European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2819

18.12.2023

DEĊIŻJONI (UE) 2023/2819 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Diċembru 2023

dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/138 (BĊE/2020/4) (BĊE/2023/32)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 28.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2020/138 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/4) (1) tiddetermina kif u sa liema punt il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem ‘BĊNi taż-żona tal-euro’) kienu taħt obbligu li jħallsu l-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mill-1 ta’ Frar 2020.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2811 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/31) (2) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar ‘il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 u tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024 il-ponderazzjonijiet ġodda assenjati lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar ‘il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”).

(3)

L-aġġustament ta’ kull ħames snin tal-iskema kapitali tal-BĊE jeħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/138 (BĊE/2020/4) b’ effett mill-1 ta’ Jannar 2024, u li tiddetermina kif u sa liema punt il-BĊNi taż-żona tal-euro huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ammont u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas

Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jħallas is-sottoskrizzjoni sħiħa tiegħu fil-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.

Meta jiġu kkunsidrati l-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2811 (BĊE/2023/31), kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jkollu kapital totali u sottoskritt fl-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

(EUR)

BĊN taż-żona tal-euro

 

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

324 804 337,12

Deutsche Bundesbank

2 357 134 464,40

Eesti Pank

26 380 542,23

Central Bank of Ireland

192 804 200,92

Bank of Greece

199 981 180,60

Banco de España

1 046 669 933,56

Banque de France

1 770 700 531,41

Hrvatska narodna banka

68 511 469,74

Banca d’Italia

1 418 000 151,07

Central Bank of Cyprus

19 506 662,74

Latvijas Banka

34 304 447,40

Lietuvos bankas

52 241 484,12

Banque centrale du Luxembourg

32 215 221,04

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta

11 398 732,44

De Nederlandsche Bank

522 912 791,50

Oesterreichische Nationalbank

261 694 545,91

Banco de Portugal

205 826 684,42

Banka Slovenije

43 743 853,57

Národná banka Slovenska

101 787 541,48

Suomen Pankki

160 783 830,00

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Minħabba li kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas is-sehem sħiħ fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2023 taħt id-Deċiżjoni BĊE/2020/138 (BĊE/2020/4), kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1.

2.   Kull trasferiment bis-saħħa dan l-Artikolu għandu jsir skont id-Deċiżjoni (UE) 2023/[XX*] tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/33) (3).

Artikolu 3

Revoka

1.   Id-Deċiżjoni (UE) 2020/138 (BĊE/2020/4) hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.

2.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2020/138 (BĊE/2020/4) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta’ Jannar 2024.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2023.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/138 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2020/4) (ĠU L 27I, 1.2.2020, p. 6).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2811 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2023 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 (BĊE/2020/3) (BĊE/2023/31) (ĠU L, 2023/2811, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2811/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2817 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2020/139 (BĊE/2020/5) (BĊE/2023/33) (ĠU L, 2023/2817,18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2817/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2819/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)