European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2811

18.12.2023

DEĊIŻJONI (UE) 2023/2811 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Diċembru 2023

dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 (BĊE/2020/3) (BĊE/2023/31)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b’mod partikolari l-Artikolu 29(3) u 29(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 46(2) tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(3) tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jeżiġi li l-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital ikunu aġġustati kull ħames snin wara l-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) b'analoġija mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ. L-iskema ta' kapital aġġustat tapplika b'effett mill-ewwel jum tas-sena wara s-sena li fiha jseħħ l-aġġustament.

(2)

L-aħħar aġġustament ta’ kull ħames snin tal-ponderazzjonijiet tal-iskema kapitali skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2018 b’ effett mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta ’Jannar 2020 (1). Aġġustament addizzjonali tal-ponderazzjonijiet tal-iskema kapitali sar fl-2020 b’effett mill-1 ta’ Frar 2020 skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE (BĊE/2020/3) (2), fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, u l-Bank of England ma baqax bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru u għalhekk tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.

(3)

Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/3) għalhekk għandha titħassar.

(4)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE (3), il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet lill-Bank Ċentrali Ewropew bid-data statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni tal-iskema tal-kapital aġġustata.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tqarrib

Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika riveduta sabiex tintuża fl-aġġustament tal-iskema tal-kapital u l-figuri ma jlaħħqux il-100%, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun ta’ anqas minn 100 %, billi jiżdied 0.0001 ta’ punt perċentwali mal-iżgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100% eżatt, jew (ii) jekk it-total ikun ogħla minn 100 %, billi jitnaqqas 0.0001 ta’ punt perċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq eżattament il-100%.

Artikolu 2

Ponderazzjonijiet fl-iskema tal-kapital

Il-ponderazzjoni assenjata lil kull bank ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital deskritta fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ għandha tkun skont kif ġej b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024:

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,0005 %

Българска народна банка (Bulgarian National Bank)

0,9783 %

Česká národní banka

1,9623 %

Danmarks Nationalbank

1,7797 %

Deutsche Bundesbank

21,7749 %

Eesti Pank

0,2437 %

Central Bank of Ireland

1,7811 %

Bank of Greece

1,8474 %

Banco de España

9,6690 %

Banque de France

16,3575 %

Hrvatska narodna banka

0,6329 %

Banca d’Italia

13,0993 %

Central Bank of Cyprus

0,1802 %

Latvijas Banka

0,3169 %

Lietuvos bankas

0,4826 %

Banque centrale du Luxembourg

0,2976 %

Magyar Nemzeti Bank

1,5819 %

Central Bank of Malta

0,1053 %

De Nederlandsche Bank

4,8306 %

Oesterreichische Nationalbank

2,4175 %

Narodowy Bank Polski

6,0968 %

Banco de Portugal

1,9014 %

Banca Naţională a României

2,8888 %

Banka Slovenije

0,4041 %

Národná banka Slovenska

0,9403 %

Suomen Pankki

1,4853 %

Sveriges Riksbank

2,9441 %

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta' Jannar 2024.

2.   Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 (BĊE/2020/3) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2020/137 (BĊE/2020/3) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2023.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27) (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 178).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’Jannar 2020 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2020/3) (ĠU L 27I, 1.2.2020, p. 4).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta' Lulju 2003 dwar id-data statistika li għandha tintuża għal l-aġġustament tal-formula għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2811/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)