|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2787 |
11.12.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2787
tat-8 ta’ Diċembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/732 b’appoġġ għall-Mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-investigazzjoni tal-użu allegat ta’ armi kimiċi u bijoloġiċi jew ta’ tossina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi
|
(1) |
Fit-2 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/732 (1), li pprevediet perjodu ta’ 36 xahar, li jibda fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tiegħu (il-“perjodu ta’ implimentazzjoni”). |
|
(2) |
Il-perjodu ta’ implimentazzjoni kellu jintemm fl-14 ta’ Diċembru 2023. |
|
(3) |
Fit-22 ta’ Settembru 2023, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/732, talab estensjoni mingħajr spejjeż ta’ 13-il xahar tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. |
|
(4) |
L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni sal-14 ta’ Jannar 2025 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji. |
|
(5) |
Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2020/732 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/732, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-14 ta’ Jannar 2025.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
N. CALVIÑO SANTAMARÍA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/732 tat-2 ta’ Ġunju 2020 b’appoġġ għall-Mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-investigazzjoni tal-użu allegat ta’ armi kimiċi u bijoloġiċi jew ta’ tossina (ĠU L 172 I, 3.6.2020, p. 5).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2787/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)