it-test tax-xażi dinamometriku għandu jitwettaq fuq il-fjuwil li għalih l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/631, l-Anness II, il-Parti A, il-punt 2a, jew fir-Regolament (UE) 2019/631, l-Anness III, il-Parti A, il-punt 2a.
Artikolu 7
Riżultat tat-test tax-xażi dinamometriku ta’ vettura tat-test individwali
1. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tikkalkula l-RCB, il-veloċità fil-mira u l-korrezzjonijiet tad-distanza msemmija fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B7 jew, meta applikabbli, B6 jew B8, billi tuża r-riżultati tat-test tax-xażi dinamometriku mwettaq.
Għall-kalkolu tal-fatturi ta’ korrezzjoni tal-familja tal-Ki, KCO2 u ATCT imsemmija fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B6, B7 u B8, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħmel kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
tapplika l-fatturi ta’ korrezzjoni tal-familja tal-Ki, KCO2 uTCT li ntużaw għall-approvazzjoni tat-tip; |
|
(b) |
tikkalkula l-fatturi ta’ korrezzjoni tal-familja tal-Ki, KCO2 uTCT abbażi tat-testijiet imwettqa fuq il-vettura magħżula għat-test ta’ verifika fis-servizz skont il-proċeduri deskritti fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B6, B7 u B8. |
2. Għal kull vettura tat-test individwali, minbarra OVC-HEV, li tkun għaddejja minn test tax-xażi dinamometriku, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina r-riżultat tat-test tax-xażi dinamometriku (proporzjon tas-CO2) bħala l-proporzjon tal-valur tal-emissjoni tas-CO2 ikkalkolat mit-test tax-xażi dinamometriku, filwaqt li jitqiesu l-fatturi ta’ korrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (CO2, verifika fis-servizz) għall-valur ikkombinat tal-emissjonijiet tas-CO2 irreġistrat fl-entrata 49 taċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ dik il-vettura (CO2, CoC).
3. Għal kull OVC-HEV li tkun qed tagħmel test tax-xażi dinamometriku, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina r-riżultat tat-test tax-xażi dinamometriku (proporzjon tas-CO2) bħala l-proporzjon tal-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 ikkalkolat mit-test tax-xażi dinamometriku fil-modalità sostenn taċ-ċarġ skont ir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B8, filwaqt li tqis il-fatturi ta’ korrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (CO2, verifika fis-servizz) għall-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ sostenn taċ-ċarġ ikkombinat irreġistrat fl-entrata 49 taċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ dik il-vettura (CO2, CoC).
Barra minn hekk, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina l-valur ekwivalenti tal-emissjonijiet kollha tal-medda elettrika u tas-CO2 ikkalkolat mit-test tax-xażi dinamometriku fil-modalità eżawriment taċ-ċarġ skont ir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B8, filwaqt li tqis il-fatturi ta’ korrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Ir-rapport tat-test għandu jinkludi l-proporzjon tal-valur ikkombinat ponderat tal-emissjonijiet tas-CO2 ikkalkolat mit-testijiet tax-xażi dinamometriku, filwaqt li jitqiesu l-fatturi ta’ korrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għall-valur ikkombinat ponderat tal-emissjonijiet tas-CO2 irreġistrat fl-entrata 49 taċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ dik il-vettura, kif ukoll informazzjoni dwar id-deterjorament tal-batterija tat-trazzjoni matul iż-żmien u l-medda elettrika kollha ekwivalenti.
4. Għal kull vettura tat-test individwali, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha, qabel u wara t-test tax-xażi dinamometriku, tinqara mill-port tas-serje tad-dijanjostika abbord tal-vettura, il-valuri tad-data tad-dinja reali kif definiti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/392, l-Artikolu 2(c), bl-użu ta’ għodda tal-iskennjar ġenerika. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tinkludi dawn il-valuri fir-rapport tat-test, flimkien mal-valur għal “fjuwil_ikkonsmat WLTP” f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness C5.
Artikolu 8
Evalwazzjoni statistika tar-riżultati tat-test tax-xażi dinamometriku u kalkolu tad-daqs tad-devjazzjoni
1. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tevalwa r-riżultati tat-test tax-xażi dinamometriku tal-vetturi tat-test individwali miksuba f’konformità mal-Artikolu 7 sabiex tistabbilixxi jekk hemmx devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-familja ta’ verifika fis-servizz li tkun qed issirilha t-test tax-xażi dinamometriku jew le, bl-użu tal-metodu stabbilit fl-Anness I.
2. F’każ li l-familja ta’ verifika fis-servizz ma tgħaddix mill-evalwazzjoni statistika kif stabbilit fl-Anness I, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina d-daqs tad-devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 kif ġej:
fejn:
|
— |
is-CO2 VH huwa l-valur iddikjarat tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vehicle high tal-familja ta’ verifika fis-servizz [g/km] jew, għal OVC-HEV, il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-modalità sostenn taċ-ċarġ tal-vehicle high tal-familja ta’ verifika fis-servizz [g/km]; |
|
— |
il-medja (proporzjon tas-CO2) hija kif iddefinita fl-Anness I. |
Artikolu 9
Kundizzjonijiet tat-test għat-testijiet tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq
1. Għal test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tuża kwalunkwe wieħed mill-metodi ta’ kejl imsemmija fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B4.
2. Vettura magħżula għal test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq għandha titbattal mit-tagħmir addizzjonali kollu u għandha titneħħa minnha kwalunkwe karatteristika li ma kinitx preżenti fil-ħin tal-ewwel reġistrazzjoni. It-tankijiet tal-fjuwil tal-vettura għandhom jiġu mimlija sa mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità tagħhom. Il-vettura għandha tkun mgħammra bit-tagħmir standard f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur, b’massa addizzjonali ta’ 100 kg u bil-massa rappreżentattiva tar-reżistenza għall-avvanz tal-vettura, kif iddefinita fir-Regolament tan-NU Nru 154, il-paragrafu 3.2.26. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina l-massa tal-vettura kif imħejjija jew daqslikieku mħejjija b’dan il-mod, li titqies bħala l-massa tat-test iddeterminata matul it-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq.
3. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li t-tajers ta’ vettura magħżula għal test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
ikunu jappartjenu għall-istess klassi ta’ effiċjenza enerġetika kif irreġistrata fiċ-ċertifikat ta’ konformità; |
|
(b) |
jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B4, il-paragrafu 4.2.2.2. |
Bħala alternattiva għall-kundizzjoni (a), l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tapplika korrezzjoni għall-koeffiċjent tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq f0 kif stabbilit fl-Anness III. Imbagħad, l-f0 imkejjel, ikkoreġut għandu jitqies bħala l-f0 iddeterminat matul it-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq.
4. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li matul it-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq, il-kontroll tal-għoli tal-vettura u x-xaters tax-xibka attivi ta’ kull vettura tat-test, kif ukoll partijiet oħra tal-karrozzerija ajrudinamika mobbli li jimmodifikaw ir-reżistenza tal-arja ajrudinamika, joperaw skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B4, il-paragrafu 4.2.1.5.
Artikolu 10
Riżultat tat-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq ta’ vettura tat-test individwali
1. Għal kull vettura tat-test individwali, minbarra OVC-HEV, li tkun qed tagħmel test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tikkalkula l-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 (CO2, verifika fis-servizz) mill-koeffiċjenti tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq f0, f1,f 2 u l-massa tat-test iddeterminata matul it-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq billi tapplika l-metodi stabbiliti fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B7 jew, fejn applikabbli, l-Anness B8 bl-użu tal-valuri mkejla tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vehicle low u vehicle high.
2. Fil-każ ta’ OVC-HEV li tkun qed tagħmel test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tikkalkula s-CO2, verifika fis-servizz mill-koeffiċjenti tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq f0, f1,f 2 u l-massa tat-test iddeterminata matul it-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq billi tapplika l-metodi stabbiliti fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B8, bl-użu tal-linja ta’ interpolazzjoni li tikkorrispondi għall-modalità sostenn taċ-ċarġ.
3. F’każ li l-metodu ta’ interpolazzjoni ma jkunx intuża, is-CO2, verifika fis-servizz għandha tiġi kkalkolata mill-koeffiċjenti tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq f0,f 1, f2 u l-massa tat-test iddeterminata matul it-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq kif stabbilit fl-Anness IV.
4. Għal kull vettura tat-test individwali li tkun għaddejja minn test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina r-riżultat tat-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq (proporzjon tas-CO2) bħala l-proporzjon tas-CO2, verifika fis-servizz iddeterminata f’konformità mal-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu għall-valur ikkombinat tal-emissjonijiet tas-CO2, jew, fil-każ ta’ OVC-HEV, il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ sostenn taċ-ċarġ ikkombinat , irreġistrat fl-entrata 49 taċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ dik il-vettura (CO2, CoC).
Artikolu 11
Evalwazzjoni statistika tar-riżultati tat-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq u kalkolu tad-daqs tad-devjazzjoni
1. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tevalwa r-riżultati tat-test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq miksuba f’konformità mal-Artikolu 10 biex tistabbilixxi jekk hemmx devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-familja tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq li tkun qed issirilha testijiet tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq, billi tuża l-metodu stabbilit fl-Anness I.
2. F’każ li l-familja tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq ma tgħaddix mill-evalwazzjoni statistika kif stabbilit fl-Anness I, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina d-daqs tad-devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2, kif ġej:
fejn:
|
— |
is-CO2 VH huwa l-valur iddikjarat tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vehicle high tal-familja ta’ verifika fis-servizz [g/km] jew, għal OVC-HEV, il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-modalità sostenn taċ-ċarġ tal-vehicle high tal-familja ta’ verifika fis-servizz [g/km]; |
|
— |
il-medja (proporzjon tas-CO2) hija kif iddefinita fl-Anness I. |
Artikolu 12
Kundizzjonijiet tat-test għal testijiet ta’ strateġiji artifiċjali
L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivverifika l-preżenza ta’ strateġiji artifiċjali fil-vettura tat-test magħżula f’konformità mal-Artikolu 4 permezz tat-testijiet li ġejjin:
|
(a) |
test tax-xażi dinamometriku; |
|
(b) |
test tax-xażi dinamometriku kif stabbilit fir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B6, bil-fażijiet tat-test imwettqa f’ordni differenti, jew kwalunkwe test ieħor li għalih il-kundizzjonijiet tal-ittestjar ma jwasslux għal bidla sinifikanti fir-rispons fiżiku tal-vettura u/jew kwalunkwe waħda mis-subsistemi tagħha mingħajr strateġiji artifiċjali; |
|
(c) |
test tal-Emissjonijiet f’Sewqan Reali fit-triq kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1151, l-Anness IIIA, jew kwalunkwe test fit-triq ieħor li jista’ jindika jekk hijiex preżenti strateġija artifiċjali; |
|
(d) |
test tax-xażi dinamometriku bil-għan li jiġi replikat it-test fit-triq imwettaq skont il-punt (c). |
Artikolu 13
Evalwazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-istrateġiji artifiċjali u kalkolu tad-daqs tad-devjazzjoni
1. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tevalwa r-riżultati tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-Artikolu 12 biex tivvaluta r-riskju li jkunu preżenti strateġiji artifiċjali fil-vettura tat-test, billi tqabbel dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-test imsemmi fl-Artikolu 12(b) b’dawk il-valuri mit-test imsemmi fl-Artikolu 12(a); |
|
(b) |
il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2, diviżi bid-domanda ta’ enerġija taċ-ċiklu, mit-test imsemmi fl-Artikolu 12(c) b’dawk il-valuri mit-test imsemmi fl-Artikolu 12(a); |
|
(c) |
il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2, diviżi bid-domanda ta’ enerġija taċ-ċiklu, mit-test imsemmi fl-Artikolu 12(d) b’dawk il-valuri mit-test imsemmi fl-Artikolu 12(c). |
2. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddeskrivi l-kriterji użati għal din l-evalwazzjoni fir-rapport tat-test, bi strateġiji artifiċjali li għandhom jinftiehmu bħala kwalunkwe software, loġika ta’ kontroll, hardware jew komponent abbord jew relatat mal-vettura, li jnaqqas il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura jew tal-konsum tal-fjuwil fit-testijiet imwettqa għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet, iżda li ma joperax b’mod konsistenti meta l-vettura tkun fis-servizz, filwaqt li titqies id-differenza fil-kundizzjonijiet, sakemm din ma tkunx meħtieġa mil-leġiżlazzjoni jew tista’ tiġi ġġustifikata mill-ħtieġa ta’ protezzjoni tal-vettura kontra ħsara immedjata jew jiġi żgurat it-tħaddim sikur tal-vettura.
3. Jekk, abbażi tal-evalwazzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tivvaluta r-riskju li l-istrateġiji artifiċjali jkunu preżenti fil-vettura tat-test ikunu għoljin, hija għandha tispeċifika u twettaq programm ta’ ttestjar speċifiku flimkien mat-testijiet imwettqa skont l-Artikolu 12, biex tidentifika l-preżenza jew in-nuqqas ta’ strateġija artifiċjali.
4. Jekk l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tidentifika li hemm strateġiji artifiċjali preżenti, hija għandha tiddetermina d-daqs tad-devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 billi tqabbel il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 magħha u mingħajr strateġiji artifiċjali. Jekk id-daqs ta’ dik id-devjazzjoni ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat abbażi tat-testijiet imwettqa skont l-Artikolu 12 u, jekk applikabbli, il-paragrafu 3, id-daqs tad-devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għandu jkun 10 % tal-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vehicle high tal-familja ta’ verifika fis-servizz jew, għal OVC-HEV, 10 % tal-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-modalità sostenn taċ-ċarġ tal-vehicle high tal-familja ta’ verifika fis-servizz, fiż-żewġ każijiet b’minimu ta’ 14-il g/km.
Artikolu 14
Rapport tat-test
1. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tinkludi fir-rapporti tat-test imsemmija fir-Regolament Delegat (UE) 2023/2867, l-Artikolu 5(1), tal-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull familja ta’ verifika fis-servizz ittestjata u għal kull tip ta’ test:
|
(a) |
it-tip ta’ test imwettaq; |
|
(b) |
il-lista ta’ kontroll tal-vettura; |
|
(c) |
il-kundizzjonijiet tat-test; |
|
(d) |
ir-riżultati tat-test ta’ kull waħda mill-vetturi tat-test individwali; |
|
(e) |
l-evalwazzjoni statistika tar-riżultati tat-test; |
|
(f) |
jekk applikabbli, il-kalkolu tad-daqs tad-devjazzjoni; |
|
(g) |
f’każ ta’ test ta’ strateġiji artifiċjali: il-kriterji użati għall-evalwazzjoni tar-riżultati tat-test. |
2. Fi żmien 20 jum tax-xogħol mit-tlestija tat-testijiet, ir-rapport tat-test għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-manifattur tal-vetturi kkonċernati u r-rapport tat-test flimkien mad-data li ġejja għal kull waħda mill-vetturi tat-test individwali għandu jittella’ f’format kriptat f’server iddedikat tal-Kummissjoni:
|
(a) |
għal kull test tax-xażi dinamometriku u test tal-istrateġiji artifiċjali mwettaq, id-data speċifikata fl-Anness V, il-punt (1); |
|
(b) |
għal kull test tar-reżistenza għall-avvanz fit-triq imwettaq, id-data speċifikata fl-Anness V, il-punt (2). |
Id-data u l-parametri speċifikati fil-punti (a) u (b) ma għandhomx jiġu ppubblikati.
Meta d-data kollha tkun ittellgħet b’mod korrett għall-vetturi ttestjati kollha tal-familja ta’ verifika fis-servizz, għandha tintbagħat riċevuta mis-server tal-Kummissjoni lill-entità tal-applowdjar.
Artikolu 15
Konklużjoni tal-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip
1. Jekk ir-riżultati tal-verifika fis-servizz juru li ma hemm l-ebda devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tasal għal konklużjoni dwar dak l-effett u tehmiżhom mar-rapport tat-test.
2. Jekk ir-riżultati tal-verifika fis-servizz juru li hemm devjazzjoni fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2, il-manifattur jista’ jikkontesta r-riżultati fi żmien 20 jum tax-xogħol wara li jirċievi r-rapport tat-test, billi jipprovdi evidenza li turi l-korrispondenza bejn il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità u l-valuri li jirriżultaw mill-verifika fis-servizz.
Fin-nuqqas ta’ reazzjoni, il-manifattur għandu jitqies li jkun aċċetta r-riżultati tal-verifika fis-servizz.
3. Filwaqt li titqies l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur skont il-paragrafu 2, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tasal għal konklużjoni dwar jekk il-verifika fis-servizz tkunx identifikat nuqqas ta’ korrispondenza bejn il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-verifika fis-servizz u l-valuri rreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità, jew dwar il-preżenza ta’ strateġiji artifiċjali.
L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tibgħat il-konklużjoni tagħha lill-manifattur ikkonċernat u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 40 jum tax-xogħol wara li tinforma lill-manifattur skont il-paragrafu 2.
4. Il-konklużjonijiet tal-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom, bħala minimu, jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
meta l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip ssib li ma hemm l-ebda nuqqas ta’ korrispondenza bejn il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 ikkonċernati, jew ma tistax tistabbilixxi l-preżenza ta’ strateġiji artifiċjali:
|
|
(b) |
meta l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tistabbilixxi nuqqas ta’ korrispondenza bejn il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 ikkonċernati jew il-preżenza ta’ strateġiji artifiċjali:
|
5. Qabel l-1 ta’ Marzu ta’ kull sena kalendarja, l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tippubblika ħarsa ġenerali lejn il-verifiki fis-servizz imwettqa fis-sena kalendarja preċedenti u l-konklużjonijiet tagħha maħruġa f’dik is-sena, kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3, bl-użu tal-format stabbilit fl-Anness VI. Għat-testijiet ta’ verifika fis-servizz li għalihom ma tkun stabbilita l-ebda konklużjoni qabel il-pubblikazzjoni tal-ħarsa ġenerali, il-konklużjoni għandha tiġi inkluża fil-ħarsa ġenerali annwali li jmiss.
Artikolu 16
Korrezzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur
1. Meta l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tkun ħarġet konklużjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(4), il-punt (b), il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni inkluża f’dik il-konklużjoni, għas-sena kalendarja li fiha tkun inħarġet il-konklużjoni u għas-snin kalendarji ta’ wara, tapplika d-daqs tad-devjazzjoni tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-kalkolu proviżorju tagħha tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ir-Regolament (UE) 2019/631, l-Artikolu 7(4), u tinnotifika lill-manifattur skont ir-Regolament (UE) 2019/631, l-Artikolu 7(5).
2. Il-Kummissjoni għandha tapplika wkoll id-daqs tad-devjazzjoni tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 kif speċifikat fil-konklużjoni msemmija fl-Artikolu 15(4), il-punt (b), għall-korrezzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifattur għall-10 snin kalendarji qabel is-sena li fiha tkun inħarġet il-konklużjoni, iżda mhux qabel is-sena kalendarja 2021. Il-Kummissjoni għandha temenda l-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631, l-Artikolu 9(1), kif xieraq.
Artikolu 17
Rieżami
Sa tmiem l-2026, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li żżid l-għadd minimu ta’ familji ta’ verifika waqt is-servizz li għandhom jintagħżlu kull sena f’konformità mal-Artikolu 3(1) b’kunsiderazzjoni partikolari lejn is-segwenti:
|
(a) |
l-għadd totali ta’ familji ta’ verifika waqt is-servizz li għalihom l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip ħarġet approvazzjonijiet tat-tip għall-emissjonijiet fis-sena preċedenti; |
|
(b) |
l-għadd ta’ vetturi ttestjati għal kull familja ta’ verifika waqt is-servizz f’konformità mal-Artikolu 4; |
|
(c) |
id-disponibbiltà tal-faċilitajiet tal-ittestjar u tbassir tal-evoluzzjoni ta’ tali disponibbiltà. |
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament tan-NU Nru 154 – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri u kummerċjali ħfief fir-rigward tal-emissjonijiet tal-kriterji, tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika u l-awtonomija elettrika (WLTP) (ĠU L 290, 10.11.2022, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2867 tal-5 ta’ Ottubru 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-prinċipji ta’ gwida u l-kriterji biex jiġu definiti l-proċeduri għall-verifika tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-servizz (verifika waqt is-servizz), (ĠU L, 2023/2867, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2867/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/163 tas-7 ta’ Frar 2022 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti funzjonali għas-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi, ta’ sistemi, ta’ komponenti u ta’ unitajiet tekniċi separati (ĠU L 27, 8.2.2022, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010, (UE) Nru 293/2012, (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153 (ĠU L 77, 5.3.2021, p. 8).
ANNESS I
Evalwazzjoni statistika tar-riżultati tat-test tax-xażi dinamometriku u tat-tagħbija fit-triq
(1) Punt tat-tluq
Il-punt tat-tluq għall-evalwazzjoni statistika huwa l-valuri għall-proporzjon tas-CO2 ikkalkolati għal 3 vetturi tat-test individwali (N=3) skont l-Artikolu 7, il-paragrafi 2 u 3, għar-riżultati tat-test tax-xażi dinamometriku u skont l-Artikolu 10, il-paragrafu 4, għar-riżultati tat-test tat-tagħbija fit-triq.
Il-kriterji stabbiliti fil-punt (2) jiddeterminaw jekk hemmx bżonn li jiġu ttestjati vetturi addizzjonali.
(2) Parametri statistiċi
Għall-għadd totali ta’ vetturi ttestjati (N), għandhom jiġu ddeterminati l-medja (testijietX) u d-devjazzjoni standard (s) tar-riżultati tat-test:
u
fejn
|
x i |
huwa l-proporzjon tal-valur tas-CO2 ikkalkolat għall-vettura tat-test individwali i skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 7 għar-riżultati tat-test tax-xażi dinamometriku u skont l-Artikolu 10, il-paragrafu 4, għar-riżultati tat-test tat-tagħbija fit-triq. |
(3) Evalwazzjoni
Għat-3 vetturi ttestjati inizjalment u wara kull vettura addizzjonali ttestjata, it-testijiet tal-valur Xtestijiet għandhom jiġu vvalutati kif stabbilit hawn taħt sabiex tintlaħaq waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin għall-familja ta’ verifika fis-servizz jew għall-familja ta’ tagħbija fit-triq ikkonċernata:
|
(1) |
Tingħata deċiżjoni ta’ suċċess lill-familja jekk:
|
|
(2) |
Tingħata deċiżjoni ta’ falliment lill-familja jekk:
|
|
(3) |
Test ta’ vettura addizzjonali jekk:
|
fejn:
tP u tf huma kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt
s hija d-devjazzjoni standard iddeterminata f’konformità mal-punt (2)
A huwa 1,02 għar-riżultati tat-test tax-xażi dinamometriku;
A huwa 1,03 għar-riżultati tat-test tat-tagħbija fit-triq;
A huwa 1,08 għar-riżultati tat-test tat-tagħbija fit-triq għall-familji ttestjatj fis-snin 2024 jew 2025.
Tabella
Valuri għall-parametri-t tad-deċiżjonijiet ta’ suċċess/falliment
|
Għadd ta’ vetturi ttestjati |
tP |
tF |
|
3 |
2,2655 |
L-ogħla valur ta’ 1,1062 u (0,02 / s) (1) |
|
4 |
1,5093 |
0,5970 |
|
5 |
1,1230 |
0,3737 |
|
6 |
0,8196 |
0,2430 |
|
7 |
0,5944 |
0,1548 |
|
8 |
0,3866 |
0,0902 |
|
9 |
0,1873 |
0,0402 |
|
10 |
0,0000 |
0,0000 |
(4) Kalkolu tad-daqs tad-devjazzjoni
Għall-kalkolu tad-daqs tad-devjazzjoni, il-medja (proporzjon tas-CO2) hija ddefinita bħala testijiet X testijiet għall-għadd totali ta’ vetturi ttestjati, wara li l-familja tkun falliet skont il-punt (3):
medja (proporzjon tas-CO2) = X tests
(1) Fejn s hija d-devjazzjoni standard iddeterminata f’konformità mal-punt (2).
ANNESS II
Lista ta’ kontroll għall-vetturi magħżula għat-testijiet ta’ verifika fis-servizz
“Kriterji ta’ esklużjoni” tfisser li jekk il-kundizzjoni deskritta tiġi ssodisfata (it-tweġiba għall-mistoqsija hija “iva”), il-vettura ma tistax tintgħażel għat-testijiet ta’ verifika fis-servizz.
“Kunfidenzjali” tfisser li din l-informazzjoni għandha tinżamm kif xieraq mill-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip, iżda ma għandhiex tiġi inkluża fir-rapport tat-test ippreżentat lill-Kummissjoni.
(1) Karatteristiċi tal-Vettura
1.1. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi rreġistrata u inkluża fir-rapport tat-test:
|
1.1.1. |
VIN: |
KUNFIDENZJALI |
|
1.1.2. |
Kilometraġġ: |
|
|
1.1.3. |
Id-data tal-ewwel reġistrazzjoni: |
|
|
1.1.4. |
TAN (numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura sħiħa): |
|
|
1.1.5. |
Numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet: |
|
|
1.1.6. |
VFN (identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura): |
|
|
1.1.7. |
Identifikatur tal-familja tat-tagħbija fit-triq: |
|
|
1.1.8. |
Isem il-manifattur tat-tajer, Numru ta’ identifikazzjoni tat-tajer (jekk disponibbli) u tip |
|
1.2. Għandhom jiġu vverifikati l-kriterji ta’ esklużjoni li ġejjin:
|
|
|
Iva / Le |
|
1.2.1. |
Kilometraġġ: Il-kilometraġġ huwa inqas minn 3 000 km jew ogħla minn 100 000 km? |
|
|
1.2.2. |
Id-data tal-ewwel reġistrazzjoni: Dik id-data hija aktar minn 5 snin qabel id-data tal-għażla tal-vettura? |
|
(2) Intervista ma’ Sid/Utent il-Vettura
(Is-sid m’għandux ikollu għarfien tal-implikazzjonijiet tat-tweġibiet)
2.1. Għandha tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja:
|
2.1.1. |
Isem is-sid |
KUNFIDENZJALI |
|
2.1.2. |
Kuntatt (indirizz / telefon) |
KUNFIDENZJALI |
2.2. Għandhom jiġu vverifikati l-kriterji ta’ esklużjoni li ġejjin:
|
|
Użu mhux awtorizzat tal-vettura |
Iva / Le |
|
2.2.1. |
Il-vettura ġarret tagħbijiet tqal aktar mill-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur? |
|
|
2.2.2. |
Il-vettura ntużat għat-tiġrijiet jew għall-isport bil-mutur? |
|
|
2.2.3. |
Il-vettura nstaqet f’Pajjiż Terz għal aktar minn 10 % tal-ħin tas-sewqan? |
|
|
2.2.4. |
Il-vettura qatt intużat b’tip ta’ fjuwil ħażin (eż. petrol minflok diżil) jew bi fjuwil ta’ kwalità tal-UE mhux disponibbli kummerċjalment (suq illeċitu, jew fjuwil imħallat)? |
|
|
2.2.5. |
Intuża xi addittiv tal-fjuwil li ma huwiex approvat mill-manifattur? |
|
|
|
Tiswijiet mhux awtorizzati |
|
|
2.2.6. |
Il-vettura saritilha manutenzjoni mhux f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur? |
|
|
2.2.7. |
Kien hemm xi tiswijiet maġġuri mhux awtorizzati tal-magna jew tal-vettura? |
|
|
2.2.8. |
Il-vettura kienet involuta f’aċċident serju? |
|
|
|
Bidliet mhux awtorizzati |
|
|
2.2.9. |
Kien hemm żieda/issettjar tal-potenza? |
|
|
2.2.10. |
Kien hemm xi parti mis-sistema tal-posttrattament tal-emissjonijiet li tneħħiet b’mod permanenti? |
|
|
2.2.11. |
Kien hemm xi apparat mhux awtorizzat installat (urea killer, emulatur, eċċ.)? |
|
(3) Eżami tal-Vettura
3.1. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fir-rapport tat-test:
|
3.1.1. |
Checksum u n-numru tal-part tal-kalibrar tal-Modulu tal-Kontroll tas-Sistema tal-Motopropulsjoni |
|
|
3.1.2. |
Dijanjożi tal-OBD |
Aqra l-Kodiċijiet Dianjostiċi tal-Ħsara u pprintja r-reġistru tal-iżbalji (1) |
|
3.1.3. |
Mistoqsija dwar il-Modalità 09 tas-Servizz OBD |
Aqra l-Modalità tas-Servizz 09 u rreġistra l-informazzjoni. |
|
3.1.4. |
Modalità OBD 07 |
Aqra l-Modalità tas-Servizz 07 u rreġistra l-informazzjoni. |
|
3.1.5. |
Stampi tal-vettura ttestjata inkluż tal-karozzerija ta’ taħt |
|
Rimarka: Il-kontrolli kollha li jirrikjedu konnessjonijiet tal-OBD iridu jitwettqu qabel u wara t-tmiem tat-test tal-emissjonijiet
3.2. Għandhom jiġu vverifikati l-kriterji ta’ esklużjoni li ġejjin:
|
|
|
Iva / Le |
|
3.2.1. |
Hemm xi dawl ta’ twissija fuq il-pannell tal-istrumenti attivat li jindika ħsara tal-vettura jew tas-sistema ta’ posttrattament tal-egżost li ma tistax tiġi solvuta permezz ta’ manutenzjoni normali? (Indikatur tal-Ħsara, Indikatur tal-Ħtieġa ta’ Servizz ta’ Manutenzjoni tal-Magna, eċċ.?) |
|
|
3.2.2. |
Saret xi mofidika ajrudinamika wara l-bejgħ tal-vettura fis-suq u li ma tistax titneħħa qabel l-ittestjar (Nota: kaxxi fuq is-saqaf, xkaffar tat-tagħbija, spojlers, eċċ. li ma jistgħux jitneħħew)? Ma hemm l-ebda komponent ajrudinamiku standard nieqes (difletturi ta’ quddiem, diffużuri, splitters, eċċ.)? |
(Kriterju ta’ esklużjoni għat-testijiet tat-tagħbija fit-triq biss) |
3.3. Jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ma jiġux issodisfati, il-vettura xorta tista’ tintgħażel bil-kundizzjoni li tittieħed azzjoni xierqa qabel ma jitwettqu t-testijiet ta’ verifika fis-servizz:
|
|
Verifika li għandha ssir |
Kwistjoni identifikata u azzjoni li għandha tittieħed |
|
3.3.1. |
Livell tat-tank tal-fjuwil |
Jekk id-dawl ta’ riżerva tal-fjuwil ikun MIXGĦUL, imla l-fjuwil qabel it-test. |
|
3.3.2. |
AdBlue |
Jekk il-bozza SCR hija mixgħula wara li tinxtegħel il-magna, l-AdBlue jenħtieġ li jimtela, jew it-tiswija tiġi eżegwita qabel ma l-vettura tintuża għall-ittestjar. |
|
3.3.3. |
Filtru tal-arja u filtru taż-żejt Iċċekkja għall-kontaminazzjoni u għall-ħsara |
Jekk ikun bil-ħsara jew ikun ikkontaminat ħafna jew anqas minn 800 km qabel it-tibdil irrakkomandat li jmiss; ibdel il-filtri. |
|
3.3.4. |
Iċċekkja l-livelli u l-grad tal-fluwidi Iċċekkja l-livelli massimi u minimi (żejt tal-magna, fluwidu berried) |
Jekk taħt il-minimu, żidu. Jekk ikun ta’ grad differenti, ibdlu. |
|
3.3.5. |
Kejbil tal-ignixin (petrol) Iċċekkja l-ispark plaggs, il-kejbils, eċċ. |
F’każ ta’ ħsara, ibdilhom. |
|
3.3.6. |
Servizz Iċċekkja jekk inqas minn 800 km ’il bogħod mis-servizz skedat li jmiss |
Jekk iva, mela wettaq is-servizz. |
|
3.3.7. |
Għat-testijiet tat-tagħbija fit-triq BISS: Iċċekkja jekk l-allinjament tar-roti u jekk l-għoli aġġustabbli tal-vettura/l-għoli mill-art humiex barra mill-firxa. |
Jekk iva, aġġusta l-allinjament tar-roti u l-għoli tal-vettura/l-għoli tal-vettura mill-art biex ikunu fil-medda. |
|
3.3.8. |
Għal vetturi b’kilometraġġ ta’ aktar minn 40 000 km jew aktar minn sentejn BISS |
Sostituzzjoni tal-batterija b’vultaġġ baxx b’batterija ekwivalenti ġdida. |
(1) Is-sistemi kollha għandhom ikunu parti mid-Dijanjożi OBD u “Reġistri tal-iżbalji/Informazzjoni individwata u dijanjostikata” għandhom ikunu parti mir-rapport tat-test. Dan jiggarantixxi li l-iżbalji b’effett indirett fuq l-emissjonijiet ikunu jistgħu jiġu identifikati kif xieraq.
ANNESS III
Koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq f0
Pass 1: Rikalkolu ta’ f0,CoC:
|
(i) |
F’każ li l-metodu ta’ interpolazzjoni jkun intuża għad-determinazzjoni tat-tagħbija fit-triq tal-vettura individwali:
fejn:
|
|
(ii) |
F’każ li l-metodu ta’ interpolazzjoni ma jkunx intuża għad-determinazzjoni tat-tagħbija fit-triq tal-vettura individwali:
fejn:
|
Pass 2: Korrezzjoni ta’ f0, imkejjel:
f0, imkejjel, ikkoreġut = f0, imkejjel + (f0, CoC – f0, CoC, tajer ġdid)
Fejn:
|
f0, measured |
huwa l-koeffiċjent imkejjel tat-tagħbija fit-triq f0 [N]; |
|
f0, CoC |
huwa l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq f0 kif irreġistrat fiċ-ċertifikat ta’ konformità [N]; |
|
f0, CoC, tajer ġdid |
huwa l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq f0 kif ikkalkolat fil-pass 1[N]. |
ANNESS IV
Kalkolu tas-CO2, verifika fis-servizz f’każ li ma jkunx intuża l-metodu ta’ interpolazzjoni
fejn:
|
CED CoC |
: |
hija d-Domanda ta’ Enerġija taċ-Ċiklu kkalkolata mill-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq f0, f1, f2 u l-massa tat-test irreġistrata fiċ-ċertifikat ta’ konformità skont ir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B7, il-paragrafu 5 [kJ] |
|
|
: |
hija d-Domanda ta’ Enerġija taċ-Ċiklu kkalkolata mill-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq f0, f1, f2 u l-massa tat-test iddeterminata matul it-test tat-tagħbija fit-triq [kJ] |
|
a |
: |
huwa l-valur stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt [g/km/kJ]. |
|
It-tip ta’ fjuwil |
a |
|
diżil |
0,009 |
|
petrol |
0,010 |
|
gass likwifikat miż-żejt |
0,008 |
|
gass naturali |
0,007 |
ANNESS V
Id-data tat-test tal-verifika fis-servizz li għandha tiġi rrapportata
(1) Id-data tat-test tal-verifika fis-servizz li għandha tiġi rrapportata għal test tax-xażi dinamometriku jew test tal-istrateġiji artifiċjali
Id-data li għandha tiġi rrapportata hija d-data speċifikata fit-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/392, fejn għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi kollha għall-vettura H u L għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-vettura tat-test individwali u r-referenzi kollha għad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-entrati speċifiċi fiċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ dik il-vettura.
Barra minn hekk, għandha tiġi rrapportata d-data li ġejja:
|
Nru |
Parametri |
Unità |
Sors |
Kummenti |
|
1 |
Familji ta’ interpolazzjoni oħrajn li huma parti mill-istess familja ta’ verifika fis-servizz |
— |
Ir-Regolament (UE) 2017/1151, l-Anness I, l-Appendiċi 8a, il-punt 2.1.1.2.1 (l-ewwel tliet linji tat-tabella) |
Fuq il-bażi tal-istess test tat-Tip 1, jiġifieri l-istess valuri rrapportati għal “valur imkejjel”, “valur ikkoreġut bil-veloċità u bid-distanza”, u “koeffiċjent ta’ korrezzjoni tal-RCB” |
|
2 |
Numru tal-vettura |
— |
— |
Sekwenza tal-vettura (1, 2, 3, …10) fl-evalwazzjoni statistika |
|
3 |
Għadd totali ta’ vetturi ttestjati |
— |
— |
L-għadd totali ta’ vetturi inklużi fl-evalwazzjoni statistika deskritta fl-Anness I |
|
4 |
Numru tal-familja tat-tagħbija fit-triq jew tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq |
— |
Entrata 0.2.3.4 jew 0.2.3.5. taċ-ċertifikat ta’ konformità |
Familja tat-tagħbija fit-triq jew tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq tal-vettura ttestjata |
|
5 |
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet |
— |
Parti mid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip |
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet speċifiku għall-familja ta’ interpolazzjoni tal-vettura ttestjata |
|
6 |
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa |
— |
Entrata 0.11 taċ-ċertifikat ta’ konformità |
Identifikatur tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa kif definit fir-Regolament (UE) 2020/683, l-Anness IV |
|
7 |
Awtonomija Ekwivalenti fil-Modalità Totalment Elettrika (EAER) ikkombinata – CoC |
km |
Entrata 5.2. taċ-ċertifikat ta’ konformità |
Fil-każ ta’ OVC-HEVs biss |
|
8 |
Il-fjuwil totali kkunsmat (tul il-ħajja tal-vettura) |
l |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/392, l-Anness, it-Tabella 1 |
Data tal-OBFCM miġbura mill-vettura |
|
9 |
Id-distanza totali vvjaġġata (tul il-ħajja tal-vettura) |
km |
idem |
idem |
|
10 |
Il-fjuwil totali kkunsmat fl-operar fil-modalità eżawriment taċ-ċarġ (tul il-ħajja tal-vettura) |
l |
idem |
idem, biss fil-każ ta’ OVC-HEVs |
|
11 |
Il-fjuwil totali kkunsmat fl-operar b’żieda taċ-ċarġ li tista’ tintgħażel mis-sewwieq (tul il-ħajja tal-vettura) |
l |
idem |
idem |
|
12 |
Id-distanza totali vvjaġġata fl-operar fil-modalità eżawriment taċ-ċarġ bil-magna mitfija (tul il-ħajja tal-vettura) |
km |
idem |
idem |
|
13 |
Id-distanza totali vvjaġġata fl-operar fil-modalità eżawriment taċ-ċarġ bil-magna mixgħula (tul il-ħajja tal-vettura) |
km |
idem |
idem |
|
14 |
Id-distanza totali vvjaġġata fi tħaddim b’żieda taċ-ċarġ ta’ modalità li tista’ tintgħażel mis-sewwieq (tul il-ħajja tal-vettura) |
km |
idem |
idem |
|
15 |
L-enerġija tal-grilja totali fil-batterija (tul il-ħajja tal-vettura) |
kWr |
idem |
idem |
|
16 |
Riżultat tat-test tax-xażi dinamometriku (proporzjon tas-CO2) |
— |
l-Artikolu 7(2); għall-OVC-HEV: l-Artikolu 7(3) |
— |
(2) Id-data tat-test tal-verifika fis-servizz li għandha tiġi rrapportata għal test tat-tagħbija fit-triq
|
Nru |
Parametri |
Unità |
Sors |
Kummenti |
|
1 |
Numru tal-familja tat-tagħbija fit-triq jew tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq |
— |
Entrata 0.2.3.4 jew 0.2.3.5. taċ-ċertifikat ta’ konformità |
|
|
2 |
In-numru tal-familja tal-Interpolazzjoni tal-vettura |
|
Entrata 0.2.3.1. taċ-ċertifikat ta’ konformità |
|
|
3 |
Familji ta’ interpolazzjoni oħrajn li huma parti mill-istess familja ta’ matriċi ta’ tagħbija fit-triq/tagħbija fit-triq |
— |
— |
Elenka n-numri tal-familja ta’ interpolazzjoni tal-vettura kollha |
|
4 |
Numru tal-vettura |
— |
— |
Sekwenza tal-vettura (1, 2, 3, …10) fl-evalwazzjoni statistika |
|
5 |
Għadd totali ta’ vetturi ttestjati |
— |
|
L-għadd totali ta’ vetturi inklużi fl-evalwazzjoni statistika deskritta fl-Anness I |
|
6 |
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet |
— |
Dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip |
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet speċifiku għall-familja ta’ interpolazzjoni tal-vettura ttestjata |
|
7 |
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura sħiħa |
— |
Entrata 0.11 taċ-ċertifikat ta’ konformità |
— |
|
8 |
Faċilità tal-ittestjar (isem/post) |
— |
— |
— |
|
9 |
Kategorija u klassi tal-vettura |
— |
— |
M1 jew N1 Klassi 1, 2 jew 3 |
|
10 |
Kilometraġġ tal-vettura |
km |
— |
Qari tal-odometru tal-vettura qabel it-test tat-tagħbija fit-triq |
|
11 |
Metodu tat-test |
— |
Ir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B4 |
Deċellerazzjoni fit-triq/apparat li jkejjel it-torque fit-triq/mina tar-riħ taċ-ċinturin ċatt/xażi dinamometriku ta’ mina tar-riħ |
|
12 |
Koeffiċjent iddikjarat tat-tagħbija fit-triq f0 |
N |
Entrata 47.1.3. taċ-ċertifikat ta’ konformità |
|
|
13 |
Koeffiċjent iddikjarat tat-tagħbija fit-triq f1 |
N/(km/h) |
Entrata 47.1.3. taċ-ċertifikat ta’ konformità |
|
|
14 |
Koeffiċjent iddikjarat tat-tagħbija fit-triq f2 |
N/(km/siegħa)2 |
Entrata 47.1.3. taċ-ċertifikat ta’ konformità |
|
|
15 |
Massa ddikjarata tat-test |
kg |
Entrata 47.1.1. taċ-ċertifikat ta’ konformità |
|
|
16 |
Domanda ta’ enerġija taċ-ċiklu ddikjarata (CED) |
kJ |
Ir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B7, il-Punt 3.2.3.2.3 |
Domanda ta' enerġija taċ-ċiklu fuq ċiklu komplet applikabbli tad-WLTC użat għall-interpolazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ vetturi ttestjati |
|
17 |
Emissjoni tas-CO2 ddikkjarata |
g/km |
Entrata 49.4. taċ-ċertifikat ta’ konformità |
Valur tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ vetturi ttestjati; f’każ ta’ OVC-HEVs: il-valur tal-emissjonijiet ta’ CO2 tas-sostenn taċ-ċarġ ikkombinat |
|
18 |
Deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer (quddiem/wara) |
— |
— |
Il-kodiċi tat-tajer (eż. P195/55R1685H) tat-tajers tal-vettura tat-test |
|
19 |
Klassi tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer iddikjarata (quddiem/wara) |
— |
Entrata 35 taċ-ċertifikat ta’ konformità |
|
|
20 |
Klassi tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer (quddiem/wara) |
— |
— |
Il-klassi tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer użat għat-test tat-tagħbija fit-triq jew, fil-każ ta’ tajers taħt il-klassi A, ir-reżistenza għad-dawrien attwali. |
|
22 |
Temperatura medja |
°C |
— |
It-temperatura medja mkejla matul it-test tat-tagħbija fit-triq; fil-każ ta’ testijiet fit-triq biss |
|
23 |
Veloċità medja tar-riħ |
m/s |
— |
Il-veloċità medja tar-riħ imkejla matul it-test tat-tagħbija fit-triq; fil-każ ta’ testijiet fit-triq biss |
|
24 |
Pressjoni tal-arja medja |
kPa |
— |
Il-pressjoni medja tal-arja mkejla matul it-test tat-tagħbija fit-triq; fil-każ ta’ testijiet fit-triq biss |
|
25 |
Massa medja tal-vettura |
kg |
Ir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B4, l-Entrata 4.2.1.6 |
Il-massa medja tal-vettura ttestjata mkejla qabel u wara l-proċedura tad-determinazzjoni tat-tagħbija fit-triq |
|
26 |
Il-koeffiċjent finali tat-tagħbija fit-triq imkejjel f0 |
N |
Ir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B4 |
Il-koeffiċjent finali tat-tagħbija fit-triq f0 tal-vettura ttestjata wara l-korrezzjonijiet kollha |
|
27 |
Il-koeffiċjent finali tat-tagħbija fit-triq imkejjel f1 |
N/(km/h) |
Ir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B4 |
Il-koeffiċjent finali tat-tagħbija fit-triq f1 tal-vettura ttestjata wara l-korrezzjonijiet kollha |
|
28 |
Il-koeffiċjent finali tat-tagħbija fit-triq imkejjel f2 |
N/(km/siegħa)2 |
Ir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B4 |
Il-koeffiċjent finali tat-tagħbija fit-triq f2 tal-vettura ttestjata wara l-korrezzjonijiet kollha |
|
29 |
Il-massa tat-test |
kg |
L-Artikolu 9(2) |
|
|
30 |
Domanda ta’ enerġija taċ-ċiklu mkejla finali (CED) |
kJ |
Ir-Regolament tan-NU Nru 154, l-Anness B7, 3.2.3.2.3 |
Id-domanda ta’ enerġija taċ-ċiklu fuq ċiklu WLTC applikabbli sħiħ ikkalkolata mill-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq u mill-massa tat-test imkejla (entrati 26 sa 29) |
|
31 |
Valur ikkalkolat tal-emissjonijiet tas-CO2 (CO2, verifika fis-servizz) |
g/km |
Artikolu 10(1) |
|
|
32 |
Riżultat tat-test tat-tagħbija fit-triq (proporzjon tas-CO2) |
- |
Artikolu 10(4) |
|
ANNESS VI
Format tar-rapportar għall-ħarsa ġenerali annwali tal-verifika fis-servizz
A. Informazzjoni ġenerali
|
(1) |
L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip |
|
|
(2) |
Data tal-ħarsa ġenerali annwali |
|
|
(3) |
Sena kkonċernata |
|
|
(4) |
Għadd totali ta’ familji ta’ verifika fis-servizz li għalihom l-awtorità tkun ħarġet approvazzjonijiet tat-tip tal-emissjonijiet fit-3 snin kalendarji ta’ qabel il-verifika fis-servizz |
|
|
(5) |
Għadd minimu ta’ familji ta’ verifika fis-servizz li għandhom jiġu ttestjati (= 3 % tal-punt (4)) |
|
|
(6) |
Għadd totali ta’ familji ta’ verifika fis-servizz ittestjati fis-sena kkonċernata |
|
B. Lista tal-familji ta’ verifika fis-servizz magħżula għall-ittestjar
|
— |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-familja ta’ verifika fis-servizz magħżula (ISV ID); |
|
— |
Manifattur tal-vettura kkonċernat (OEM):
|
|
— |
Identifikaturi tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura għal kull waħda mill-familji ta’ verifika fis-servizz magħżula (IP ID); |
|
— |
Raġuni(jiet) għall-għażla tal-familji ta’ verifika fis-servizz (Raġuni):
|
C. Sommarju tar-riżultati tat-test ta’ verifika fis-servizz
|
— |
Tip ta’ test: testijiet tax-xażi dinamometriku (CDM), tat-tagħbija fit-triq (RL) jew tal-istrateġiji artifiċjali (AS); |
|
— |
Għadd minimu ta’ familji ta’ verifika fis-servizz għal kull tip ta’ test li għandu jiġi ttestjat (Min.), ikkalkolat skont l-Artikolu 4(1) bħala perċentwal tan-numru totali ta’ familji ta’ verifika fis-servizz ittestjati (dan l-Anness, il-punt A(6)); |
|
— |
Għadd totali ta’ familji ta’ verifika fis-servizz ittestjati għal kull tip ta’ test (Totali); |
|
— |
Għadd totali ta’ konklużjonijiet għal kull tip ta’ test:
|
D. Riżultati dettaljati tat-test tal-verifika fis-servizz għas-sena kkonċernata
|
— |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-familja ta’ verifika fis-servizz magħżula (ISV ID); |
|
— |
Manifattur ikkonċernat (OEM); |
|
— |
Tip ta’ test imwettaq (Tip ta’ test): test tax-xażi dinamometriku (CDM), tat-tagħbija fit-triq (RL) jew tal-istrateġiji artifiċjali (AS); |
|
— |
Data tal-bidu tat-test (Data tal-bidu) f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2867; |
|
— |
L-isem tal-organizzazzjoni(jiet) li twettaq/iwettqu t-test (l-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip jew is-Servizz Tekniku) (GTAA/TS); |
|
— |
Għadd ta’ vetturi ttestjati (#vetturi); |
|
— |
Riżultat tat-test ta’ kull vettura tat-test individwali (CO2, proporzjon); |
|
— |
Konklużjoni tat-test (Konklużjoni/Devjazzjoni), jiġifieri “Jgħaddi”, “Ma jgħaddix” jew “Pendenti”, inkluż id-daqs tad-devjazzjoni f’każ li “Ma jgħaddix”; |
|
— |
Numru ta’ referenza tar-rapport tat-test (Referenza tat-test); |
|
— |
Numru ta’ referenza tal-konklużjoni (Referenza tal-konklużjoni).
|
E. Riżultati dettaljati tat-test tal-verifika fis-servizz, li għalihom il-konklużjonijiet ġew irrapportati bħala “Pendenti” fil-ħarsa ġenerali annwali preċedenti
|
Sena kkonċernata |
ISV ID |
OEM |
It-tip ta’ test |
Data tal-bidu |
GTAA/TS |
# vetturi |
CO2,proporzjon |
Konklużjoni/Devjazzjoni |
Referenza tat-test |
Referenza tal-konklużjoni |
|
… |
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2866/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)