|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2776 |
14.12.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2776
tat-12 ta’ Ottubru 2023
li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u informazzjoni rilevanti oħra mit-trasport marittimu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/757 jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika akkurati tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra rilevanti minn bastimenti li jaslu, ikunu f’portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu b’mod kosteffiċjenti. |
|
(2) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757 jistabbilixxi l-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO2 abbażi tal-konsum tal-fjuwil. L-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757 jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ ta’ informazzjoni rilevanti oħra. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (UE) 2015/757, b’mod partikolari biex jipprevedi l-inklużjoni ta’ attivitajiet ta’ trasport marittimu fl-Iskema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (l-“EU ETS”) u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-metan (CH4) u tal-ossidu nitruż (N2O). |
|
(4) |
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757 tipprevedi li l-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jiġu kkalkulati billi l-fatturi ta’ emissjoni jiġu mmultiplikati bil-konsum tal-fjuwil. Jenħtieġ li l-Parti A tkun emendata biex tipprovdi formuli rieżaminati biex titqies l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757. Peress li l-emissjonijiet ta’ CH4 jistgħu joriġinaw minn ammonti ta’ fjuwils mhux maħruqa iżda rilaxxati fl-atmosfera bħala emissjonijiet mitlufa, il-formuli taħt il-Parti A tal-Anness I jenħtieġ li jiġu riveduti biex iqisu din il-possibbiltà. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi fis-settur marittimu u b’mod partikolari l-adozzjoni futura ta’ tipi ġodda ta’ fjuwils, il-lista ta’ fjuwils standard u fatturi ta’ emissjonijiet ipprovduta fil-Parti A tal-Anness I jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(5) |
Il-parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757 tistabbilixxi metodi ta’ monitoraġġ biex jiġi ddeterminat il-konsum tal-fjuwil. Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq u effettiv tal-EU ETS, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-approċċ tal-kalkolu għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra previst fil-metodi A, B u C stabbiliti fil-Parti B ta’ dak l-Anness, u l-approċċ tal-kejl previst fil-metodu D stabbilit f’dik il-Parti. |
|
(6) |
Sabiex tiġi appoġġata aktar ir-robustezza tas-sistema ta’ monitoraġġ, b’mod partikolari fid-dawl tal-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-EU ETS, u f’konformità mal-prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rapportar stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2015/757, jenħtieġ li l-kumpaniji jistabbilixxu proċeduri għall-fluss tad-data u għall-attivitajiet ta’ kontroll u jinkludu d-deskrizzjonijiet rilevanti ta’ tali proċeduri fil-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament. Il-kumpaniji jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll b’regoli għat-trattament ta’ lakuni fid-data li jkopru każijiet ta’ data nieqsa jew nuqqas ta’ applikabbiltà temporanja tal-pjan ta’ monitoraġġ. Għalhekk jenħtieġ li tiżdied Parti C ġdida dwar il-ġestjoni u l-kontroll tad-data fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757. |
|
(7) |
Il-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757 tagħti regoli fid-dettall dwar il-monitoraġġ ta’ informazzjoni rilevanti oħra fuq bażi annwali mill-kumpaniji, f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament. L-emendi għar-Regolament (UE) 2015/757 introdotti bir-Regolament (UE) 2023/957 ġabu s-CH4 u l-N2O fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757. L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-effiċjenza enerġetika medja tal-bastimenti jeħtieġ li jiġu adattati kif xieraq u jkomplu jiġu espressi bħala valuri ekwivalenti għas-CO2. |
|
(8) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/757 jelenka l-parametri li l-kumpaniji jridu jimmonitorjaw fuq bażi annwali biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar tagħhom skont l-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 10, il-punt (k), ta’ dak ir-Regolament jiddikjara li l-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw, fuq bażi annwali, l-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu f’konformità mal-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Dak il-monitoraġġ għandu jitwettaq f’konformità mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/757 u l-Parti B tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. Jeħtieġ li tiżdied Parti C ġdida fl-Anness II, li tistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ fuq bażi annwali tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra ta’ bastiment. Huwa xieraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli dwar il-monitoraġġ tal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe deroga rilevanti mill-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE prevista fl-Artikolu 12 (3-e) sa (3-b) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(9) |
Għal bastiment partikolari, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jvarjaw mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti mir-Regolament (UE) 2015/757, inkluż minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku msemmi fl-Artikolu 3ga tad-Direttiva 2003/87/KE. Ir-regoli għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra ta’ bastiment skont l-Artikolu 10, il-punt (k) tar-Regolament (UE) 2015/757 jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-formuli rivedut i fil-Parti A tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Sabiex jitqiesu r-regoli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, l-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757 jenħtieġ li jipprevedi sett ta’ derogi li għandhom jiġu applikati għall-formuli riveduti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll l-ordni għall-applikazzjoni tagħhom kif ippreżentata fih. Sabiex l-Anness II tar-Regolament (UE) 2015/757 jiġi allinjat mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għat-trattament tal-bijomassa, tal-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u għar-riċiklaġġ tal-fjuwil tal-karbonju, bħala deroga għar-regola ġenerali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti derogi ulterjuri biex jirriflettu l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu fl-EU ETS, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku msemmi fl-Artikolu 3ga tad-Direttiva 2003/87/KE, it-trattament tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3a) u (3b) ta’ dik id-Direttiva, it-trattament tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c) u (3-b) ta’ dik id-Direttiva, l-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 12(3-e) ta’ dik id-Direttiva, u r-rekwiżiti ta’ introduzzjoni gradwali previsti fl-Artikolu 3gb ta’ dik id-Direttiva. |
|
(10) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2015/757 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(11) |
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport marittimu se jiġu inklużi fl-EU ETS mill-perjodu ta’ rapportar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2024 u l-emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż se jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 mill-perjodu ta’ rapportar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2024. Għalhekk huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2015/757 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa sostitwit bit-test tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55.
(2) Ir-Regolament (UE) 2023/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 sabiex tiġi prevista l-inklużjoni tal-attivitajiet tat-trasport marittimu fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali u emissjonijiet minn tipi ta’ bastimenti addizzjonali (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 105).
(3) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
ANNESS I
“ANNESS I
Metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
A. KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA (ARTIKOLU 9)
1. Formuli għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formula li ġejja:
Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CO2 billi jżidu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-fjuwils “i” kollha li jużaw, permezz tal-formula li ġejja:
Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CH4 billi jżidu l-emissjonijiet tas-CH4 li jirriżultaw mill-kombustjoni tal-fjuwils “i” kollha użati flimkien mal-emissjonijiet ikkawżati mit-telf tas-CH4, permezz tal-formula li ġejja:
Il-kumpaniji għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-N2O billi jżidu l-emissjonijiet tal-N2O tal-fjuwils “i” kollha użati, permezz tal-formula li ġejja:
Il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat separatament għall-emissjonijiet minn vjaġġi bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, minn vjaġġi li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, minn vjaġġi lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, u għal emissjonijiet fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Il-konsum tal-fjuwil fil-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru waqt l-irmiġġ għandu jiġi kkalkolat separatament.
|
Terminu |
Spjegazzjoni |
|
GHGMRV |
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra li għandhom jiġu rrapportati skont dan ir-Regolament, espressi f’tunnellati ekwivalenti ta’ CO2, fejn “ekwivalenti ta’ CO2” tfisser il-kejl metriku użat biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tas-CO2, CH4 u N2O abbażi tal-potenzjal ta’ tisħin globali tagħhom, bil-konverżjoni tal-ammonti ta’ CH4 u N2O għall-ammont ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju bl-istess potenzjal ta’ tisħin globali. |
|
|
Total aggregat ta’ CO2 emess. |
|
|
Total aggregat ta’ CH4 emess. |
|
|
Total aggregat ta’ N2O emess. |
|
|
Potenzjal ta’ tisħin globali tas-CH4 fuq 100 sena kif imsemmi fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044( (1)). |
|
|
Potenzjal ta’ tisħin globali tal-N2O fuq 100 sena kif imsemmi fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1044. |
|
“i” |
Indiċi li jikkorrispondi għall-fjuwils użati abbord il-bastiment fil-perjodu ta’ rapportar. |
|
“j” |
Indiċi li jikkorrispondi għas-sorsi tal-emissjonijiet abbord il-bastiment. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sorsi kkunsidrati jinkludu mill-inqas il-magni ewlenin, il-magni awżiljarji, it-turbini tal-gass, il-bojlers u l-ġeneraturi tal-gassijiet inerti. |
|
Mi |
Il-konsum tal-fjuwil, bħala l-massa totali tal-fjuwil “i” speċifiku użat (total għas-sorsi kollha tal-emissjonijiet). |
|
Mi, j |
Il-konsum tal-fjuwil, bħala massa tal-fjuwil i speċifiku użat fl-emittent j. |
|
Cj |
Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tal-fjuwil mitluf (koeffiċjent ta’ telf) bħala perċentwal tal-massa tal-fjuwil “i“użat mill-emittent “j” [%]. Cjtinkludi l-emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu. L-emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu huma emissjonijiet ikkawżati mill-ammont ta’ fjuwil li ma jilħaqx il-kompartiment tal-kombustjoni tal-emittent jew li ma jiġix ikkunsmat mill-emittent minħabba li jkun mhux maħruq, ivventjat jew imnixxi mis-sistema. |
|
Mi,NC |
Il-massa totali ta’ fjuwil “i” mhux maħruq iżda rilaxxat fl-atmosfera.
|
|
|
L-ammont ta’ CH4 mhux maħruq rilaxxat fl-atmosfera. Sabiex jiddeterminaw dan l-ammont, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formula li ġejja:
|
|
|
Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tas-CO2 bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti. |
|
|
Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tas-CH4 bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti. |
|
|
Il-fattur ta’ emissjoni Tank-to-Wake tal-N2O bil-fjuwil “i”, kif iddefinit fit-tabella fil-punt 2 ta’ din il-Parti. |
2. Fatturi ta’ emissjoni prestabbiliti
Fit-tabella li ġejja:
|
— |
TBM tfisser “to be measured” (irid jitkejjel); |
|
— |
N/A tfisser “not available” (mhux disponibbli); |
|
— |
Is-sing ifisser “mhux applikabbli”. |
Il-valuri prestabbiliti, kif jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt, għall-fatturi ta’ emissjoni għall-fjuwils u għall-emittenti użati abbord il-bastiment għandhom jiġu applikati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Meta ċellola tindika jew TBM jew N/A, għandu jintuża l-ogħla valur prestabbilit tal-klassi tal-fjuwil fl-istess kolonna. Fejn, għal klassi partikolari ta’ fjuwil, iċ-ċelloli kollha fl-istess kolonna jindikaw jew TBM jew N/A, għandu jintuża valur prestabbilit tat-tip ta’ fjuwils fossils l-inqas favorevoli. Din ir-regola ma tapplikax għall-kolonna 6 fejn TBM jew N/A tirreferi għal valuri mhux disponibbli għall-emittent. Fil-każ ta’ ebda valur awtomatiku għas-Cj, għandu jintuża valur iċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 10(6) tar-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
Il-kumpaniji jistgħu jiddevjaw mill-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt, wara, kif applikabbli, l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10(5) u (6) tar-Regolament (UE) 2023/1805.
Għall-fjuwils mhux fossili mhux elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt, il-kumpanija għandha tiddetermina l-fatturi tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066**.
Fejn ikun hemm taħlita ta’ fjuwils, kull fjuwil għandu jitqies separatament.
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|
|
Klassi tal-Fjuwil |
Tip ta’ Fjuwil |
|
|
|
Cj Bħala % tal-massa tal-fjuwil użat mill-emittent |
|
|
Fossili |
HFO Gradi tal-ISO 8217 RME għal RMK |
3,114 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
|
|
LFO Gradi tal-ISO 8217 RMA għal RMD |
3,151 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
||
|
MDO MGO Gradi tal-ISO 8217 DMX għal DMB |
3,206 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
||
|
LNG |
2,750 |
0 |
0,00011 |
3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
||
|
1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
||||||
|
0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
||||||
|
2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI) |
||||||
|
LPG (Butan) |
3,03 |
TBM |
TBM |
Mhux disponibbli |
||
|
LPG (Propan) |
3,00 |
TBM |
TBM |
Mhux disponibbli |
||
|
H2 (fossili) |
0 |
0 |
|
— |
||
|
TMM għal Magna b’Kombustjoni Interna (ICE) |
||||||
|
NH3 (fossili) |
0 |
Mhux disponibbli |
TBM |
Mhux disponibbli |
||
|
Metanol (fossili) |
1,375 |
TBM |
TBM |
— |
||
|
Bijofjuwils |
Etanol |
1,913 |
TBM |
TBM |
— |
|
|
Bijodiżil |
2,834 |
TBM |
TBM |
— |
||
|
Żejt Veġetali Idrotrattat (HVO) |
3,115 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
||
|
Bijometan likwifikat bħala fjuwil tat-trasport (Bio-LNG) |
2,750 |
0 |
0,00011 |
3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
||
|
1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
||||||
|
0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
||||||
|
2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI) |
||||||
|
Bijometanol |
1,375 |
TBM |
TBM |
— |
||
|
Oħra |
3,115 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
||
|
Bio-H2 |
0 |
0 |
0 għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil |
— |
||
|
TBM għal ICE |
||||||
|
Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini mhux Bijoloġika (RFNBO) – e-Fjuwils |
e-Diżil |
3,206 |
0,00005 |
0,00018 |
— |
|
|
e-Metanol |
1,375 |
TBM |
TBM |
— |
||
|
e-LNG |
2,750 |
0 |
0,00011 |
3,1 għal LNG Otto (veloċità medja b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
||
|
1,7 għal LNG Otto (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
||||||
|
0,2 għal LNG diżil (veloċità bil-mod b’żewġ tipi ta’ fjuwil) |
||||||
|
2,6 għal Taħlita Fqira Mqabbda bi Spark (LBSI) |
||||||
|
e-H2 |
0 |
0 |
0 għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil |
— |
||
|
TBM għal ICE |
||||||
|
e-NH3 |
0 |
Mhux disponibbli |
TBM |
Mhux disponibbli |
||
|
e-LPG |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
||
|
e-DME |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
Mhux disponibbli |
— |
Il-kolonna 1 tidentifika l-klassi tal-fjuwils.
Il-kolonna 2 tidentifika l-isem tat-tipi rilevanti ta’ fjuwil għal kull klassi.
Il-kolonna 3 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għad-diossidu tal-karbonju f’gCO2/gfjuwil.
Il-kolonna 4 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għall-metan f’gCH4/gfuel.
Il-kolonna 5 fiha l-fattur tal-emissjoni EF għall-ossidu nitruż f’[gN2O/gfuel].
Il-kolonna 6 tidentifika l-parti tal-fjuwil mitlufa bħala emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu (Cj) imkejla bħala % tal-massa tal-fjuwil użata mill-konvertitur tal-enerġija speċifiku. Għal fjuwils bħal-LNG li għalihom jeżistu emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu, l-ammont ta’ emissjonijiet li jaħarbu u li jintilfu kif ippreżentat fit-tabella huwa espress f’% tal-massa tal-fjuwil użat. Il-valuri ta’ Cj fit-tabella huma kkalkulati bħala 50 % tat-tagħbija sħiħa tal-magna.
|
* |
Ir-Regolament (UE) 2023/1085 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48). |
|
** |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1). |
B. METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA
Il-kumpanija għandha tindika fil-pjan ta’ monitoraġġ liema metodu ta’ monitoraġġ għandu jintuża biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha u għandha tiżgura li ladarba jkun intgħażel il-metodu, dan jiġi applikat konsistentement.
Jistgħu jintużaw il-metodi A, B, C u D li ġejjin, abbażi tal-approċċ tal-kalkolu jew tal-approċċ tal-kejl.
Skont l-approċċ tal-kalkolu (il-metodi A, B u C), l-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formuli stabbiliti fil-Parti A. Għal dak il-għan, il-konsum attwali tal-fjuwil għal kull vjaġġ għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi A, B jew C deskritti hawn taħt u użati għall-fini tal-kalkolu. Is-sorsi ta’ inċertezza u l-livelli assoċjati ta’ inċertezza għandhom jiġu kkunsidrati fl-għażla ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi A, B jew C. Il-kumpanija għandha twettaq regolarment attivitajiet ta’ kontroll xierqa, fosthom kontroverifiki bejn il-kwantità tal-bunkering kif mogħtija min-Nota tal-Kunsinna tal-Bunker (BDN) u l-kwantità tal-bunkering indikata mill-kejl abbord, u t-teħid ta’ azzjoni korrettiva jekk jiġu osservati devjazzjonijiet notevoli.
Skont l-approċċ tal-kejl (il-metodu D), jintuża l-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti.
Kwalunkwe kombinazzjoni tal-metodi A, B, C u D, ladarba tkun valutata mill-verifikatur, tista’ tintuża jekk iżżid il-preċiżjoni ġenerali tal-kejl.
1. Metodu A: BDN u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil
Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-kwantità u t-tip ta’ fjuwil kif indikat fuq il-BDN flimkien mal-inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil ibbażati fuq il-qari tat-tankijiet. Il-fjuwil fil-bidu tal-perjodu, flimkien mal-kunsinni, nieqes il-fjuwil disponibbli fit-tmiem tal-perjodu u l-fjuwil de-bunkered bejn il-bidu tal-perjodu u t-tmiem tal-perjodu flimkien jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu.
Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu speċifikati.
Dan il-metodu ma għandux jintuża meta l-BDN ma humiex disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali likwifikat (LNG).
Taħt ir-regolamenti eżistenti tal-Anness VI tal-MARPOL, il-BDN hija obbligatorja, u għandha tinżamm abbord għal 3 snin wara l-kunsinna tal-fjuwil tal-bunker u għandha tkun disponibbli minnufih. L-inventarju perjodiku tat-tankijiet tal-fjuwil abbord huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil. Dan juża tabelli tat-tankijiet rilevanti għal kull tank tal-fjuwil, sabiex jiġi ddeterminat il-volum fil-ħin tal-qari tat-tank tal-fuwil. L-inċertezza assoċjata mal-BDN għandha tkun speċifikata fil-pjan ta’ monitoraġġ. Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jsir b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, skandalji u tejps tal-immersjoni. Il-metodu ta’ skandaljar tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.
Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjuwil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
sistemi ta’ kejl abbord; |
|
(b) |
id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN; |
|
(c) |
id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli. |
Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.
2. Metodu B: Monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-bunker abbord
Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-qari tat-tankijiet tal-fjuwil għat-tankijiet tal-fjuwil kollha abbord. Il-qari tat-tankijiet għandu jsir kuljum meta l-bastiment ikun qiegħed ibaħħar u kull darba li l-bastiment ikun qed jibbankerja jew jiġi żvujtat.
Il-varjazzjonijiet kumulattivi tal-livell tat-tank tal-fjuwil bejn żewġ istanzi ta’ qari jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu.
Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu speċifikati.
Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jsir b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, skandalji u tejps tal-immersjoni. Il-metodu ta’ skandaljar tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.
Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjuwil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
sistemi ta’ kejl abbord; |
|
(b) |
id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN; |
|
(c) |
id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli. |
Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.
3. Metodu C: Arloġġi għall-kejl tal-flussi għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli
Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-flussi tal-fjuwil imkejla abbord. Id-data mill-arloġġi għall-kejl tal-flussi konnessi ma’ sorsi ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra rilevanti għandha tiġi kkombinata sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tal-fjuwil għal perjodu speċifiku.
Il-perjodu jfisser il-ħin bejn żewġ waqfiet f’port jew il-ħin f’port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, it-tip ta’ fjuwil u l-kontenut ta’ kubrit jeħtieġ li jiġu mmonitorjati.
Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-arloġġi għall-kejl tal-flussi użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.
Fejn l-ammont ta’ fjuwil ikkunsmat jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’metri kubi, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità attwali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità attwali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
sistemi ta’ kejl abbord; |
|
(b) |
id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar tal-fjuwil fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq il-BDN; |
|
(c) |
id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-test ta’ fjuwil, fejn disponibbli. |
Id-densità attwali għandha tiġi espressa bħala kg/metru kubu u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku. F’każijiet fejn il-valuri tad-densità attwali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta’ fjuwil rilevanti ladarba jiġi valutat mill-verifikatur.
4. Metodu D: Kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti
Il-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti jista’ jintuża għal vjaġġi u għal emissjonijiet tal-gassijiet serra li jseħħu fil-portijiet li jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Għall-bastimenti li għalihom ir-rapportar tas-CO2 huwa bbażat fuq dan il-metodu applikat għas-sorsi kollha tal-emissjonijiet abbord il-bastiment, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-emissjonijiet imkejla tas-CO2 u l-fatturi tal-emissjoni applikabbli tal-fjuwils u tas-sorsi tal-emissjonijiet rilevanti.
Dan il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-flussi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fiċ-ċmieni tal-gass tal-egżost (funnels) bil-multiplikazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra tal-gass tal-egżost mal-fluss tal-gass tal-egżost.
L-applikazzjoni ta’ dan il-metodu biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ma għandhiex iżżomm lill-kumpaniji milli japplikaw kwalunkwe metodu ieħor deskritt f’din il-Parti għal kwalunkwe gass serra ieħor.
Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-apparati użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.
C. IMMANIĠĠAR U KONTROLL TAD-DATA
1. Sistema ta’ kontroll
|
1.1. |
Il-kumpanija għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju sabiex tidentifika sorsi ta’ riskji ta’ żbalji fil-fluss tad-data mid-data primarja sad-data finali fir-rapport tal-emissjonijiet u għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta u żżomm sistema ta’ kontroll effettiva sabiex tiżgura li r-rapporti li jirriżultaw minn attivitajiet tal-fluss tad-data ma jkunx fihom dikjarazzjonijiet skorretti u jkunu f’konformità mal-pjan tal-monitoraġġ u ma’ dan ir-Regolament.
Il-kumpanija għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-ewwel paragrafu disponibbli għall-awtorità amministrattiva responsabbli fuq talba. Il-kumpanija għandha tagħmilha wkoll disponibbli għall-finijiet tal-verifika. |
|
1.2. |
Għall-finijiet tal-punt 1.1, l-ewwel paragrafu, il-kumpanija għandha tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta u żżomm proċeduri bil-miktub, separatament mill-pjan ta’ monitoraġġ, għall-attivitajiet tal-fluss tad-data kif ukoll għall-attivitajiet ta’ kontroll, u tinkludi referenzi għal u deskrizzjoni ta’ dawk il-proċeduri fil-pjan ta’ monitoraġġ. Il-kumpanija għandha tagħmel kwalunkwe dokumentazzjoni bil-miktub tal-proċeduri disponibbli lill-awtorità kompetenti fuq talba. Il-kumpanija għandha tagħmel ukoll disponibbli tali dokumentazzjoni għall-finijiet tal-verifika. |
|
1.3. |
L-attivitajiet ta’ kontroll imsemmija fil-punt 1.2 għandhom jinkludu, fejn applikabbli:
|
|
1.4. |
Għall-finijiet tal-punt 1.3(a), il-kumpanija għandha tiżgura li t-tagħmir tal-kejl kollu rilevanti jiġi kkalibrat, aġġustat u kkontrollat f’intervalli regolari inkluż qabel ma jintuża, u jiġi kkontrollat skont standards ta’ kejl traċċabbli għall-istandards ta’ kejl internazzjonali, meta jkunu disponibbli, u b’mod proporzjonat mar-riskji li ġew identifikati.
Fejn il-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, il-kumpanija għandha tidentifika dawk il-komponenti fil-pjan ta’ monitoraġġ u tipproponi attivitajiet alternattivi ta’ kontroll. Meta t-tagħmir jinstab li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni, il-kumpanija għandha tieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa minnufih. |
|
1.5. |
Għall-finijiet tal-punt 1.3(d), il-kumpanija għandha tirrieżamina u tivvalida data li tirriżulta mill-attivitajiet tal-fluss tad-data msemmija fil-punt 1.2.
Tali rieżami u validazzjoni tad-data għandhom jinkludu dan li ġej:
|
|
1.6. |
Għall-finijiet tal-punt 1.3(e), il-kumpanija għandha tiżgura li, meta l-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta’ kontroll ma jinstabux li jiffunzjonaw b’mod effettiv, jew li ma jirrispettawx ir-regoli stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-proċeduri għal dawn l-attivitajiet, tittieħed azzjoni korrettiva u d-data affettwata tiġi kkoreġuta mingħajr dewmien żejjed. |
|
1.7. |
Għall-finijiet tal-punt 1.3(f), meta l-kumpanija testernalizza waħda jew aktar mill-attivitajiet tal-fluss tad-data jew l-attivitajiet ta’ kontroll imsemmija fil-punt 1.1, għandha tipproċedi għal dan kollu li ġej:
|
|
1.8. |
Il-kumpanija għandha timmonitorja l-effettività tas-sistema ta’ kontroll, inkluż billi twettaq rieżamijiet interni u tikkunsidra s-sejbiet tal-verifikatur waqt il-verifika ta’ rapporti dwar l-emissjonijiet u rapporti msemmija fl-Artikolu 11(2).
Meta l-kumpanija ssib li s-sistema ta’ kontroll ma tkunx effettiva jew ma tkunx proporzjonata mar-riskji identifikati, din għandha tipprova ttejjeb is-sistema ta’ kontroll u taġġorna l-pjan tal-monitoraġġ jew il-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet tal-fluss tad-data, il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-attivitajiet ta’ kontroll, skont kif ikun xieraq. |
2. Lakuni fid-data
|
2.1. |
Fejn id-data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ bastiment għal vjaġġ wieħed jew aktar tkun nieqsa, il-kumpanija għandha tuża data ta’ sostituzzjoni kkalkolata skont il-metodu/i alternattiv(i) indikat(i) fil-pjan ta’ monitoraġġ ivvalutat mill-verifikatur u, fejn applikabbli, approvat mill-awtorità amministrattiva responsabbli.
Fejn id-data rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ bastiment għal vjaġġ wieħed jew aktar tkun nieqsa, li għaliha l-pjan ta’ monitoraġġ ma jelenka l-ebda metodu ta’ monitoraġġ alternattiv jew sors alternattiv ta’ data biex jikkorrobora d-data jew għall-għeluq tad-data, il-kumpanija għandha tuża metodu ta’ stima xieraq għad-determinazzjoni ta’ data ta’ sostituzzjoni konservattiva għall-perjodu ta’ żmien rispettiv u għall-parametru nieqes. |
|
2.2. |
Fejn, għal raġunijiet tekniċi, temporanjament ma jkunx fattibbli li jiġi applikat il-pjan ta’ monitoraġġ ivvalutat b’mod sodisfaċenti mill-verifikatur u, fejn applikabbli, approvat mill-awtorità amministrattiva responsabbli, il-kumpanija għandha tapplika metodu bbażat fuq sorsi alternattivi ta’ data elenkati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-fini tat-twettiq ta’ kontrolli korrobottivi, jew, jekk tali alternattiva ma tkunx inkluża fil-pjan ta’ monitoraġġ, metodu alternattiv li jipprovdi data ta’ sostituzzjoni jew stima konservattiva, sakemm il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat ikunu reġgħu nkisbu.
Il-kumpanija għandu tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikseb applikazzjoni minnufih tal-pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat. |
|
2.3. |
Meta jintuża metodu ta’ stima f’konformità mal-punt 2.1, jew fejn isseħħ devjazzjoni temporanja mill-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-punt 2.2, il-kumpanija għandha mingħajr dewmien żejjed tiżviluppa proċedura bil-miktub biex tevita dan it-tip ta’ nuqqas ta’ data fil-futur u timmodifika l-pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mal-Artikolu 7.” |
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1044 tat-8 ta’ Mejju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri għall-potenzjali ta’ tisħin globali u l-linji gwida tal-inventarju u fir-rigward tas-sistema tal-inventarju tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2014 (ĠU L 230, 17.7.2020, p. 1).
ANNESS II
L-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/757 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
|
(b) |
Il-Parti B hija sostitwita b’dan li ġej: “B. MONITORAĠĠ FUQ BAŻI TA’ KULL SENA (ARTIKOLU 10) Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta’ informazzjoni rilevanti oħra fuq bażi annwali, il-kumpaniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin: Il-valuri li tagħhom għandu isir monitoraġġ taħt l-Artikolu 10 għandhom ikunu determinati bl-aggregazzjoni tad-data rispettiva għal kull vjaġġ. L-effiċjenza enerġetika medja għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ mill-inqas erba’ indikaturi: il-konsum tal-fjuwil għal kull distanza, il-konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta’ trasport, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull distanza u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull xogħol ta’ trasport, li għandhom jiġu kkalkolati kif ġej: Konsum tal-fjuwil għal kull distanza = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total tad-distanza vjaġġata Konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta’ trasport = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total ta’ xogħol ta’ trasport L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull distanza = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/id-distanza totali vvjaġġata L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull xogħol ta’ trasport = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/ix-xogħol totali ta’ trasport. Barra minn hekk, meta jkun rilevanti, il-bastimenti jistgħu jimmonitorjaw l-effiċjenza enerġetika medja billi jużaw iż-żewġ indikaturi tal-effiċjenza enerġetika li ġejjin: il-konsum tal-fjuwil għall-ħin kollu li jitqatta’ fuq il-baħar u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ħin kollu li jitwettaq fuq il-baħar, li għandu jiġi kkalkolat kif ġej: Il-konsum tal-fjuwil għall-ħin kollu li jitwettaq fuq il-baħar = il-konsum annwali totali tal-fjuwil/il-ħin totali li jitwettaq fuq il-baħar L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ħin kollu li jitqatta’ fuq il-baħar = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/il-ħin totali li jitqatta’ fuq il-baħar Waqt li jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli, il-kumpaniji jistgħu wkoll jiddeċiedu li jinkludu informazzjoni speċifika relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u man-navigazzjoni ġos-silġ, kif ukoll informazzjoni oħra relatata mal-fjuwil ikkunsmat u l-emissjoni tal-gassijiet serra, waqt li jkun hemm differenzazzjoni abbażi ta’ kriterji oħrajn indikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.”; |
|
(c) |
Tiżdied il-Parti C li ġejja: “C. MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET TOTALI AGGREGATI TAL-GASSIJIET SERRA KOPERTI MID-DIRETTIVA 2003/87/KE FIR-RIGWARD TAL-ATTIVITAJIET TAT-TRASPORT MARITTIMU U TAL-INFORMAZZJONI BIEX JIĠU ĠĠUSTIFIKATI D-DEROGI MILL-ARTIKOLU 12(3) TA’ DIK ID-DIRETTIVA (ARTIKOLU 10, PUNT (K)) 1. Regoli għall-monitoraġġ fuq bażi annwali tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra ta’ bastiment koperti mid-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrapportati skont dik id-Direttiva Il-kumpaniji għandhom jiddeterminaw l-ammonti rilevanti ta’ kull gass serra separatament u t-total ta’ dawk l-ammonti espressi f’ekwivalenti ta’ CO2. Il-kumpaniji għandhom jikkunsidraw l-ammonti ta’ kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat għall-attivitajiet tat-trasport marittimu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-perjodu li matulu l-bastiment kien taħt ir-responsabbiltà tagħhom fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f’dik id-Direttiva. Il-kumpaniji għandhom, fejn applikabbli, iwettqu l-kalkoli stipulati fil-punti 1.1. sa 1.7 fl-ordni stabbilita hawn taħt. 1.1. Prinċipju ġenerali Għall-fini tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formuli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, b’kunsiderazzjoni tat-tipi ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. 1.2. Deroga mill-prinċipju ġenerali u l-użu ta’ fatturi tal-emissjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE B’deroga mill-punt 1.1, il-kumpaniji ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 fejn il-kumpanija tuża fjuwil li jikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u mal-kriterji għall-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. F’każijiet bħal dawn, il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 tal-frazzjoni tal-bijomassa tal-fjuwil għandu jkun żero. B’deroga mill-punt 1.1, il-kumpaniji ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ emissjoni tas-CO2 fejn il-kumpanija tuża Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini mhux Bijoloġika (RFNBO) u Fjuwil tal-Karbonju Riċiklat (RCF). F’każijiet bħal dawn, il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 għandu jiġi ddeterminat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. 1.3. Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ vjaġġ bejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u port barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru F’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku msemmi fl-Artikolu 3ga tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 u 1.2 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’50 % meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu rilaxxati minn bastiment li jwettaq vjaġġ li jitlaq minn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jasal f’port tal-waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, jew vjaġġ li jitlaq minn port tal-waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jasal f’port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. 1.4. Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ emissjonijiet tas-CO2 imsemmija fl-Artikolu 12(3a) u (3b) tad-Direttiva 2003/87/KE B’deroga mill-punt 1.1, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3a) jew (3b) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti ta’ tali emissjonijiet ikkalkolati f’konformità mal-punti 1.1, 1.2 u 1.3 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’żero. 1.5. Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra minn vjaġġ jew attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(3-d), (3-c) jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE B’deroga mill-punt 1.1, fejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c), jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.4 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’żero. 1.6. Kalkolu tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE fil-każ li l-kumpanija tkun trid tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 12(3-e) ta’ dik id-Direttiva Il-kumpaniji li jridu jibbenefikaw mid-deroga għall-bastimenti tal-klassi tas-silġ prevista fl-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom inaqqsu 5 % mill-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.5 ta’ din il-Parti, kif applikabbli. 1.7. Kalkolu tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, b’kont meħud tal-Artikolu 3gb ta’ dik id-Direttiva Fir-rigward tal-emissjonijiet għas-snin ta’ rapportar 2024 u 2025, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-perċentwali ta’ introduzzjoni gradwali previsti fl-Artikolu 3gb tad-Direttiva 2003/87/KE għall-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.6 ta’ din il-Parti, kif applikabbli. Il-kumpaniji għandhom jaggregaw l-ammonti ta’ kull gass biex jikkalkulaw l-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE. 2. Monitoraġġ tal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe deroga rilevanti mill-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE
(*1) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)”." |
(*1) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)”.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2776/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)