European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2799

12.12.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2799

tal-11 ta’ Diċembru 2023

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 war miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 (1).

(2)

Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2208 (2), li stabbiliet qafas ġdid li jipprevedi l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi addizzjonali kontra individwi u entitajiet responsabbli jew kompliċi fi, jew li involvew ruħhom, direttament jew indirettament, f’azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Mali, jew li jostakolaw jew idgħajfu t-twettiq b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.

(3)

Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri restrittivi previsti fl-Artikoli 1a(1), u 2a(1) u (2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775, jenħtieġ li dawk l-miżuri jiġġeddu sal-14 ta’ Diċembru 2024, ir-raġunijiet fl-entrati għal żewġ persuni minn dawk inklużi fil-listi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 jiġu emendati u l-entrata għal persuna titneħħa minn dak l-Anness.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6(2), fl-ewwel sentenza, id-data “14 ta’ Diċembru 2023” hija sostitwita bid-data “14 ta’ Diċembru 2024”;

(2)

L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 23).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2208 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 446, 14.12.2021, p. 44).


ANNESS

L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 huwa emendat kif ġej:

(1)

Taqsima A (Lista ta’ persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 1a(1)) hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati 3 u 4 huma sostitwiti kif ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

MAÏGA, Choguel

Post tat-twelid: Tabango, Gao, Mali

Data tat-twelid: 31.12.1958

Nazzjonalità: Maljana

Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta’ Schengen maħruġa

Sess: raġel

Pożizzjoni: Prim Ministru

Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta’ Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta’ stat tal-24 ta’ Mejju 2021.

Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, f’Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la refondation, ANR) bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022.

Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’ Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’ Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet.

L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Choguel Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta’ Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

4.2.2022

4.

MAÏGA, Ibrahim Ikassa

Post tat-twelid: Tondibi, Gao region, Mali

Data tat-twelid: 5.2.1971

Nazzjonalità: Maljana

Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali

Sess: raġel

Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni

Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin - Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni biex jitneħħa l-President Keita.

Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga ġie fdat bl-ippjanar tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR) imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maïga.

Kuntrarju għall-iskeda ta’ żmien għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, l-ARN tħabbru mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022.

Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet.

L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS issottolinjat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

4.2.2022”;

(b)

titħassar l-entrata 5.

(2)

It-Taqsima B (Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fl-Artikolu 2a(1)) hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

MAÏGA, Choguel

Post tat-twelid: Tabango, Gao, Mali

Data tat-twelid: 31.12.1958

Nazzjonalità: Maljana

Numru tal-Passaport: passaport siplomatiku DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta’ Schengen maħruġa

Sess: raġel

Pożizzjoni: Prim Ministru

Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta’ Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta’ stat tal-24 ta’ Mejju 2021.

Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, f’Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la refondation, ANR) bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022.

Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet.

L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Choguel Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta’ Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

4.2.2022

4.

MAÏGA, Ibrahim Ikassa

Post tat-twelid: Tondibi, Gao region, Mali

Data tat-twelid: 5.2.1971

Nazzjonalità: Maljana

Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali

Sess: raġel

Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni

Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin - Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni biex jitneħħa l-President Keita.

Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga ġie fdat bl-ippjanar tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR) imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maïga.

Kuntrarju għall-iskeda ta’ żmien għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, l-ARN tħabbru mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022.

Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet.

L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS issottolinjat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali.

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

4.2.2022”;

(b)

titħassar l-entrata 5.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2799/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)