|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2847 |
21.12.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2847
tal-20 ta’ Diċembru 2023
li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq tal-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq tal-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid. |
|
(3) |
Fl-14 ta’ April 2020, il-kumpanija Mibelle Group Biochemistry (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tintroduċi fis-suq tal-Unjoni l-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa tintuża fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(4) |
Fit-2 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) twettaq valutazzjoni tal-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa bħala ikel ġdid. |
|
(5) |
Fl-24 ta’ Mejju 2023, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of apple fruit cell culture biomass as a novel food pursuant to Regulation (EU) 2015/2283” (4) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(6) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-ikel il-ġdid “bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa” huwa sikur fis-supplimenti tal-ikel maħsuba għall-popolazzjoni adulta f’livelli massimi ta’ 0,15 mg kuljum. Għalhekk, dik l-opinjoni xjentifika tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li meta tintuża skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni tagħha fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Jixraq li l-inklużjoni tal-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid ikun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. F’dan ir-rigward, f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-użu tas-supplimenti tal-ikel li jkun fihom il-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa li ġew proposti mill-applikant u vvalutati mill-Awtorità, jeħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati permezz ta’ tikkettar xieraq li s-supplimenti tal-ikel li fihom il-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa huma maħsuba għall-popolazzjoni adulta. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa hija awtorizzata li tiġi introdotta fis-suq tal-Unjoni.
Il-bijomassa tal-kultura ċellulari tat-tuffieħa għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj).
(3) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/46/oj).
(4) EFSA Journal 2023;21(7):8065.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
|||||||||||||||||||
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
(*1) Karboidrati oħrajn (g/100 g) = 100 (Residwu niexef) – Rmied – Proteini (Nitroġenu x 6,25) – Xaħam totali – Aċidu suċċiniku – Aċidu L-maliku – Fibri”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2847/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)