European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2833

20.12.2023

REGOLAMENT (UE) 2023/2833 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2023

li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qabdiet tat-tonn (Thunnus thynnus) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 640/2010

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Wieħed mill-objettivi tal-politika komuni tas-sajd, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huwa li tiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jipprovdi benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(2)

L-Unjoni hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (4), għall-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dik il-Konvenzjoni fir-rigward tal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u ta’ ħut li jpassi ħafna, ratifikat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE (5), u għall-Ftehim biex jippromwovi l-konformità tal-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni minn bastimenti tas-sajd f’ibħra internazzjonali, aċċettat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/428/KE (6). Fil-qafas ta’ dawk l-obbligi internazzjonali, l-Unjoni tipparteċipa fl-isforzi magħmula sabiex tkun żgurata ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut li jpassi ħafna.

(3)

L-Unjoni hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (il-“Konvenzjoni”) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE (7). Il-Konvenzjoni tipprevedi qafas għal kooperazzjoni reġjonali dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn u ta’ speċijiet li jixbhu lit-tonn fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra ta’ madwaru billi stabbilixxiet Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (“ICCAT”), u għall-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni li jsiru vinkolanti fuq il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, il-Partijiet, l-entitajiet u l-entitajiet tas-sajd mhux kontraenti li jikkooperaw magħha(“PKK”).

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) implimenta fid-dritt tal-Unjoni r-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 09-11 li temenda r-Rakkomandazzjoni 08-12 li tintroduċi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qabdiet tat-tonn.

(5)

Bħala parti mill-miżuri biex jiġu regolati l-istokkijiet tat-tonn, biex jittejbu l-kwalità u l-affidabbiltà tad-data statistika u sabiex jiġi evitat, skoraġġut u eliminat is-sajd illegali, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjonijiet 18-13 u 21-19 dwar programm ta’ dokumentazzjoni dwar it-tonn tal-ICCAT, li jintroduċu l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ dokumentazzjoni tal-qabdiet tat-tonn, ir-Rakkomandazzjonijiet 10-11 dwar programm elettroniku ta’ dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn (eBCD) u 22-16 dwar l-applikazzjoni tas-sistema eBCD, li jiżviluppaw u jsaħħu l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ dokumentazzjoni tal-qabdiet tat-tonn billi jintroduċu sistema obbligatorja tal-eBCD, u r-Rakkomandazzjoni 22–08 li tistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-PKK u l-Istati Membri bdew l-implimentazzjoni parzjali tas-sistema tal-eBCD f’Ġunju 2016. Din ilha li ġiet implimentata bis-sħiħ minn Jannar 2017 u qed tintuża mill-Istati Membri.

(6)

Il-Konvenzjoni tistabbilixxi l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ispanjol bħala l-lingwi uffiċjali tal-ICCAT. Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’mod effettiv u biex jiġu evitati ostakli fil-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li d-dokument tal-qabdiet tat-tonn (“BCD”) u ċ-ċertifikat tar-riesportazzjoni tat-tonn (“BFTRC”) jiġu ppreżentati f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-ICCAT.

(7)

Ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT huma emendati ta’ spiss mill-PKK u x’aktarx li se jiġu emendati ulterjorment fil-futur. Għalhekk, sabiex l-emendi futuri għar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT jiġu implimentati malajr fid-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) biex temenda dan ir-Regolament rigward: l-użu obbligatorju tal-eBCD u l-BCD; ir-regoli tal-BCD raggruppati; il-validazzjoni tal-BCD u l-eBCD; l-iskadenza tad-deroga għat-tikkettar tal-informazzjoni b’rabta mad-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); ir-reġistrazzjoni u l-validazzjoni tal-qabdiet u tal-kummerċ sussegwenti fis-sistema eBCD; l-informazzjoni dwar il-validazzjoni u l-punti ta’ kuntatt; l-użu ta’ BCD stampati u eBCD stampati; id-dati tar-rapportar; referenzi għall-annessi tar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u għall-Annessi korrispondenti ta’ dan ir-Regolament; u l-Annessi ta’ dan ir-Regolament. Huwa partikularment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(8)

Jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sempliċement timplementa r-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT fid-dritt tal-Unjoni sabiex tpoġġi lis-sajjieda tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi fuq l-istess livell u sabiex tiżgura li r-regoli jiġu aċċettati u implimentati bis-sħiħ minn kulħadd.

(9)

L-atti delegati previsti f’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tal-bidliet futuri għar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT fid-dritt tal-Unjoni permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 640/2010 jitħassar, peress li dan ir-Regolament jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni miżuri ġodda tal-ICCAT għall-programm tad-dokumentazzjoni tal-qabdiet tat-tonn.

(11)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u ta kummenti formali fis-17 ta’ Mejju 2022.

(12)

Meta d-data personali tiġi pproċessata fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, japplikaw ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u r-Regolament (UE) 2018/1725, u jenħtieġ li jiġi żgurat li l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-data personali jiġu rispettati f’kull ħin u fil-livelli kollha. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jridu jitqiesu bħala kontrollur kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2016/679 b’rabta mal-ipproċessar ta’ data personali li huma jiġbru skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2018/1725 b’rabta mal-ipproċessar ta’ data personali li hija tiġbor skont dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-Unjoni dwar il-qabdiet tat-tonn, sabiex tiġi implimentata l-iskema ta’ dokumentazzjoni dwar il-qabdiet tat-tonn adottata mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u l-użu obbligatorju tas-sistema elettronika tal-BCD (eBCD), bil-ħsieb li jiġi identifikat l-oriġini tat-tonn kollu maqbud, sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għall-kummerċ domestiku, għall-esportazzjoni, għall-importazzjoni u għar-riesportazzjoni ta’ partijiet tal-ħut minbarra l-laħam, bħalma huma l-irjus, l-għajnejn, il-bajd, l-imsaren u d-dnub.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“BCD” tfisser d-dokument dwar il-qabdiet tat-tonn, li l-format tiegħu huwa previst fl-Anness 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 18-13 u kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(2)

“tonn” tfisser ħut tal-ispeċi Thunnus thynnus fi ħdan il-kodiċijiet rilevanti tan-Nomenklatura Magħquda tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (13);

(3)

“il-Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku;

(4)

“żona tal-Konvenzjoni” tfisser iż-żona ġeografika, kif stabbilita fl-Artikolu I tal-Konvenzjoni, koperta mill-miżuri tal-ICCAT;

(5)

“kummerċ domestiku” tfisser:

(a)

il-kummerċ, fi Stat Membru wieħed jew bejn żewġ Stati Membri jew aktar, ta’ tonn maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni minn bastiment tal-qbid jew nassa tal-Unjoni, u li jinħatt fit-territorju tal-Unjoni; u

(b)

il-kummerċ, fi Stat Membru wieħed jew bejn żewġ Stati Membri jew aktar, ta’ tonn imrobbi maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni minn bastiment tal-qbid jew nassa tal-Unjoni, u li jitqiegħed f’gaġeġ f’farm stabbilit fit-territorju tal-Unjoni;

(6)

“importazzjoni” tfisser l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, inkluż għal finijiet ta’ tqegħid f’gaġeġ, tismin, trobbija jew trażbord, tat-tonn maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni minn bastiment tal-qbid jew nassa ta’ pajjiż terz;

(7)

“esportazzjoni” tfisser kull moviment lejn pajjiż terz ta’ tonn maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni minn bastiment tal-qbid jew nassa tal-Unjoni, inkluż kull moviment mit-territorju tal-Unjoni, minn pajjiżi terzi jew minn żoni tas-sajd;

(8)

“riesportazzjoni” tfisser kwalunkwe moviment mit-territorju tal-Unjoni tat-tonn li kien importat preċedentament fit-territorju tal-Unjoni;

(9)

“Stat Membru tan-nassa” tfisser l-Istat Membru fejn hija stabbilita n-nassa;

(10)

“Stat Membru tal-farm” tfisser l-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-farm;

(11)

“PKK” tfisser il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni u l-partijiet, entitajiet jew entitajiet tas-sajd mhux kontraenti li jikkooperaw magħha.

KAPITOLU II

DOKUMENT DWAR IL-QABDIET TAT-TONN

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Is-sistema eBCD għandha tintuża għal kwalunkwe qabda, ħatt, trasferiment inkluż it-trasferimenti ġewwa u bejn il-farms, trażbord, tqegħid f’gaġeġ, qbid għall-qatla, kummerċ domestiku, importazzjoni, esportazzjoni jew riesportazzjoni tat-tonn. Il-BCDs stampati jistgħu jintużaw taħt ċirkostanzi eċċezzjonali kif previst fl-Artikolu 11.

2.   Għandu jimtela BCD, f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-ICCAT (Ingliż, Franċiż jew Spanjol), għal kull tonna li tinqabad minn bastiment tas-sajd jew nassa, ittrasferita, li tinħatt l-art jew li tiġi ttrażbordata fil-portijiet minn bastiment tas-sajd jew nassa, jew li titqiegħed f’gaġeġ jew tinqabad għall-qatla mill-farms.

3.   Kull lott ta’ tonn ikkummerċjalizzat domestikament, importat fit-territorju tal-Unjoni jew esportat jew riesportat minnu għandu jkun akkumpanjat minn BCD ivvalidat mill-awtorità kompetenti, bl-eċċezzjoni ta’ każijiet fejn japplika l-Artikolu 4(4) u, fejn applikabbli, minn dikjarazzjoni ta’ trasferiment tal-ICCAT jew ċertifikat ta’ riesportazzjoni tat-tonn (“BFTRC”) ivvalidat. Kull lott tat-tonn għandu jinkludi biss prodotti tat-tonn tal-istess preżentazzjoni u li joriġinaw mill-istess żona ġeografika rilevanti u l-istess bastiment tas-sajd, jew grupp ta’ bastimenti tas-sajd, jew l-istess nassa tas-sajd.

4.   Għandu jkun ipprojbit li t-tonn jinħatt, jiġi ttrasferit, jiġi trażbordat, jitqiegħed f’gaġeġ, jiġi kkonsenjat, jinqabad għall-qatla, jiġi kkummerċjalizzat domestikament, importat, esportat jew riesportat mingħajr BCD u BFTRC mimlija u, fejn applikabbli, ivvalidati, meta dan ikun meħtieġ.

5.   Kull BCD għandu jkollu numru ta’ identifikazzjoni uniku għad-dokument. In-numri ta’ identifikazzjoni tad-dokumenti għandhom ikunu speċifiċi għall-Istat Membru tal-bandiera jew tan-nassa.

6.   Fil-ħin tat-tqegħid f’gaġeġ u diment li l-ħut kollu jitqiegħed f’gaġeġ fl-istess gaġġa tat-trobbija tal-ħut u fl-istess jum, il-BCDs rilevanti jistgħu jinġabru bħala “BCD raggruppat” b’numru ġdid tal-BCD fil-każijiet li ġejjin:

(a)

qabdiet multipli magħmulin mill-istess bastiment;

(b)

qabdiet li jsiru minn operazzjonijiet konġunti tas-sajd.

7.   Il-BCD raggruppat għandu jissostitwixxi l-BCDs oriġinali relatati kollha u għandu jkun akkumpanjat mil-lista tan-numri kollha assoċjati tal-BCD. Il-kopji ta’ tali BCDs assoċjati għandhom ikunu magħmulin disponibbli għall-Istati Membri jew għall-awtoritajiet tal-kontroll tal-PKK, jekk jintalbu jagħmlu dan.

8.   It-tonn li jinqabad bħala qbid inċidentali minn bastimenti mhux awtorizzati biex jistadu b’mod attiv għat-tonn skont ir-Regolament (UE) 2023/2053 jista’ jiġi kkumerċjalizzat. L-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-awtoritajiet tal-port u l-awtoreġistrazzjoni awtorizzata mill-kaptan jew mir-rappreżentant tal-bastiment għandhom jiffaċilitaw l-aċċess mill-kaptan jew mir-rappreżentant tal-bastiment għas-sistema tal-eBCD, inkluż permezz tan-numru ta’ reġistrazzjoni nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti kkonċernati ma għandhomx ikunu meħtieġa jissottomettu lista ta’ tali bastimenti lill-Kummissjoni.

9.   Tonn li jmut matul l-operazzjonijiet ta’ trasferiment, irmonk jew tqegħid f’gaġeġ koperti bl-Artikoli 40 sa 55 tar-Regolament (UE) 2023/2053 jista’ jiġi kkumerċjalizzat mill-bastiment tas-sajd bil-purse seine, mill-bastiment awżiljarju, nassa u/jew mir-rappreżentanti tal-farm, fejn ikun applikabbli.

10.   It-tonn li jinqabad għall-qatla fis-sajd sportiv u rikreattiv, li l-bejgħ tiegħu huwa pprojbit, ma għandux ikun soġġett għal dan ir-Regolament u għalhekk, ma għandux bżonn, jiġi rreġistrat fis-sistema tal-eBCD.

Artikolu 4

Validazzjoni

1.   Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid, l-operaturi tan-nases, l-operaturi tal-farm, il-bejjiegħa u l-esportaturi, jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, għandhom jimlew il-BCD billi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa u għandhom jitolbu l-validazzjoni tiegħu skont il-paragrafu 2 fir-rigward ta’ kull tonna li tinqabad, tinħatt, titqiegħed f’gaġeġ, tinqabad għall-qatla, tiġi ttrażbordata, tiġi kkumerċjalizzata domestikament jew tiġi esportata.

2.   Il-BCD għandu jiġi vvalidat minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment jew tan-nassa jew tal-Istat Membru tal-farm li jkun qabad jew qabad it-tonn għall-qatla, jew tal-Istat Membru tal-istabbiliment tal-bejjiegħ jew tal-esportatur li kkumerċjalizza domestikament jew esporta t-tonn.

3.   L-Istati Membri għandhom jivvalidaw il-BCD għall-prodotti tat-tonn biss meta:

(a)

l-informazzjoni kollha li tinsab fil-BCD tkun ġiet ivverifikata bħala preċiża;

(b)

l-ammonti akkumulati tal-qabdiet huma fi ħdan il-kwoti jew fil-limiti tal-qabdiet tagħhom għas-sena rilevanti amministrattiva, inkluż, fejn xieraq, kwoti individwali allokati lill-bastimenti tal-qbid jew lin-nases; u

(c)

il-prodotti jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħrajn kollha tal-ICCAT tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni.

4.   Il-validazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tkun meħtieġa fejn it-tonn kollu disponibbli għall-bejgħ ikun ittikkettat, f’konformità mal-Artikolu 6(4), mill-Istat Membru tal-bandiera jew tan-nassa li jkun qabdu.

5.   Meta l-kwantitajiet tat-tonn li jkun inqabad u nħatt ikunu inqas minn tunnellata metrika waħda jew inqas minn tliet ħutiet, il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd jew in-nota tal-bejgħ jistgħu jintużaw bħala BCD temporanju, sakemm issir il-validazzjoni tal-BCD fi żmien sebat ijiem mill-ħatt u qabel l-esportazzjoni.

6.   BCD ivvalidat għandu jinkludi, kif ikun xieraq, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 18-13 u fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. L-istruzzjonijiet dwar il-ħruġ, in-numerazzjoni, il-mili, u l-validazzjoni tal-BCD huma stabbiliti fl-Anness 3 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 18-13 u fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

7.   L-informazzjoni dwar ix-xerrej fit-taqsima tal-informazzjoni dwar il-kummerċ għandha tiddaħħal fis-sistema tal-eBCD qabel il-validazzjoni. It-taqsima tal-inforamzzjoni dwar il-kummerċ ta’ eBCD għandha tiġi vvalidata qabel l-esportazzjoni.

8.   L-esportazzjoni mill-Istati Membri għandha sseħħ biss jekk il-kummerċ preċedenti bejn l-Istati Membri jkun ġie rreġistrat kif suppost. Tali esportazzjoni għandha tkompli teħtieġ validazzjoni fis-sistema tal-eBCD f’konformità mal-paragrafi 1 sa 5.

Artikolu 5

Reġistrazzjoni u validazzjoni tal-qabdiet u l-kummerċ sussegwenti fis-sistema tal-eBCD

1.   Wara r-reġistrazzjoni u l-validazzjoni tal-qabdiet u l-ewwel kummerċ fis-sistema tal-eBCD f’konformità mal-Artikolu 4, l-informazzjoni dwar il-bejgħ intern tat-tonn fi Stat Membru wieħed għandha tiġi rreġistrata fis sistema tal-eBCD. Il-validazzjoni ta’ dak il-bejgħ intern ma għandiex tkun meħtieġa.

2.   Wara r-reġistrazzjoni u l-validazzjoni tal-qabdiet u l-ewwel kummerċ fis-sistema tal-eBCD, il-kummerċ domestiku bejn l-Istati Membri għandu jimtela fis-sistema tal-eBCD mill-bejjiegħ f’konformità mal-Artikolu 4.

3.   L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha tivvalida l-kummerċ domestiku bejn l-Istati Membri tal-forom tal-prodotti “bla garġi u mnaddfa” (GG), “imħejjija” (DR), u “tondi” (RD). Madankollu, b’deroga mill-Artikolu 4, il-validazzjoni ma għandiex tkun meħtieġa:

(a)

meta l-kummerċ domestiku tat-tonn ikun fil-forom tal-prodotti “fletti” (FL) jew “oħrajn, speċifikati” (OT) elenkati fl-eBCD;

(b)

meta l-prodott FL jew OT imsemmi fil-punt (a) jiġi ppakkjat għat-trasport, f’dan il-każ in-numru assoċjat tal-eBCD għandu jkun miktub b’mod li jinqara u ma jitħassarx fuq in-naħa ta’ barra ta’ kwalunkwe pakkett li jkun fih kwalunkwe parti mit-tonna ħlief għall-prodotti eżentati speċifikati fl-Artikolu 1(2).

Għall-prodotti FL jew OT, il-kummerċ domestiku sussegwenti lejn Stat Membru ieħor għandu jsir biss meta l-informazzjoni dwar il-kummerċ mill-Istat Membru preċedenti tkun ġiet irreġistrata fis-sistema tal-eBCD.

4.   Id-deroga prevista fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2024. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-deroga. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar il-verifika mill-Istati Membri prevista fl-Artikolu 9, dwar l-eżiti ta’ dik il-verifika u data dwar l-avvenimenti kummerċjali kkonċernati, inkluża l-informazzjoni statistika rilevanti bħall-ammont ta’ tonn u l-għadd ta’ attivitajiet kummerċjali koperti minn dik id-deroga.

5.   Il-kummerċ tat-tonn ħaj, inkluż l-avvenimenti kummerċjali kollha lejn u mill-farms tat-tonn għandu jiġi rreġistrat u vvalidat fis-sistema tal-eBCD f’konformità ma’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

6.   B’deroga mill-Artikolu 3(3), il-validazzjoni tat-taqsimiet 2 (qabda) u 3 (kummerċ ħaj) fis-sistema tal-eBCD tista’ timtela simultanjament.

7.   L-emendar u r-rivalidazzjoni tat-taqsimiet 2 (qabda) u 3 (kummerċ ħaj) fis-sistema tal-eBCD kif meħtieġ mill-Artikolu 51, u l-Anness XI, tar-Regolament (UE) 2023/2053, relatati mal-użu ta’ sistemi ta’ kameras sterjoskopiċi jistgħu jimtlew wara l-operazzjoni tat-tqegħid f’gaġeġ.

Artikolu 6

Tikkettar

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-bastimenti tal-qbid jew in-nases tagħhom iwaħħlu tikketta ma’ kull tonna, preferibbilment fil-ħin tal-qatla, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn meta tinħatt (“programm ta’ tikkettar”). It-tikketti għandu jkollhom numri uniċi speċifiċi tal-Istat Membru u għandhom ikunu reżistenti għat-tbagħbis. In-numri tat-tikketti għandhom ikunu marbutin mal-eBCD.

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu sommarju tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ tikkettar lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April ta’ kull sena fir-rigward tas-sena preċedenti. Kwalunkwe bidla sussegwenti fil-programm ta’ tikkettar għandha tintbagħat ukoll lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat is-sommarji lis-Segretarjat tal-ICCAT.

3.   L-użu ta’ tikketti skont dan l-Artikolu għandu jkun awtorizzat biss meta l-ammonti akkumulati tal-qabdiet ikunu fi ħdan il-kwoti jew il-limiti tal-qabdiet tal-Istati Membri għal kull sena amministrattiva, inkluż, fejn ikun xieraq, kwoti individwali allokati lill-bastimenti jew lin-nases.

4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 4(4), il-programmi ta’ tikkettar kummerċjali tal-Istat Membru tal-bandiera għall-bastiment jew għan-nassa li jkunu qabdu t-tonn għall-qatla li taħthom il-ħut jiġi ttikkettat għandhom jipprovdu mill-inqas dan li ġej:

(a)

li t-tonn kollu fl-eBCD ikkonċernat jiġi ttikkettat individwalment;

(b)

l-informazzjoni li ġejja assoċjata mat-tikketta:

(i)

l-identifikazzjoni tal-bastiment tal-qbid jew tan-nassa;

(ii)

id-data tal-qabda jew tal-ħatt;

(iii)

iż-żona tal-qbid tal-ħut għall-qatla fil-vjeġġ;

(iv)

l-irkaptu użat biex jinqabad il-ħut;

(v)

it-tip ta’ prodott u l-piż individwali tat-tonn ittikkettat;

(vi)

fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-esportatur u l-importatur; u

(vii)

fejn applikabbli, il-punt tal-esportazzjoni.

5.   B’deroga mill-paragrafu 4, il-punt (b)(v), ta’ dan l-Artikolu, għal dak is-sajd soġġett għad-derogi fir-rigward ta’ daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2023/2053, sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-Istati Membri jistgħu minflok jipprovdu l-piż approssimattiv tal-ħut individwali fil-qabda waqt il-ħatt l-art, li għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ kampjunar rappreżentattiv.

6.   Meta l-Istati Membri japplikaw id-deroga prevista fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena f’konformità mal-Artikolu 5(4) dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-deroga.

7.   L-informazzjoni dwar il-ħut ittikkettat għandha tinġabar mill-Istat Membru responsabbli għall-programm ta’ tikkettar.

8.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni dwar il-ħut ittikkettat li jkun wasal mill-Istati Membri u għandha tibgħatha lill-ICCAT fil-format tar-rapport ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni.

KAPITOLU III

ĊERTIFIKAT TA’ RIESPORTAZZJONI TAT-TONN

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li kull lott ta’ tonn li jiġi riesportat mit-territorju tiegħu jkun akkumpanjat minn BFTRC ivvalidat.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika f’każijiet fejn it-tonn jiġi importat ħaj.

3.   L-operatur responsabbli għar-riesportazzjoni għandu jimla l-BFTRC f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-ICCAT (Ingliż, Franċiż jew Spanjol) u għandu jitlob il-validazzjoni tiegħu sabiex il-lott tat-tonn jiġi riesportat. Il-BFTRC mimli għandu jkun akkumpanjat minn kopja tal-BCD(s) validat(i) relatat(i) mal-prodotti tat-tonn li jkunu ġew importati qabel.

Artikolu 8

Validazzjoni tar-riesportazzjoni

1.   Il-BFTRC għandu jiġi vvalidat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li mit-territorju tiegħu l-lott jiġi riesportat.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tivvalida l-BFTRC għall-prodotti tat-tonn kollha, dment li:

(a)

jkun ġie stabbilit li l-informazzjoni kollha inkluża fil-BFTRC hija preċiża;

(b)

il-BCD(s) korrispondenti vvalidat(i) ġie(ġew) aċċettat(i) għall-importazzjoni tal-prodotti ddikjarati fil-BFTRC;

(c)

il-prodotti li jridu jiġu riesportati jkunu kompletament jew parzjalment l-istess prodotti li jidhru fuq il-BCD(s) ivvalidat(i); u

(d)

kopja tal-BCD(s) tintehmeż mal-BFTRC li jrid jiġi vvalidat.

3.   Il-BFTRC ivvalidat għandu jinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness 2 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 22-16 u fl-Anness 5 tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 18-13, u fl-Annessi IV u V ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

VERIFIKI

Artikolu 9

Verifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidentifikaw kull lott ta’ tonn li jinħatt fit-territorju tagħhom u li jkun ikkummerċjalizzat domestikament fih, jiġi importat fit-territorju tagħhom jew esportat jew riesportat minnu, u jitolbu u jeżaminaw il-BCD(s) ivvalidat(i) u d-dokumentazzjoni relatata ta’ kull lott tat-tonn.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżaminaw il-kontenut tal-lott biex jivverifikaw l-informazzjoni inkluża fil-BCD u f’dokumenti relatati. Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki mal-operaturi kkonċernati.

3.   Jekk, bħala riżultat tal-eżamijiet jew tal-verifiki imwettqa skont il-paragrafi 1 u 2, iqumu xi dubji dwar l-informazzjoni inkluża f’BCD, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun saret l-importazzjoni finali u l-Istat Membru jew il-PKK li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu vvalidaw il-BCD(s) jew il-BFTRCs għandhom jikkooperaw biex isolvu t-tali dubji.

4.   Jekk Stat Membru jidentifika lott mingħajr BCD, dan għandu jinnotifika s-sejbiet lill-Istat Membru li jkun ikkumerċjalizza l-lott domestikament, jew lill-PKK li tkun qed tesporta u, fejn dan ikun magħruf, lill-Istat Membru tal-bandiera jew lill-PKK tal-bandiera.

5.   L-Istati Membri ma għandhomx jirrilaxxaw il-lott għall-kummerċ domestiku, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, jew, fil-każ ta’ tonn ħaj destinat għall-farms, jaċċettaw id-dikjarazzjoni tat-trasferiment sakemm jitwettqu l-eżamijiet jew il-verifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u jikkonfermaw il-konformità tal-lott tat-tonn mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe liġi applikabbli oħra tal-Unjoni.

6.   Il-kummerċ domestiku, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew ir-riesportazzjoni tat-tonn għandhom ikunu pprojbiti meta Stat Membru, wara li jkun wettaq l-eżamijiet jew il-verifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ validazzjoni kkonċernati, jiddetermina li l-BCD jew il-BFTRC korrispondenti jkun invalidu.

KAPITOLU V

TRAŻMISSJONI TA’ DATA

Artikolu 10

Reġistrazzjoni fis-sistema tal-eBCD, notifika u verifika tal-informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-utenti tagħhom ikunu rreġistrati fis-sistema tal-eBCD.

2.   Meta Stat Membru jivvalida l-BCDs fir-rigward tal-bastimenti tal-qbid li jtajru l-bandiera tiegħu, in-nases jew il-farms tiegħu, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet ta’ validazzjoni tal-gvern jew lil individwi jew istituzzjonijiet awtorizzati oħra responsabbli għall-validazzjoni u l-verifika tal-BCDs jew il-BFTRCs kull darba li jkun hemm bidla fl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz sħiħ tal-organizzazzjoni ta’ validazzjoni;

(b)

l-isem u t-titlu tal-uffiċjali ta’ validazzjoni li ngħataw is-setgħa individwalment;

(c)

formola tal-kampjun tad-dokument;

(d)

kampjun tat-timbru jew tas-siġill; u

(e)

kif xieraq, kampjuni tat-tikketti.

3.   In-notifika prevista fil-paragrafu 2 għandha tindika d-data minn meta l-bidla hija applikabbli. Kopja tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali adottati għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-programm għad-dokumentazzjoni tal-qabdiet tat-tonn għandha tiġi kkomunikata man-notifikazzjoni inizjali, inkluż il-proċeduri dwar l-awtorizzazzjoni ta’ individwi jew istituzzjonijiet mhux governattivi. Dettalji aġġornati dwar l-awtoritajiet u d-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien xieraq.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, b’mezzi elettroniċi, bil-punti ta’ kuntatt, b’mod partikolari, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-organizzazzjoni(jiet), li għandhom jiġu infurmati jekk jinqalgħu mistoqsijiet fir-rigward tal-BCDs jew il-BFTRCs.

5.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi mingħajr dewmien l-informazzjoni prevista fil-paragrafi 2 sa 4 lis-Segretarjat tal-ICCAT.

6.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw l-informazzjoni dwar l-awtoritajiet ta’ validazzjoni nnotifikati lill-ICCAT u ppubblikati fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku miżmum mis-Segretarjat tal-ICCAT biex jgħinu lill-awtoritajiet tagħhom jivverifikaw il-validazzjoni tal-BCDs u l-BFTRCs.

Artikolu 11

BCD stampati jew eBCD stampati

1.   BCD stampati jew eBCD stampati jistgħu jintużaw fil-każijiet li ġejjin:

(a)

il-ħatt ta’ kwantitajiet ta’ tonn ta’ inqas minn tunnellata metrika waħda jew ta’ inqas minn tliet ħutiet. Tali BCDs stampati għandhom jiġu kkonvertiti f’eBCD f’perjodu ta’ sebat ijiem ta’ xogħol mill-ħatt jew qabel l-esportazzjoni, skont liema minnhom jiġi l-ewwel;

(b)

tonn li jkun inqabad qabel l-1 ta’ Jannar 2017;

(c)

bħala riżerva fil-każ limitat li jinqalgħu diffikultajiet tekniċi fis-sistema li jipprekludu Stat Membru milli juża s-sistema tal-eBCD, skont il-proċeduri kif stabbilit fl-Anness 3 tar-Rakkomandazzjoni ICCAT 22-16. Id-dewmien min-naħa tal-Istati Membri biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa, bħall-forniment tad-data meħtieġa biex tiġi żgurata r-reġistrazzjoni tal-utenti fis-sistema tal-eBCD jew sitwazzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu evitati, ma għandhomx jikkostitwixxu diffikultà teknika aċċettabbli;

(d)

il-kummerċ tat-tonn tal-Paċifiku;

(e)

il-kummerċ bejn l-Unjoni u dawk li mhumiex PKK fejn l-aċċess għas-sistema tal-eBCD mis-Segretarjat tal-ICCAT ma jkunx possibbli jew ma jkunx f’waqtu biżżejjed biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm dewmien jew tfixkil bla bżonn fil-kummerċ.

2.   L-użu ta’ BCD stampat imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jiġi invokat minn Stat Membru jew minn PKK bħala raġuni biex tiġi posposta jew miċħuda l-importazzjoni ta’ konsenja tonn, dment li l-BCD stampat ikun konformi ma’ dan ir-Regolament. L-eBCDs stampati li jiġu vvalidati fis-sistema tal-eBCD għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ validazzjoni stipulat fl-Artikolu 3(3).

3.   L-Istati Membri tal-bandiera jew tan-nassa għandhom jipprovdu formoli tal-BCD biss lill-bastimenti tal-qbid u lin-nases li jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni, inkluż bħala qbid inċidentali. Formoli bħal dawn ma għandhomx ikunu trasferibbli.

4.   Il-kopji stampati tal-eBCDs għandhom isegwu kull parti tal-lottijiet maqsuma jew prodott ipproċessat, permezz tan-numru uniku tad-dokument tal-eBCD sabiex tkun tista’ tinħoloq rabta bejniethom.

Artikolu 12

Komunikazzjoni u konservazzjoni tad-dokumenti stampati ivvalidati

1.   Ħlief f’każijiet fejn japplika l-Artikolu 4(4), l-Istati Membri għandhom jibagħtu kopja tal-BCDs jew tal-BFTRCs kollha vvalidati:

(a)

lill-Kummissjoni;

(b)

lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew PKK fejn it-tonn ser ikun kummerċjalizzat domestikament, trasferit f’gaġġa jew importat; u

(c)

lis-Segretarjat tal-ICCAT.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-komunikazzjoni prevista fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data tal-validazzjoni, jew qabel it-tmiem tat-trasport fejn it-tul mistenni tat-trasport ma għandux idum aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu kopji tad-dokumenti maħruġa jew irċevuti għal mill-inqas sentejn.

Artikolu 13

Rapport annwali

1.   Sal-15 ta’ Awwissu kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport li jinkludi l-informazzjoni deskritta fl-Anness 6 għar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 18-13, li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti.

2.   Ir-rapporti ġġenerati mis-sistema tal-eBCD għandhom jintużaw biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-rapportar annwali msemmija fil-paragrafu 1. Fir-rapport annwali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll l-elementi deskritti fl-Anness 6 għar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 18-13 li ma jistgħux jiġu prodotti mis-sistema tal-eBCD.

3.   Il-Kummissjoni għandha tfassal ir-rapport annwali tal-Unjoni bbażat fuq l-informazzjoni li tasal mingħand l-Istati Membri f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 u għandha tibagħtu lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta’ Settembru kull sena.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Proċedura għall-emendi

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 15, li jemendaw dan ir-Regolament sabiex jadattawh għall-miżuri adottati mill-ICCAT li jorbtu lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha dwar:

(a)

l-użu obbligatorju tal-eBCDs u l-BCDs skont l-Artikolu 3(1) u (2);

(b)

ir-regoli dwar il-BCDs raggruppati skont l-Artikolu 3(6);

(c)

il-validazzjoni tal-BCD u l-eBCD skont l-Artikolu 4;

(d)

ir-reġistrazzjoni u l-validazzjoni tal-qabdiet u tal-kummerċ sussegwenti fis-sistema tal-eBCD skont l-Artikolu 5;

(e)

l-iskadenza tad-deroga msemmija fl-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 6(5);

(f)

informazzjoni dwar il-validazzjoni u l-punti ta’ kuntatt skont l-Artikolu 10(2);

(g)

l-użu ta’ BCDs stampati jew eBCDs stampati skont l-Artikolu 11(1);

(h)

dati ta’ rapportar imsemmija fl-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13(1) u (3);

(i)

referenzi għall-Annessi għar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT kif previst fl-Artikolu 2(1), l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 11(1), il-punt (c) u l-Artikolu 13(1) u (3) u għall-Annessi korrispondenti għal dan ir-Regolament;

(j)

l-Annessi għal dan ir-Regolament.

2.   L-emendi li jsiru skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati strettament għall-implimentazzjoni fid-dritt tal-Unjoni ta’ emendi għar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.

Artikolu 15

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-9 ta’ Jannar 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat li jiġi adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 16

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 huwa mħassar.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)   ĠU C 123, 9.4.2021, p. 72.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Novembru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2023.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta’ Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta’ Lulju 1994 li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/414/KE tat-8 ta’ Ġunju 1998 dwar ir-ratifika mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim sabiex jimplimenta d-diżposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 li għandha x’taqsam mal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-ħut fuq iż-żewġ naħat tal-istess żona u l-istokks tal-ħut li jpassi bil-qawwi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 14.).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/428/KE tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar l-aċċettazzjoni mill-Komunità tal-Ftehim li jippromwovi l-osservanza tal-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u maniġġjar minn bastimenti tas-sajd fl-ibħra internazzjonali (ĠU L 177, 16.7.1996, p. 24).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE tad-9 ta’ Ġunju 1986 dwar l-adeżjoni tal-Komunità fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, kif emendata bil-Protokoll mehmuż mal-Att Finali tal-Konferenza tal-Plenipotenzjari tal-Istati li jifformaw Parti mill-Konvenzjoni ffirmata f’Pariġi fl-10 ta’ Lulju 1984 (ĠU L 162, 18.6.1986, p. 33).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 (ĠU L 194, 24.7.2010, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 1).

(10)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS I

Data li għandha tiġi inkluża fid-dokument dwar il-qabdiet tat-tonn (BCD)

1.   

Numru tad-dokument dwar il-qabdiet tat-tonn tal-ICCAT

2.   

Informazzjoni dwar il-qabdiet

 

Isem tal-bastiment tal-qbid jew tan-nassa

 

Isem tal-bastimenti l-oħra (fil-każ ta’ operazzjonijiet konġunti tas-sajd (JFOs))

 

Bandiera

 

Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-ICCAT

 

Kwota individwali

 

Kwota użata għal dan il-BCD

 

Data, żona tal-qbid u rkaptu użat

 

Għadd ta’ ħut, il-piż totali u l-piż medju (1)

 

Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-ICCAT tal-JFOs (jekk applikabbli)

 

Numru tat-Tikketta (jekk applikabbli)

 

Validazzjoni tal-Gvern

 

Isem tal-awtorità u l-firmatarju, titlu, firma, siġill u data

3.   

Informazzjoni dwar il-kummerċ għall-kummerċ ta’ ħut ħaj

 

Id-deskrizzjoni tal-prodott

 

Informazzjoni dwar l-esportatur/il-bejjiegħ

 

Deskrizzjoni tal-mezz tat-trasport

 

Validazzjoni tal-Gvern

 

Isem tal-awtorità u l-firmatarju, titlu, firma, siġill u data

 

Importatur/Xerrej

4.   

Informazzjoni dwar it-trasferiment

 

Deskrizzjoni tal-bastiment tal-irmonk

 

Numru tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT

 

Isem u bandiera tal-bastiment,

 

Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-ICCAT

 

Numru ta’ ħut mejjet matul it-trasferiment

 

Piż totali ta’ ħut mejjet (kg)

 

Deskrizzjoni tal-gaġġa tal-irmonk

 

Numru tal-gaġġa

5.   

Informazzjoni dwar it-trażbord

 

Deskrizzjoni tal-bastiment tal-ġarr

 

Isem, bandiera, numru tar-Reġistrazzjoni tal-ICCAT, data, isem il-port, stat tal-port, pożizzjoni

 

Id-deskrizzjoni tal-prodott

 

(F/FR; RD/GG/DR/FL/OT)

 

Piż totali (NETT)

 

Validazzjoni tal-Gvern

 

Isem tal-awtorità u l-firmatarju, titlu, firma, siġill u data

6.   

Informazzjoni dwar it-trobbija

 

Deskrizzjoni tal-faċilità tat-trobbija

 

Isem, PKK, reġistru tal-ICCAT tal-faċilitajiet tat-trobbija tat-tonn (FFB) numru u post tal-farm

 

Parteċipazzjoni fil-programm nazzjonali ta’ kampjunar (iva jew le)

 

Deskrizzjoni tal-gaġġa

 

Data tat-tqegħid f’gaġeġ, numru tal-gaġġa

 

Deskrizzjoni tal-ħut

 

Estimi tal-għadd ta’ ħut, il-piż totali u l-piż medju (2)

 

Informazzjoni dwar l-Osservatur Reġjonali tal-ICCAT

 

Isem, numru tal-ICCAT, firma

 

Stima tal-kompożizzjoni tad-daqsijiet (< 8 kg, 8-30 kg, > 30 kg)

 

Validazzjoni tal-Gvern

 

Isem tal-awtorità u l-firmatarju, titlu, firma, siġill u data

7.   

Informazzjoni dwar it-teħid għall-qatla

 

Deskrizzjoni tat-teħid għall-qatla

 

Data tat-teħid għall-qatla

 

Għadd ta’ ħut, il-piż (sħiħ) totali u l-piż medju

 

Numru tat-tikketta (jekk applikabbli)

 

Informazzjoni dwar l-Osservatur Reġjonali tal-ICCAT

 

Isem, numru tal-ICCAT, firma

 

Validazzjoni tal-Gvern

 

Isem tal-awtorità u l-firmatarju, titlu, firma, siġill u data

8.   

Informazzjoni dwar il-kummerċ

 

Id-deskrizzjoni tal-prodott

 

(F/FR; RD/GG/DR/FL/OT)

 

Piż totali (NETT)

 

Informazzjoni dwar l-esportatur/il-bejjiegħ

 

Punt tal-esportazzjoni jew tat-tluq

 

Isem tal-kumpannija tal-esportazzjoni, l-indirizz, il-firma u d-data

 

Stat tad-destinazzjoni

 

Deskrizzjoni tal-mezz ta’ trasport (id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu mehmuża)

 

Validazzjoni tal-Gvern

 

Isem tal-awtorità u l-firmatarju, titlu, firma, siġill u data

 

Informazzjoni dwar l-importatur/ix-xerrej

 

Punt ta’ importazzjoni jew destinazzjoni

 

Isem tal-kumpannija tal-importazzjoni, indirizz, firma u data tal-firma


(1)  Il-piż għandu jkun irrappurtat bil-piż sħiħ meta disponibbli. Jekk ma jintużax il-piż sħiħ, speċifika t-tip ta’ prodott (eż. GG) fit-taqsima “Piż Totali” u “Piż Medju” tal-formola.

(2)  Il-piż għandu jkun irrappurtat bil-piż sħiħ fejn disponibbli. Jekk ma jintużax il-piż sħiħ, speċifika t-tip ta’ prodott (eż. GG) fit-taqsima “Piż Totali” u “Piż Medju” tal-formola.


ANNESS II

Dokument dwar il-qabdiet tat-tonn tal-ICCAT

Image 1

Image 2


ANNESS III

Istruzzjonijiet għall-ħruġ, in-numerazzjoni, l-mili u l-validazzjoni tad-dokument dwar il-qabdiet tat-tonn (BCD)

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

(1)

Lingwa

Meta timtela l-BCD għandha tintuża lingwa uffiċjali tal-ICCAT (l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ispanjol).

(2)

Enumerazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw sistema unika ta’ numerazzjoni għall-BCDs billi jużaw il-kodiċi tal-pajjiż tal-ICCAT jew il-kodiċi ISO tagħhom flimkien ma’ numru bi 8 ċifri fejn tnejn minn dawn iċ-ċifri għandhom jindikaw is-sena tal-qabda.

Pereżempju: CA-09–123456 (CA tfisser il-Kanada).

Fil-każ ta’ vjeġġi maqsuma jew prodotti pproċessati, il-kopji tal-BCD oriġinali għandhom jiġu nnumerati billi n-numru tal-BCD oriġinali jiġi ssupplimentat b’numru b’żewġ ċifri.

Pereżempju: CA-09-123456-01, CA-09-123456-02, CA-09-123456-03.

In-numerazzjoni għandha tkun sekwenzjali u prefiribbilment stampata. In-numri tas-serje tal-BCDs vojta maħruġa għandhom jiġu rreġistrati b’isem ir-riċevitur.

Fil-każ tal-produzzjoni ta’ BCD raggruppat, l-operatur tal-farm jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jitlob numru tal-BCD ġdid mingħand l-Istat Membru tal-farm. In-numru għall-BCDs raggruppati għandu jkun fih “G” bħal pereżempju “CA-09–123456- G”.

2.   INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET

(1)

Mili

(a)

Prinċipji ġenerali:

 

Din it-taqsima hija applikabbli għall-qabdiet kollha tat-tonn.

 

Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew l-operatur tan-nases jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-bandiera jew tan-nassa għandu jkun responsabbli għall-mili u t-talba għall-validazzjoni tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET.

 

It-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET għandha timtela mhux aktar tard mit-tmiem tal-operazzjoni tat-trasferiment, tat-trażbord jew tal-ħatt.

 

Rimarka: fil-każ ta’ JFO bejn bnadar differenti, għandu jiġi prodott BCD wieħed għal kull bandiera. F’dan il-każ, kull BCD għandu jindika l-istess informazzjoni fl-INFORMAZZJONI TAL-BASTIMENT/NASSA fir-rigward tal-bastiment li fil-fatt għamel il-qabda u l-bastimenti tas-sajd l-oħra kollha involuti f’dik il-JFO, filwaqt li d-DESKRIZZJONI TAL-QABDA għandha tindika l-informazzjoni dwar il-qabdiet attribwita għal kull bandiera abbażi tal-kjavi tal-allokazzjoni tal-JFO.

 

Fil-każ ta’ qabdiet li joriġinaw minn JFO wieħed li jkun magħmul minn bastimenti tal-istess bandiera, il-kaptan tal-bastiment tal-qbid li fil-fatt għamel tali qabdiet, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-bandiera, għandu jimla l-formola tal-BCD f’isem il-bastimenti kollha li jkunu qed jipparteċipaw f’tali JFO.

(b)

Istruzzjonijiet speċifiċi:

 

“ISEM IL-BASTIMENT TAL-QBID JEW TAN-NASSA”: elenka isem il-bastiment tal-qbid li fil-fatt għamel il-qabdiet.

 

“ISEM IL-BASTIMENTI L-OĦRA TAS-SAJD”: applikabbli biss għall-JFOs u elenka l-bastimenti tas-sajd l-oħra parteċipanti.

 

“BANDIERA”: indika l-Istat Membru tal-bandiera jew tan-nassa.

 

“Numru ta’ REĠISTRAZZJONI tal-ICCAT”: indika n-numru tal-ICCAT tal-bastiment tal-qbid jew tan-nassa awtorizzati jistadu għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni. Dik l-informazzjoni mhijiex applikabbli għall-bastimenti tal-qbid li jistadu għat-tonn bħala qbid sekondarju. Fil-każ ta’ JFO, elenka n-Numri tar-Reġistru tal-ICCAT tal-bastiment li fil-fatt għamel il-qabda kif ukoll bastimenti oħra li pparteċipaw f’dik il-JFO.

 

“KWOTA INDIVIDWALI”: indika l-ammont tal-kwota individwali mogħtija lil kull bastiment.

 

“KWOTA UŻATA GĦAL DAN IL-BCD”: indika l-ammont tal-qabda attribwit għal dan il-BCD.

 

“IRKAPTU”: indika l-irkaptu tas-sajd li juża l-kodiċijiet li ġejjin:

BB

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka

GILL

Għażel

HAND

Xlief

HARP

Ħarpun

LL

Konz

MWT

Xbieki tat-tkarkir f’nofs l-ilma

PS

Tartarun tal-borża

RR

Qasba u rukkell

SPHL

Xlief sportiv

SPOR

Sajd sportiv mhux ikklassifikat

SURF

Sajd tal-wiċċ mhux ikklassifikat

TL

Xlief ikkurat

TRAP

Nassa

TROL

Xlief bir-Rixa

UNCL

Metodi mhux speċifikati

OT

Tip ieħor

 

“Nru tal-ĦUT”: fil-każ ta’ JFO li jkun magħmul minn bastimenti tal-istess bandiera, indika l-għadd totali ta’ ħut maqbud f’tali operazzjoni. Fil-każ ta’ JFO bejn bnadar differenti, indika l-għadd ta’ ħut attribwit għal kull bandiera skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni.

 

“PIŻ TOTALI”: indika l-piż totali sħiħ f’kilogrammi. Jekk il-piż sħiħ ma jintużax fil-ħin tal-qabda, indika t-tip ta’ prodott (eż. GG). Fil-każ ta’ JFO bejn bnadar differenti, indika l-piż sħiħ attribwit lil dik il-bandiera skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni.

 

“ŻONA”: indika l-Mediterran, il-Punent tal-Atlantiku, il-Lvant tal-Atlantiku jew il-Paċifiku.

 

“Numru TAT-TIKKETTA (jekk applikabbli)”: jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali biex ikun permess l-elenkar ta’ kull numru ta’ tikketta għal kull ħuta individwali.

(2)

Validazzjoni

L-Istat Membru tal-bandiera jew tan-nassa għandu jkun responsabbli għall-validazzjoni tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET sakemm it-tonn ma jkunx ittikkettat f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

3.   INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ GĦALL-KUMMERĊ TA’ ĦUT ĦAJ

(1)

Mili

(a)

Prinċipji ġenerali:

 

Din it-taqsima hija applikabbli biss għall-esportazzjoni tat-tonn ħaj.

 

Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-bandiera għandu jkun responsabbli għall-mili u t-talba għall-validazzjoni tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ GĦALL-KUMMERĊ TA’ ĦUT ĦAJ.

 

It-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ GĦALL-KUMMERĊ TAL-ĦUT ĦAJ għandha timtela qabel l-ewwel operazzjoni ta’ trasferiment, jiġifieri t-trasferiment tal-ħut mix-xibka tal-bastiment tal-qbid għall-gaġġa tat-trasport.

 

Rimarka: fil-każ li kwantità ta’ ħut imut matul l-operazzjoni tat-trasferiment u jiġi kkummerċjalizzat u esportat domestikament, il-BCD oriġinali (it-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET mimlija) għandu jiġi kkopjat għall-ħut, u t-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ tal-BCD ikkopjat għandha timtela mill-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-bandiera u trasmessa lix-xerrej/importatur domestiku. Il-validazzjoni mill-gvern ta’ dik il-kopja għandha tiggarantixxi li tkun kopja valida u li tkun ġiet irreġistrata mill-awtoritajiet tal-Istat Membru. Mingħajr il-validazzjoni tal-gvern, kwalunkwe kopja tal-BCD tkun nulla u bla effett.

 

Fil-każ ta’ JFO li tinkludi bastimenti tal-istess Stat Membru, il-kaptan tal-bastiment tal-qbid li fil-fatt għamel il-qabdiet, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-bandiera, għandu jkun responsabbli għall-mili.

(b)

Istruzzjonijiet speċifiċi:

 

“ŻONA”: indika ż-żona ta’ trasferiment - il-Mediterran, il-Punent tal-Atlantiku, il-Lvant tal-Atlantiku jew il-Paċifiku.

 

“PUNT TA’ ESPORTAZZJONI/TLUQ”: indika l-Istat Membru jew l-isem tal-PKK taż-żona tas-sajd fejn it-tonn ġie ttrasferit jew f’każ ieħor indika “ibħra miftuħa”.

 

“DESKRIZZJONI TAT-TRASPORT”: ehmeż kwalunkwe dokument rilevanti li jiċċertifika l-kummerċ.

(2)

Validazzjoni

L-Istat Membru tal-bandiera ma għandux jivvalida dokumenti fejn it-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET ma tkunx mimlija.

4.   TAGĦRIF DWAR IT-TRASFERIMENT

(1)

Mili

(a)

Prinċipji ġenerali:

 

Din it-taqsima hija applikabbli biss għat-tonn ħaj.

 

Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-bandiera għandu jkun responsabbli għall-mili tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IT-TRASFERIMENT. Fil-każ ta’ JFO li tinkludi bastimenti tal-istess Stat Membru, il-kaptan tal-bastiment tal-qbid li fil-fatt għamel il-qabdiet, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-bandiera, għandu jkun responsabbli għall-mili.

 

It-Taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IT-TRASFERIMENT għandha timtela mhux aktar tard minn tmiem l-ewwel operazzjoni ta’ trasferiment, jiġifieri t-trasferiment tal-ħut mix-xibka tal-bastiment tal-qbid għall-gaġġa tat-trasport.

 

Fi tmiem l-operazzjoni ta’ trasferiment, il-kaptan tal-bastiment tal-qbid (jew il-kaptan tal-bastiment tal-qbid li fil-fatt ikun għamel il-qabdiet fil-każ ta’ JFO magħmul minn bastimenti tal-istess Stat Membru) għandu jipprovdi t-taqsimiet BCD (INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET, INFORMAZZJONI TAL-KUMMERĊ, INFORMAZZJONI TAL-KUMMERĊ GĦALL-KUMMERĊ ĦAJ u INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ mimlija u, fejn applikabbli, ivvalidati) lill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk.

 

Il-BCD mimli għandu jakkumpanja t-trasferiment tal-ħut matul it-trasport lejn il-farm, inkluż it-trasferiment tat-tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport għal gaġġa oħra tat-trasport jew it-trasferiment tat-tonn mejjet mill-gaġġa tat-trasport għal bastiment awżiljarju.

 

Rimarka: fil-każ li xi ħut imut matul l-operazzjoni tat-trasferiment, il-BCD oriġinali (it-taqsimiet tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET, l-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ GĦALL-KUMMERĊ TA’ ĦUT ĦAJ u l-INFORMAZZJONI DWAR IT-TRASFERIMENT mimlijin u, fejn applikabbli, ivvalidati) għandu jiġi kkopjat, u t-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ tal-BCD ikkopjat għandha timtela mill-bejjiegħ/esportatur domestiku jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-bandiera u tiġi trażmessa lix-xerrej/importatur domestiku. Il-validazzjoni mill-gvern ta’ din il-kopja għandha tiggarantixxi li tkun kopja valida u li tkun ġiet irreġistrata mill-awtoritajiet tal-Istat Membru. Mingħajr il-validazzjoni awtorizzata tal-gvern, kwalunkwe kopja tal-BCD tkun nulla u bla effett.

(b)

Istruzzjonijiet speċifiċi:

 

“Nru ta’ ĦUT MEJJET MATUL IT-TRASFERIMENT” u “PIŻ TOTALI ta’ ĦUT MEJJET”: informazzjoni mimlija (jekk applikabbli) mill-kaptan tal-bastiment tal-irmonk.

 

“Nru tal-GAĠĠA”: indika n-numru ta’ kull gaġġa fil-każ li bastiment tal-irmonk ikollu iktar minn gaġġa waħda.

(2)

Validazzjoni

Il-validazzjoni ta’ din it-taqsima mhijiex meħtieġa.

5.   INFORMAZZJONI DWAR IT-TRAŻBORD

(1)

Mili

(a)

Prinċipji ġenerali:

 

Din it-taqsima hija applikabbli biss għat-tonn mejjet.

 

Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tat-trażbord jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-bandiera għandu jkun responsabbli għall-mili u t-talba għall-validazzjoni tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IT-TRAŻBORD.

 

It-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IT-TRAŻBORD għandha timtela fi tmiem l-operazzjoni ta’ trażbord.

(b)

Istruzzjonijiet speċifiċi:

 

“DATA”: indika d-data tat-trażbord.

 

“ISEM IL-PORT”: indika l-port tat-trażbord magħżul.

 

“STAT TAL-PORT”: indika l-Istat Membru jew il-PKK tal-port magħżul għat-trażbord.

(2)

Validazzjoni

L-Istat Membru tal-bandiera ma għandux jivvalida dokumenti meta t-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET ma tkunx mimlija u vvalidata.

6.   INFORMAZZJONI DWAR IT-TROBBIJA

(1)

Mili

(a)

Prinċipji ġenerali:

 

Din it-taqsima hija applikabbli biss għat-tonn ħaj li jitqiegħed f’gaġeġ.

 

Il-kaptan tal-bastiment tal-irmonk għandu jagħti l-BCD (it-taqsimiet tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET, l-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ GĦALL-KUMMERĊ TA’ ĦUT ĦAJ u INFORMAZZJONI DWAR IT-TRASFERIMENT mimlija u, fejn applikabbli, ivvalidati) lill-operatur tal-farm fi żmien it-tqegħid f’gaġeġ.

 

L-operatur tal-farm jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-farm għandu jkun responsabbli mill-mili u t-talba għal validazzjoni tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-FARM.

 

It-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-FARM għandha timtela mhux aktar tard minn tmiem l-operazzjoni ta’ tqegħid f’gaġeġ.

(b)

Istruzzjonijiet speċifiċi:

 

“Nru tal-GAĠĠA”: indika n-numru ta’ kull gaġġa.

 

“INFORMAZZJONI dwar l-OSSERVATUR REĠJONALI tal-ICCAT”: indika l-isem, in-numru tal-ICCAT u l-firma.

(2)

Validazzjoni

L-Istat Membru tal-farm għandu jkun responsabbli għall-validazzjoni tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-FARM.

L-Istat Membru tal-farm ma għandux jivvalida l-BCDs meta t-taqsimiet tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET, l-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ GĦALL-KUMMERĊ TA’ ĦUT ĦAJ u l-INFORMAZZJONI DWAR IT-TRASFERIMENT mhumiex mimlija u, fejn applikabbli, ivvalidati.

7.   INFORMAZZJONI DWAR IT-TEĦID GĦALL-QATLA

(1)

Mili

(a)

Prinċipji ġenerali:

 

Din it-taqsima hija applikabbli biss għat-tonn imrobbi li jkun miet.

 

L-operatur tal-farm jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-farm għandu jkun responsabbli għall-mili u t-talba għall-validazzjoni tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IT-TEĦID GĦALL-QATLA.

 

It-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IT-TEĦID GĦALL-QATLA għandha timtela mat-tmiem l-operazzjoni ta’ teħid għall-qatla.

(b)

Istruzzjonijiet speċifiċi:

 

“Numru tat-TIKKETTA (jekk applikabbli)”: jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali biex ikun permess l-elenkar ta’ kull numru ta’ tikketta għal kull ħuta individwali.

 

“INFORMAZZJONI dwar l-OSSERVATUR REĠJONALI tal-ICCAT”: indika l-isem, in-numru tal-ICCAT u l-firma.

(2)

Validazzjoni

L-Istat Membru tal-farm għandu jkun responsabbli għall-validazzjoni tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IT-TEĦID GĦALL-QATLA.

L-Istat Membru tal-farm ma għandux jivvalida l-BCDs meta t-taqsimiet tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-QABDIET, l-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ GĦALL-KUMMERĊ TA’ ĦUT ĦAJ, l-INFORMAZZJONI DWAR IT-TRASFERIMENT u l-INFORMAZZJONI DWAR IT-TROBBIJA ma jkunux imtlew u, fejn applikabbli, ġew ivvalidati.

8.   INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ

(1)

Mili

(a)

Prinċipji ġenerali:

 

Din it-taqsima hija applikabbli għat-tonn mejjet.

 

Il-bejjiegħ jew l-esportatur domestiku jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-Istat Membru tal-bejjiegħ/l-esportatur għandu jkun responsabbli għall-mili u t-talba għall-validazzjoni tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ.

 

It-Taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ għandha timtela qabel ma l-ħut jiġi kkummerċjalizzat domestikament jew esportat.

(b)

Istruzzjonijiet speċifiċi:

 

“DESKRIZZJONI TAT-TRASPORT”: ehmeż kwalunkwe dokument rilevanti li jiċċertifika l-kummerċ.

(2)

Validazzjoni

L-Istat Membru tal-bejjiegħ/esportatur għandu jkun responsabbli għall-validazzjoni tat-taqsima tal-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMERĊ sakemm it-tonn ma jkunx ittikkettat f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

Rimarka: f’każijiet fejn jirriżulta aktar minn kummerċ domestiku jew esportazzjoni waħda minn BCD waħda, kopja tal-BCD oriġinali għandha tiġi vvalidata mill-Istat Membru tal-bejjiegħ domestiku jew tal-esportatur u għandha tintuża u tiġi aċċettata bħala BCD oriġinali. Il-validazzjoni mill-gvern ta’ dik il-kopja għandha tiggarantixxi li tkun kopja valida u li tkun ġiet irreġistrata mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat. Mingħajr il-validazzjoni awtorizzata tal-gvern, kwalunkwe kopja tal-BCD tkun nulla u bla effett.

F’każijiet ta’ riesportazzjoni, iċ-ĊERTIFIKAT TA’ RIESPORTAZZJONI (Anness V) għandu jintuża għall-ittraċċar ta’ aktar movimenti, li għandhom ikunu relatati mal-informazzjoni tal-qabda tal-BCD oriġinali tal-qabda permezz tan-numru tal-BCD oriġinali.

Meta t-tonn jinqabad minn Stat Membru jew PKK bl-użu tas-sistema ta’ tikkettar, jiġi esportat mejjet lejn pajjiż, u jiġi esportat mill-ġdid lejn pajjiż ieħor, il-BCD li jakkumpanja ċ-ĊERTIFIKAT TA’ RIESPORTAZZJONI ma għandux għalfejn jiġi vvalidat. Madankollu, ċ-ĊERTIFIKAT TA’ RIESPORTAZZJONI għandu jiġi vvalidat.

Wara l-importazzjoni, it-tonn jista’ jinqasam f’diversi biċċiet, li mbagħad jistgħu sussegwentement jiġu esportati. L-Istat Membru jew il-PKK tar-riesportazzjoni għandhom jikkonfermaw li l-biċċa riesportata hija parti mill-ħut oriġinali akkumpanjata mill-BCD.


ANNESS IV

Ċertifikat ta’ riesportazzjoni tat-tonn tal-ICCAT

Taqsima 1: Numru taċ-ċertifikat ta’ riesportazzjoni tat-tonn

Taqsima 2: Taqsima dwar ir-riesportazzjoni

 

Pajjiż/entità/entità tas-sajd li qed jirriesportaw

 

Punt tar-riesportazzjoni

Taqsima 3: Deskrizzjoni tat-tonn importat

 

Piż nett (kg)

 

In-numru tal-BCD (jew l-eBCD) u d-data/i tal-importazzjoni

Taqsima 4: Deskrizzjoni tat-tonn li se jkun riesportat

 

Piż nett (kg)

 

Numru Korrispondenti tal-BCD (jew eBCD)

 

Stat tad-destinazzjoni

Taqsima 6: Validazzjoni tal-Gvern


ANNESS V

Ċertifikat ta’ riesportazzjoni tat-tonn tal-ICCAT

1.

NUMRU TAD-DOKUMENT

ĊERTIFIKAT TA’ RIESPORTAZZJONI TAT-TONN TAL-ICCAT

2.

TAQSIMA DWAR IR-RIESPORTAZZJONI:

PAJJIŻ/ENTITÀ/ENTITÀ TAS-SAJD LI QED JIRRIESPORTAW

PUNT TAR-RIESPORTAZZJONI

3.

DESKRIZZJONI TAT-TONN IMPORTAT

Tip ta’ Prodott

 

Piż Nett

Bandiera PKK

Data tal-importazzjoni

BCD

F/FR RD/GG/DR/FL/OT

 

(kg)

 

 

Nru.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

DESKRIZZJONI TAT-TONN LI SE JKUN RIESPORTAT

Tip ta’ Prodott

 

Piż Nett

Numru Korrispondenti tal-BCD

F/FR RD/GG/DR/FL/OT

 

(kg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F = Frisk, FR = Friżat, RD = Tond GG = Mingħajr Garġi u Mnaddaf, DR = Imħejjija, FL = Flett, OT = Oħrajn (Iddeskrivi t-tip ta’ prodott:)

STAT TAD-DESTINAZZJONI:

5.

DIKJARAZZJONI TA’ MIN SER JIRRIESPORTA:

Niċċertifika li sal-aħjar għarfien u fehma tiegħi, l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hija kompluta, vera u korretta.

Isem

Indirizz

Iffirmar

Data

6.

VALIDAZZJONI TAL-GVERN:

Niddikjara li sal-aħjar għarfien u fehma tiegħi, l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hija sħiħa, vera u korretta.

Isem u Titlu

Iffirmar

Data

Siġill tal-Gvern

7.

TAQSIMA DWAR L-IMPORTAZZJONI

DIKJARAZZJONI MILL-IMPORTATUR

Niċċertifika li sal-aħjar għarfien u fehma tiegħi, l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hija sħiħa, vera u korretta.

Ċertifikazzjoni tal-Importatur

Isem

Indirizz

Iffirmar

Data

Punt finali ta’ Importazzjoni: Belt

Tal-Istat/Provinċja

PKK

NOTA: Din il-formola għandha timtela f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-ICCAT (l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol). Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra kollha ta’ din il-formola huma pprovduti għal skopijiet ta’ informazzjoni biss.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2833/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)