|
(1)
|
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista stabbilita fit-“Taqsima A (Persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikoli 5(1) u 6(1)):
|
|
Isem
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
|
“100.
|
Nyo Saw
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Post tat-twelid: Myanmar/Burma;
Sess: raġel;
Funzjoni: Membru tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC) u Konsulent ta’ Min Aung Hlaing (President tas-SAC);
Grad: Logutenent Ġeneral;
Grad politiku: Ministru tal-Unjoni
|
F’Settembru 2023, il-Logutenent Ġeneral Nyo Saw inħatar membru tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat wara li nħatar konsulent għoli tal-President tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat (SAC), il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing (li ilu ddeżinjat mit-22.3.2021) fil-grad ta’ Ministru tal-Unjoni. Huwa wkoll kap ta’ kumitat li għandu l-kompitu li jimporta fjuwil mir-Russja, il-fornitur ewlieni tal-armi tar-reġim. Nyo Saw irtira mill-armata fl-2020 bħala ġeneral inkarigat mill-proviżjonijiet. Huwa jservi wkoll bħala membru tal-Kumitat ta’ Superviżjoni tal-Kambju Barrani (FESC) u bħala l-president tal-konglomerat militari Myanmar Economic Corporation (MEC), li t-tnejn li huma jiġġeneraw dħul għar-reġim. Huwa wkoll membru tal-grupp patrun ta’ Myanmar Economic Holdings Ltd (MEHL). Bħala membru tas-SAC u konsulent tal-President tas-SAC, Nyo Saw għandu rwol ewlieni fiż-żamma u l-orkestrazzjoni tad-dittatorjat militari fil-Myanmar li ħataf il-poter permezz ta’ kolp ta’ stat militari fl-2021, b’liema waqqa’ l-gvern elett demokratikament. Permezz tar-rwoli tiegħu fit-tmexxija ta’ intrapriżi bi sjieda militari u fil-ġestjoni tal-importazzjonijiet tal-fjuwil mir-Russja, inkluż għall-użu militari, huwa jipprovdi wkoll appoġġ ekonomiku u introjtu lir-reġim militari. Nyo Saw huwa assoċjat ma’ membri preċedenti u attwali tar-reġim tal-ġunta.
Nyo Saw huwa għaldaqstant persuna fiżika li l-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u li jinvolvi ruħu f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, Nyo Saw huwa assoċjat ma’ persuni ddeżinjati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013, b’mod partikolari l-Ġeneral Min Aung Hlaing.
|
11.12.2023
|
|
101.
|
Hla Moe
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Post tat-twelid: Myanmar/Burma;
Sess: raġel;
Funzjoni: Kmandant tal-Kmand tal-Lvant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw);
Grad: Maġġur Ġeneral
|
Il-Maġġur Ġeneral Hla Moe huwa l-kmandant tal-Kmand tal-Lvant. Taħt il-kmand tiegħu, l-attakki mill-ajru b’mod partikolari fl-istat ta’ Kayah żdiedu drastikament, u fl-2021 u fl-2022 irduppjaw it-total ikkombinat. Dawn l-attakki mill-ajru għandhom fil-mira dejjem aktar il-persuni ċivili, u dan qed iwassal għal aktar vittmi ċivili u għadd dejjem akbar ta’ IDPs (żieda minn total ta’ 200 000 fl-2022 għal 250 000 s’issa fl-2023). Taħt il-kmand ta’ Hla Moe, l-unitajiet militari tal-Kmand tal-Lvant għadhom iwettqu ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali u ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-użu ta’ persuni ċivili bħala tarki umani, qtil extraġudizzjarju u ħruq f‘ Southern Shan u fl-Istat ta’ Kayah. Minbarra li jwettqu dawn l-atti ta’ vjolenza, huma jostakolaw b’mod attiv il-fluss tal-provvista tal-ikel, il-mediċini u l-prodotti u s-servizzi essenzjali għall-popolazzjoni lokali u l-IDPs.
Bħala kmandant tal-Kmand tal-Lvant, Hla Moe huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, kif ukoll għall-ostakolar tal-għoti ta’ assistenza umanitarja lil persuni ċivili fil-bżonn. Barra minn hekk, l-azzjonijiet, il-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u huwa involut f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
11.12.2023
|
|
102.
|
Hmu Htan
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Data tat-twelid:
Bejn l-1960 u l-1975;
Post tat-twelid: Myanmar/Burma;
Sess: raġel;
Funzjoni: Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC)
|
Hmu Htan ilu membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) mill-20 ta’ Frar 2023. Huwa wkoll membru tal-partit bi prokura militari Union Solidarity and Development Party (USDP).
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tas-SAC, Hmu Htan kien u għadu direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-istat, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tas-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, is-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq iż-żona speċifikata, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. L-azzjoni vjolenti mill-forzi militari u mill-pulizija li thedded il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedet b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Minħabba l-pożizzjoni tiegħu bħala membru tas-SAC, Hmu Htan hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
|
11.12.2023
|
|
103.
|
Wunna Maung Lwin
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Data tat-twelid:
30.5.1952;
Post tat-twelid: Myanmar/Burma;
Sess: raġel;
Funzjoni: Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC); eks Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-ġunta
|
Wunna Maung Lwin ilu membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) mill-20 ta’ Frar 2023. Huwa wkoll membru tal-partit bi prokura militari Union Solidarity and Development Party (USDP).
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Bħala membru tas-SAC, Wunna Maung Lwin kien u għadu direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet tal-istat u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika.
Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tas-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, is-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq iż-żona speċifikata, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. L-azzjoni vjolenti mill-forzi militari u mill-pulizija li thedded il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedet b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.
Minħabba l-pożizzjoni tiegħu bħala membru tas-SAC u eks Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-ġunta, Wunna Maung Lwin huwa direttament responsabbli għal deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll għal azzjonijiet immirati biex jilleġittimizzawhom internazzjonalment.
|
11.12.2023”
|
|