European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2817

18.12.2023

DEĊIŻJONI (UE) 2023/2817 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Diċembru 2023

li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 (BĊE/2020/5) (BĊE/2023/33)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 28.5 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skond ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2811 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/31) (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-ponderazzjonijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar ’il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital” u “l-iskema tal-kapital” rispettivament). Dan l-aġġustament jirrikjedi li l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta' ishma fil-kapital bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-31 ta' Diċembru 2023 sabiex jiżgura li d-distribuzzjoni ta' dawn l-ishma tikkorrispondi mal-aġġustamenti magħmula. Għalhekk, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida hija meħtieġa biex titħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/5) (2) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2819 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/32) (3) tiddetermina kif u sa liema punt il-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-‘BĊNi taż-żona tal-euro’) huma taħt obbligu biex iħallsu l-kapital tal-BĊE minħabba l-iskema tal-kapital aġġustata. Id-Deċiżjoni (UE) 2023/28161 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/36) (4) tiddetermina l-persentaġġ li l-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ’il quddiem il-‘BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro’) huma taħt obbligu biex iħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024 minħabba l-iskema tal-kapital aġġustata.

(3)

Minħabba li kull BĊN taż-żona tal-euro diġà ħallas is-sehem sħiħ tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2023 skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/138 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/4) (5), u sa fejn huwa kkonċernat Hrvatska narodna banka, skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/135 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/51) (6), kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif xieraq, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2819 (BĊE/2023/32).

(4)

Bl-istess mod, minħabba li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro diġà ħallsu perċentwal tal-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2023 skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/2) (7), kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif xieraq, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni(UE) 2023/2816 (BĊE/2023/36),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Trasferiment ta’ ishma ta’ kapital

Meta wieħed iqis is-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN se jkun issottoskriva fil-31 ta' Diċembru 2023, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN sejissottoskrivi b'effett mill-1 ta' Jannar 2024 bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2811 (BĊE/2023/31), il-BĊNi għandhom jittrasferixxu l-ishma tal-kapital bejniethom permezz ta' trasferimenti mingħand u lill-BĊE biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma fil-kapital b'effett mill-1 ta' Jannar 2024 tikkorrispondi mal-ponderazzjonijiet aġġustati. Għal dan il-għan, bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalità jew att, kull BĊN għandu jitqies bħala li ttrasferixxa jew irċieva, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020 is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem fil-kapital li l-BĊE għandu jittrasferixxi lill-BĊN u “-” għal sehem fil-kapital li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Minħabba l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN ħallas u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2819 (BĊE/2023/32) għall-BĊNi taż-żona tal-euro u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2816 (BĊE/2023/36) għall-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro, rispettivament, fl-ewwel jum operattiv tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) wara l-1 ta’ Jannar 2024, kull BĊN għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandha tirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.

2.   Fl-ewwel jum ta' negozju tat-TARGET wara l-1 ta' Jannar 2024, il-BĊE jew il-BĊNi li huma obbligati jittrasferixxu ammont taħt il-paragrafu 1 għandhom kull wieħed jittrasferixxu b'mod separat kull imgħax li jiddekorri fuq l-ammonti rispettivi dovuti matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2024 sad-data tat-trasferiment. Dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal dawk li jittrasferixxu u dawk li jirċievu l-ammonti li fuqhom jiddekorri l-imgħax.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz ta’ TARGET.

2.   Fejn BĊN ma jkollux aċċess għal TARGET, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttrasferiti billi jiġi akkreditat kont li l-BĊE jew il-BĊN għandhom jinnominaw fiż-żmien dovut.

3.   Kwalunkwe imgħax li jiddekorri skont l-Artikolu 2(2) għandu jiġi kkalkulat ta' kuljum, billi jintuża l-metodu ta' kalkolu attwali fuq 360 jum, b'rata ekwivalenti għall-aħħar rata ta' mgħax marġinali disponibbli użata mill-Eurosistema fis-sejħiet għall-offerti tagħha għal operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin.

4.   Il-BĊE u l-BĊNi li huma taħt obbligu li jagħmlu trasferiment skont l-Artikolu 2 għandhom, maż-żmien, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta’ dan it-trasferiment fil-ħin.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta' Jannar 2024.

2.   Id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 (BĊE/2020/5) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2020/139 (BĊE/2020/5) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2023.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Deċiżjoni (UE) 2023/2811 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2023 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni (EU) 2020/137 (BĊE/2020/3) (BĊE/2023/31) (ĠU L, 2023/2811,18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2811/oj).

(2)  Deċiżjoni (UE) 2020/139 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2013/29 (BĊE/2020/5) (ĠU L 27I, 1.2.2020, p. 9).

(3)  Deċiżjoni (UE) 2023/2819 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2023 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2020/138 (BĊE/2023/4) (BĊE/2023/32) (ĠU L, 2023/2819,18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2819/oj) .

(4)  Deċiżjoni (UE) 2023/2816 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2023 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2020/136 (BĊE/2023/36) (ĠU L, 2023/2816,18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2816/oj).

(5)  Deċiżjoni (UE) 2020/138 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/44 (BĊE/2020/4) (ĠU L 27I, 1.2.2020, p. 6)

(6)  Deċiżjoni (UE) 2023/135 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-30 ta' Diċembru 2022 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' assi ta' riżervi barranin u kontribuzzjonjiet mill-Hrvatska narodna banka lir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/51) (ĠU L 17, 19.1.2023, p. 94).

(7)  Deċiżjoni (UE) 2020/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2020/2) (ĠU L 27I, 1.2.2020, p. 1)


ANNESS I

KAPITAL SOTTOSKRITT TAL-BĊNi

 

Sehem sottoskritt fil-31 ta’ Diċembru 2023

(EUR)

Sehem sottoskritt mill-1 ta’ Jannar 2024

(EUR)

Sehem li jrid jiġi ttrasferit

(EUR)

BĊN taż-żona tal-euro

 

 

 

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

320 744 959,47

324 804 337,12

+4 059 377,65

Deutsche Bundesbank

2 320 816 565,68

2 357 134 464,40

+36 317 898,72

Eesti Pank

24 800 091,20

26 380 542,23

+1 580 451,03

Central Bank of Ireland

149 081 997,36

192 804 200,92

+43 722 203,56

Bank of Greece

217 766 667,22

199 981 180,60

–17 785 486,62

Banco de España

1 049 820 010,62

1 046 669 933,56

–3 150 077,06

Banque de France

1 798 120 274,32

1 770 700 531,41

–27 419 742,91

Hrvatska narodna banka

71 390 921,62

68 511 469,74

–2 879 451,88

Banca d’Italia

1 495 637 101,77

1 418 000 151,07

–77 636 950,70

Central Bank of Cyprus

18 943 762,37

19 506 662,74

+ 562 900,37

Latvijas Banka

34 304 447,40

34 304 447,40

0,00

Lietuvos bankas

50 953 308,28

52 241 484,12

+1 288 175,84

Banque centrale du Luxembourg

29 000 193,94

32 215 221,04

+3 215 027,10

Il-Bank Ċentrali ta' Malta

9 233 731,03

11 398 732,44

+2 165 001,41

De Nederlandsche Bank

515 941 486,95

522 912 791,50

+6 971 304,55

Oesterreichische Nationalbank

257 678 468,28

261 694 545,91

+4 016 077,63

Banco de Portugal

206 054 009,57

205 826 684,42

– 227 325,15

Banka Slovenije

42 390 727,68

43 743 853,57

+1 353 125,89

Národná banka Slovenska

100 824 115,85

101 787 541,48

+ 963 425,63

Suomen Pankki

161 714 780,61

160 783 830,00

– 930 950,61

BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro

 

 

 

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

106 431 469,51

105 901 044,16

– 530 425,35

Česká národní banka

203 445 182,87

212 419 113,73

+8 973 930,86

Danmarks Nationalbank

190 422 699,36

192 652 650,82

+2 229 951,46

Magyar Nemzeti Bank

167 657 709,49

171 240 786,83

+3 583 077,34

Narodowy Bank Polski

653 126 801,54

659 979 031,02

+6 852 229,48

Banca Naţională a României

306 228 624,99

312 712 804,23

+6 484 179,24

Sveriges Riksbank

322 476 960,60

318 699 033,14

–3 777 927,46

Total  (1):

10 825 007 069,61

10 825 007 069,61

0,00


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


ANNEX II

KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi

 

Sehem imħallas fil-31 ta’ Diċembru 2023

(EUR)

Sehem imħallas mill-1 ta’ Jannar 2024

(EUR)

Ammont ta’ ħlas ittrasferit

(EUR)

BĊNi taż-żona tal-euro

 

 

 

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

320 744 959,47

324 804 337,12

+4 059 377,65

Deutsche Bundesbank

2 320 816 565,68

2 357 134 464,40

+36 317 898,72

Eesti Pank

24 800 091,20

26 380 542,23

+1 580 451,03

Central Bank of Ireland

149 081 997,36

192 804 200,92

+43 722 203,56

Bank of Greece

217 766 667,22

199 981 180,60

–17 785 486,62

Banco de España

1 049 820 010,62

1 046 669 933,56

–3 150 077,06

Banque de France

1 798 120 274,32

1 770 700 531,41

–27 419 742,91

Hrvatska narodna banka

71 390 921,62

68 511 469,74

–2 879 451,88

Banca d’Italia

1 495 637 101,77

1 418 000 151,07

–77 636 950,70

Central Bank of Cyprus

18 943 762,37

19 506 662,74

+ 562 900,37

Latvijas Banka

34 304 447,40

34 304 447,40

0,00

Lietuvos bankas

50 953 308,28

52 241 484,12

+1 288 175,84

Banque centrale du Luxembourg

29 000 193,94

32 215 221,04

+3 215 027,10

Il-Bank Ċentrali ta' Malta

9 233 731,03

11 398 732,44

+2 165 001,41

De Nederlandsche Bank

515 941 486,95

522 912 791,50

+6 971 304,55

Oesterreichische Nationalbank

257 678 468,28

261 694 545,91

+4 016 077,63

Banco de Portugal

206 054 009,57

205 826 684,42

– 227 325,15

Banka Slovenije

42 390 727,68

43 743 853,57

+1 353 125,89

Národná banka Slovenska

100 824 115,85

101 787 541,48

+ 963 425,63

Suomen Pankki

161 714 780,61

160 783 830,00

– 930 950,61

BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro

 

 

 

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

3 991 180,11

3 971 289,16

–19 890,95

Česká národní banka

7 629 194,36

7 965 716,76

+ 336 522,40

Danmarks Nationalbank

7 140 851,23

7 224 474,41

+83 623,18

Magyar Nemzeti Bank

6 287 164,11

6 421 529,51

+ 134 365,40

Narodowy Bank Polski

24 492 255,06

24 749 213,66

+ 256 958,60

Banca Naţională a României

11 483 573,44

11 726 730,16

+ 243 156,72

Sveriges Riksbank

12 092 886,02

11 951 213,74

– 141 672,28

Total  (1):

8 948 334 725,55

8 925 412 773,07

–22 921 952,48


(1)  Minħabba xi tqarrib, it-totali jistgħu ma jaqblux mas-somma tal-figuri kollha murija.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2817/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)