|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2827 |
14.12.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2023/2827
tat-12 ta’ Diċembru 2023
li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Meta att għandu jiġi adottat mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
|
(2) |
Dak il-perċentwal jiġi kkalkolat skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta’ Proċedura”) (1). |
|
(3) |
L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f’dak l-Anness, f’konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta’ Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2024. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS III
Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill
|
Stat Membru |
Popolazzjoni |
Perċentwal tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%) |
|
Ġermanja |
84 311 244 |
18,72 |
|
Franza |
68 070 697 |
15,11 |
|
Italja |
59 691 110 |
13,25 |
|
Spanja |
48 063 694 |
10,67 |
|
Polonja |
37 723 532 |
8,37 |
|
Rumanija |
19 051 562 |
4,23 |
|
Netherlands |
17 956 453 |
3,99 |
|
Belġju |
11 754 004 |
2,61 |
|
Ċekja |
10 833 385 |
2,40 |
|
Żvezja |
10 541 000 |
2,34 |
|
Portugall |
10 516 621 |
2,33 |
|
Greċja |
10 415 585 |
2,31 |
|
Ungerija |
9 599 744 |
2,13 |
|
Awstrija |
9 087 000 |
2,02 |
|
Bulgarija |
6 498 567 |
1,44 |
|
Danimarka |
5 921 952 |
1,31 |
|
Finlandja |
5 593 070 |
1,24 |
|
Slovakkja |
5 454 629 |
1,21 |
|
Irlanda |
5 194 336 |
1,15 |
|
Kroazja |
3 850 894 |
0,85 |
|
Litwanja |
2 857 279 |
0,63 |
|
Slovenja |
2 116 972 |
0,47 |
|
Latvja |
1 883 008 |
0,42 |
|
Estonja |
1 365 884 |
0,3 |
|
Ċipru |
920 701 |
0,2 |
|
Lussemburgu |
658 278 |
0,15 |
|
Malta |
542 051 |
0,12 ” |
|
UE 27 |
450 473 252 |
|
|
Livell limitu (65 %) |
292 807 614 |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2827/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)