|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2797 |
13.12.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2797
tat-8 ta’ Diċembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-10 ta’ Ottubru 2023 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije (BĊE/2023/25) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Banka Slovenije, PricewaterhouseCoopers, podjetje za revizijo in druge finančno računovodske storitve, d.o.o., ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2023. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2024 ’il quddiem. |
|
(3) |
Banka Slovenije għażel lil Mazars, družba za revizijo, d.o.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2024 sa 2026. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Mazars, družba za revizijo, d.o.o. jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2024 sa 2026. |
|
(5) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“13. |
Mazars, družba za revizijo, d.o.o. huma b’dan approvata bħala l-awdituri esterni għal Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2024 sa 2026.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
N. CALVIÑO SANTAMARÍA
(1) ĠU C, C/2023/427, 19.10.2023, http://data.europa.eu/eli/C/2023/427/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2797/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)