European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2772

22.12.2023

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2772

tal-31 ta’ Lulju 2023

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29b(1), l-ewwel subparagrafu tagħha.

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/34/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tirrikjedi li l-impriżi kbar, l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju b’titoli ammessi għan-negozjar fis-swieq regolati tal-UE, kif ukoll l-impriżi prinċipali ta’ gruppi kbar, jinkludu f’taqsima ddedikata tar-rapport ta’ ġestjoni jew tar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tagħhom l-informazzjoni meħtieġa sabiex jinftiehmu l-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi mifhum kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża. L-impriżi jridu jħejju din l-informazzjoni f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà b’bidu mis-sena finanzjarja indikata fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2464 għal kull kategorija ta’ impriżi.

(2)

Il-Kummissjoni hija meħtieġa li sat-30 ta’ Ġunju 2023 tadotta l-ewwel sett ta’ standards li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jirrapportaw skont l-Artikolu 19a(1) u (2), u l-Artikolu 29a(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva, inkluż mill-inqas l-informazzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jeħtieġu sabiex jikkonformaw mal-obbligi ta’ divulgazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Il-Kummissjoni qieset il-parir tekniku pprovdut mill-EFRAG. Il-parir tekniku indipendenti tal-EFRAG jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 49(3b), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, tad-Direttiva 2013/34/UE. Sabiex tiżgura l-proporzjonalità u tiffaċilita l-applikazzjoni korretta tal-istandards mill-impriżi, il-Kummissjoni introduċiet modifiki għall-parir tekniku tal-EFRAG fir-rigward tal-approċċ ta’ materjalità, l-introduzzjoni gradwali ta’ ċerti rekwiżiti, il-konverżjoni ta’ ċerti rekwiżiti f’punti ta’ data volontarji, l-introduzzjoni ta’ flessibbiltajiet f’għadd ta’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, l-introduzzjoni ta’ modifiki tekniċi biex tiġi żgurata l-koerenza mal-qafas legali tal-Unjoni u livell għoli ta’ interoperabbiltà ma’ inizjattivi globali li jistabbilixxu l-istandards, kif ukoll modifiki editorjali.

(4)

Dawn l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29b tad-Direttiva 2013/34/UE.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li jiġu adottati standards komuni tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

(6)

F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29b(1) tad-Direttiva 2013/34/UE, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jidħolx fis-seħħ qabel 4 xhur wara l-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni. Meta jitqies li l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2464 jirrikjedi li ċerti kategoriji ta’ impriżi japplikaw dawn l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49(3b) tad-Direttiva 2013/34/UE, il-Kummissjoni kkonsultat b’mod konġunt mal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzi Sostenibbli, imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u mal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 49(3b) tad-Direttiva 2013/34/UE, il-Kummissjoni talbet l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), b’mod partikolari fir-rigward tal-konsistenza ta’ dan ir-Regolament mar-Regolament (UE) 2019/2088 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament. F’konformità mas-sitt subparagrafu tal-Artikolu 49(3b) tad-Direttiva 2013/34/UE, il-Kummissjoni kkonsultat ukoll lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar u l-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli stabbilita skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2020/852,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà li l-impriżi jridu jużaw biex iwettqu r-rapportar tagħhom dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE skont l-iskeda ta’ żmien stabbilita fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2464 huma stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024 għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).


ANNESS I

Standards ewropej tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà (ESRS)

ESRS 1

Rekwiżiti ġenerali

ESRS 2

Divulgazzjonijiet ġenerali

ESRS E1

Tibdil fil-klima

ESRS E2

Tniġġis

ESRS E3

Riżorsi tal-ilma u tal-baħar

ESRS E4

Bijodiversità u ekosistemi

ESRS E5

Użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari

ESRS S1

Forza tax-xogħol proprja

ESRS S2

Ħaddiema fil-katina tal-valur

ESRS S3

Komunitajiet affettwati

ESRS S4

Konsumaturi u utenti finali

ESRS G1

Kondotta kummerċjali

ESRS 1

REKWIŻITI ĠENERALI

Werrej

Objettiv

1.

Kategoriji ta’ Standards tal-ESRS, oqsma ta’ rapportar u konvenzjonijiet ta’ abbozzar

1.1

Kategoriji ta’ Standards tal-ESRS

1.2

Oqsma ta’ rapportar u rekwiżiti minimi ta’ divulgazzjoni tal-kontenut dwar il-politiki, l-azzjonijiet, il-miri u l-metrika

1.3

Konvenzjonijiet ta’ abbozzar

2.

Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni

3.

Materjalità doppja bħala l-bażi għad-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà

3.1

Il-partijiet ikkonċernati u r-rilevanza tagħhom għall-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità

3.2

Kwistjonijiet materjali u materjalità tal-informazzjoni

3.3

Materjalità doppja

3.4

Materjalità tal-impatt

3.5

Materjalità finanzjarja

3.6

Impatti jew riskji materjali li jirriżultaw minn azzjonijiet biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà

3.7

Livell ta’ diżaggregazzjoni

4.

Diliġenza dovuta

5.

Katina tal-valur

5.1

Impriża li tirrapporta u l-katina tal-valur

5.2

Stima bl-użu ta’ medji u indikaturi settorjali

6.

Perjodi ta’ żmien

6.1

Perjodu ta’ rapportar

6.2

Rabta bejn il-passat, il-preżent u l-futur

6.3

Rappurtar tal-progress meta mqabbel mas-sena bażi

6.4

Definizzjoni ta’ terminu qasir, medju u twil għal skopijiet ta’ rappurtar

7

Tħejjija u preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà

7.1

Preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva

7.2

Sorsi ta’ stima u ta’ inċertezza tal-eżitu

7.3

Aġġornament tad-divulgazzjonijiet dwar l-eventi wara t-tmiem tal-perjodu tar-rapportar

7.4

Bidliet fit-tħejjija jew fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà

7.5

Rapportar ta’ erruri tal-perjodi preċedenti

7.6

Rapportar konsolidat u eżenzjoni sussidjarja

7.7

Informazzjoni klassifikata u sensittiva, u informazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali, l-għarfien espert jew ir-riżultati tal-innovazzjoni

7.8

rappurtar dwar l-opportunitajiet

8.

Struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà

8.1

Rekwiżit ta’ preżentazzjoni ġenerali

8.2

Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà

9.

Rabtiet ma’ partijiet oħrajn ta’ rapportar korporattiv u informazzjoni konnessa

9.1

Inkorporazzjoni b’referenza

9.2

Informazzjoni u konnettività konnessi mar-rapporti finanzjarji

10.

Dispożizzjoni tranżizzjonali

10.1

Dispożizzjoni tranżizzjonali relatata ma’ divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet

10.2

Dispożizzjoni tranżizzjonali relatata mal-kapitolu 5 Katina tal-valur

10.3

Dispożizzjoni tranżizzjonali relatata mat-taqsima 7.1 Preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva

10.4

Dispożizzjoni tranżitorja: Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li jiddaħħlu gradwalment

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet

Materjalità doppja

Stima bl-użu ta’ medji u ta’ indikaturi tas-settur

Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà

Appendiċi B:

Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni

Appendiċi C:

Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni introdotti gradwalment

Appendiċi D:

Struttura tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-ESRS

Appendiċi E:

Dijagramma sekwenzjali għad-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi

Appendiċi F:

Eżempju ta’ struttura tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-ESRS

Appendiċi G:

Eżempju ta’ inkorporazzjoni b’referenza

Objettiv

1.

L-objettiv tal-Istandards Ewropej tar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS) huwa li jispeċifikaw l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li impriża għandha tiddivulga f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (1) kif emendata bid-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-rapportar f’konformità mal-ESRS ma jeżentax lill-impriżi minn obbligi oħra stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni.

2.

B’mod speċifiku, l-ESRS jispeċifika l-informazzjoni li impriża għandha tiddivulga dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ta’ governanza. L-ESRs ma jirrikjedux li l-impriżi jiddivulgaw xi informazzjoni dwar suġġetti ambjentali, soċjali u ta’ governanza koperti mill-ESRS meta l-impriża tkun ivvalutat is-suġġett inkwistjoni bħala mhux materjali (Ara l-Appendiċi E ta’ dan l-Istandard “Flowchart għad-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi”). l-informazzjoni ddivulgata f’konformità mal-ESRS tippermetti lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà jifhmu l-impatti materjali tal-impriża fuq in-nies u l-ambjent u l-effetti materjali ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fuq l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża.

3.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard (ESRS 1) huwa li jipprovdi fehim tal-arkitettura tal-ESRS, il-konvenzjonijiet ta’ abbozzar u l-kunċetti fundamentali użati, u r-rekwiżiti ġenerali għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2022/2464.

1.   Kategoriji ta’ Standards tal-ESRS, oqsma ta’ rapportar u konvenzjonijiet ta’ abbozzar

1.1    Kategoriji ta’ standards tal-ESRS

4.

Hemm tliet kategoriji ta’ ESRS:

(a)

standards trasversali;

(b)

standards topiċi (standards Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza); u

(c)

standards speċifiċi għas-settur.

L-istandards trasversali u l-istandards topiċi huma anjostiċi għas-setturi, li jfisser li japplikaw għall-impriżi kollha irrispettivament minn liema settur jew setturi topera fihom l-impriża.

5.

L-istandards trasversali ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali u Divulgazzjonijiet ġenerali tal-ESRS 2 japplikaw għall-kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà koperti minn standards topiċi u standards speċifiċi għas-settur.

6.

Dan l-istandard (ESRS 1) jiddeskrivi l-arkitettura tal-istandards tal-ESRS, jispjega l-abbozzar ta’ konvenzjonijiet u kunċetti fundamentali, u jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà.

7.

L-ESRS 2 tistabbilixxi Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni dwar l-informazzjoni li l-impriża għandha tipprovdi f’livell ġenerali fil-kwistjonijiet materjali kollha relatati mas-sostenibbiltà fl-oqsma ta’ rapportar governanza, strateġija, impatt, ġestjoni tar-riskju u tal-opportunitajiet, u metrika u miri.

8.

L-ESRS topiċi jkopru suġġett ta’ sostenibbiltà u huma strutturati f’suġġetti u subsuġġetti, u fejn meħtieġ subsubsuġġetti. It-tabella fir-Rekwiżit tal-Applikazzjoni 16 (AR 16) għal dan l-istandard tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-suġġetti, is-subsuġġetti u s-subsubsuġġetti dwar is-sostenibbiltà (kollettivament “kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà”) koperti mill-ESRS topiċi.

9.

L-ESRS topiċi jistgħu jinkludu rekwiżiti speċifiċi li jikkomplementaw il-livell ġenerali tar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni tal-ESRS 2. L-ESRs 2 Appendiċi C Divulgazzjoni/Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni fl-ESRS topiċi li huma applikabbli b’mod konġunt mad-Divulgazzjonijiet Ġenerali tal-ESRS 2 jipprovdu lista tar-rekwiżiti addizzjonali fl-ESRS topiċi li l-impriża għandha tapplika flimkien mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-livell ġenerali tal-ESRS 2.

10.

Standards speċifiċi għas-settur huma applikabbli għall-impriżi kollha fi ħdan settur. Dawn jindirizzaw l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet li x’aktarx ikunu materjali għall-impriżi kollha f’settur speċifiku u li mhumiex koperti, jew mhumiex koperti biżżejjed, minn standards topiċi. L-istandards speċifiċi għas-settur huma multitopiċi u jkopru s-suġġetti li huma l-aktar rilevanti għas-settur inkwistjoni. L-istandards speċifiċi għas-settur jiksbu livell għoli ta’ komparabbiltà.

11.

Minbarra r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fit-tliet kategoriji tal-ESRS, meta impriża tikkonkludi li impatt, riskju jew opportunità mhumiex koperti jew mhumiex koperti bi granularità suffiċjenti minn ESRS iżda huma materjali minħabba l-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħha, hija għandha tipprovdi divulgazzjonijiet addizzjonali speċifiċi għall-entità biex l-utenti jkunu jistgħu jifhmu l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà tal-impriża. Ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni AR 1 sa AR 5 jipprovdu gwida ulterjuri dwar divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entità.

1.2    oqsma ta’ rapportar u rekwiżiti minimi ta’ divulgazzjoni tal-kontenut dwar il-politiki, l-azzjonijiet, il-miri u l-metrika

12.

Ir-rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS 2, fl-ESRS topiċi u fl-ESRS speċifiċi għas-settur huma strutturati fl-oqsma ta’ rapportar li ġejjin:

(a)

Governanza (GOV): il-proċessi, il-kontrolli u l-proċeduri ta’ governanza użati għall-monitoraġġ, il-ġestjoni u s-sorveljanza tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet (ara ESRS 2, Kapitolu 2 Governanza);

(b)

Strateġija (SBM): kif l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tal-impriża jinteraġixxu mal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha, inkluż kif l-impriża tindirizza dawk l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet (ara ESRS 2, Kapitolu 3 Strateġija);

(c)

Ġestjoni tal-impatt, tar-riskju u tal-opportunità (IRO): il-proċess(i) li bih(om) l-impriża:

i.

tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet u tivvaluta l-materjalità tagħhom (ara IRO-1 fit-taqsima 4.1 tal-ESRS 2),

ii.

timmaniġġja kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà permezz ta’ politiki u azzjonijiet (ara t-taqsima 4.2 tal-ESRS 2).

(d)

Metriċi u miri (MT): il-prestazzjoni tal-impriża, inklużi l-miri li stabbiliet u l-progress lejn l-ilħuq tagħhom (ara l-ESRS 2, il-Kapitolu 5 Metriċi u miri).

13.

L-ESRS 2 jinkludu:

(a)

fit-Taqsima 4.2 Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni rigward il-politiki (MDR-P) u l-azzjonijiet (MDR-A);

(b)

fit-Taqsima 5 Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni rigward il-metriċi (MDR-M) u l-miri (MDR-T).

L-impriża għandha tapplika r-rekwiżiti minimi ta’ divulgazzjoni rigward il-politiki, l-azzjonijiet, il-metriċi u l-miri flimkien mar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni korrispondenti fl-ESRS topiċi u speċifiċi għas-settur.

1.3    Konvenzjonijiet tal-abbozzar

14.

Fl-ESRS kollha:

(a)

it-terminu “impatti” jirreferi għal impatti pożittivi u negattivi relatati mas-sostenibbiltà li huma marbuta man-negozju tal-impriża, kif identifikati permezz ta’ valutazzjoni tal-materjalità tal-impatt (ara t-taqsima 3.4 Materjalità tal-impatt). Dan jirreferi kemm għall-impatti reali kif ukoll għall-impatti futuri potenzjali.

(b)

It-terminu “riskji u opportunitajiet” jirreferi għar-riskji u l-opportunitajiet finanzjarji relatati mas-sostenibbiltà tal-impriża, inklużi dawk li jirriżultaw minn dipendenzi fuq riżorsi naturali, umani u soċjali, kif identifikati permezz ta’ valutazzjoni tal-materjalità finanzjarja (ara t-taqsima 3.5).

Kollettivament, dawn jissejħu “impatti, riskji u opportunitajiet” (IROs). Dawn jirriflettu l-perspettiva ta’ materjalità doppja tal-ESRS deskritta fit-Taqsima 3.

15.

It-termini kollha tal-ESRS li huma definiti fil-glossarju tad-definizzjonijiet (l-Anness II) jitqiegħdu b’tipa grassa korsiva, ħlief meta terminu definit jintuża aktar minn darba fl-istess paragrafu.

16.

L-ESRS jistrutturaw l-informazzjoni li trid tiġi ddivulgata skont ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni. Kull Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jikkonsisti f’punt ta’ data distint wieħed jew aktar. It-terminu “punt ta’ data” jista’ jirreferi wkoll għal subelement narrattiv ta’ Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni.

17.

Minbarra r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni, il-biċċa l-kbira tal-ESRS fihom ukoll Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni. Ir-Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni jappoġġaw l-applikazzjoni tar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni u għandhom l-istess awtorità bħal partijiet oħra ta’ ESRS.

18.

L-ESRS jużaw it-termini li ġejjin biex jiddistingwu bejn gradi differenti ta’ obbligu fuq l-impriża li tiżvela informazzjoni:

(a)

“għandu jiddivulga” – jindika li d-dispożizzjoni tkun stabbilita minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jew minn punt ta’ data;

(b)

“jista’ jiddivulga” – jindika d-divulgazzjoni volontarja sabiex titħeġġeġ prattika tajba.

Barra minn hekk, l-ESRS juża t-terminu “għandu jikkunsidra” meta jirreferi għal kwistjonijiet, riżorsi jew metodoloġiji li l-impriża hija mistennija li tqis jew li tuża fit-tħejjija ta’ divulgazzjoni partikolari jekk applikabbli.

2.   Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni

19.

Meta tkun qed tħejji d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha, l-impriża għandha tapplika:

(a)

il-karatteristiċi kwalitattivi fundamentali tal-informazzjoni, jiġifieri r-rilevanza u r-rappreżentazzjoni leali; u

(b)

it-titjib tal-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni, jiġifieri, il-komparabilità, il-verifikabilità u l-komprensibilità.

20.

Dawn il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni huma definiti u deskritti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Istandard.

3.   Materjalità doppja bħala l-bażi għad-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà

21.

L-impriża għandha tirrapporta dwar kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà abbażi tal-prinċipju ta’ materjalità doppja kif definit u spjegat f’dan il-kapitolu.

3.1    Il-partijiet ikkonċernati u r-rilevanza tagħhom għall-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità

22.

Il-partijiet ikkonċernati huma dawk li jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati mill-impriża. Hemm żewġ gruppi ewlenin ta’ partijiet ikkonċernati:

(a)

il-partijiet ikkonċernati affettwati: individwi jew gruppi li l-interessi tagħhom huma affettwati jew jistgħu jiġu affettwati – b’mod pożittiv jew negattiv – mill-attivitajiet tal-impriża u r-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti tagħha tul il-katina tal-valur tagħha; u

(b)

utenti tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà: l-utenti primarji tar-rapportar finanzjarju ta’ skop ġenerali (investituri eżistenti u potenzjali, mutwanti u kredituri oħrajn, inklużi maniġers tal-assi, istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni), u utenti oħrajn tad-dikjarazzjonijiet tas-sostenibbiltà, inklużi s-sħab kummerċjali tal-impriża, it-trade unions u s-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-gvernijiet, l-analisti u l-akkademiċi.

23.

Xi partijiet ikkonċernati, iżda mhux kollha, jistgħu jappartjenu għaż-żewġ gruppi msemmija fil-paragrafu 22.

24.

L-involviment mal-partijiet ikkonċernati affettwati huwa ċentrali għall-proċess kontinwu tad-diliġenza dovuta tal-impriża (ara l-kapitolu 4 Diliġenza dovuta) u l-valutazzjoni tal-materjalità tas-sostenibbiltà. Dan jinkludi l-proċessi tagħha sabiex tidentifika u tivvaluta l-impatti negattivi reali u potenzjali, li mbagħad jinformaw il-proċess ta’ valutazzjoni sabiex jiġu identifikati l-impatti materjali għall-finijiet tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà (ara t-taqsima 3.4 ta’ dan l-Istandard).

3.2    Kwistjonijiet materjali u materjalità tal-informazzjoni

25.

It-twettiq ta’ valutazzjoni tal-materjalità (ara t-taqsimiet 3.4 Il-materjalità tal-impatt u 3.5 Il-materjalità finanzjarja) huwa meħtieġ biex l-impriża tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali li jridu jiġu rrapportati.

26.

Il-valutazzjoni tal-materjalità hija l-punt tat-tluq għar-rappurtar dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS. IRO-1 fit-Taqsima 4.1 tal-ESRS 2 jinkludi rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ġenerali dwar il-proċess tal-impriża biex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet u tivvaluta l-materjalità tagħhom. Il-SBM-3 tal-ESRS 2 jipprovdi rekwiżiti ġenerali ta’ divulgazzjoni dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża.

27.

Ir-rekwiżiti tal-Applikazzjoni fl-Appendiċi A ta’ dan l-Istandard jinkludu lista ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà koperti fl-ESRS topiċi, ikkategorizzati skont is-suġġetti, is-subsuġġetti u s-sottosuġġetti, biex jappoġġaw il-valutazzjoni tal-materjalità. L-Appendiċi E Flowchart għad-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi f’dan l-Istandard tipprovdi illustrazzjoni tal-valutazzjoni tal-materjalità deskritta f’din it-taqsima.

28.

Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija “materjali” meta tissodisfa l-kriterji definiti għall-materjalità tal-impatt (ara t-taqsima 3.4 ta’ dan l-Istandard) jew il-materjalità finanzjarja (ara t-taqsima 3.5 ta’ dan l-Istandard) jew it-tnejn.

29.

Irrispettivament mill-eżitu tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha, l-impriża għandha dejjem tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa minn: ESRS 2 Divulgazzjoni Ġenerali (jiġifieri r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni u l-punti tad-data kollha speċifikati fl-ESRS 2) u r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni (inklużi l-punti tad-data tagħhom) fl-ESRS topiku relatat mar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċess għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali, kif elenkati fl-Appendiċi C tal-ESRS 2 Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni/Applikazzjoni f’ESRS topiċi li huma applikabbli b’mod konġunt mal-ESRS 2Divulgazzjonijiet Ġenerali.

30.

Meta l-impriża tikkonkludi li kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha, li fuqha ESRS 2 IRO-1, IRO-2 u SBM-3 jistabbilixxu rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, hija għandha:

(a)

tiddivulga informazzjoni skont ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni (inklużi r-Rekwiżiti tal-Applikazzjoni) relatata ma’ dik il-kwistjoni speċifika ta’ sostenibbiltà fl-ESRS korrispondenti topiku u speċifiku għas-settur; u

(b)

jiddivulgaw divulgazzjonijiet addizzjonali speċifiċi għall-entità (ara l-paragrafi 11 u AR 1 sa AR 5 ta’ dan l-Istandard) meta l-kwistjoni tas-sostenibbiltà materjali ma tkunx koperta minn ESRS jew tkun koperta bi granularità insuffiċjenti.

31.

L-informazzjoni applikabbli preskritta fi ħdan Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni, inklużi l-punti tad-data tiegħu, jew divulgazzjoni speċifika għall-entità, għandha tiġi ddivulgata meta l-impriża tivvaluta, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha ta’ informazzjoni materjali, li l-informazzjoni hija rilevanti minn waħda jew aktar mill-perspettivi li ġejjin:

(a)

is-sinifikat tal-informazzjoni fir-rigward tal-kwistjoni li għandha l-għan li turi jew tispjega; jew

(b)

il-kapaċità ta’ tali informazzjoni li tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-utenti, inklużi l-ħtiġijiet tal-utenti primarji ta’ rapportar finanzjarju bi skop ġenerali deskritti fil-paragrafu 48 u/jew il-ħtiġijiet tal-utenti li l-interess prinċipali tagħhom huwa fl-informazzjoni dwar l-impatti tal-impriża.

32.

Jekk l-impriża tikkonkludi li t-tibdil fil-klima mhuwiex materjali u għalhekk tħalli barra r-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni fl-ESRS E1 Tibdil fil-klima, hija għandha tiddivulga spjegazzjoni dettaljata tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha fir-rigward tat-tibdil fil-klima (ara l-ESRS 2 IRO-2 Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża), inkluża analiżi li tħares ’il quddiem tal-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu lill-impriża biex tikkonkludi li t-tibdil fil-klima huwa materjali fil-futur. Jekk l-impriża tikkonkludi li suġġett għajr it-tibdil fil-klima mhuwiex materjali u għalhekk tħalli barra r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni kollha fl-ESRS topiku korrispondenti, hija tista’ tispjega fil-qosor il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha għal dak is-suġġett.

33.

Meta tiddivulga informazzjoni dwar politiki, azzjonijiet u miri fir-rigward ta’ kwistjoni ta’ sostenibbiltà li tkun ġiet ivvalutata bħala materjali, l-impriża għandha tinkludi l-informazzjoni preskritta mir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni u l-punti tad-data kollha fl-ESRS topiċi u speċifiċi għas-settur relatati ma’ dik il-kwistjoni u fir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni Minimu korrispondenti dwar il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri meħtieġa skont l-ESRS 2. Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tiddivulga l-informazzjoni preskritta jew mir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni u mill-punti tad-data fl-ESRS topiku jew speċifiku għas-settur, jew mir-Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS 2 dwar il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri, minħabba li ma tkunx adottat il-politiki rispettivi, implimentat l-azzjonijiet rispettivi jew stabbiliet il-miri rispettivi, hija għandha tiddivulga li dan ikun il-każ u tista’ tirrapporta perjodu ta’ żmien li fih għandha l-għan li ddaħħalhom fis-seħħ.

34.

Meta tiddivulga informazzjoni dwar il-metriċi għal kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali skont it-taqsima Metriċi u Miri tal-ESRS topiku rilevanti, l-impriża:

(a)

għandha tinkludi l-informazzjoni prestabbilita minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jekk tivvaluta tali informazzjoni bħala materjali; u

(b)

tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita minn punt ta’ data ta’ Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jekk tivvaluta tali informazzjoni bħala mhux materjali u tikkonkludi li tali informazzjoni ma tkunx meħtieġa sabiex jintlaħaq l-objettiv tar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni.

35.

Jekk l-impriża tħalli barra l-informazzjoni preskritta minn punt tad-data li jirriżulta minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE elenkata fl-Appendiċi B tal-ESRS 2, hija għandha tiddikjara b’mod espliċitu li l-informazzjoni inkwistjoni hija “mhux materjali”.

36.

L-impriża għandha tistabbilixxi kif tapplika l-kriterji, inklużi l-limiti xierqa, sabiex tiddetermina:

(a)

l-informazzjoni li tiddivulga dwar il-metriċi għal kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali skont it-taqsima Metriċi u Miri tal-ESRS topiku rilevanti, f’konformità mal-paragrafu 34; u

(b)

l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata bħala divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet.

3.3    Materjalità doppja

37.

Il-materjalità doppja għandha żewġ dimensjonijiet, jiġifieri: il-materjalità tal-impatt u l-materjalità finanzjarja. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it-termini “materjali” u “materjalità” jintużaw fl-ESRS kollha biex jirreferu għal materjalità doppja.

38.

Il-valutazzjonijiet tal-materjalità tal-impatt u tal-materjalità finanzjarja huma relatati ma’ xulxin u għandhom jitqiesu l-interdipendenzi bejn dawn iż-żewġ dimensjonijiet. B’mod ġenerali, il-punt tat-tluq huwa l-valutazzjoni tal-impatti, għalkemm jista’ jkun hemm ukoll riskji u opportunitajiet materjali li mhumiex relatati mal-impatti tal-impriża. Impatt fuq is-sostenibbiltà jista’ jkun finanzjarjament materjali mill-bidu nett jew isir finanzjarjament materjali, meta jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaffettwa l-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, il-flussi tal-flus tal-impriża, l-aċċess tagħha għall-finanzjament jew il-kost tal-kapital fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju jew twil. L-impatti jinqabdu mill-perspettiva tal-materjalità tal-impatt irrispettivament minn jekk humiex finanzjarjament materjali jew le.

39.

Fl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet fil-katina tal-valur tal-impriża biex tiddetermina l-materjalità tagħhom, l-impriża għandha tiffoka fuq oqsma fejn jitqiesu li x’aktarx jinħolqu impatti, riskji u opportunitajiet, abbażi tan-natura tal-attivitajiet, ir-relazzjonijiet kummerċjali, il-ġeografiji jew fatturi oħra kkonċernati.

40.

L-impriża għandha tikkunsidra kif hija affettwata mid-dipendenzi tagħha fuq id-disponibbiltà ta’ riżorsi naturali, umani u soċjali bi prezzijiet u kwalità xierqa, irrispettivament mill-impatti potenzjali tagħha fuq dawk ir-riżorsi.

41.

L-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet prinċipali ta’ impriża huma mifhuma li huma l-istess bħall-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali identifikati skont il-prinċipju ta’ materjalità doppja u għalhekk irrapportati fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

42.

L-impriża għandha tapplika l-kriterji stabbiliti taħt it-taqsimiet 3.4 u 3.5 f’dan l-Istandard, bl-użu ta’ limiti kwantitattivi u/jew kwalitattivi xierqa. Huma meħtieġa limiti xierqa biex jiġi ddeterminat liema impatti, riskji u opportunitajiet huma identifikati u indirizzati mill-impriża bħala materjali u biex jiġi ddeterminat liema kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà huma materjali għall-finijiet ta’ rapportar. Xi standards u oqfsa eżistenti jużaw it-terminu “l-aktar impatti sinifikanti” meta jirreferu għal-limitu użat biex jiġu identifikati l-impatti li huma deskritti fl-ESRS bħala “impatti materjali.”

3.4    Materjalità tal-impatt

43.

Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali minn perspettiva tal-impatt meta tappartjeni għall-impatti materjali reali jew potenzjali, pożittivi jew negattivi tal-impriża fuq in-nies jew l-ambjent fuq terminu qasir, medju jew twil. L-impatti jinkludu dawk marbuta mal-operazzjonijiet u l-katina tal-valur tal-impriża stess upstream u downstream, inkluż permezz tal-prodotti u s-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Ir-relazzjonijiet kummerċjali jinkludu dawk fil-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża u mhumiex limitati għal relazzjonijiet kuntrattwali diretti.

44.

F’dan il-kuntest, l-impatti fuq in-nies jew fuq l-ambjent jinkludu impatti fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza.

45.

Il-valutazzjoni tal-materjalità ta’ impatt negattiv hija informata mill-proċess ta’ diliġenza dovuta definit fl-istrumenti internazzjonali tal-prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali. Għall-impatti negattivi reali, il-materjalità hija bbażata fuq is-severità tal-impatt, filwaqt li għall-impatti negattivi potenzjali hija bbażata fuq is-severità u fuq il-probabbiltà tal-impatt. Is-severità hija bbażata fuq il-fatturi li ġejjin:

(a)

l-iskala;

(b)

l-ambitu; u

(c)

il-karattru irrimedjabbli tal-impatt.

Fil-każ ta’ impatt negattiv potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, is-severità tal-impatt tieħu preċedenza fuq il-probabbiltà tiegħu.

46.

Għal impatti pożittivi, il-materjalità tkun ibbażata fuq:

(a)

l-iskala u l-ambitu tal-impatt għall-impatti reali; u

(b)

l-iskala, l-ambitu u l-probabbiltà tal-impatt għall-impatti potenzjali.

3.5    Materjalità finanzjarja

47.

L-ambitu tal-materjalità finanzjarja għar-rapportar tas-sostenibbiltà huwa espansjoni tal-ambitu tal-materjalità użat fil-proċess tad-determinazzjoni ta’ liema informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-impriża.

48.

Il-valutazzjoni tal-materjalità finanzjarja tikkorrispondi għall-identifikazzjoni ta’ informazzjoni li titqies materjali għall-utenti primarji tar-rapporti finanzjarji bi skop ġenerali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-għoti ta’ riżorsi lill-entità. B’mod partikolari, l-informazzjoni titqies materjali għall-utenti primarji tar-rapporti finanzjarji bi skop ġenerali jekk l-ommissjoni, id-dikjarazzjoni skorretta jew l-oskurar ta’ dik l-informazzjoni jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jieħdu fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża.

49.

Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali minn perspettiva finanzjarja jekk tiskatta jew tista’ tkun raġonevolment mistennija li tiskatta effetti finanzjarji materjali fuq l-impriża. Dan huwa l-każ meta kwistjoni ta’ sostenibbiltà tiġġenera riskji jew opportunitajiet li għandhom influwenza materjali, jew li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jkollhom influwenza materjali, fuq l-iżvilupp, il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, il-flussi tal-flus, l-aċċess għall-finanzjament jew il-kost tal-kapital fuq terminu qasir, medju jew twil tal-impriża. Ir-riskji u l-opportunitajiet jistgħu jirriżultaw minn avvenimenti passati jew avvenimenti futuri. Il-materjalità finanzjarja ta’ kwistjoni ta’ sostenibbiltà mhijiex ristretta għal kwistjonijiet li huma fil-kontroll tal-impriża iżda tinkludi informazzjoni dwar ir-riskji u l-opportunitajiet materjali attribwibbli għar-relazzjonijiet kummerċjali lil hinn mill-ambitu tal-konsolidazzjoni użata fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji.

50.

Id-dipendenzi fuq ir-riżorsi naturali, umani u soċjali jistgħu jkunu sorsi ta’ riskji jew opportunitajiet finanzjarji. Id-dipendenzi jistgħu jikkawżaw effetti b’żewġ modi possibbli:

(a)

jistgħu jinfluwenzaw il-kapaċità tal-impriża li tkompli tuża jew tikseb ir-riżorsi meħtieġa fil-proċessi tan-negozju tagħha, kif ukoll il-kwalità u l-ipprezzar ta’ dawk ir-riżorsi; u

(b)

jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-impriża li tiddependi fuq ir-relazzjonijiet meħtieġa fil-proċessi tan-negozju tagħha b’termini aċċettabbli.

51.

Il-materjalità tar-riskji u l-opportunitajiet hija vvalutata abbażi ta’ kombinazzjoni tal-probabbiltà ta’ okkorrenza u l-kobor potenzjali tal-effetti finanzjarji.

3.6    Impatti materjali jew riskji li jirriżultaw minn azzjonijiet sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà

52.

Il-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża jista’ jwassal għall-identifikazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-azzjonijiet tagħha biex tindirizza ċerti impatti jew riskji, jew biex tibbenefika minn ċerti opportunitajiet fir-rigward ta’ kwistjoni ta’ sostenibbiltà, jista’ jkollhom impatti negattivi materjali jew jikkawżaw riskji materjali fir-rigward ta’ kwistjoni waħda jew aktar relatati mas-sostenibbiltà. Pereżempju:

(a)

pjan ta’ azzjoni għad-dekarbonizzazzjoni tal-produzzjoni li jinvolvi l-abbandun ta’ ċerti prodotti jista’ jkollu impatti negattivi materjali fuq il-forza tax-xogħol tal-impriża stess u jirriżulta f’riskji materjali minħabba pagamenti għas-sensji; jew

(b)

pjan ta’ azzjoni ta’ fornitur tal-karozzi sabiex jiffoka fuq il-provvista ta’ vetturi elettroniċi jista’ jwassal għal assi mhux rekuperabbli għall-produzzjoni ta’ partijiet tal-provvista għal vetturi konvenzjonali.

53.

F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-impriża għandha:

(a)

tiddivulga l-eżistenza ta’ impatti materjali negattivi jew ta’ riskji materjali flimkien mal-azzjonijiet li jiġġenerawhom, b’kontroreferenza għas-suġġett li miegħu jkunu relatati l-impatti jew ir-riskji; u

(b)

tipprovdi deskrizzjoni ta’ kif l-impatti negattivi materjali jew ir-riskji materjali jiġu indirizzati taħt is-suġġett li miegħu jkunu relatati.

3.7    Livell ta’ diżaggregazzjoni

54.

Meta jkun meħtieġ għal fehim xieraq tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tagħha, l-impriża għandha tiddiżaggrega l-informazzjoni rrapportata:

(a)

skont il-pajjiż, meta jkun hemm varjazzjonijiet sinifikanti ta’ impatti, ta’ riskji u ta’ opportunitajiet materjali madwar il-pajjiżi u meta l-preżentazzjoni tal-l-informazzjoni f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni tkun taħbi informazzjoni materjali dwar l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet; jew

(b)

skont is-sit sinifikanti jew permezz ta’ assi sinifikanti, meta l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali jkunu dipendenti ħafna fuq post jew assi speċifiku.

55.

Meta tiddefinixxi l-livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni għar-rapportar, l-impriża għandha tikkunsidra d-diżaggregazzjoni adottata fil-valutazzjoni tal-materjalità tagħha. Skont il-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-impriża, tista’ tkun neċessarja diżaggregazzjoni skont is-sussidjarji.

56.

Meta tiġi aggregata d-data minn livelli differenti, jew minn postijiet multipli f’livell, l-impriża għandha tiżgura li din l-aggregazzjoni ma taħbix l-ispeċifiċità u l-kuntest neċessarji sabiex tiġi interpretata l-informazzjoni. L-impriża ma għandhiex taggrega entrati materjali li jvarjaw fin-natura tagħhom.

57.

Meta l-impriża tippreżenta informazzjoni diżaggregata skont is-setturi, hija għandha tadotta l-klassifikazzjoni tas-settur tal-ESRS li għandha tiġi speċifikata f’att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29b(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (ii), tad-Direttiva 2013/34/UE. Meta ESRS topiku jew speċifiku għas-settur ikun jeħtieġ li jiġi adottat livell speċifiku ta’ diżaggregazzjoni fit-tħejjija ta’ element speċifiku ta’ informazzjoni, għandu jipprevali r-rekwiżit fl-ESRS topiku jew speċifiku għas-settur.

4.   Diliġenza dovuta

58.

L-eżitu tal-proċess ta’ diliġenza dovuta dwar is-sostenibbiltà tal-impriża (imsejjaħ “diliġenza dovuta” fl-istrumenti internazzjonali msemmijin hawn taħt) jinforma l-valutazzjoni mill-impriża tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tagħha. L-ESRs ma jimponu l-ebda rekwiżit ta’ kondotta fir-rigward tad-diliġenza dovuta; lanqas ma jestendu jew jimmodifikaw ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriża fir-rigward tat-twettiq tad-diliġenza dovuta.

59.

Id-diliġenza dovuta hija l-proċess li bih l-impriżi jidentifikaw, jipprevjenu, jimmitigaw u jqisu kif jindirizzaw l-impatti negattivi reali u potenzjali fuq l-ambjent u fuq il-persuni konnessi man-negozju tagħhom. Dawn jinkludu impatti negattivi marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża stess u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha , inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Id-diliġenza dovuta hija prattika kontinwa li twieġeb u tista’ tiskatta bidliet fil-kuntesti tal-istrateġija, il-mudell tan-negozju, l-attivitajiet, ir-relazzjonijiet kummerċjali, l-operat, l-akkwist u l-bejgħ tal-impriża. Dan il-proċess huwa deskritt fl-istrumenti internazzjonali tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali.

60.

Dawn l-istrumenti internazzjonali jidentifikaw għadd ta’ passi fil-proċess tad-diliġenza dovuta, inkluż l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti negattivi marbuta mal-operazzjonijiet u l-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża stess, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Meta l-impriża ma tkunx tista’ tindirizza l-impatti kollha f’daqqa, il-proċess ta’ diliġenza dovuta jippermetti li l-azzjoni tiġi pprijoritizzata fuq il-bażi tas-severità u tal-probabbiltà tal-impatti. Huwa dan l-aspett tal-proċess ta’ diliġenza dovuta li jinforma l-valutazzjoni tal-impatti materjali (ara t-taqsima 3.4 ta’ dan l-Istandard). L-identifikazzjoni tal-impatti materjali tappoġġa wkoll l-identifikazzjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tas-sostenibbiltà, li spiss ikunu prodott ta’ impatti bħal dawn.

61.

L-elementi ewlenin tad-diliġenza dovuta huma riflessi direttament fir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni stabbiliti fl-ESRS 2 u fl-ESRS topiku, kif muri hawn taħt:

(a)

l-inkorporazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-governanza, l-istrateġija u l-mudell tan-negozju (3). Dan huwa indirizzat taħt:

i.

ESRS 2 GOV-2: Informazzjoni pprovduta lil korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża u kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà indirizzati minnhom;

ii.

ESRS 2 GOV-3: L-integrazzjoni tal-prestazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi; u

iii.

ESRS 2 SBM-3: L-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell tan-negozju.

(b)

l-involviment mal-partijiet ikkonċernati affettwati (4). Dan huwa indirizzat taħt:

i.

ESRS 2 GOV-2;

ii.

ESRS 2 SBM-2: Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati;

iii.

ESRS 2 IRO-1;

iv.

ESRS 2 MDR-P; u

v.

ESRS Topiċi: jirriflettu l-istadji u l-iskopijiet differenti tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati matul il-proċess ta’ diliġenza dovuta.

(c)

l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti negattivi fuq in-nies u l-ambjent (5). Dan huwa indirizzat taħt:

i.

ESRs 2 IRO-1 (inklużi r-Rekwiżiti tal-Applikazzjoni relatati ma’ kwistjonijiet speċifiċi relatati mas-sostenibbiltà fl-ESRS rilevanti); u

ii.

ESRS 2 SBM-3;

(d)

it-teħid ta’ azzjoni biex jiġu indirizzati l-impatti negattivi fuq in-nies u l-ambjent (6). Dan huwa indirizzat taħt:

i.

ESRS 2 MDR-A; u

ii.

ESRS Topiċi: riflessjoni tal-firxa ta’ azzjonijiet, inklużi pjanijiet ta’ tranżizzjoni, li permezz tagħhom jiġu indirizzati l-impatti.

(e)

it-traċċar tal-effettività ta’ dawn l-isforzi (7). Dan huwa indirizzat taħt:

i.

ESRS 2 MDR-M;

ii.

ESRS 2 MDR-T; u

iii.

ESRS Topiċi: fir-rigward tal-metriċi u l-miri.

5.   Katina tal-valur

5.1    Impriża li tirrapporta u katina tal-valur

62.

Id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandha tkun għall-istess impriża li tirrapporta bħar-rapporti finanzjarji. Pereżempju, jekk l-impriża li tirrapporta tkun kumpanija omm meħtieġa tħejji rapporti finanzjarji konsolidati, id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun għall-grupp. Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta l-impriża relatriċi ma tkunx meħtieġa tfassal rapporti finanzjarji jew meta l-impriża relatriċi tkun qed tħejji rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 48i tad-Direttiva 2013/34/UE.

63.

L-informazzjoni dwar l-impriża li tirrapporta pprovduta fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandha tiġi estiża biex tinkludi informazzjoni dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali marbuta mal-impriża permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti tagħha fil-katina tal-valur upstream u/jew downstream (“informazzjoni dwar il-katina tal-valur”). Meta testendi l-informazzjoni dwar l-impriża li tirrapporta, l-impriża għandha tinkludi l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali marbutin mal-katina tal-valur upstream u downstream tagħha:

(a)

wara l-eżitu tal-proċess ta’ diliġenza dovuta tagħha u tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha; u

(b)

f’konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit speċifiku relatat mal-katina tal-valur f’ESRS oħra.

64.

Il-paragrafu 63 ma jirrikjedix informazzjoni dwar kull attur fil-katina tal-valur, iżda biss l-inklużjoni ta’ informazzjoni materjali dwar il-katina tal-valur upstream u downstream. Kwistjonijiet differenti relatati mas-sostenibbiltà jistgħu jkunu materjali fir-rigward ta’ partijiet differenti tal-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża. L-informazzjoni għandha tiġi estiża biex tinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur biss fir-rigward tal-partijiet tal-katina tal-valur li għalihom il-materja hija materjali.

65.

L-impriża għandha tinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur materjali meta din tkun neċessarja sabiex:

(a)

tippermetti lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jifhmu l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tal-impriża; u/jew

(b)

tipproduċi sett ta’ informazzjoni li jissodisfa l-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara l-Appendiċi B ta’ dan l-Istandard).

66.

Meta tkun qiegħda tiddetermina f’liema livell fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha tqum kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali, l-impriża għandha tuża l-valutazzjoni tagħha tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet skont il-prinċipju ta’ materjalità doppja (ara l-Kapitolu 3 ta’ dan l-Istandard).

67.

Meta kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti, kontabilizzati skont il-metodu tal-ekwità jew ikkonsolidati b’mod proporzjonali fir-rapporti finanzjarji, ikunu parti mill-katina tal-valur tal-impriża, pereżempju bħala fornituri, l-impriża għandha tinkludi informazzjoni relatata ma’ dawk l-assoċjati jew l-impriżi konġunti, f’konformità mal-paragrafu 63 b’mod konsistenti mal-approċċ adottat għar-relazzjonijiet kummerċjali l-oħrajn fil-katina tal-valur. F’dan il-każ, meta tiġi ddeterminata l-metrika tal-impatt, id-data tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta ma tkunx limitata għas-sehem tal-ekwità miżmum, iżda għandha titqies abbażi tal-impatti li huma konnessi mal-prodotti u s-servizzi tal-impriża permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha.

5.2    Stima bl-użu ta’ medji u ta’ indikaturi tas-settur

68.

Il-kapaċità tal-impriża li tikseb l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tista’ tvarja skont diversi fatturi, bħall-arranġamenti kuntrattwali tal-impriża, il-livell ta’ kontroll li teżerċita fuq l-operazzjonijiet barra mill-ambitu tal-konsolidazzjoni u s-setgħa tax-xiri tagħha. Meta l-impriża ma jkollhiex il-kapaċità li tikkontrolla l-attivitajiet tal-katina tal-valur upstream u/jew downstream tagħha u r-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, il-kisba ta’ informazzjoni dwar il-katina tal-valur tista’ tkun aktar diffiċli.

69.

Ikun hemm ċirkostanzi fejn l-impriża ma tkunx tista’ tiġbor l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha kif meħtieġ mill-paragrafu 63 wara li tagħmel sforzi raġonevoli biex tagħmel dan. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-impriża għandha tistma l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, billi tuża l-informazzjoni raġonevoli u sostenibbli kollha, bħad-data medja tas-settur u indikaturi oħrajn.

70.

Il-kisba ta’ informazzjoni dwar il-katina tal-valur tista’ tkun ta’ sfida wkoll fil-każ tal-SMEs u entitajiet oħra tal-katina tal-valur upstream u/jew downstream li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà meħtieġ mill-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE (ara ESRS 2 BP-2 Divulgazzjonijiet b’rabta ma’ ċirkostanzi speċifiċi).

71.

B’referenza għall-politiki, l-azzjonijiet u l-miri, ir-rappurtar tal-impriża għandu jinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u/jew downstream sal-punt li dawk il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri jinvolvu atturi fil-katina tal-valur. B’referenza għall-metriċi, f’ħafna każijiet, b’mod partikolari għal kwistjonijiet ambjentali li għalihom huma disponibbli indikaturi, l-impriża tista’ tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi ta’ rapportar mingħajr ma tiġbor data mingħand l-atturi fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, b’mod partikolari mill-SMEs, pereżempju, meta tikkalkola l-Emissjonijiet tal-Ambitu 3 ta’ gassijiet serra tal-impriża.

72.

L-inkorporazzjoni ta’ stimi magħmulin bl-użu ta’ data medja tas-settur jew ta’ ta’ indikaturi oħrajn ma għandhiex tirriżulta f’informazzjoni li ma tissodisfax il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara l-kapitolu 2 u t-taqsima 7.2 Sorsi ta’ stima u ta’ inċertezza tal-eżitu ta’ dan l-Istandard).

6.   Perjodi ta’ żmien

6.1    Perjodu tar-rapportar

73.

Il-perjodu tar-rapportar għad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża għandu jkun konsistenti ma’ dak tar-rapporti finanzjarji tagħha.

6.2    Irbit tal-passat, tal-preżent u tal-futur

74.

L-impriża għandha tistabbilixxi rabtiet xierqa fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha bejn informazzjoni retrospettiva u dik li tħares ’il quddiem, meta rilevanti, sabiex trawwem fehim ċar ta’ kif l-informazzjoni storika tkun relatata ma’ informazzjoni orjentata lejn il-futur.

6.3    Rapportar tal-progress kontra s-sena bażi

75.

Sena bażi hija d-data jew il-perjodu ta’ referenza storiku li għalih tkun disponibbli l-informazzjoni u li miegħu tista’ titqabbel l-informazzjoni sussegwenti maż-żmien.

76.

L-impriża għandha tippreżenta informazzjoni komparattiva fir-rigward tas-sena bażi għall-ammonti rrapportati fil-perjodu kurrenti meta tirrapporta l-iżviluppi u l-progress lejn mira, sakemm ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni rilevanti ma jkunx diġà jiddefinixxi kif għandu jiġi rrapportat il-progress. L-impriża tista’ tinkludi wkoll informazzjoni storika dwar l-objettivi intermedji miksubin bejn is-sena bażi u l-perjodu tar-rapportar meta din tkun informazzjoni rilevanti.

6.4    Definizzjoni ta’ terminu qasir, medju u twil għall-finijiet ta’ rapportar

77.

Meta tħejji d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha, l-impriża għandha tadotta l-intervalli ta’ żmien li ġejjin sa tmiem il-perjodu tar-rapportar:

(a)

għall-perjodu ta’ żmien qasir: il-perjodu adottat mill-impriża bħala l-perjodu ta’ rapportar fir-rapporti finanzjarji tagħha;

(b)

għall-perjodu ta’ żmien medju: mit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar għal żmien qasir definit f’(a) sa 5 snin; u

(c)

għall-perjodu ta’ żmien fit-tul: aktar minn 5 snin.

78.

L-impriża għandha tuża diżaggregazzjoni addizzjonali għall-perjodu ta’ żmien fit-tul meta l-impatti jew l-azzjonijiet ikunu mistennija f’perjodu itwal minn 5 snin jekk ikun meħtieġ biex tipprovdi informazzjoni rilevanti lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà.

79.

Jekk ikunu meħtieġa definizzjonijiet differenti ta’ orizzonti ta’ żmien medju jew twil għal elementi speċifiċi ta’ divulgazzjoni f’ESRS oħra, għandhom jipprevalu d-definizzjonijiet f’dawk l-ESRS.

80.

Jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn l-użu tal-orizzonti ta’ żmien medju jew twil definiti fil-paragrafu 77 jirriżulta f’informazzjoni mhux rilevanti, peress li l-impriża tuża definizzjoni differenti għal (i) il-proċessi tagħha ta’ identifikazzjoni u ġestjoni ta’ impatti, riskji u opportunitajiet materjali jew (ii) id-definizzjoni tal-azzjonijiet tagħha u l-istabbiliment ta’ miri. Dawn iċ-ċirkostanzi jistgħu jkunu dovuti għal karatteristiċi speċifiċi għall-industrija, bħaċ-ċikli tal-fluss tal-flus u tan-negozju, id-durata mistennija tal-investimenti kapitali, l-orizzonti taż-żmien li fuqhom l-utenti tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom jew l-orizzonti tal-ippjanar tipikament użati fl-industrija tal-impriża għat-teħid tad-deċiżjonijiet. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-impriża tista’ tadotta definizzjoni differenti ta’ orizzonti ta’ żmien ta’ terminu medju u/jew twil (ara ESRS 2 BP-2, paragrafu 9).

81.

Ir-referenzi għal “terminu qasir”, “terminu medju”, u “fit-tul” fl-ESRS jirreferu għall-orizzont ta’ żmien kif iddeterminat mill-impriża skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 77 sa 80.

7.   Tħejjija u preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà

82.

Dan il-kapitolu jipprovdi rekwiżiti ġenerali li għandhom jiġu applikati meta titħejja u tiġi ppreżentata informazzjoni dwar is-sostenibbiltà.

7.1    Preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva

83.

L-impriża għandha tiddivulga informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu preċedenti għall-metriċi kwantitattivi u l-ammonti monetarji kollha divulgati fil-perjodu attwali. Meta jkun rilevanti għal fehim tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-perjodu attwali, l-impriża għandha tiddivulga wkoll informazzjoni komparattiva għal divulgazzjonijiet narrattivi.

84.

Meta l-impriża tirrapporta informazzjoni komparattiva li tkun differenti mill-informazzjoni rrapportata fil-perjodu preċedenti, hija għandha tiddivulga:

(a)

id-differenza bejn iċ-ċifra rrappurtata fil-perjodu preċedenti u ċ-ċifra komparattiva riveduta; u

(b)

ir-raġunijiet għar-reviżjoni taċ-ċifra.

85.

Kultant ma jkunx prattikabbli li tiġi aġġustata l-informazzjoni komparattiva għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar sabiex tinkiseb komparabilità mal-perjodu kurrenti. Pereżempju, id-data jaf ma nġabritx fil-perjodu/i preċedenti b’mod li jippermetti jew l-applikazzjoni retrospettiva ta’ definizzjoni ġdida ta’ metrika jew ta’ mira, jew ridikjarazzjoni retrospettiva sabiex jiġi kkoreġut errur tal-perjodu preċedenti, u jista’ ma jkunx prattikabbli li terġa’ tinħoloq l-informazzjoni (ara l-ESRS 2 BP-2). Meta ma jkunx prattikabbli li tiġi aġġustata l-informazzjoni komparattiva għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar, l-impriża għandha tiddivulga dan il-fatt.

86.

Meta ESRS jirrikjedi li l-impriża tippreżenta aktar minn perjodu komparattiv wieħed għal punt metriku jew tad-data, għandhom jipprevalu r-rekwiżiti ta’ dak l-ESRS.

7.2    Sorsi ta’ stima u ta’ inċertezza tal-eżitu

87.

Meta l-metriċi kwantitattivi u l-ammonti monetarji, inkluża l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream (ara l-Kapitolu 5 ta’ dan l-Istandard), ma tkunx tista’ titkejjel direttament u tkun tista’ tiġi stmata biss, tista’ tinħoloq inċertezza tal-kejl.

88.

Impriża għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti jifhmu l-aktar inċertezzi sinifikanti li jaffettwaw il-metriċi kwantitattivi u l-ammonti monetarji rrapportati fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

89.

L-użu ta’ suppożizzjonijiet u ta’ stimi raġonevoli, inklużi analiżi tax-xenarju jew tas-sensittività, huwa parti essenzjali mit-tħejjija ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà u ma jimminax l-utilità ta’ dik l-informazzjoni, dment li s-suppożizzjonijiet u l-istimi jiġu deskritti u spjegati b’mod akkurat. Anke livell għoli ta’ inċertezza tal-kejl mhux neċessarjament jipprevjeni tali suppożizzjoni jew stima milli tipprovdi informazzjoni utli jew milli tissodisfa l-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara l-Appendiċi C ta’ dan l-Istandard).

90.

Id-data u s-suppożizzjonijiet użati fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandhom ikunu konsistenti sa fejn ikun possibbli mad-data finanzjarja korrispondenti u s-suppożizzjonijiet użati fir-rapporti finanzjarji tal-impriża.

91.

Uħud mill-ESRS jeħtieġu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni bħal spjegazzjonijiet dwar eventi futuri possibbli li għandhom eżiti inċerti. Meta jiġi vvalutat jekk l-informazzjoni dwar tali eventi futuri possibbli tkunx materjali, l-impriża għandha tirreferi għall-kriterji fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Istandard u tikkunsidra:

(a)

l-effetti finanzjarji potenzjali tal-avvenimenti (l-eżitu possibbli);

(b)

is-severità u l-probabbiltà tal-impatti fuq in-nies jew fuq l-ambjent li jirriżultaw mill-avvenimenti possibbli, filwaqt li jitqiesu l-fatturi tas-severità speċifikati fil-paragrafu 45; u

(c)

il-firxa sħiħa tal-eżiti possibbli u l-probabbiltà tal-eżiti possibbli fi ħdan dik il-firxa.

92.

Meta tivvaluta l-eżiti possibbli, l-impriża għandha tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluża informazzjoni dwar eżiti ta’ probabbiltà baxxa u ta’ impatt għoli, li, meta jiġu aggregati flimkien, jistgħu jsiru materjali. Pereżempju, l-impriża tista’ tkun skoperta għal diversi impatti jew riskji, li kull wieħed minnhom jista’ jikkawża l-istess tip ta’ tfixkil; bħal tfixkil fil-katina tal-provvista tal-impriża. L-informazzjoni dwar sors individwali ta’ riskju tista’ ma tkunx materjali jekk ikun improbabbli ħafna li jseħħ tfixkil minn dak is-sors. Madankollu, l-informazzjoni dwar ir-riskju aggregat ta’ tfixkil fil-katina tal-provvista mis-sorsi kollha tista’ tkun materjali (ara ESRS 2 BP-2).

7.3    Aġġornament tad-divulgazzjonijiet dwar l-eventi wara t-tmiem tal-perjodu tar-rapportar

93.

F’xi każijiet, l-impriża tista’ tirċievi informazzjoni wara l-perjodu tar-rapportar iżda qabel ma r-rapport dwar il-ġestjoni jiġi approvat għall-ħruġ. Jekk tali informazzjoni tipprovdi evidenza jew għarfien dwar il-kundizzjonijiet eżistenti fi tmiem il-perjodu, l-impriża għandha, meta jkun xieraq, taġġorna l-istimi u d-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà, fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida.

94.

Meta tali informazzjoni tipprovdi evidenza jew għarfien dwar tranżazzjonijiet materjali, avvenimenti u kundizzjonijiet oħra li jirriżultaw wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, l-impriża għandha, fejn xieraq, tipprovdi informazzjoni narrattiva li tindika l-eżistenza, in-natura u l-konsegwenzi potenzjali ta’ dawn l-avvenimenti ta’ wara s-sena.

7.4    Bidliet fit-tħejjija jew fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà

95.

Id-definizzjoni u l-kalkolu tal-metriċi, inklużi l-metriċi użati sabiex jiġu stabbiliti l-miri u jiġi mmonitorjat il-progress lejhom, għandhom ikunu konsistenti maż-żmien. L-impriża għandha tipprovdi ċifri komparattivi ddikjarati mill-ġdid, sakemm ma jkunx imprattikabbli li tagħmel dan (ara ESRS 2 BP-2), meta tkun:

(a)

iddefiniet mill-ġdid jew issostitwiet metrika jew mira;

(b)

identifikat informazzjoni ġdida b’rabta maċ-ċifri stmati divulgati fil-perjodu preċedenti u l-informazzjoni l-ġdida tipprovdi evidenza taċ-ċirkostanzi li kienu jeżistu f’dak il-perjodu.

7.5    Rapportar ta’ erruri tal-perjodi preċedenti

96.

L-impriża għandha tikkoreġi erruri materjali tal-perjodi preċedenti billi tiddikjara mill-ġdid l-ammonti komparattivi għall-perjodu/i preċedenti ddivulgat(i), sakemm ma jkunx imprattikabbli li jsir dan. Dan ir-rekwiżit ma jestendix għall-perjodi ta’ rapportar qabel l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-ESRS mill-impriża.

97.

L-erruri tal-perjodi preċedenti huma ommissjonijiet minn dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-impriża għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar, u dikjarazzjonijiet skorretti fihom. Tali erruri jirriżultaw minn nuqqas ta’ użu jew minn użu ħażin ta’ informazzjoni affidabbli li:

(a)

kienet disponibbli meta r-rapport dwar il-ġestjoni li jinkludi d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà għal dawk il-perjodi kien awtorizzat għall-ħruġ; u

(b)

tista’ tkun raġonevolment mistennija li tkun inkisbet u kkunsidrata fit-tħejjija tad-divulgazzjonijiet ta’ sostenibbiltà inklużi f’dawn ir-rapporti.

98.

Tali erruri jinkludu: l-effetti ta’ żbalji matematiċi, ta’ żbalji fl-applikazzjoni tad-definizzjonijiet għall-metriċi jew għall-miri, ta’ żvisti jew ta’ interpretazzjonijiet ħżiena ta’ fatti, u ta’ frodi.

99.

L-erruri potenzjali fil-perjodu kurrenti skopert if’dak il-perjodu jiġu kkoreġuti qabel ma r-rapport dwar il-ġestjoni jiġi awtorizzat għall-ħruġ. Madankollu, l-erruri materjali xi drabi jiġu skoperti biss f’perjodu sussegwenti.

100.

Meta ma jkunx prattikabbli li jiġi ddeterminat l-effett ta’ errur fuq il-perjodi preċedenti kollha ppreżentati, l-impriża għandha tiddikjara mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva sabiex tikkoreġi l-iżball mill-aktar data bikrija prattikabbli. Meta tikkoreġi d-divulgazzjonijiet għal perjodu preċedenti, l-impriża ma għandhiex tuża l-esperjenza miksuba wara billi tagħmel suppożizzjonijiet dwar x’kienu jkunu l-intenzjonijiet tal-maniġment f’perjodu preċedenti jew billi tistma l-ammonti ddivulgati f’perjodu preċedenti. Dan ir-rekwiżit japplika għall-korrezzjoni tad-divulgazzjonijiet kemm li jħarsu lura kif ukoll li jħarsu ’l quddiem.

101.

Il-korrezzjonijiet ta’ erruri huma differenti minn bidliet fl-istimi. L-istimi jista’ jkollhom bżonn jiġu riveduti hekk kif issir magħrufa informazzjoni addizzjonali (ara ESRS 2 BP-2).

7.6    Rapportar konsolidat u eżenzjoni sussidjarja

102.

Meta l-impriża tkun qiegħda tirrapporta f’livell konsolidat, l-impriża għandha twettaq il-valutazzjoni tagħha tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali għall-grupp konsolidat kollu, irrispettivament mill-istruttura ġuridika tal-grupp tagħha. Għandha tiżgura li s-sussidjarji kollha jkunu koperti b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni imparzjali tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali. Il-kriterji u l-limiti għall-valutazzjoni ta’ impatt, ta’ riskju jew ta’ opportunità bħala materjal għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-kapitolu 3 ta’ dan l-Istandard.

103.

Meta l-impriża tidentifika differenzi sinifikanti bejn l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet materjali fil-livell tal-grupp u l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet materjali ta’ waħda jew aktar mis-sussidjarji tagħha, l-impriża għandha tipprovdi deskrizzjoni adegwata tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet, kif xieraq, tas-sussidjarja jew tas-sussidjarji kkonċernati.

104.

Meta tivvaluta jekk id-differenzi bejn l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet materjali fil-livell tal-grupp u l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet materjali ta’ waħda jew aktar mis-sussidjarji tagħha jkunux sinifikanti, l-impriża tista’ tikkunsidra ċirkostanzi differenti, bħal jekk is-sussidjarja jew is-sussidjarji joperawx f’settur differenti mill-bqija tal-grupp jew fiċ-ċirkostanzi riflessi fit-taqsima 3.7 Livell ta’ diżaggregazzjoni.

7.7    Informazzjoni klassifikata u sensittiva, u informazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali, l-għarfien espert jew ir-riżultati tal-innovazzjoni

105.

L-impriża mhijiex meħtieġa tiżvela informazzjoni klassifikata jew informazzjoni sensittiva, anki jekk tali informazzjoni titqies materjali.

106.

Meta tiddivulga informazzjoni dwar l-istrateġija, il-pjanijiet u l-azzjonijiet tagħha, meta parti speċifika ta’ informazzjoni li tikkorrispondi għall-proprjetà intellettwali, għall-għarfien espert jew għar-riżultati tal-innovazzjoni tkun rilevanti sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni, l-impriża tista’ madankollu tħalli barra dik il-biċċa informazzjoni speċifika jekk:

(a)

tkun sigrieta fis-sens li ma tkunx, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni u fl-assemblaġġ preċiżi tal-komponenti tagħha, magħrufa b’mod ġenerali jew aċċessibbli b’mod faċli għal persuni fi ċrieki li ġeneralment jittrattaw dan it-tip ta’ informazzjoni inkwistjoni;

(b)

ikollha valur kummerċjali minħabba li tkun sigrieta; u

(c)

kienet soġġetta għal passi raġonevoli mill-impriża sabiex tinżamm sigrieta.

107.

Jekk l-impriża tħalli barra informazzjoni klassifikata jew informazzjoni sensittiva, jew biċċa informazzjoni speċifika li tikkorrispondi għall-proprjetà intellettwali, l-għarfien jew ir-riżultati tal-innovazzjoni minħabba li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu preċedenti, hija għandha tikkonforma mar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni inkwistjoni billi tiżvela l-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa.

108.

L-impriża għandha tagħmel kull sforz raġonevoli biex tiżgura li lil hinn mill-ommissjoni tal-informazzjoni klassifikata jew informazzjoni sensittiva, jew tal-biċċa informazzjoni speċifika li tikkorrispondi għall-proprjetà intellettwali, l-għarfien jew ir-riżultati tal-innovazzjoni, ir-rilevanza ġenerali tad-divulgazzjoni inkwistjoni ma tiġix imfixkla.

7.8    Rapportar dwar l-opportunitajiet

109.

Meta jsir rapportar dwar l-opportunitajiet, id-divulgazzjoni għandha tikkonsisti f’informazzjoni deskrittiva li tippermetti lill-qarrej jifhem l-opportunità għall-impriża jew għas-settur kollu. Meta tirrapporta dwar l-opportunitajiet, l-impriża għandha tikkunsidra l-materjalità tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata. F’dan il-kuntest, hija għandha tikkunsidra, fost fatturi oħrajn:

(a)

jekk l-opportunità bħalissa tkun qiegħda tiġi segwita u tkunx inkorporata fl-istrateġija ġenerali tagħha, għall-kuntrarju ta’ opportunità ġenerali għall-impriża jew għas-settur; u

(b)

jekk l-inklużjoni ta’ kejl kwantitattiv tal-effetti finanzjarji antiċipati tkunx xierqa, filwaqt li jitqies in-numru ta’ suppożizzjonijiet li tista’ tkun teħtieġ u l-inċertezza konsegwenzjali.

8.   Struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà

110.

Dan il-kapitolu jipprovdi l-bażi għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà mħejjija f’konformità mal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE (jiġifieri d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà) fir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża. Tali informazzjoni hija ppreżentata f’taqsima apposta tar-rapport dwar il-ġestjoni identifikat bħala d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà. L-Appendiċi F Eżempju tal-istruttura tad-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà tal-ESRS ta’ dan l-Istandard jipprovdi eżempju illustrattiv ta’ dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà strutturata skont ir-rekwiżiti ta’ dan il-kapitolu.

8.1    Rekwiżit ġenerali ta’ preżentazzjoni

111.

L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandha tiġi ppreżentata:

(a)

b’mod li jippermetti distinzjoni bejn l-informazzjoni meħtieġa mid-divulgazzjonijiet fl-ESRS u informazzjoni oħra inkluża fir-rapport ta’ ġestjoni; u

(b)

taħt struttura li tiffaċilita l-aċċess għad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-fehim tagħha, f’format li jinqara mill-bniedem u li jinqara mill-magni.

8.2    Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà

112.

Ħlief għall-possibbiltà li tiġi inkorporata informazzjoni b’referenza f’konformità mat-Taqsima 9.1 tal-Inkorporazzjoni b’referenza għal dan l-Istandard, l-impriża għandha tirrapporta d-divulgazzjonijiet applikabbli kollha meħtieġa mill-ESRS f’konformità mal-Kapitolu 1 ta’ dan l-Istandard, f’taqsima ddedikata tar-rapport maniġerjali.

113.

L-impriża għandha tinkludi fid-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà tagħha d-divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u skont ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni li jispeċifikaw il-kontenut u modalitajiet oħra ta’ dawk id-divulgazzjonijiet. L-impriża għandha tiżgura li dawn id-divulgazzjonijiet ikunu identifikabbli separatament fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Id-divulgazzjonijiet relatati ma’ kull wieħed mill-objettivi ambjentali definiti fir-Regolament dwar it-Tassonomija għandhom jiġu ppreżentati flimkien f’parti identifikabbli b’mod ċar tat-taqsima ambjentali tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Dawn id-divulgazzjonijiet mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-ESRS, bl-eċċezzjoni ta’ dan il-paragrafu u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 115 ta’ dan l-istandard.

114.

Meta l-impriża tinkludi fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha divulgazzjonijiet addizzjonali li jirriżultaw minn (i) leġiżlazzjoni oħra li tirrikjedi li l-impriża tiddivulga informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, jew (ii) standards u oqfsa tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ġeneralment aċċettati, inklużi gwida mhux obbligatorja u gwida speċifika għas-settur, ippubblikati minn korpi oħra li jistabbilixxu l-istandards (bħal materjal tekniku maħruġ mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tas-Sostenibbiltà jew l-Inizjattiva Globali ta’ Rapportar), tali divulgazzjonijiet għandhom:

(a)

ikunu identifikati b’mod ċar b’referenza xierqa għal-leġiżlazzjoni, l-istandard jew il-qafas relatat (ara ESRS 2 BP-2, il-paragrafu 15);

(b)

jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni speċifikati fil-Kapitolu 2 u fl-Appendiċi B ta’ dan l-istandard.

115.

L-impriża għandha tistruttura d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha f’erba’ partijiet, fl-ordni li ġejja: informazzjoni ġenerali, informazzjoni ambjentali (inkluż divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852), informazzjoni soċjali u informazzjoni dwar il-governanza. Filwaqt li tirrispetta d-dispożizzjoni fit-Taqsima 3.6 Impatti materjali jew riskji li jirriżultaw minn azzjonijiet biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà ta’ dan l-Istandard, meta l-informazzjoni pprovduta f’parti waħda jkun fiha informazzjoni li trid tiġi rrapportata f’parti oħra, l-impriża tista’ tirreferi f’parti waħda għall-informazzjoni ppreżentata f’parti oħra, u b’hekk tevita d-duplikazzjonijiet. L-impriża tista’ tapplika l-istruttura dettaljata murija fl-Appendiċi F ta’ dan l-Istandard.

116.

Id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS speċifiċi għas-settur għandhom jiġu raggruppati skont il-qasam tar-rapportar u, fejn applikabbli, skont is-suġġett tas-sostenibbiltà. Dawn għandhom jiġu ppreżentati flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 u l-ESRS topiku korrispondenti.

117.

Meta l-impriża tiżviluppa divulgazzjonijiet materjali speċifiċi għall-entità f’konformità mal-paragrafu 11, hija għandha tirrapporta dawk id-divulgazzjonijiet flimkien mad-divulgazzjonijiet agnostiċi għas-settur u speċifiċi għas-settur l-aktar rilevanti.

9.   Rabtiet ma’ partijiet oħrajn ta’ rapportar korporattiv u informazzjoni konnessa

118.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni li tippermetti lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha jifhmu l-konnessjonijiet bejn biċċiet differenti ta’ informazzjoni fid-dikjarazzjoni, u l-konnessjonijiet bejn l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u informazzjoni oħra li l-impriża tiddivulga f’partijiet oħra tar-rapportar korporattiv tagħha.

9.1    inkorporazzjoni b’referenza

119.

Dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 120, l-informazzjoni preskritta minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ta’ ESRS, inkluż punt tad-data speċifiku preskritt minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni, tista’ tiġi inkorporata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà b’referenza għal:

(a)

taqsima oħra tar-rapport dwar il-ġestjoni;

(b)

dikjarazzjonijiet finanzjarji;

(c)

id-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva (jekk ma tkunx parti mir-rapport ta’ ġestjoni);

(d)

ir-rapport ta’ remunerazzjoni meħtieġ mid-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(e)

id-dokument tar-reġistrazzjoni universali, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/1129 (10); u

(f)

divulgazzjonijiet pubbliċi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (divulgazzjonijiet tal-Pilastru 3) (11). Jekk l-impriża tinkorpora b’referenza informazzjoni minn divulgazzjonijiet tal-Pilastru 3, hija għandha tiżgura li l-informazzjoni taqbel mal-ambitu tal-konsolidazzjoni użata għad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà billi tikkomplementa l-informazzjoni inkorporata b’elementi addizzjonali kif meħtieġ.

120.

L-impriża tista’ tinkorpora informazzjoni b’referenza għad-dokumenti jew għal parti mid-dokumenti elenkati fil-paragrafu 119, dment li d-divulgazzjonijiet inkorporati b’referenza:

(a)

jikkostitwixxu element separat ta’ informazzjoni u huma identifikati b’mod ċar fid-dokument ikkonċernat bħala li jindirizzaw ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni rilevanti, jew il-punt tad-data speċifiku rilevanti preskritt minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni;

(b)

jiġu ppubblikati qabel jew fl-istess ħin bħar-rapport ta’ ġestjoni;

(c)

ikunu bl-istess lingwaġġ bħad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà;

(d)

ikunu soġġetti għal mill-inqas l-istess livell ta’ assigurazzjoni bħad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà; u

(e)

jissodisfaw l-istess rekwiżiti tekniċi ta’ diġitalizzazzjoni bħad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà.

121.

Dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 120 jiġu ssodisfati, l-informazzjoni prestabbilita minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ta’ ESRS inkluż punt ta’ data speċifiku prestabbilit minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni tista’ tiġi inkorporata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà b’referenza għar-rapport tal-impriża mħejji skont ir-Regolament (UE) Nru 1221/2009 dwar l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) (12). F’dan il-każ, l-impriża għandha tiżgura li l-informazzjoni inkorporata b’referenza tiġi prodotta bl-użu tal-istess bażi għat-tħejjija tal-informazzjoni tal-ESRS, inklużi l-ambitu tal-konsolidazzjoni u t-trattament tal-informazzjoni dwar il-katina tal-valur.

122.

Fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha bl-użu tal-inkorporazzjoni b’referenza, l-impriża għandha tikkunsidra l-koeżività ġenerali tal-informazzjoni rrapportata u tiżgura li l-inkorporazzjoni b’referenza ma tfixkilx il-leġġibbiltà tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà. Appendiċi G Eżempju ta’ inkorporazzjoni b’referenza ta’ dan l-Istandard huwa eżempju illustrattiv ta’ inkorporazzjoni b’referenza (Ara ESRS 2 BP-2).

9.2    informazzjoni konnessa u konnettività mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji

123.

L-impriża għandha tiddeskrivi r-relazzjonijiet bejn biċċiet differenti ta’ informazzjoni. Dan jista’ jirrikjedi l-konnessjoni ta’ informazzjoni narrattiva dwar il-governanza, l-istrateġija u l-ġestjoni tar-riskju ma’ metriċi u ma’ miri relatati. Pereżempju, meta tipprovdi informazzjoni konnessa, l-impriża jista’ jkollha bżonn tispjega l-effett jew l-effett probabbli tal-istrateġija tagħha fuq ir-rapporti finanzjarji jew il-pjanijiet finanzjarji tagħha, jew tispjega kif l-istrateġija tagħha hija relatata ma’ metriċi u miri użati biex jitkejjel il-progress imqabbel mal-prestazzjoni. Barra minn hekk, l-impriża jista’ jkollha bżonn tispjega kif l-użu tagħha tar-riżorsi naturali u l-bidliet fil-katina tal-provvista tagħha jistgħu jamplifikaw, ibiddlu jew inaqqsu l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha. Jista’ jkollha bżonn torbot din l-informazzjoni mal-informazzjoni dwar l-effetti finanzjarji attwali jew antiċipati fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, mar-rispons strateġiku tagħha biex ittaffi tali impatti jew riskji, u mal-investiment relatat tagħha f’assi ġodda. L-impriża jista’ jkollha bżonn ukoll torbot l-informazzjoni narrattiva mal-metriċi u l-miri relatati u mal-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji. L-informazzjoni li tiddeskrivi l-konnessjonijiet għandha tkun ċara u konċiża.

124.

Meta d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tinkludi ammonti monetarji jew punti ta’ data kwantitattivi oħra li jaqbżu livell limitu ta’ materjalità u li huma ppreżentati fir-rapporti finanzjarji (konnettività diretta bejn l-informazzjoni divulgata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-informazzjoni divulgata fir-rapporti finanzjarji), l-impriża għandha tinkludi referenza għall-paragrafu rilevanti tar-rapporti finanzjarji tagħha fejn tista’ tinstab l-informazzjoni korrispondenti.

125.

Id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tista’ tinkludi ammonti monetarji jew punti ta’ data kwantitattivi oħra li jaqbżu livell limitu ta’ materjalità u li huma jew aggregazzjoni ta’, jew parti minn, ammonti monetarji jew data kwantitattiva ppreżentata fir-rapporti finanzjarji tal-impriża (konnettività indiretta bejn l-informazzjoni divulgata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-informazzjoni divulgata fir-rapporti finanzjarji). Jekk dan ikun il-każ, l-impriża għandha tispjega kif dawn l-ammonti jew il-punti ta’ data fid-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà huma relatati mal-ammonti l-aktar rilevanti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji. Din id-divulgazzjoni għandha tinkludi referenza għall-entrata f’linja u/jew għall-paragrafi rilevanti tar-rapporti finanzjarji tagħha fejn tista’ tinstab l-informazzjoni korrispondenti. Fejn xieraq, tista’ tiġi pprovduta rikonċiljazzjoni, u dini tista’ tiġi ppreżentata f’forma ta’ tabella.

126.

Fil-każ ta’ informazzjoni mhux koperta mill-paragrafi 124 u 125, l-impriża għandha tispjega, abbażi ta’ livell limitu ta’ materjalità, il-konsistenza ta’ data sinifikanti, suppożizzjonijiet u informazzjoni kwalitattiva inkluża fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha mad-data, is-suppożizzjonijiet u l-informazzjoni kwalitattiva korrispondenti inklużi fir-rapporti finanzjarji. Dan jista’ jseħħ meta d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tinkludi:

(a)

ammonti monetarji jew data kwantitattiva oħra marbuta ma’ ammonti monetarji jew data kwantitattiva oħra ppreżentata fir-rapporti finanzjarji; jew

(b)

informazzjoni kwalitattiva marbuta ma’ informazzjoni kwalitattiva ppreżentata fir-rapporti finanzjarji.

127.

Il-konsistenza kif meħtieġa mill-paragrafu 126 għandha tkun fil-livell ta’ punt uniku ta’ data u għandha tinkludi referenza għall-entrata f’linja jew il-paragrafu tan-noti rilevanti tar-rapporti finanzjarji. Meta data, suppożizzjonijiet u informazzjoni kwalitattiva sinifikanti ma jkunux konsistenti, l-impriża għandha tiddikjara dak il-fatt u tispjega r-raġuni.

128.

Eżempji ta’ entrati li għalihom hija meħtieġa l-ispjegazzjoni fil-paragrafu 126, huma:

(a)

meta l-istess metrika tiġi ppreżentata mid-data tar-rapportar fir-rapporti finanzjarji u bħala previżjoni għall-perjodi futuri fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà; u

(b)

meta jintużaw projezzjonijiet makroekonomiċi jew kummerċjali sabiex jiġu żviluppati metriċi fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u jkunu rilevanti wkoll fl-istima tal-ammont rekuperabbli ta’ assi, tal-ammont ta’ obbligazzjonijiet jew ta’ provvedimenti fir-rapporti finanzjarji.

129.

L-ESRS topiċi u speċifiċi għas-setturi jistgħu jinkludu rekwiżiti sabiex jiġu inklużi rikonċiljazzjonijiet jew sabiex tintwera l-konsistenza tad-data u tas-suppożizzjonijiet għal Rekwiżiti speċifiċi ta’ Divulgazzjoni. F’każijiet bħal dawn, ir-rekwiżiti f’dawk l-ESRS għandhom jipprevalu.

10   Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

10.1    Dispożizzjoni tranżizzjonali relatata ma’ divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet

130.

Il-punt sa fejn il-kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà huma koperti mill-ESRS huwa mistenni li jevolvi hekk kif jiġu żviluppati aktar Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni. Għalhekk, il-ħtieġa għal divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet x’aktarx li tonqos maż-żmien, b’mod partikolari bħala riżultat tal-adozzjoni futura ta’ standards speċifiċi għas-settur.

131.

Meta tiddefinixxi d-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet tagħha, l-impriża tista’ tadotta miżuri tranżizzjonali għat-tħejjija tagħhom fl-ewwel tliet dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà annwali li taħthom hija tista’, bħala prijorità:

(a)

tintroduċi fir-rapportar tagħha dawk id-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet li hija rrapportat f’perjodi preċedenti, jekk dawn id-divulgazzjonijiet jissodisfaw jew ikunu adattati sabiex jissodisfaw il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni msemmijin fil-kapitolu 2 ta’ dan l-Istandard; u

(b)

tikkomplementa d-divulgazzjonijiet tagħha mħejjija abbażi tal-ESRS topiċi b’sett xieraq ta’ divulgazzjonijiet addizzjonali biex tkopri kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà li huma materjali għall-impriża fis-settur(i) tagħha, bl-użu tal-aħjar prattika disponibbli u/jew oqfsa jew standards tar-rapportar disponibbli, bħall-materjal speċifiku għas-settur tal-IFRS u l-Istandards tas-Settur tal-GRI.

10.2    Dispożizzjoni tranżizzjonali relatata mal-kapitolu 5 Katina tal-valur

132.

Għall-ewwel 3 snin tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-impriża skont l-ESRS, f’każ li ma tkunx disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, l-impriża għandha tispjega l-isforzi li jkunu saru biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, ir-raġunijiet għaliex ma tkunx tista’ tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa, u l-pjanijiet tagħha li tikseb l-informazzjoni meħtieġa fil-futur.

133.

Għall-ewwel 3 snin tar-rapportar tagħha dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS, sabiex jitqiesu d-diffikultajiet li l-impriżi jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-ġbir ta’ informazzjoni mingħand l-atturi tul il-katina tal-valur tagħhom u sabiex jiġi limitat il-piż għall-SMEs fil-katina tal-valur:

(a)

meta tiddivulga informazzjoni dwar il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri f’konformità mal-ESRS2 u ESRS oħra, l-impriża tista’ tillimita l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream għall-informazzjoni disponibbli internament, bħal data diġà disponibbli għall-impriża u informazzjoni disponibbli għall-pubbliku; u

(b)

meta tiddivulga l-metrika, l-impriża mhijiex meħtieġa tinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream, ħlief għall-punti tad-data derivati minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE, kif elenkat fl-Appendiċi B tal-ESRS 2.

134.

Il-paragrafi 132 u 133 japplikaw irrispettivament minn jekk l-attur rilevanti fil-katina tal-valur huwiex SME jew le.

135.

Mir-raba’ sena tar-rapportar tagħha skont l-ESRS, l-impriża għandha tinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u/jew downstream skont il-paragrafu 63. F’dan il-kuntest, l-informazzjoni meħtieġa mill-ESRS li għandha tinkiseb mill-impriżi tal-SMEs fil-katina tal-valur upstream u/jew downstream tal-impriża mhux se taqbeż il-kontenut tal-ESRS futur għall-SMEs elenkati.

10.3    Dispożizzjoni tranżitorja relatata mat-taqsima 7.1 Preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva

136.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni għall-ewwel darba ta’ dan l-Istandard, l-impriża mhijiex meħtieġa tiddivulga l-informazzjoni komparattiva meħtieġa mit-taqsima 7.1 Preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva fl-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS. Għar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni elenkati fl-Appendiċi C tal-Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni introdotti gradwalment, din id-dispożizzjoni tranżizzjonali tapplika b’referenza għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni obbligatorja tar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni introdott gradwalment.

10.4    Dispożizzjoni tranżitorja: Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li jiddaħħlu gradwalment

137.

Appendiċi C Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni introdotti f’dan l-Istandard tistabbilixxi dispożizzjonijiet ta’ introduzzjoni gradwali għar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni jew punti ta’ data tar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS li jistgħu jitħallew barra jew li mhumiex applikabbli fl-ewwel sena/snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 1 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.

Divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet

AR 1.

Id-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entità għandhom jippermettu lill-utenti jifhmu l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, soċjali jew ta’ governanza.

AR 2.

Meta tiżviluppa divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entità, l-impriża għandha tiżgura li:

(a)

id-divulgazzjonijiet jissodisfaw il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni kif stabbiliti fil-Kapitolu 2 Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni; u

(b)

id-divulgazzjonijiet tagħha jinkludu, fejn applikabbli, l-informazzjoni materjali kollha relatata mal-oqsma ta’ rapportar ta’ governanza; l-istrateġija; Il-ġestjoni tal-impatt, tar-riskju u tal-opportunità; u metriċi u miri (ara l-Kapitoli 2 sa 5 tal-ESRS 2).

AR 3.

Meta tiġi ddeterminata l-utilità tal-metriċi għall-inklużjoni fid-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet tagħha, l-impriża għandha tikkunsidra jekk:

(a)

il-metriċi tal-prestazzjoni magħżulin minnha jipprovdux għarfien dwar:

i.

kemm huma effettivi l-prattiki tagħha fit-tnaqqis tal-eżiti negattivi u/jew fiż-żieda tal-eżiti pożittivi għan-nies u għall-ambjent (għall-impatti); u/jew

ii.

il-probabbiltà li l-prattiki tagħha jirriżultaw f’effetti finanzjarji fuq l-impriża (għal riskji u għal opportunitajiet);

(b)

ir-riżultati mkejla huma affidabbli biżżejjed, li jfisser li ma jinvolvux għadd eċċessiv ta’ suppożizzjonijiet u elementi mhux magħrufa li jagħmlu l-metrika wisq arbitrarja biex tipprovdi rappreżentazzjoni leali; u

(c)

hija pprovdietx biżżejjed informazzjoni kuntestwali sabiex jiġu interpratati b’mod xieraq il-metriċi tal-prestazzjoni, u jekk il-varjazzjonijiet fit-tali informazzjoni kuntestwali jistgħux jaffettwaw il-komparabilità tal-metriċi maż-żmien.

AR 4.

Meta tiżviluppa d-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet tagħha, l-impriża għandha tikkunsidra bir-reqqa:

(a)

il-komparabilità bejn l-impriżi, filwaqt li tibqa’ tiġi żgurata r-rilevanza tal-informazzjoni pprovduta, filwaqt li jiġi rrikonoxxut li l-komparabilità tista’ tkun limitata għal divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet. L-impriża għandha tikkunsidra jekk l-oqfsa, l-inizjattivi, l-istandards ta’ rapportar u l-parametri referenzjarji disponibbli u rilevanti (bħall-materjal tekniku maħruġ mill-Bord Internazzjonali tal-Istandards dwar is-Sostenibbiltà jew l-Inizjattiva Globali ta’ Rapportar) jipprovdux elementi li jistgħu jappoġġaw il-komparabilità sal-punt massimu possibbli; u

(b)

il-komparabbiltà matul iż-żmien: il-konsistenza tal-metodoloġiji u tad-divulgazzjonijiet hija fattur ewlieni biex tinkiseb il-komparabbiltà maż-żmien.

AR 5.

Tista’ tinstab gwida ulterjuri għall-iżvilupp ta’ divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet billi tiġi kkunsidrata l-informazzjoni meħtieġa skont l-ESRS topiku li jindirizza kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà simili.

Materjalità doppja

Il-partijiet ikkonċernati u r-rilevanza tagħhom għall-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità

AR 6.

Minbarra l-kategoriji tal-partijiet ikkonċernati elenkati fil-paragrafu 22, il-kategoriji komuni tal-partijiet ikkonċernati huma: impjegati u ħaddiema oħra, fornituri, konsumaturi, klijenti, utenti finali, komunitajiet lokali u persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, u awtoritajiet pubbliċi, inklużi regolaturi, superviżuri u banek ċentrali.

AR 7.

In-natura tista’ titqies bħala parti kkonċernata siekta. F’dan il-każ, id-data ekoloġika u d-data dwar il-konservazzjoni tal-ispeċijiet jistgħu jappoġġaw il-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża.

AR 8.

Il-valutazzjoni tal-materjalità tiġi informata mid-djalogu mal-partijiet ikkonċernati affettwati. L-impriża tista’ tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati affettwati jew lir-rappreżentanti tagħhom (bħall-impjegati jew it-trade unions), flimkien mal-utenti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u ma’ esperti oħrajn, sabiex jipprovdu kontributi jew feedback dwar il-konklużjonijiet tagħha rigward l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha.

Valutazzjoni tal-materjalità tal-impatt

AR 9.

Meta tivvaluta l-materjalità tal-impatt u tiddetermina l-kwistjonijiet materjali li għandhom jiġu rrapportati, l-impriża għandha tikkunsidra t-tliet passi li ġejjin:

(a)

fehim tal-kuntest fir-rigward tal-impatti tagħha inklużi l-attivitajiet, ir-relazzjonijiet kummerċjali, u l-partijiet ikkonċernati tagħha;

(b)

l-identifikazzjoni tal-impatti reali u potenzjali (kemm negattivi kif ukoll pożittivi), inkluż permezz tal-involviment mal-partijiet ikkonċernati u l-esperti. F’dan il-pass, l-impriża tista’ tiddependi fuq riċerka xjentifika u analitika dwar l-impatti fuq kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà;

(c)

valutazzjoni tal-materjalità tal-impatti reali u potenzjali tagħha u d-determinazzjoni tal-kwistjonijiet materjali. F’dan il-pass, l-impriża għandha tadotta limiti sabiex tiddetermina liema mill-impatti jiġu koperti fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

Karatteristiċi tas-severità

AR 10.

Is-severità tiġi ddeterminata mill-fatturi li ġejjin:

(a)

skala: kemm huwa gravi l-impatt negattiv jew kemm huwa ta’ benefiċċju l-impatt pożittiv għan-nies jew għall-ambjent;

(b)

l-ambitu: kemm huma mifruxin l-impatti negattivi jew pożittivi. Fil-każ ta’ impatti ambjentali, l-ambitu jista’ jinftiehem bħala l-firxa tad-danni ambjentali jew ta’ perimetru ġeografiku. Fil-każ ta’ impatti fuq in-nies, l-ambitu jista’ jinftiehem bħala n-numru ta’ persuni affettwati b’mod negattiv; u

(c)

karattru irrimedjabbli: jekk u sa liema punt l-impatti negattivi jistgħu jiġu rrimedjati, jiġifieri r-restawr tal-ambjent jew tal-persuni affettwati għall-istat preċedenti tagħhom.

AR 11.

Kwalunkwe waħda mit-tliet karatteristiċi (l-iskala, l-ambitu, u l-karattru irrimedjabbli) tista’ tħalli impatt negattiv sever. Fil-każ ta’ impatt negattiv potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, is-severità tal-impatt tieħu preċedenza fuq il-probabbiltà tiegħu.

Impatti marbuta mal-impriża

AR 12.

Bħala illustrazzjoni:

(a)

jekk l-impriża tuża l-kobalt fil-prodotti tagħha li jiġi estratt bl-użu tat-tħaddim tat-tfal, l-impatt negattiv (jiġifieri t-tħaddim tat-tfal) ikun konness mal-prodotti tal-impriża permezz tal-livelli ta’ relazzjonijiet kummerċjali fil-katina tal-valur upstream tagħha. Dawn ir-relazzjonijiet jinkludu n-negozjant tal-funderija u tal-minerali u l-intrapriża tal-minjieri li tuża t-tħaddim tat-tfal; u

(b)

jekk l-impriża tipprovdi self finanzjarju lil intrapriża għal attivitajiet kummerċjali li, bi ksur tal-istandards miftehmin, jirriżultaw fil-kontaminazzjoni tal-ilma u tal-art tal-madwar tal-operazzjonijiet, dan l-impatt negattiv ikun konness mal-impriża permezz tar-relazzjoni tagħha mal-intrapriża li lilha tipprovdi s-self.

Valutazzjoni tal-materjalità finanzjarja

AR 13.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ kif l-impatti u d-dipendenzi huma sorsi ta’ riskji jew ta’ opportunitajiet:

(a)

meta l-mudell tan-negozju tal-impriża jiddependi fuq riżorsa naturali – pereżempju l-ilma – x’aktarx li jkun affettwat minn bidliet fil-kwalità, fid-disponibbiltà u fl-ipprezzar ta’ dik ir-riżorsa;

(b)

meta l-attivitajiet tal-impriża jirriżultaw f’impatti negattivi, eż., fuq il-komunitajiet lokali, l-attivitajiet jistgħu jsiru soġġetti għal regolamentazzjoni aktar stretta mill-gvern u/jew l-impatt jista’ jiskatta konsegwenzi ta’ natura reputazzjonali. Dawn jista’ jkollhom effetti negattivi fuq il-marka tal-impriża u jistgħu jinħolqu kostijiet ogħla ta’ reklutaġġ; u

(c)

meta s-sħab kummerċjali tal-impriża jiffaċċjaw riskji materjali relatati mas-sostenibbiltà, l-impriża tista’ tkun skoperta għal konsegwenzi relatati wkoll.

AR 14.

L-identifikazzjoni tar-riskji u l-opportunitajiet li jaffettwaw, jew li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jaffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, il-flussi tal-flus, l-aċċess għall-finanzjament jew il-kost tal-kapital fuq terminu qasir, medju jew twil tal-impriża hija l-punt tat-tluq għall-valutazzjoni tal-materjalità finanzjarja. F’dan il-kuntest, l-impriża għandha tikkunsidra:

(a)

l-eżistenza ta’ dipendenzi fuq riżorsi naturali u soċjali bħala sorsi ta’ effetti finanzjarji (ara l-paragrafu 50);

(b)

il-klassifikazzjoni tagħhom bħala sorsi ta’:

i.

riskji (li jikkontribwixxu għal devjazzjoni negattiva fl-influssi ta’ flus futuri mistennijin jew għal żieda fid-devjazzjoni fil-ħruġ ta’ flus mistenni fil-futur u/jew għal devjazzjoni negattiva minn bidla mistennija fil-kapitali mhux rikonoxxuta fir-rapporti finanzjarji); jew

ii.

opportunitajiet (li jikkontribwixxu għal devjazzjoni pożittiva fl-influssi ta’ flus futuri mistennijin jew għal tnaqqis fid-devjazzjoni fil-ħruġ ta’ flus fil-futur u/jew għal devjazzjoni pożittiva mill-bidla mistennija fil-kapitali mhux rikonoxxuta fir-rapporti finanzjarji).

AR 15.

Ladarba l-impriża tkun identifikat ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha, hija għandha tiddetermina liema minnhom ikunu materjali għar-rapportar. Dan għandu jkun ibbażat fuq taħlita ta’ dawn (i) il-probabbiltà ta’ okkorrenza u (ii) id-daqs potenzjali tal-effetti finanzjarji ddeterminat fuq il-bażi ta’ limiti xierqa. F’dan l-istadju, hija għandha tikkunsidra l-kontribut ta’ dawk ir-riskji u l-opportunitajiet għall-effetti finanzjarji fil-perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil fuq il-bażi ta’:

(a)

xenarji/previżjonijiet li jitqiesu li x’aktarx jimmaterjalizzaw; u

(b)

l-effetti finanzjarji potenzjali relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà li jirriżultaw jew minn sitwazzjonijiet b’limitu anqas minn livell ta’ “aktar probabbli milli le” jew minn assi/obbligazzjonijiet mhux riflessi, jew li għadhom ma humiex riflessi, fir-rapporti finanzjarji. Dan jinkludi:

i.

sitwazzjonijiet potenzjali li wara l-okkorrenza ta’ eventi futuri jistgħu jaffettwaw il-potenzjal tal-ġenerazzjoni tal-flussi tal-flus;

ii.

kapitali li ma humiex rikonoxxuti bħala assi minn perspettiva kontabilistika u ta’ rapportar finanzjarju iżda li għandhom influwenza sinifikanti fuq il-prestazzjoni finanzjarja, bħal kapitali naturali, intellettwali (organizzazzjonali), umani, soċjali u ta’ relazzjoni; u

iii.

eventi futuri possibbli li jista’ jkollhom influwenza fuq l-evoluzzjoni ta’ kapitali bħal dawn.

Kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-materjalità

AR 16.

Meta twettaq il-valutazzjoni tal-materjalità tagħha, l-impriża għandha tikkunsidra l-lista li ġejja ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà koperti fl-ESRS topiku. Meta, bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża (ara l-ESRS 2 IRO-1), kwistjoni ta’ sostenibbiltà partikolari f’din il-lista tiġi vvalutata bħala materjali, l-impriża għandha tirrapporta skont ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni korrispondenti tal-ESRS topiku rilevanti. L-użu ta’ din il-lista ma huwiex sostitut għall-proċess tad-determinazzjoni ta’ kwistjonijiet materjali. Din il-lista hija għodda li tappoġġa l-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża. L-impriża xorta trid tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħha stess meta tiddetermina l-kwistjonijiet materjali tagħha. L-impriża għandha, fejn meħtieġ, tiżviluppa wkoll divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entità dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali mhux koperti mill-ESRS kif deskritt fil-paragrafu 11 ta’ dan l-Istandard.

Tema

ESRS topiċi

Kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà koperti fl-ESRS topiċi

 

Tema

Sottosuġġett

Sottosottosuġġetti

ESRS E1

Tibdil fil-klima

Adattament għat-tibdil fil-klima

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Enerġija

 

ESRS E2

Tniġġis

Tniġġis tal-arja

Tniġġis tal-ilma

Tniġġis tal-ħamrija

Tniġġis tal-organiżmi ħajjin u tar-riżorsi tal-ikel

Sustanzi ta’ tħassib

Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna

Mikroplastiċi

 

ESRS E3

Ilma u riżorsi tal-baħar

Ilma

Riżorsi tal-baħar

Konsum tal-ilma

Estrazzjoni tal-ilma

Skariki tal-ilma

Skariki tal-ilma fl-oċeani

Estrazzjoni u użu ta’ riżorsi tal-baħar

ESRS E4

Bijodiversità u ekosistemi

Fatturi ewlenin tal-impatt diretti tat-telf tal-bijodiversità

Tibdil fil-Klima

Tibdil fl-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-ilma frisk u tibdil fl-użu tal-baħar

Sfruttament dirett

Speċijiet aljeni invażivi

Tniġġis

Oħrajn

Impatti fuq l-istat tal-ispeċijiet

Eżempji:

Daqs tal-popolazzjoni tal-ispeċijiet

Riskju ta’ estinzjoni globali tal-ispeċijiet

Impatti fuq il-firxa u fuq il-kundizzjoni tal-ekosistemi

Eżempji:

Degradazzjoni tal-art

Deżertifikazzjoni

Issiġillar tal-ħamrija

Impatti u dipendenzi fuq servizzi tal-ekosistema

 

ESRS E5

Ekonomija ċirkolari

Influssi mir-riżorsi, inkluż l-użu tar-riżorsi

Ħruġ tar-riżorsi b’rabta mal-prodotti u mas-servizzi

Skart

 

ESRS S1

Forza tax-xogħol proprja

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Impjieg sigur

Ħin tax-xogħol

Pagi adegwati

Djalogu soċjali

Il-libertà ta’ assoċjazzjoni, l-eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħol u d-drittijiet ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-ħaddiema

In-negozjar kollettiv, inkluża r-rata ta’ ħaddiema koperti minn ftehimiet kollettivi

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Saħħa u sikurezza

 

 

Trattament u opportunitajiet indaqs għal kulħadd

Ugwaljanza bejn il-ġeneri u paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali

Taħriġ u żvilupp tal-ħiliet

Impjieg u inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità

Miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol

Diversità

 

 

Drittijiet oħrajn relatati max-xogħol

Tħaddim tat-tfal

Xogħol furzat

Akkomodazzjoni adegwata

Privatezza

ESRS S2

Ħaddiema fil-katina tal-valur

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Impjieg sigur

Ħin tax-xogħol

Pagi adegwati

Djalogu soċjali

Il-libertà ta’ assoċjazzjoni, inkluża l-eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħol

Negozjar kollettiv

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Saħħa u sikurezza

 

 

Trattament u opportunitajiet indaqs għal kulħadd

Ugwaljanza bejn il-ġeneri u paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali

Taħriġ u żvilupp tal-ħiliet

L-impjieg u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità

Miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol

Diversità

 

 

Drittijiet oħrajn relatati max-xogħol

Tħaddim tat-tfal

Xogħol furzat

Akkomodazzjoni adegwata

Ilma u sanità

Privatezza

ESRS S3

Komunitajiet affettwati

Drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-komunitajiet

Akkomodazzjoni adegwata

Ikel adegwat

Ilma u sanità

Impatti relatati mal-art

Impatti relatati mas-sigurtà

 

 

Drittijiet ċivili u politiċi tal-komunitajiet

Libertà ta’ espressjoni

Libertà ta’ għaqda

Impatti fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

 

 

Drittijiet ta’ popli indiġeni

Kunsens liberu, minn qabel u infurmat

Awtodeterminazzjoni

Drittijiet kulturali

ESRS S4

Konsumaturi u utenti finali

Impatti relatati mal-informazzjoni għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali

Privatezza

Libertà ta’ espressjoni

Aċċess għal informazzjoni (ta’ kwalità)

 

 

Sikurezza personali tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali

Saħħa u sikurezza

Sigurtà ta’ persuna

Protezzjoni tat-tfal

 

 

Inklużjoni soċjali tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali

Nondiskriminazzjoni

Aċċess għal prodotti u servizzi

Responsabbli prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni

ESRS G1

Kondotta kummerċjali

Kultura korporattiva

Protezzjoni tal-informaturi

Trattament xieraq tal-annimali

Impenn politiku u attivitajiet ta’ lobbying

Ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-fornituri inklużi prattiki ta’ ħlas

 

 

 

Korruzzjoni u tixħim

Prevenzjoni u detezzjoni inkluż taħriġ

Inċidenti

Stima bl-użu ta’ medji u ta’ indikaturi tas-settur

AR 17.

Meta l-impriża ma tkunx tista’ tiġbor informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream kif meħtieġ mill-paragrafu 63 wara li tagħmel sforzi raġonevoli biex tagħmel dan, hija għandha tistma l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata billi tuża l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha li tkun disponibbli għall-impriża fid-data tar-rapportar mingħajr kost jew sforz żejjed. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, informazzjoni interna u esterna, bħal data minn sorsi indiretti, data medja settorjali, analiżijiet ta’ kampjuni, data dwar is-suq u l-gruppi ta’ pari, indikaturi oħra jew data bbażata fuq l-infiq.

Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà

AR 18.

Bħala eżempju għall-paragrafu 115 fit-taqsima 8.2 Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà ta’ dan l-Istandard, l-impriża li tkopri kwistjonijiet ambjentali u soċjali fl-istess politika tista’ tagħmel kontroreferenza. Dan ifisser li l-impriża tista’ tirrapporta dwar il-politika fid-divulgazzjonijiet ambjentali tagħha u tagħmel kontroreferenza għaliha mid-divulgazzjonijiet soċjali rilevanti jew viċi versa. Hija permessa preżentazzjoni konsolidata tal-politiki fis-suġġetti kollha.

Appendiċi B

Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 1 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard. Dan l-appendiċi jiddefinixxi l-karatteristiċi kwalitattivi li l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà mħejjija skont l-ESRS għandha tissodisfa.

Rilevanza

QC 1.

L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà hija rilevanti meta tista’ tagħmel differenza fid-deċiżjonijiet tal-utenti skont approċċ ta’ materjalità doppja (ara l-kapitolu 3 ta’ dan l-Istandard).

QC 2.

L-informazzjoni tista’ tagħmel differenza f’deċiżjoni anki jekk xi utenti jagħżlu li ma jiħdux vantaġġ minnha jew ikunu diġà konxji minnha minn sorsi oħrajn. L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tista’ tħalli impatt fuq id-deċiżjonijiet tal-utenti jekk ikollha valur ta’ previżjoni, valur ta’ konferma jew it-tnejn. L-informazzjoni jkollha valur ta’ previżjoni jekk tkun tista’ tintuża bħala input għall-proċessi użati mill-utenti sabiex jitbassru eżiti futuri. L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà ma għandhiex għalfejn tkun previżjoni jew tbassir sabiex ikollha valur ta’ previżjoni, iżda pjuttost ikollha valur ta’ previżjoni jekk tintuża mill-utenti sabiex jagħmlu l-previżjonijiet tagħhom stess.

QC 3.

L-informazzjoni jkollha valur konfermatorju jekk tipprovdi feedback dwar (tikkonferma jew tbiddel) evalwazzjonijiet preċedenti.

QC 4.

Il-materjalità hija aspett speċifiku għall-entitajiet ta’ rilevanza bbażat fuq in-natura jew fuq id-daqs, jew fuq it-tnejn, tal-entrati li magħhom tkun relatata l-informazzjoni, kif ivvalutata fil-kuntest tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-impriża (ara l-kapitolu 3 ta’ dan l-Istandard).

Rappreżentazzjoni leali

QC 5.

Sabiex tkun utli, l-informazzjoni ma tistax tirrappreżenta biss fenomeni rilevanti, iżda trid tirrappreżenta b’mod leali wkoll is-sustanza tal-fenomeni li hija għandha l-għan li tirrappreżenta. Rappreżentazzjoni leali teħtieġ li l-informazzjoni tkun (i) kompluta, (ii) newtrali u (iii) akkurata.

QC 6.

Rappreżentazzjoni sħiħa ta’ impatt, ta’ riskju jew ta’ opportunità tinkludi l-informazzjoni materjali kollha neċessarja għall-utenti sabiex jifhmu dak l-impatt, ir-riskju jew l-opportunità. Dan jinkludi kif l-impriża adattat l-istrateġija, il-ġestjoni tar-riskju u l-governanza tagħha bi tweġiba għal dak l-impatt, ir-riskju jew l-opportunità, kif ukoll il-metriċi identifikati sabiex jiġu stabbiliti l-miri u titkejjel il-prestazzjoni.

QC 7.

Rappreżentazzjoni newtrali hija mingħajr preġudizzju fl-għażla jew fid-divulgazzjoni tagħha tal-informazzjoni. L-informazzjoni tkun newtrali jekk ma tkunx oblika, ponderata, enfasizzata, deenfasizzata jew manipulata b’xi mod ieħor sabiex tagħmilha aktar probabbli li l-utenti jirċievu dik l-informazzjoni b’mod favorevoli jew mhux favorevoli. Għandha tkun bilanċjata, sabiex tkopri aspetti favorevoli/pożittivi u mhux favorevoli/negattivi. Kemm l-impatti materjali negattivi kif ukoll dawk pożittivi minn perspettiva ta’ materjalità tal-impatt kif ukoll ir-riskji u l-opportunitajiet materjali minn perspettiva ta’ materjalità finanzjarja għandhom jingħataw attenzjoni ugwali. Kwalunkwe informazzjoni ta’ sostenibbiltà aspirattiva, pereżempju miri jew pjanijiet, għandha tkopri kemm l-aspirazzjonijiet kif ukoll il-fatturi li jistgħu jipprevjenu lill-impriża milli tilħaq dawn l-aspirazzjonijiet sabiex ikollha rappreżentazzjoni newtrali.

QC 8.

In-newtralità hija appoġġata mill-eżerċizzju ta’ prudenza li huwa l-eżerċizzju ta’ kawtela meta jsiru sentenzi f’kundizzjonijiet ta’ inċertezza. L-informazzjoni ma għandhiex tiġi nnettjata jew ikkumpensata sabiex tkun newtrali. L-eżerċizzju ta’ prudenza jfisser li l-opportunitajiet ma jiġux iddikjarati żżejjed u r-riskji ma jiġux sottodikjarati. Bl-istess mod, l-eżerċitar tal-prudenza ma jippermettix is-sottodikjarazzjoni tal-opportunitajiet jew id-dikjarazzjoni eċċessiva tar-riskji. L-impriża tista’ tippreżenta informazzjoni netta, b’żieda mal-valuri assoluti, jekk tali preżentazzjoni ma taħbix l-informazzjoni rilevanti u tinkludi spjegazzjoni ċara dwar l-effetti tan-netting u r-raġunijiet għan-netting.

QC 9.

L-informazzjoni tista’ tkun akkurata mingħajr ma tkun preċiża perfettament fl-aspetti kollha. Informazzjoni preċiża timplika li l-impriża implimentat proċessi u kontrolli interni adegwati biex tevita żbalji materjali jew dikjarazzjonijiet skorretti materjali. Bħala tali, l-istimi għandhom jiġu ppreżentati b’enfasi ċara fuq il-limitazzjonijiet possibbli u fuq l-inċertezza assoċjata tagħhom (ara t-taqsima 7.2 ta’ dan l-Istandard). L-ammont ta’ preċiżjoni meħtieġa u li tista’ tinkiseb, u l-fatturi li jagħmlu l-informazzjoni akkurata, jiddependu fuq in-natura tal-informazzjoni u fuq in-natura tal-kwistjonijiet li tindirizza. Pereżempju, l-akkuratezza teħtieġ li:

(a)

l-informazzjoni fattwali tkun ħielsa minn żbalji materjali;

(b)

id-deskrizzjonijiet ikunu preċiżi;

(c)

l-istimi, l-approssimazzjonijiet u t-tbassiriet ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali;

(d)

ma jkun sar l-ebda errur materjali fl-għażla u fl-applikazzjoni ta’ proċess xieraq għall-iżvilupp ta’ stima, ta’ approssimazzjoni jew ta’ tbassir, u l-inputs għal dak il-proċess ikunu raġonevoli u jistgħu jiġu sostnuti;

(e)

id-dikjarazzjonijiet huma raġonevoli u bbażati fuq informazzjoni ta’ kwalità u kwantità suffiċjenti; infurmat

(f)

l-informazzjoni fuq il-ġudizzji dwar il-futur tkun tirrifletti fedelment kemm dawk il-ġudizzji kif ukoll l-informazzjoni li fuqha jkunu bbażati.

Komparabilità

QC 10.

L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun komparabbli meta tkun tista’ titqabbel mal-informazzjoni pprovduta mill-impriża f’perjodi preċedenti u tkun tista’ titqabbel mal-informazzjoni pprovduta minn impriżi oħrajn, b’mod partikolari dawk b’attivitajiet simili jew li joperaw fl-istess industrija. Punt ta’ referenza għat-tqabbil jista’ jkun mira, linja bażi, parametru referenzjarju tal-industrija, informazzjoni komparabbli minn impriżi oħrajn jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta internazzjonalment, eċċ.

QC 11.

Il-konsistenza hija relatata ma’, iżda ma hijiex l-istess bħall-komparabilità. Il-konsistenza tirreferi għall-użu tal-istess approċċi jew metodi għall-istess kwistjoni ta’ sostenibbiltà, minn perjodu għal perjodu mill-impriża u minn impriżi oħrajn. Il-konsistenza tgħin sabiex jintlaħaq l-għan tal-komparabilità.

QC 12.

Il-komparabilità ma hijiex uniformità. Sabiex l-informazzjoni tkun komparabbli, il-komponenti simili għandhom jidhru l-istess u l-komponenti differenti għandhom jidhru differenti. Il-komparabilità tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà ma tissaħħaħx billi affarijiet li ma jidhrux l-istess jitbiddlu sabiex jidhru l-istess u lanqas ma tissaħħaħ billi affarijiet simili jitbiddlu sabiex jidhru differenti.

Verifikabilità

QC 13.

Il-verifikabilità tgħin sabiex l-utenti jkunu fiduċjużi li l-informazzjoni tkun kompluta, newtrali u akkurata. L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun verifikabbli jekk ikun possibbli li tiġi kkorroborata l-informazzjoni nnifisha jew l-inputs użati biex tinkiseb.

QC 14.

Il-verifikabilità tfisser li diversi osservaturi informati u indipendenti jistgħu jilħqu kunsens, għalkemm mhux neċessarjament ftehim sħiħ, li rappreżentazzjoni partikolari tkun rappreżentazzjoni leali. L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandha tiġi pprovduta b’mod li jtejjeb il-verifikabilità tagħha, pereżempju:

(a)

tiġi inkluża informazzjoni li tista’ tiġi kkorroborata billi titqabbel ma’ informazzjoni oħra disponibbli għall-utenti dwar in-negozju tal-impriża, dwar negozji oħrajn jew dwar l-ambjent estern;

(b)

tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-inputs u l-metodi ta’ kalkolu użati għall-produzzjoni ta’ stimi jew ta’ approssimazzjonijiet; infurmat

(c)

tiġi pprovduta informazzjoni rieżaminata u maqbula mill-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jew mill-kumitati tagħhom.

QC 15.

Xi informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun fil-forma ta’ spjegazzjonijiet jew ta’ informazzjoni li tħares ’il quddiem. Dawk id-divulgazzjonijiet jistgħu jkunu appoġġati billi jirrappreżentaw fedelment fuq bażi fattwali pereżempju l-istrateġiji, il-pjanijiet u l-analiżi tar-riskju tal-impriża. Sabiex tgħin lill-utenti jiddeċiedu jekk jużawx tali informazzjoni, l-impriża għandha tiddeskrivi s-suppożizzjonijiet u l-metodi sottostanti għall-produzzjoni tal-informazzjoni, kif ukoll fatturi oħrajn li jipprovdu evidenza li tkun tirrifletti l-pjanijiet jew id-deċiżjonijiet reali meħudin mill-impriża.

Komprensibilità

QC 16.

L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun tinftiehem meta tkun ċara, u konċiża. Informazzjoni li tinftiehem tippermetti lil kwalunkwe utent raġonevolment infurmat biex jifhem faċilment l-informazzjoni li tkun qed tiġi kkomunikata.

QC 17.

Sabiex id-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jkunu konċiżi, jeħtieġ li (a) jevitaw informazzjoni ġenerika, li mhijiex speċifika għall-impriża; (b) jevitaw duplikazzjoni bla bżonn ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni pprovduta wkoll fir-rapporti finanzjarji; u (c) jużaw lingwaġġ ċar u sentenzi u paragrafi strutturati tajjeb. Divulgazzjonijiet konċiżi għandhom jinkludu biss informazzjoni materjali. L-informazzjoni komplementari ppreżentata skont il-paragrafu 113 għandha tiġi pprovduta b’mod li jiġi evitat li tiġi mgħottija l-informazzjoni materjali.

QC 18.

Iċ-ċarezza tista’ tissaħħaħ billi ssir distinzjoni bejn l-informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-perjodu ta’ rapportar mill-informazzjoni “permanenti” li tibqa’ relattivament l-istess, minn perjodu għall-ieħor. Dan jista’ jsir, pereżempju, billi jiġu deskritti separatament il-karatteristiċi tal-proċessi ta’ governanza u ta’ ġestjoni tar-riskju tal-impriża relatati mas-sostenibbiltà li jkunu nbidlu mill-perjodu tar-rapportar preċedenti meta mqabblin ma’ dawk li jkunu baqgħu l-istess.

QC 19.

Il-kompletezza, iċ-ċarezza u l-komparabilità tad-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà kollha jiddependu fuq il-preżentazzjoni tal-informazzjoni bħala koerenti fis-sħuħija tagħha. Sabiex id-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jkunu koerenti, dawn għandhom jiġu ppreżentati b’mod li jispjega l-kuntest u l-konnessjonijiet bejn l-informazzjoni relatata. Il-koerenza tirrikjedi wkoll li l-impenn jipprovdi informazzjoni b’mod li jippermetti lill-utenti jorbtu informazzjoni dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha relatati mas-sostenibbiltà mal-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji tal-impriża.

QC 20.

Jekk ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà diskussi fir-rapporti finanzjarji jkollhom implikazzjonijiet għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, l-impriża għandha tinkludi fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà l-informazzjoni neċessarja għall-utenti sabiex jivvalutaw dawk l-implikazzjonijiet u tippreżenta rabtiet xierqa mar-rapporti finanzjarji (ara l-kapitolu 9 ta’ dan l-[abbozz tal-]Istandard). Il-livell ta’ informazzjoni, il-granularità u t-teknikalità għandhom ikunu allinjati mal-ħtiġijiet u mal-aspettattivi tal-utenti. L-abbrevjazzjonijiet għandhom jiġu evitati u l-unitajiet ta’ kejl għandhom jiġu ddefiniti u ddivulgati.

Appendiċi C

Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni introdotti gradwalment

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 1 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.

ESRS topiċi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni

Isem sħiħ tar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni

Data ta’ introduzzjoni gradwali jew effettiva (inkluża l-ewwel sena)

ESRS 2

SBM-1

L-istrateġija, il-mudell tan-negozju u l-katina tal-valur

L-impriża għandha tirrapporta l-informazzjoni preskritta mill-ESRS 2 SBM-1 paragrafu 40(b) diżaggregazzjoni tad-dħul totali skont is-settur sinifikanti tal-ESRS u 40(c) (lista ta’ setturi sinifikanti addizzjonali tal-ESRS) mid-data tal-applikazzjoni speċifikata f’Att Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 29b(1) it-tielet subparagrafu, il-punt (ii), tad-Direttiva 2013/34/UE.

ESRS 2

SBM-3

L-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell tan-negozju

L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni preskritta mill-paragrafu 48(e) tal-ESRS 2 SBM-3 (effetti finanzjarji antiċipati) għall-ewwel sena tat-tħejjija tad-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà tagħha. L-impriża tista’ tikkonforma mal-paragrafu 48(e) tal-ESRS 2 SBM-3 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha, jekk ma jkunx prattikabbli li jitħejjew divulgazzjonijiet kwantitattivi.

ESRS E1

E1-6

L-Ambiti Grossi 1, 2, 3 u l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra

L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-punti tad-data dwar l-emissjonijiet tal-ambitu 3 u l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà tagħhom.

ESRS E1

E1-9

Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali u opportunitajiet potenzjali relatati mal-klima

L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS E1-9 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. L-impriża tista’ tikkonforma mal-ESRS E1–9 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha, jekk ma jkunx prattikabbli li jitħejjew divulgazzjonijiet kwantitattivi.

ESRS E2

E2-6

Effetti finanzjarji antiċipati minn impatti, riskji u opportunitajiet relatati mat-tniġġis

L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS E2-6 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. Ħlief għall-informazzjoni preskritta mill-paragrafu 40(b) dwar in-nefqiet operattivi u kapitali li seħħew fil-perjodu ta’ rapportar flimkien ma’ inċidenti u depożiti kbar, l-impriża tista’ tikkonforma mal-ESRS E2-6 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi, għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS E3

E3-5

Effetti finanzjarji antiċipati minn impatti, riskji u opportunitajiet relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS E3-5 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.L-impriża tista’ tikkonforma mal-ESRS E3-5 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi, għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS E4

Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni

Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni

L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS E4 għall-ewwel sentejn ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom.

ESRS E4

E4-6

Effetti finanzjarji antiċipati minn impatti, riskji u opportunitajiet relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistema

L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS E4-6 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

L-impriża tista’ tikkonforma mal-ESRS E4-6 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi, għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS E5

E5-6

L-effetti finanzjarji antiċipati mill-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS E5-6 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

L-impriża tista’ tikkonforma mal-ESRS E5-6 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi, għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS S1

Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni

Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni

L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS S1 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom.

ESRS S1

S1-7

Karatteristiċi tal-ħaddiema mhux impjegati fil-forza tax-xogħol tal-impriża stess

L-impriża tista’ tħalli barra r-rapportar għall-punti ta’ data kollha f’dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni għall-ewwel sena tat-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS S1

S1-8

Kopertura tan-negozjar kollettiv u djalogu soċjali

L-impriża tista’ tħalli barra dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni fir-rigward tal-impjegati tagħha stess f’pajjiżi mhux fiż-ŻEE għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS S1

S1-11

Protezzjoni soċjali

L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS S1-11 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS S1

S1-12

Perċentwal ta’ impjegati b’diżabilità

L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS S1-12 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS S1

S1-13

Taħriġ u żvilupp tal-ħiliet

L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS S1-13 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS S1

S1-14

Saħħa u sikurezza

L-impriża tista’ tħalli barra l-punti ta’ data dwar każijiet ta’ mard relatat max-xogħol u dwar l-għadd ta’ jiem mitlufa minħabba korrimenti, aċċidenti, fatalitajiet u mard relatat max-xogħol għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS S1

S1-14

Saħħa u sikurezza

L-impriża tista’ tħalli barra r-rappurtar dwar dawk li mhumiex impjegati għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS S1

S1-15

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS S1-15 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

ESRS S2

Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni

Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni

L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS S2 għall-ewwel sentejn ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom.

ESRS S3

Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni

Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni

L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS S3 għall-ewwel sentejn ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom.

ESRS S4

Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni

Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni

L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS S4 għall-ewwel sentejn ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom.

Appendiċi D

Struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-ESRS

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 1 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard fir-rigward tar-rapportar f’erba’ partijiet kif deskritt fil-paragrafu 115.

Parti mir-rapport dwar il-ġestjoni

Kodifikazzjoni tal-ESRs

Titolu

1.

Informazzjoni ġenerali

ESRS 2

Divulgazzjonijiet ġenerali, inkluża informazzjoni pprovduta skont ir-Rekwiżiti tal-Applikazzjoni tal-ESRS topiċi elenkati fl-Appendiċi C tal-ESRS 2.

2.

Informazzjoni ambjentali

Mhux applikabbli

Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 (ir-Regolament dwar it-Tassonomija)

 

ESRS E1

Tibdil fil-klima

 

ESRS E2

Tniġġis

 

ESRS E3

Riżorsi tal-ilma u tal-baħar

 

ESRS E4

Bijodiversità u ekosistemi

 

ESRS E5

Użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari

3.

Informazzjoni soċjali

ESRS S1

Forza tax-xogħol proprja

 

ESRS S2

Ħaddiema fil-katina tal-valur

 

ESRS S3

Komunitajiet affettwati

 

ESRS S4

Konsumaturi u utenti finali

4.

Informazzjoni dwar il-governanza

ESRS G1

Kondotta kummerċjali

Appendiċi E

Flowchart għad-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet skont l-ESRS

Il-valutazzjoni tal-materjalità hija l-punt tat-tluq għar-rappurtar dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS. Dan l-appendiċi jipprovdi illustrazzjoni mhux vinkolanti tal-valutazzjoni tal-impatt u tal-materjalità finanzjarja deskritta fil-Kapitolu 3. IRO-1 fit-Taqsima 4.1 tal-ESRS 2 jinkludi rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ġenerali (DR) dwar il-proċess tal-impriża biex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet u tivvaluta l-materjalità tagħhom. SBM-3 tal-ESRS 2 jipprovdi rekwiżiti ġenerali ta’ divulgazzjonijiet dwar l-impatt materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża. L-impriża tista’ tħalli barra r-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni fi standard topiku jekk tkun ivvalutat li s-suġġett inkwistjoni mhuwiex materjali. F’dak il-każ tista’ tiddivulga spjegazzjoni qasira tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-materjalità għal dak is-suġġett iżda għandha tiddivulga spjegazzjoni dettaljata fil-każ tat-tibdil fil-klima ESRS E1 (IRO-2 ESRS 2). L-ESRs jistabbilixxu rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, mhux rekwiżiti ta’ mġiba. Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fir-rigward tal-pjanijiet ta’ azzjoni, il-miri, il-politiki, l-analiżi tax-xenarji u l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni huma proporzjonati minħabba li huma kontinġenti fuq l-impriża li jkollha dawn, li jistgħu jiddependu fuq id-daqs, il-kapaċità, ir-riżorsi u l-ħiliet tal-impriża. Nota: Il-flowchart ta’ hawn taħt ma tkoprix is-sitwazzjoni li fiha l-impriża tivvaluta kwistjoni ta’ sostenibbiltà bħala materjali iżda mhijiex koperta minn standard topiku, f’liema każ l-impriża għandha tagħmel divulgazzjonijiet addizzjonali speċifiċi għall-entità (ESRS 1 (30(b)).

Image 1

Appendiċi F

Eżempju ta’ struttura tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-ESRS

Dan l-appendiċi jikkomplementa l-ESRS 1. Huwa jipprovdi illustrazzjonijiet mhux vinkolanti tal-istruttura tad-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà deskritta fit-taqsima 8.2 ta’ dan l-Istandard. F’din l-illustrazzjoni, l-impriża kkonkludiet li l-bijodiversità u l-ekosistemi, it-tniġġis, u l-komunitajiet affettwati, mhumiex materjali.

Image 2

Appendiċi G

Eżempju ta’ inkorporazzjoni b’referenza

Dan l-appendiċi jikkomplementa l-ESRS 1. Jipprovdi illustrazzjonijiet mhux vinkolanti ta’ inkorporazzjoni b’referenza għal taqsima oħra tar-rapport dwar il-ġestjoni fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà kif deskritti fit-taqsima 9.1 ta’ dan l-Istandard.

Image 3

ESRS 2

DIVULGAZZJONIJIET ĠENERALI

Werrej

Objettiv

1.

Bażi għat-tħejjija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni BP-1 — Bażi ġenerali għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni BP-2 – Divulgazzjonijiet fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi

2.

Governanza

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-1 – Ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-2 – Informazzjoni pprovduta lil korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża u kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà indirizzati minnhom

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-3 – Integrazzjoni tal-prestazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-4 – Dikjarazzjoni dwar id-diliġenza dovuta

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-5 – Ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni fuq ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà

3.

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-1 — Strateġija, mudell tan-negozju u katina tal-valur

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell ta’ negozju

4.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

4.1

Divulgazzjonijiet dwar il-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-1 – Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-2 – Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-impriża

4.2

Rekwiżit minimu ta’ divulgazzjoni dwar il-politiki u l-azzjonijiet

Rekwiżit minimu ta’ divulgazzjoni — Politiki MDR-P — Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà

Rekwiżit minimu ta’ divulgazzjoni — Azzjonijiet MDR-A — Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà

5.

Metriċi u miri

Rekwiżit minimu ta’ divulgazzjoni — Metriċi MDR-M — Metriċi fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni — Miri MDR-T — Traċċar tal-effettività tal-politiki u l-azzjonijiet permezz ta’ miri

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

1.

Bażi għat-tħejjija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni BP-1 – Bażi ġenerali għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà

2.

Governanza

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-1 – Ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-2 – Informazzjoni pprovduta lil korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża u kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà indirizzati minnhom

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-3 – Integrazzjoni tal-prestazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-4 — Dikjarazzjoni dwar id-diliġenza dovuta

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-5 – Ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni fuq ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà

3.

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-1 Strateġija, mudell tan-negozju u katina tal-valur

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell ta’ negozju

4.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-2 – Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-impriża

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni — Politiki MDR-P — Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà materjali

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni — Azzjonijiet MDR-A — Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà materjali

5.

Metriċi u miri

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni — Miri MDR-T — Traċċar tal-effettività tal-politiki u l-azzjonijiet permezz ta’ miri

Appendiċi B:

Lista ta’ punti ta’ data fi standards trasversali u topiċi li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE

Appendiċi C:

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni/tal-Applikazzjoni fl-ESRS topiku li huma applikabbli b’mod konġunt mal-ESRS 2 Divulgazzjonijiet Ġenerali

Objettiv

1.

Dan l-ESRS jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni li japplikaw għall-impriżi kollha irrispettivament mis-settur tal-attività tagħhom (jiġifieri, anjostiċi għas-setturi) u japplikaw għas-suġġetti kollha ta’ sostenibbiltà (jiġifieri trażversali). Dan l-ESRS ikopri l-oqsma ta’ rapportar definiti fl-ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali , it-taqsima 1.2 Standards Trażversali u oqsma ta’ rapportar.

2.

Fit-tħejjija tad-divulgazzjonijiet skont dan l-Istandard, l-impriża għandha tapplika r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni (inklużi l-punti tad-data tagħhom) stabbiliti fl-ESRS topiċi, kif elenkati fl-Appendiċi C ta’ dan l-Istandard Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni/Applikazzjoni fl-ESRS topiċi li huma applikabbli b’mod konġunt mad-Divulgazzjonijiet Ġenerali tal-ESRS 2. L-impriża għandha tapplika r-rekwiżiti elenkati fl-Appendiċi C:

(a)

fil-każijiet kollha għar-rekwiżiti fl-istandards topiċi relatati mar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi biex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti , ir-riskji u l-opportunitajiet materjali; u

(b)

għar-rekwiżiti l-oħra kollha elenkati fl-Appendiċi C, biss jekk is-suġġett tas-sostenibbiltà jkun materjali abbażi tal-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża (ara l-Kapitolu 3 tal-ESRS 1 dwar il-materjalità doppja bħala l-bażi għad-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà).

1.   Bażi għat-tħejjija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni BP-1 – Bażi ġenerali għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà

3.

L-impriża għandha tiddivulga l-bażi ġenerali għat-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

4.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim ta’ kif l-impriża tħejji d-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà tagħha, inkluż l-ambitu tal-konsolidazzjoni, l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream u, fejn rilevanti, jekk l-impriża użatx xi waħda mill-għażliet biex tħalli barra l-informazzjoni msemmija fil-punti d) u e) fil-paragrafu li ġej.

5.

L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja:

(a)

jekk id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkunx tħejjiet fuq bażi konsolidata jew individwali;

(b)

għal dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà kkonsolidati:

i.

konferma li l-ambitu tal-konsolidazzjoni huwa l-istess bħal dak tar-rapporti finanzjarji, jew, fejn applikabbli, dikjarazzjoni li l-impriża relatriċi mhijiex meħtieġa tfassal rapporti finanzjarji jew li l-impriża relatriċi qed tħejji rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 48i tad-Direttiva 2013/34/UE; u

ii.

fejn applikabbli, indikazzjoni ta’ liema impriżi sussidjarji inklużi fil-konsolidazzjoni huma eżentati minn rapportar individwali jew konsolidat dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a(9) jew 29a(8) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(c)

sa liema punt id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkopri l-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża (ara l-ESRS 1, it-taqsima 5.1 Impriża tar-rapportar u katina tal-valur);

(d)

jekk l-impriża użatx l-għażla li tħalli barra biċċa informazzjoni speċifika li tikkorrispondi għall-proprjetà intellettwali, l-għarfien jew ir-riżultati tal-innovazzjoni (ara ESRS 1 taqsima 7.7 Informazzjoni klassifikata u sensittiva u informazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali, l-għarfien jew ir-riżultati tal-innovazzjoni); u

(e)

għal impriżi bbażati fi Stat Membru tal-UE li jippermetti l-eżenzjoni mid-divulgazzjoni ta’ żviluppi jew kwistjonijiet imminenti matul in-negozjati, kif previst fl-Artikoli 19a(3) u 29a(3) tad-Direttiva 2013/34/UE, jekk l-impriża użatx dik l-eżenzjoni.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni BP-2 – Divulgazzjonijiet fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi

6.

L-impriża għandha tipprovdi divulgazzjonijiet fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi.

7.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tal-effett ta’ dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi fuq it-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà.

8.

L-impriża tista’ tirrapporta din l-informazzjoni flimkien mad-divulgazzjonijiet li tirreferi għalihom.

Perjodi ta’ żmien

9.

Meta l-impriża tkun iddevjat mill-orizzonti ta’ żmien medju jew twil definiti mill-ESRS 1 taqsima 6.4 Definizzjoni ta’ żmien qasir, medju u twil għal skopijiet ta’ rapportar, hija għandha tiddeskrivi:

(a)

id-definizzjonijiet tagħha ta’ orizzonti ta’ żmien medju jew twil; u

(b)

ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ dawk id-definizzjonijiet.

Stima tal-katina tal-valur

10.

Meta l-metriċi jinkludu d-data tal-katina tal-valur upstream u/jew downstream stmata bl-użu ta’ sorsi indiretti, bħad-data medja tas-settur jew indikaturi oħrajn, l-impriża għandha:

(a)

tidentifika l-metriċi;

(b)

tiddeskrivi l-bażi għall-preparazzjoni;

(c)

tiddeskrivi l-livell ta’ preċiżjoni li jirriżulta; u

(d)

fejn applikabbli, tiddeskrivi l-azzjonijiet ippjanati biex tittejjeb l-akkuratezza fil-futur (ara l-Kapitolu 5 tal-ESRS 1 Katina tal-valur).

Sorsi ta’ stima u ta’ inċertezza tal-eżitu

11.

F’konformità mat-Taqsima 7.2 tal-ESRS 1 Sorsi ta’ stima u inċertezza tal-eżitu, l-impriża għandha:

(a)

tidentifika l-metrika kwantitattiva u l-ammonti monetarji li tkun iddivulgat li huma soġġetti għal livell għoli ta’ inċertezza tal-kejl;

(b)

fir-rigward ta’ kull metriku kwantitattiv u ammont monetarju identifikat:

i.

tiddivulga informazzjoni dwar is-sorsi ta’ inċertezza tal-kejl (pereżempju, id-dipendenza tal-ammont fuq l-eżitu ta’ avveniment futur, fuq teknika ta’ kejl jew fuq id-disponibbiltà u l-kwalità tad-data mill-katina tal-valur upstream u/jew downstream tal-entità); u

ii.

tiddivulga s-suppożizzjonijiet, l-approssimazzjonijiet u l-ġudizzji li l-entità tkun għamlet fil-kejl tagħhom.

12.

Meta tiddivulga informazzjoni li tħares ’il quddiem, l-impriża tista’ tindika li hija tqis tali informazzjoni bħala inċerta.

Bidliet fit-tħejjija jew fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà

13.

Meta jseħħu bidliet fit-tħejjija u fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà meta mqabbla mal-perjodu/i ta’ rapportar preċedenti (ara l-ESRS 1, it-taqsima 7.4 Bidliet fit-tħejjija jew fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà), l-impriża għandha:

(a)

tispjega l-bidliet u r-raġunijiet għalihom, inkluż għaliex il-metrika sostitwita tipprovdi informazzjoni aktar utli;

(b)

tiddivulga ċifri komparattivi riveduti, sakemm ma jkunx imprattikabbli li jsir dan. Meta ma jkunx prattikabbli li tiġi aġġustata l-informazzjoni komparattiva għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar, l-impriża għandha tiddivulga dak il-fatt; u

(c)

tiddivulga d-differenza bejn iċ-ċifra divulgata fil-perjodu preċedenti u ċ-ċifra komparattiva riveduta.

Rapportar ta’ erruri tal-perjodi preċedenti

14.

Meta l-impriża tidentifika żbalji materjali fil-perjodu preċedenti (ara ESRS 1 Taqsima 7.5 Żbalji ta’ rapportar f’perjodi preċedenti), hija għandha tiddivulga:

(a)

in-natura tal-errur materjali tal-perjodu preċedenti;

(b)

sa fejn ikun prattikabbli, il-korrezzjoni għal kull perjodu preċedenti fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà; u

(c)

jekk il-korrezzjoni tal-iżball ma tkunx prattikabbli, iċ-ċirkustanzi li wasslu għall-eżistenza ta’ dik il-kundizzjoni.

Divulgazzjonijiet li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra jew dikjarazzjonijiet ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà ġeneralment aċċettati

15.

Meta l-impriża tinkludi fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha informazzjoni li tirriżulta minn leġiżlazzjoni oħra li tirrikjedi li l-impriża tiddivulga informazzjoni dwar is-sostenibbiltà jew minn standards u oqfsa tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ġeneralment aċċettati (ara ESRS 1 taqsima 8.2 Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà), minbarra l-informazzjoni preskritta mill-ESRS, hija għandha tiddivulga dan il-fatt. F’każ ta’ applikazzjoni parzjali ta’ standards jew oqfsa oħra ta’ rapportar, l-impriża għandha tipprovdi referenza preċiża għall-paragrafi tal-istandard jew il-qafas applikat.

Inkorporazzjoni b’referenza

16.

Meta l-impriża tinkorpora informazzjoni b’referenza (ara ESRS 1 taqsima 9.1 Inkorporazzjoni b’referenza), hija għandha tiddivulga lista tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS, jew il-punti ta’ data speċifiċi mitluba minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni, li ġew inkorporati b’referenza.

L-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ introduzzjoni gradwali skont l-Appendiċi C tal-ESRS 1

17.

Jekk impriża jew grupp li fid-data tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbżux in-numru medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja jiddeċiedu li jħallu barra l-informazzjoni meħtieġa mill-ESRS E4, ESRS S1, ESRS S2, ESRS S3 jew ESRS S4 f’konformità mal-Appendiċi C tal-ESRS 1, huma għandhom madankollu jiddivulgaw jekk is-suġġetti ta’ sostenibbiltà koperti rispettivament mill-ESRS E4, l-ESRS S1, l-ESRS S2, l-ESRS S3 u l-ESRS S4 ġewx ivvalutati bħala materjali bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża. Barra minn hekk, jekk wieħed jew aktar minn dawn is-suġġetti jkun ġie vvalutat bħala materjali, l-impriża għandha, għal kull suġġett materjali:

(a)

tiddivulga l-lista ta’ kwistjonijiet (jiġifieri tema, sottotema jew sottotema) fl-Appendiċi A tal-AR 16 tal-ESRS 1 li huma vvalutati bħala materjali u tiddeskrivi fil-qosor kif il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tal-impriża jqisu l-impatti tal-impriża relatati ma’ dawk il-kwistjonijiet. L-impriża tista’ tidentifika l-kwistjoni fil-livell ta’ tema, sottotema jew sottotema;

(b)

tiddeskrivi fil-qosor kwalunkwe mira marbuta biż-żmien li tkun stabbiliet relatata mal-kwistjonijiet inkwistjoni, il-progress li tkun għamlet lejn il-kisba ta’ dawk il-miri, u jekk il-miri tagħha relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi humiex ibbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva;

(c)

tiddeskrivi fil-qosor il-politiki tagħha fir-rigward tal-kwistjonijiet inkwistjoni;

(d)

tiddeskrivi fil-qosor l-azzjonijiet li tkun ħadet biex tidentifika, timmonitorja, tipprevjeni, timmitiga, tirrimedja jew ittemm l-impatti negattivi reali jew potenzjali relatati mal-kwistjonijiet inkwistjoni, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet; u

(e)

tiddivulga l-metriċi rilevanti għall-kwistjonijiet ikkonċernati.

2.   Governanza

18.

L-objettiv ta’ dan il-kapitolu huwa li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ divulgazzjoni li jippermettu fehim tal-proċessi, il-kontrolli u l-proċeduri ta’ governanza stabbiliti għall-monitoraġġ u l-ġestjoni u s-sorveljanza ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-1 – Ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji

19.

L-impriża għandha tiddivulga l-kompożizzjoni tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom u l-aċċess għall-għarfien espert u għall-ħiliet fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà.

20.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim ta’ dawn:

(a)

il-kompożizzjoni u d-diversità tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji;

(b)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji fl-eżerċizzju tas-sorveljanza tal-proċess għall-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali, inkluż ir-rwol tal-maniġment f’dawn il-proċessi; u

(c)

l-għarfien espert u l-ħiliet tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tiegħu dwar kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jew l-aċċess għal tali għarfien espert u ħiliet.

21.

L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja dwar il-kompożizzjoni u d-diversità tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża:

(a)

l-għadd ta’ membri eżekuttivi u mhux eżekuttivi;

(b)

ir-rappreżentanza tal-impjegati u ta’ ħaddiema oħrajn;

(c)

l-esperjenza rilevanti għas-setturi, għall-prodotti u għall-postijiet ġeografiċi tal-impriża;

(d)

il-perċentwal skont il-ġeneru u aspetti oħrajn tad-diversità li l-impriża tikkunsidra. Id-diversità tal-ġeneru tal-bord (13) għandha tiġi kkalkulata bħala proporzjon medju ta’ membri tal-bord bejn nisa u rġiel; u

(e)

il-perċentwal ta’ membri indipendenti tal-bord (14). Għal impriżi b’bord unitarju, dan jikkorrispondi għall-perċentwal ta’ membri indipendenti mhux eżekuttivi tal-bord. Għal impriżi b’bord doppju, dan jikkorrispondi għall-perċentwal ta’ membri indipendenti tal-korp superviżorju.

22.

L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji:

(a)

l-identità tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji (bħal kumitat tal-bord jew simili) jew tal-individwu fi ħdan korp responsabbli għas-sorveljanza tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet;

(b)

kif ir-responsabbiltajiet ta’ kull korp jew individwu għall-impatti, għar-riskji u għall-opportunitajiet huma riflessi fit-termini ta’ referenza, fil-mandati tal-bord u f’politiki relatati oħrajn tal-impriża;

(c)

deskrizzjoni tar-rwol tal-maniġment fil-proċessi, il-kontrolli u l-proċeduri ta’ governanza użati għall-monitoraġġ, il-ġestjoni u s-sorveljanza tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet, inklużi:

i.

jekk dak ir-rwol huwiex delegat lil pożizzjoni jew kumitat speċifiku fil-livell maniġerjali u kif tiġi eżerċitata s-sorveljanza fuq dik il-pożizzjoni jew il-kumitat;

ii.

informazzjoni dwar il-linji ta’ rapportar lill-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji;

iii.

jekk humiex applikati kontrolli u proċeduri ddedikati għall-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet u, jekk iva, kif inhuma integrati ma’ funzjonijiet interni oħra; u

(d)

kif il-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji u l-maniġment eżekuttiv superjuri jissorveljaw l-istabbiliment ta’ miri relatati mal-impatti, mar-riskji u mal-opportunitajiet materjali, u kif jimmonitorjaw il-progress fihom.

23.

Id-divulgazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta’ kif il-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jiddeterminaw jekk humiex disponibbli jew jekk humiex se jiġu żviluppati ħiliet u għarfien espert xierqa biex jissorveljaw kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, inklużi:

(a)

l-għarfien espert relatat mas-sostenibbiltà li l-korpi, b’mod ġenerali, jew ikollhom direttament jew jistgħu jiksbu, pereżempju permezz tal-aċċess għal esperti jew għal taħriġ; u

(b)

kif dawk il-ħiliet u l-għarfien espert jirrelataw mal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tal-impriża.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-2 – Informazzjoni pprovduta lil korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża u kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà indirizzati minnhom

24.

L-impriża għandha tiddivulga kif il-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jiġu informati dwar kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà u kif dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati matul il-perjodu tar-rapportar.

25.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim ta’ kif il-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jiġu infurmati dwar kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, kif ukoll dwar liema informazzjoni u kwistjonijiet indirizzaw matul il-perjodu ta’ rapportar. Min-naħa tiegħu, dan jippermetti fehim dwar jekk il-membri ta’ dawn il-korpi kinux informati b’mod adegwat u jekk setgħux jissodisfaw ir-rwoli tagħhom.

26.

L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja:

(a)

jekk, minn min u kemm ta’ spiss il-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, inklużi l-kumitati rilevanti tagħhom, jiġu infurmati dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali (ara r-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-1 — Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet ta’ dan l-Istandard), l-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta, u r-riżultati u l-effettività tal-politiki, l-azzjonijiet, il-metriċi u l-miri adottati biex jindirizzawhom;

(b)

kif il-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jikkunsidraw l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet meta jissorveljaw l-istrateġija tal-impriża, id-deċiżjonijiet tagħha dwar tranżazzjonijiet ewlenin, u l-proċess tagħha dwar il-ġestjoni tar-riskju, inkluż jekk ikkunsidrawx kompromessi assoċjati ma’ dawk l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet; u

(c)

lista tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali indirizzati mill-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, jew mill-kumitati rilevanti tagħhom matul il-perjodu tar-rapportar.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-3 – Integrazzjoni tal-prestazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi

27.

L-impriża għandha tiddivulga informazzjoni dwar l-integrazzjoni tal-prestazzjoni tagħha relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi.

28.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim dwar jekk l-iskemi ta’ inċentivi humiex offruti lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji li huma marbutin ma’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà.

29.

L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja dwar l-iskemi ta’ inċentivi u l-politiki ta’ remunerazzjoni marbuta ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà għall-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża, fejn dawn ikunu jeżistu:

(a)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-iskemi ta’ inċentivi;

(b)

jekk il-prestazzjoni hijiex qiegħda tiġi vvalutata fid-dawl ta’ miri u/jew ta’ impatti speċifiċi relatati mas-sostenibbiltà – u jekk iva, liema huma.

(c)

jekk u kif il-metriċi tal-prestazzjoni relatati mas-sostenibbiltà qegħdin jitqiesu bħala parametri referenzjarji tal-prestazzjoni jew inklużi fil-politiki tar-remunerazzjoni;

(d)

il-proporzjon ta’ remunerazzjoni varjabbli dipendenti fuq miri u/jew impatti relatati mas-sostenibbiltà; u

(e)

il-livell fl-impriża li fih it-termini tal-iskemi ta’ inċentivi huma approvati u aġġornati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV–4 – Dikjarazzjoni dwar id-diliġenza dovuta

30.

L-impriża għandha tiddivulga mmappjar tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha dwar il-proċess ta’ diliġenza dovuta.

31.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jiffaċilita fehim tal-proċess ta’ diliġenza dovuta tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà.

32.

L-aspetti u l-passi ewlenin tad-diliġenza dovuta msemmija fil-Kapitolu 4 tal-ESRS 1 Diliġenza dovuta huma relatati ma’ għadd ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni trasversali u topiċi skont l-ESRS. L-impriża għandha tipprovdi mmappjar li jispjega kif u fejn l-applikazzjoni tagħha tal-aspetti u l-passi ewlenin tal-proċess ta’ diliġenza dovuta huma riflessi fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha, biex tippermetti rappreżentazzjoni tal-prattiki reali tal-impriża fir-rigward tad-diliġenza dovuta (15).

33.

Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni ma jagħti mandat għall-ebda rekwiżit ta’ mġiba speċifiku fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ diliġenza dovuta u ma jestendix għar-rwol ta’ korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji u lanqas ma jimmodifika t-tali rwoli kif mandati minn leġiżlazzjoni jew minn regolament ieħor.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV–5 - Ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni fuq ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà

34.

L-impriża għandha tiddivulga l-karatteristiċi ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju u tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha fir-rigward tal-proċess ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà.

35.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ kontroll intern tal-impriża fir-rigward tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

36.

L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ambitu, il-karatteristiċi ewlenin u l-komponenti tal-proċessi u tas-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ kontroll intern fir-rigward tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;

(b)

l-approċċ tal-valutazzjoni tar-riskju segwit, inkluża l-metodoloġija tal-prijoritizzazzjoni tar-riskji;

(c)

ir-riskji ewlenin identifikati u l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni tagħhom inklużi l-kontrolli relatati;

(d)

deskrizzjoni ta’ kif l-impriża tintegra s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-kontrolli interni tagħha fir-rigward tal-proċess ta’ rapportar tas-sostenibbiltà f’funzjonijiet u fi proċessi interni rilevanti; u

(e)

deskrizzjoni tar-rapportar perjodiku tas-sejbiet imsemmija fil-punt (d) lill-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji.

3.   Strateġija

37.

Dan il-kapitolu jistabbilixxi rekwiżiti ta’ divulgazzjoni li jippermettu fehim ta’:

(a)

l-elementi tal-istrateġija tal-impriża li huma relatati ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jew li jaffettwaw kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, mal-mudell tan-negozju tagħha u mal-katina tal-valur tagħha;

(b)

kif l-interessi u l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati tal-impriża jitqiesu mill-istrateġija u l-mudell tan-negozju tal-impriża; u

(c)

l-eżitu tal-valutazzjoni tal-impriża tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali, inkluż kif dawn jinfurmaw l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-1 — Strateġija, mudell tan-negozju u katina tal-valur

38.

L-impriża għandha tiddivulga l-elementi tal-istrateġija tagħha li huma relatati ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jew li jħallu impatt fuqhom, il-mudell kummerċjali tagħha u l-katina tal-valur tagħha.

39.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jiddeskrivi l-elementi ewlenin tal-istrateġija ġenerali tal-impriża li huma relatati ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jew li jaffettwawhom, u l-elementi ewlenin tal-mudell tan-negozju u tal-katina tal-valur tal-impriża, sabiex jiġi pprovdut fehim tal-esponiment tagħha għall-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet u minn fejn joriġinaw.

40.

L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja dwar l-elementi ewlenin tal-istrateġija ġenerali tagħha li huma relatati ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jew li jaffettwaw kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà:

(a)

deskrizzjoni ta’:

i.

gruppi sinifikanti ta’ prodotti u/jew ta’ servizzi offruti, inklużi bidliet fil-perjodu tar-rapportar (prodotti u/jew servizzi ġodda/imneħħijin);

ii.

swieq u/jew gruppi ta’ klijenti sinifikanti moqdijin, inklużi bidliet fil-perjodu tar-rapportar (swieq u/jew gruppi ta’ klijenti ġodda/imneħħijin);

iii.

l-għadd ta’ impjegati skont iż-żoni ġeografiċi; u

iv.

fejn applikabbli u materjali, prodotti u servizzi li huma pprojbiti f’ċerti swieq;

(b)

diżaggregazzjoni tad-dħul totali, kif inkluż fir-rapporti finanzjarju tagħha, skont setturi sinifikanti tal-ESRS. Meta l-impriża tipprovdi rapportar fuq is-segment kif meħtieġ mill-IFRS 8 Segmenti operatorji fir-rapporti finanzjarji tagħha, din l-informazzjoni dwar id-dħul tas-settur għandha tkun, sa fejn ikun possibbli, rikonċiljata mal-informazzjoni tal-IFRS 8;

(c)

lista tas-setturi sinifikanti addizzjonali tal-ESRS lil hinn minn dawk riflessi fil-paragrafu 40(b), bħal attivitajiet li jwasslu għal dħul bejn il-kumpaniji, li fihom l-impriża tiżviluppa attivitajiet sinifikanti, jew li fihom hija jew tista’ tkun marbuta ma’ impatti materjali. L-identifikazzjoni ta’ dawn is-setturi addizzjonali tal-ESRS għandha tkun konsistenti mal-mod kif huma ġew ikkunsidrati mill-impriża fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha u mal-mod kif tiddivulga informazzjoni materjali speċifika għas-settur;

(d)

meta applikabbli, dikjarazzjoni li tindika, flimkien mad-dħul relatat, li l-impriża hija attiva f’dawn:

i.

is-settur tal-fjuwils fossili (faħam, żejt u gass) (16), (jiġifieri, tikseb dħul mill-esplorazzjoni, il-minjieri, l-estrazzjoni, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin, ir-raffinar jew id-distribuzzjoni, inkluż it-trasport, il-ħżin u l-kummerċ, ta’ fjuwils fossili kif definiti fil-punt (62) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17)), inkluż diżaggregazzjoni tad-dħul derivat mill-faħam, miż-żejt u mill-gass, kif ukoll id-dħul derivat minn attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija relatati mal-gass fossili kif meħtieġ skont l-Artikolu 8(7)(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2021/2178 (18);

ii.

il-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi (19), jiġifieri l-attivitajiet tagħha jaqgħu taħt id-Diviżjoni 20.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006;

iii.

armi kontroversjali (20) (mini kontra l-persunal, munizzjonijiet dispersivi, armi kimiċi u armi bijoloġiċi); u/jew

iv.

il-kultivazzjoni u l-produzzjoni tat-tabakk (21);

(e)

l-għanijiet tagħha relatati mas-sostenibbiltà f’termini ta’ gruppi sinifikanti ta’ prodotti u ta’ servizzi, ta’ kategoriji ta’ klijenti, ta’ żoni ġeografiċi u ta’ relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati;

(f)

valutazzjoni tal-prodotti u/jew tas-servizzi sinifikanti attwali tagħha, u swieq u gruppi ta’ klijenti sinifikanti, fir-rigward tal-għanijiet relatati mas-sostenibbiltà tagħha; u

(g)

l-elementi tal-istrateġija tal-impriża li huma relatati ma’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jew li għandhom impatt fuqhom, inklużi l-isfidi ewlenin tal-ġejjieni, is-soluzzjonijiet kritiċi jew il-proġetti li għandhom jiġu stabbiliti, meta rilevanti għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

41.

Jekk l-impriża tkun ibbażata fi Stat Membru tal-UE li jippermetti eżenzjoni mid-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1)(a) tad-Direttiva (22)2013/34/UE, u jekk l-impriża tkun għamlet użu minn dik l-eżenzjoni, hija tista’ tħalli barra t-tqassim tad-dħul skont is-settur sinifikanti tal-ESRS meħtieġ mill-paragrafu 40(b). F’dan il-każ l-impriża għandha madankollu tiddivulga l-lista tas-setturi tal-ESRS li huma sinifikanti għall-impriża.

42.

L-impriża għandha tiddivulga deskrizzjoni tal-mudell tan-negozju u tal-katina tal-valur tagħha, inklużi:

(a)

l-inputs tagħha u l-approċċ tagħha għall-ġbir, għall-iżvilupp u għall-kisba ta’ dawk l-inputs;

(b)

ir-riżultati u l-eżiti tagħha f’termini ta’ benefiċċji kurrenti u mistennijin għall-klijenti, għall-investituri u għal partijiet ikkonċernati oħrajn; u

(c)

il-karatteristiċi ewlenin tal-katina tal-valur upstream u downstream tagħha u l-pożizzjoni tal-impriża fil-katina tal-valur tagħha, inkluża deskrizzjoni tal-atturi kummerċjali ewlenin (bħal fornituri ewlenin, kanali ta’ distribuzzjoni tal-klijenti u utenti finali) u r-relazzjoni tagħhom mal-impriża. Meta l-impriża jkollha ktajjen tal-valur multipli, id-divulgazzjoni għandha tkopri l-ktajjen tal-valur ewlenin.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

43.

L-impriża għandha tiddivulga kif l-interessi u l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati tagħha jitqiesu mill-istrateġija u mill-mudell tan-negozju tal-impriża.

44.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim ta’ kif l-interessi u l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati jinformaw l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tal-impriża.

45.

L-impriża għandha tiddivulga deskrizzjoni fil-qosor ta’ dawn:

(a)

l-involviment tal-partijiet ikkonċernati tagħha, inkluż:

i.

il-partijiet ikkonċernati ewlenin tal-impriża;

ii.

jekk ikunx hemm involviment magħhom u għal liema kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati;

iii.

kif inhu organizzat;

iv.

l-iskop tiegħu; u

v.

kif jitqies l-eżitu tiegħu mill-impriża;

(b)

il-fehim tal-impriża tal-interessi u l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati ewlenin tagħha hekk kif jirrelataw mal-istrateġija u l-mudell tan-negozju tal-impriża, sal-punt li dawn ġew analizzati matul il-proċess ta’ diliġenza dovuta tal-impriża u/jew il-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità (ara r-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-1 ta’ dan l-Istandard);

(c)

fejn applikabbli, emendi għall-istrateġija u/jew il-mudell tan-negozju tagħha, inklużi:

i.

kif l-impriża emendat jew tistenna li temenda l-istrateġija u/jew il-mudell tan-negozju tagħha biex tindirizza l-interessi u l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati tagħha;

ii.

kwalunkwe pass ulterjuri li qed jiġi ppjanat u f’liema skeda ta’ żmien; u

iii.

jekk dawn il-passi x’aktarx jimmodifikaw ir-relazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-fehmiet tagħhom; u

(d)

jekk u kif il-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jiġu informati dwar il-fehmiet u l-interessi tal-partijiet ikkonċernati affettwati fir-rigward tal-impatti tal-impriża relatati mas-sostenibbiltà.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-3 Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell ta’ negozju

46.

L-impriża għandha tiddivulga l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha u kif dawn jinteraġixxu mal-istrateġija u mal-mudell ta’ negozju tagħha.

47.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali kif jirriżultaw mill-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża u kif joriġinaw minn u jiskattaw l-adattament tal-istrateġija u l-mudell tan-negozju tal-impriża inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi tagħha. L-informazzjoni li trid tiġi ddivulgata dwar il-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tal-impriża hija preskritta f’ESRS topiċi u fi standards speċifiċi għas-settur, li għandhom jiġu applikati flimkien mar-Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni dwar il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri stabbiliti f’dan l-Istandard.

48.

L-impriża għandha tiddivulga:

(a)

deskrizzjoni qasira tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha li jirriżultaw mill-valutazzjoni tal-materjalità tagħha (ara r-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-1 ta’ dan l-istandard), inkluża deskrizzjoni ta’ fejn fil-mudell tan-negozju tagħha, l-operazzjonijiet tagħha stess u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, dawn l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali huma kkonċentrati;

(b)

l-effetti attwali u antiċipati tal-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha fuq il-mudell tan-negozju, il-katina tal-valur, l-istrateġija u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, u kif wieġbet jew tippjana li tirrispondi għal dawn l-effetti, inkluż kwalunkwe bidla li tkun għamlet jew tippjana li tagħmel fl-istrateġija jew fil-mudell tan-negozju tagħha bħala parti mill-azzjonijiet tagħha biex tindirizza impatti jew riskji materjali partikolari, jew li ssegwi opportunitajiet materjali partikolari;

(c)

b’referenza għall-impatti materjali tal-impriża:

i.

kif l-impatti materjali negattivi u pożittivi tal-impriża jaffettwaw (jew, fil-każ ta’ impatti potenzjali, x’aktarx jaffettwaw) lin-nies jew lill-ambjent;

ii.

jekk u kif l-impatti joriġinaw mill-istrateġija u l-mudell tan-negozju tal-impriża jew jekk humiex marbuta magħhom;

iii.

l-orizzonti ta’ żmien raġonevolment mistennija tal-impatti; u

iv.

jekk l-impriża hijiex involuta fl-impatti materjali permezz tal-attivitajiet tagħha jew minħabba r-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, filwaqt li tiddeskrivi n-natura tal-attivitajiet jew tar-relazzjonijiet kummerċjali kkonċernati;

(d)

l-effetti finanzjarji attwali tar-riskji u l-opportunitajiet materjali tal-impriża fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tagħha u r-riskji u l-opportunitajiet materjali li għalihom hemm riskju sinifikanti ta’ aġġustament materjali fil-perjodu ta’ rapportar annwali li jmiss għall-ammonti riportati ta’ assi u obbligazzjonijiet irrapportati fir-rapporti finanzjarji relatati;

(e)

l-effetti finanzjarji antiċipati tar-riskji u l-opportunitajiet materjali tal-impriża fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tagħha fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil, inklużi l-orizzonti ta’ żmien raġonevolment mistennija għal dawk l-effetti. Dan għandu jinkludi kif l-impriża tistenna li l-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tagħha jinbidlu fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil, minħabba l-istrateġija tagħha għall-ġestjoni tar-riskji u l-opportunitajiet, filwaqt li tqis:

i.

il-pjanijiet ta’ investiment u ta’ disponiment tagħha (pereżempju, in-nefqa kapitali, l-akkwiżizzjonijiet u ċ-ċessjonijiet ewlenin, l-impriżi konġunti, it-trasformazzjoni tan-negozju, l-innovazzjoni, l-oqsma tan-negozju ġodda u l-irtirar tal-assi), inklużi l-pjanijiet li l-impriża ma tkunx impenjata kuntrattwalment għalihom; u

ii.

is-sorsi ta’ finanzjament ippjanati tagħha sabiex timplimenta l-istrateġija tagħha.

(f)

informazzjoni dwar ir-reżiljenza tal-istrateġija u tal-mudell ta’ negozju tal-impriża fir-rigward tal-kapaċità tagħha li tindirizza l-impatti u r-riskji materjali tagħha u li tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet materjali tagħha. L-impriża għandha tiddivulga analiżi kwalitattiva u, fejn applikabbli, kwantitattiva tar-reżiljenza, inkluż kif twettqet l-analiżi u l-perjodi ta’ żmien li ġew applikati kif definiti fl-ESRS 1 (ara l-ESRS 1 Kapitolu 6 Perjodi ta’ żmien). Meta tipprovdi informazzjoni kwantitattiva, l-impriża tista’ tiddivulga ammonti uniċi jew meded;

(g)

bidliet fl-impatti materjali, fir-riskji u fl-opportunitajiet meta mqabblin mal-perjodu tar-rapportar preċedenti; u

(h)

speċifikazzjoni ta’ dawk l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet li huma koperti minn Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni tal-ESRS għall-kuntrarju ta’ dawk koperti mill-impriża li tuża divulgazzjonijiet addizzjonali speċifiċi għall-entitajiet.

49.

L-impriża tista’ tiddivulga l-informazzjoni deskrittiva meħtieġa fil-paragrafu 46 flimkien mad-divulgazzjonijiet ipprovduti skont l-ESRS topiku korrispondenti, f’liema każ xorta għandha tippreżenta dikjarazzjoni tal-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha flimkien mad-divulgazzjonijiet tagħha mħejjija skont dan il-kapitolu tal-ESRS 2.

4.   Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

4.1    divulgazzjonijiet dwar il-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità

50.

Dan il-kapitolu jistabbilixxi rekwiżiti ta’ divulgazzjoni li jippermettu fehim ta’:

(a)

il-proċess biex jiġu identifikati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali; u

(b)

l-informazzjoni li, bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha, l-impriża inkludiet fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-1 – Deskrizzjoni tal-proċess sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali

51.

L-impriża għandha tiddivulga l-proċess tagħha sabiex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha u sabiex tivvaluta liema huma materjali.

52.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tal-proċess li permezz tiegħu l-impriża tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet u tivvaluta l-materjalità tagħhom, bħala l-bażi għad-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet fid-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà tagħha (ara l-Kapitolu 3 tal-ESRS 1 u r-Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni relatati tiegħu, li jistabbilixxu rekwiżiti u prinċipji rigward il-proċess għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali abbażi tal-prinċipju ta’ materjalità doppja).

53.

L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-metodoloġiji u tas-suppożizzjonijiet applikati fil-proċess deskritt;

(b)

ħarsa ġenerali lejn il-proċess biex jiġu identifikati, ivvalutati u prijoritizzati l-impatti potenzjali u reali tal-impriża fuq in-nies u l-ambjent, infurmata mill-proċess ta’ diliġenza dovuta tal-impriża, inkluża spjegazzjoni ta’ jekk u kif il-proċess:

i.

jiffoka fuq attivitajiet speċifiċi, relazzjonijiet kummerċjali, ġeografiji jew fatturi oħra li jwasslu għal riskju akbar ta’ impatti negattivi;

ii.

iqis l-impatti li l-impriża hija involuta bihom permezz tal-operazzjonijiet tagħha stess jew bħala riżultat tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha;

iii.

jinkludi l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati sabiex jiġi mifhum kif dawn jistgħu jiġu affettwati u ma’ esperti esterni;

iv.

jipprijoritizza l-impatti negattivi abbażi tas-severità u l-probabbiltà relattiva tagħhom, (ara l-ESRS 1 taqsima 3.4 Il-materjalità tal-impatt) u, jekk applikabbli, l-impatti pożittivi fuq l-iskala, l-ambitu u l-probabbiltà relattivi tagħhom, u jiddetermina liema kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà huma materjali għall-finijiet ta’ rapportar, inklużi l-limiti kwalitattivi jew kwantitattivi u kriterji oħra użati kif preskritt mit-Taqsima 1 tal-ESRS 3.4 Materjalità tal-impatt;

(c)

ħarsa ġenerali lejn il-proċess użat biex jiġu identifikati, ivvalutati, prijoritizzati u mmonitorjati r-riskji u l-opportunitajiet li għandhom jew li jista’ jkollhom effetti finanzjarji. Id-divulgazzjoni għandha tinkludi:

i.

kif l-impriża kkunsidrat il-konnessjonijiet tal-impatti u d-dipendenzi tagħha mar-riskji u l-opportunitajiet li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-impatti u d-dipendenzi;

ii.

kif l-impriża tivvaluta l-probabbiltà, il-kobor u n-natura tal-effetti tar-riskju u l-opportunitajiet identifikati (bħal-limiti kwalitattivi jew kwantitattivi u kriterji oħra użati kif preskritt f’ESRS 1 Taqsima 3.3 Materjalità finanzjarja);

iii.

kif l-impriża tagħti prijorità lir-riskji relatati mas-sostenibbiltà meta mqabblin ma’ tipi oħrajn ta’ riskji, inkluż l-użu minnha ta’ għodod ta’ valutazzjoni tar-riskju;

(d)

deskrizzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-proċeduri ta’ kontroll intern relatati;

(e)

il-punt sa fejn u kif il-proċess għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-impatti u r-riskji huwa integrat fil-proċess ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju tal-impriża u użat għall-evalwazzjoni tal-profil tar-riskju ġenerali tal-impriża u l-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju;

(f)

il-punt sa fejn u kif il-proċess għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-opportunitajiet huwa integrat fil-proċess ta’ ġestjoni ġenerali tal-impriża fejn applikabbli;

(g)

il-parametri tal-input li tuża (pereżempju, is-sorsi tad-data, l-ambitu tal-operazzjonijiet koperti u d-dettall użat fis-suppożizzjonijiet); u

(h)

jekk il-proċess inbidilx meta mqabbel mal-perjodu tar-rapportar preċedenti, meta l-proċess ġie immodifikat għall-aħħar darba u d-dati ta’ reviżjoni futuri tal-valutazzjoni tal-materjalità.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-2 – Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża

54.

L-impriża għandha tirrapporta dwar ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li jkun hemm konformità magħhom fid-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tagħha.

55.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni inklużi fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża u tas-suġġetti li tħallew barra bħala mhux materjali, bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-materjalità.

56.

L-impriża għandha tinkludi lista tar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li tinżamm konformità magħhom fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà, wara l-eżitu tal-valutazzjoni tal-materjalità (ara l-ESRS 1, il-kapitolu 3), inklużi n-numri tal-paġni u/jew il-paragrafi meta d-divulgazzjonijiet relatati jkunu jinsabu fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Dan jista’ jiġi ppreżentat bħala indiċi tal-kontenut. L-impriża għandha tinkludi wkoll tabella tal-punti tad-data kollha li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE kif elenkata fl-Appendiċi B ta’ dan l-istandard, li tindika fejn jistgħu jinstabu fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u inklużi dawk li l-impriża tkun ivvalutat bħala mhux materjali, f’liema każ l-impriża għandha tindika “Mhux materjali” fit-tabella f’konformità mal-paragrafu 35 tal-ESRS 1.

57.

Jekk l-impriża tikkonkludi li t-tibdil fil-klima mhuwiex materjali u għalhekk tħalli barra r-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni fl-ESRS E1 Tibdil fil-klima, hija għandha tiddivulga spjegazzjoni dettaljata tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha fir-rigward tat-tibdil fil-klima (ara l-ESRS 2 IRO-2 Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża), inkluża analiżi li tħares ’il quddiem tal-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu lill-impriża biex tikkonkludi li t-tibdil fil-klima huwa materjali fil-futur.

58.

Jekk l-impriża tikkonkludi li suġġett għajr it-tibdil fil-klima mhuwiex materjali u għalhekk tħalli barra r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni kollha fl-ESRS topiku korrispondenti, hija tista’ tipprovdi spjegazzjoni qasira tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha għal dak is-suġġett.

59.

L-impriża għandha tipprovdi spjegazzjoni ta’ kif iddeterminat l-informazzjoni materjali li għandha tiġi ddivulgata fir-rigward tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet li tkun ivvalutat bħala materjali, inkluż l-użu ta’ limiti minimi u/jew kif implimentat il-kriterji fl-ESRS 1 Taqsima 3.2 Kwistjonijiet materjali u materjalità tal-informazzjoni.

4.2    Rekwiżit minimu ta’ divulgazzjoni dwar il-politiki u l-azzjonijiet

60.

Din it-taqsima tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ divulgazzjoni li għandhom jiġu inklużi meta l-impriża tiddivulga informazzjoni dwar il-politiki u l-azzjonijiet tagħha għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u r-rimedju tal-impatti materjali reali u potenzjali, biex tindirizza r-riskji materjali u/jew tfittex opportunitajiet materjali (kollettivament, biex “timmaniġġja kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà”). Dawn għandhom jiġu applikati flimkien mar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni, inklużi r-Rekwiżiti tal-Applikazzjoni, ipprovduti fl-ESRS rilevanti topiku u speċifiku għas-settur. Għandhom jiġu applikati wkoll meta l-impriża tħejji divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet.

61.

Id-divulgazzjonijiet korrispondenti għandhom ikunu lokalizzati flimkien ma’ divulgazzjonijiet preskritti mill-ESRS rilevanti. Meta politika waħda jew l-istess azzjonijiet jindirizzaw diversi kwistjonijiet interkonnessi relatati mas-sostenibbiltà, l-impriża tista’ tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa fir-rapportar tagħha taħt ESRS topiku wieħed u kontroreferenza għaliha fir-rapportar tagħha skont ESRS topiku ieħor.

62.

Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tiddivulga l-informazzjoni dwar il-politiki u l-azzjonijiet meħtieġa skont l-ESRS rilevanti, minħabba li ma tkunx adottat politiki u/jew azzjonijiet b’referenza għall-kwistjoni speċifika ta’ sostenibbiltà kkonċernata, hija għandha tiddivulga dan bħala l-każ, u tipprovdi r-raġunijiet għaliex ma adottatx politiki u/jew azzjonijiet. L-impriża tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih ikollha l-għan li tadottahom.

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni — Politiki MDR-P — Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà materjali

63.

L-impriża għandha tapplika r-rekwiżiti minimi ta’ divulgazzjoni definiti f’din id-dispożizzjoni meta tiddivulga l-politiki li jkollha fis-seħħ fir-rigward ta’ kull kwistjoni ta’ sostenibbiltà identifikata bħala materjali.

64.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni Minima huwa li jipprovdi fehim tal-politiki li l-impriża għandha fis-seħħ biex tipprevjeni, timmitiga u tirrimedja l-impatti reali u potenzjali, biex tindirizza r-riskji u biex issegwi l-opportunitajiet.

65.

L-impriża għandha tiddivulga informazzjoni dwar il-politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà. Id-divulgazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-kontenut ewlieni tal-politika, inklużi l-objettivi ġenerali tagħha u ma’ liema impatti, riskji jew opportunitajiet materjali hija relatata l-politika u l-proċess għall-monitoraġġ;

(b)

deskrizzjoni tal-ambitu tal-politika, jew tal-esklużjonijiet tagħha, f’termini ta’ attivitajiet, katina tal-valur upstream jew downstream, ġeografiji u jekk rilevanti, gruppi ta’ partijiet ikkonċernati affettwati;

(c)

l-aktar livell superjuri fl-organizzazzjoni tal-impriża li jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika;

(d)

referenza, jekk rilevanti, għall-istandards jew għall-inizjattivi ta’ partijiet terzi li l-impriża tieħu impenn li tirrispetta permezz tal-implimentazzjoni tal-politika;

(e)

jekk rilevanti, deskrizzjoni tal-kunsiderazzjoni mogħtija lill-interessi tal-partijiet ikkonċernati ewlenin fl-istabbiliment tal-politika; u

(f)

jekk ikun rilevanti, jekk l-impriża tagħmilx il-politika disponibbli għall-partijiet ikkonċernati potenzjalment affettwati, u għall-partijiet ikkonċernati li jeħtieġ li jgħinuha timplimentaha u kif.

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni — Azzjonijiet MDR-A — Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà materjali

66.

L-impriża għandha tapplika r-rekwiżiti għall-kontenut tad-divulgazzjonijiet f’din id-dispożizzjoni meta tiddeskrivi l-azzjonijiet li permezz tagħhom timmaniġġa kull kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali inklużi l-pjanijiet ta’ azzjoni u r-riżorsi allokati u/jew ippjanati.

67.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni Minima huwa li jipprovdi fehim tal-azzjonijiet ewlenin meħuda u/jew ippjanati għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u r-rimedju tal-impatti reali u potenzjali, u li jindirizza r-riskji u l-opportunitajiet, u fejn applikabbli jikseb l-objettivi u l-miri tal-politiki relatati.

68.

Meta l-implimentazzjoni ta’ politika tkun teħtieġ azzjonijiet, jew pjan ta’ azzjoni komprensiv, sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha, kif ukoll meta l-azzjonijiet jiġu implimentati mingħajr politika speċifika, l-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-lista ta’ azzjonijiet ewlenin meħudin fis-sena ta’ rapportar u ppjanati għall-futur, l-eżiti mistennijin tagħhom u, meta rilevanti, kif l-implimentazzjoni tagħhom tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi u tal-miri tal-politika;

(b)

l-ambitu tal-azzjonijiet ewlenin (jiġifieri, il-kopertura f’termini ta’ attivitajiet, il-ġeografiji tal-katina tal-valur upstream u/jew downstream u, meta applikabbli, il-gruppi tal-partijiet ikkonċernati affettwati);

(c)

il-perjodi ta’ żmien li fihom l-impriża jkollha l-ħsieb li tlesti kull azzjoni ewlenija;

(d)

jekk applikabbli, l-azzjonijiet ewlenin meħudin (flimkien mar-riżultati) sabiex tipprovdi għall-forniment ta’ rimedju lil dawk li ġarrbu ħsara minn impatti materjali reali, u tikkoopera fih jew issostnih;

(e)

jekk applikabbli, informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar il-progress tal-azzjonijiet jew tal-pjanijiet ta’ azzjoni ddivulgati f’perjodi preċedenti.

69.

Meta l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni tkun teħtieġ nefqiet operatorji sinifikanti (Opex) u/jew nefqiet kapitali (Capex), l-impriża għandha:

(a)

tiddeskrivi t-tip ta’ riżorsi finanzjarji u riżorsi oħra attwali u futuri allokati għall-pjan ta’ azzjoni, inkluż jekk applikabbli, it-termini rilevanti tal-istrumenti ta’ finanzjament sostenibbli, bħall-bonds ekoloġiċi, il-bonds soċjali u s-self ekoloġiku, l-objettivi ambjentali jew soċjali, u jekk il-kapaċità li jiġu implimentati l-azzjonijiet jew il-pjan ta’ azzjoni tiddependix fuq prekundizzjonijiet speċifiċi, eż. l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju jew l-ordni pubbliku u l-iżviluppi tas-suq;

(b)

tipprovdi l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji attwali u tispjega kif dawn jirrelataw mal-ammonti l-aktar rilevanti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji; u

(c)

tipprovdi l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji futuri.

5.   Metriċi u miri

70.

Dan il-kapitolu jistabbilixxi r-Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni li għandhom jiġu inklużi meta l-impriża tiddivulga informazzjoni dwar il-metrika u l-miri tagħha relatati ma’ kull kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali. Dawn għandhom jiġu applikati flimkien mar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni, inklużi r-rekwiżiti ta’ applikazzjoni, ipprovduti fl-ESRS topiku rilevanti. Għandhom jiġu applikati wkoll meta l-impriża tħejji divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet.

71.

Id-divulgazzjonijiet korrispondenti għandhom ikunu jinsabu flimkien mad-divulgazzjonijiet prestabbiliti mill-ESRS topiku.

72.

Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tiddivulga l-informazzjoni dwar il-miri meħtieġa skont l-ESRS topiku rilevanti, minħabba li ma tkunx stabbiliet miri b’referenza għall-kwistjoni speċifika ta’ sostenibbiltà kkonċernata, hija għandha tiddivulga dan bħala l-każ, u tipprovdi r-raġunijiet għaliex ma tkunx adottat miri. L-impriża tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih ikollha l-għan li tadottahom.

Rekwiżit minimu ta’ divulgazzjoni — Metriċi MDR-M — Metriċi fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà

73.

L-impriża għandha tapplika r-rekwiżiti għall-kontenut ta’ divulgazzjonijiet f’din id-dispożizzjoni meta tiddivulga dwar il-metriċi li jkollha fis-seħħ fir-rigward ta’ kull kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali.

74.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni Minima huwa li jipprovdi fehim tal-metriċi li l-impriża tuża biex issegwi l-effettività tal-azzjonijiet tagħha għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

75.

L-impriża għandha tiddivulga kwalunkwe metrika li tuża sabiex tevalwa l-prestazzjoni u l-effettività, fir-rigward ta’ impatt, ta’ riskju jew ta’ opportunità materjali.

76.

Il-metriċi għandhom jinkludu dawk definiti fl-ESRS, kif ukoll metriċi identifikati fuq bażi speċifika għall-entitajiet, kemm jekk meħudin minn sorsi oħrajn kif ukoll jekk żviluppati mill-impriża nnifisha.

77.

Għal kull metrika, l-impriża għandha:

(a)

tiddivulga l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti wara l-metrika, inklużi l-limitazzjonijiet tal-metodoloġiji użati;

(b)

tiddivulga jekk il-kejl ta’ metrika jkunx ivvalidat minn korp estern għajr il-fornitur tal-assigurazzjoni u, jekk iva, liema korp;

(c)

tittikketta u tiddefinixxi l-metrika billi tuża ismijiet u deskrizzjonijiet sinifikanti, ċari u preċiżi;

(d)

meta l-munita tkun speċifikata bħala l-unità ta’ kejl, tuża l-munita tal-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji tagħha.

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni — Miri MDR-T — Traċċar tal-effettività tal-politiki u l-azzjonijiet permezz ta’ miri

78.

L-impriża għandha tapplika r-rekwiżiti għall-kontenut tad-divulgazzjonijiet f’din id-dispożizzjoni meta tiddivulga informazzjoni dwar il-miri li tkun stabbiliet fir-rigward ta’ kull kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali.

79.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni Minima huwa li jipprovdi għal kull kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali fehim ta’:

(a)

jekk u kif l-impriża ssegwi l-effettività tal-azzjonijiet tagħha sabiex tindirizza l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali, inkluża l-metriċi li tuża sabiex tagħmel dan;

(b)

miri orjentati lejn l-eżiti li jistgħu jitkejlu u marbutin biż-żmien stabbiliti mill-impriża sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, definiti f’termini tar-riżultati mistennijin għan-nies, għall-ambjent jew għall-impriża fir-rigward tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali;

(c)

il-progress ġenerali lejn il-miri adottati maż-żmien;

(d)

fil-każ li l-impriża ma tkunx stabbiliet miri orjentati lejn l-eżitu li jistgħu jitkejlu u li jkunu marbuta biż-żmien, jekk u kif madankollu tittraċċa l-effettività tal-azzjonijiet tagħha biex tindirizza l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali u tkejjel il-progress fil-kisba tal-objettivi ta’ politika tagħha; u

(e)

jekk u kif il-partijiet ikkonċernati kienu involuti fl-iffissar tal-miri għal kull kwistjoni materjali ta’ sostenibbiltà.

80.

L-impriża għandha tiddivulga l-miri li jistgħu jitkejlu, orjentati lejn l-eżiti u marbuta biż-żmien dwar kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà li tkun stabbiliet biex tivvaluta l-progress. Għal kull mira, id-divulgazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tar-relazzjoni tal-mira mal-objettivi tal-politika;

(b)

il-livell fil-mira definit li għandu jinkiseb, inkluż, meta applikabbli, jekk il-mira tkunx assoluta jew relattiva u f’liema unità titkejjel;

(c)

l-ambitu tal-mira, inklużi l-attivitajiet tal-impriża u/jew il-katina tal-valur upstream u/jew downstream tagħha meta applikabbli u l-konfini ġeografiċi;

(d)

il-valur bażi u s-sena bażi li minnha jitkejjel il-progress;

(e)

il-perjodu li għalih tapplika l-mira u, jekk applikabbli, kwalunkwe objettiv intermedju jew mira interim;

(f)

il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti użati biex jiġu definiti l-miri, inkluż fejn applikabbli, ix-xenarju magħżul, is-sorsi tad-data, l-allinjament mal-għanijiet ta’ politika nazzjonali, tal-UE jew internazzjonali u kif il-miri jqisu l-kuntest usa’ tal-iżvilupp sostenibbli u/jew is-sitwazzjoni lokali li fiha jseħħu l-impatti;

(g)

jekk il-miri tal-impriża relatati ma’ kwistjonijiet ambjentali jkunux ibbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva;

(h)

jekk u kif il-partijiet ikkonċernati kienu involuti fl-iffissar tal-miri għal kull kwistjoni materjali ta’ sostenibbiltà;

(i)

kwalunkwe bidla fil-miri u fil-metriċi korrispondenti jew fil-metodoloġiji ta’ kejl sottostanti, fis-suppożizzjonijiet, fil-limitazzjonijiet, fis-sorsi u fil-proċessi sinifikanti għall-ġbir tad-data adottata fil-perjodu ta’ żmien definit. Dan jinkludi spjegazzjoni tar-raġunament għal dawk il-bidliet u l-effett tagħhom fuq il-komparabbiltà (ara r-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni BP-2 Divulgazzjonijiet b’rabta maċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan l-Istandard); u

(j)

il-prestazzjoni meta mqabbla mal-miri divulgati tagħha, inkluża informazzjoni dwar kif il-mira tiġi mmonitorjata u rieżaminata u l-metrika użata, jekk il-progress huwiex konformi ma’ dak li kien ippjanat inizjalment, u analiżi tax-xejriet jew tal-bidliet sinifikanti fil-prestazzjoni tal-impriża lejn il-kisba tal-mira.

81.

Jekk l-impriża ma stabbilixxietx miri orjentati lejn ir-riżultati li jistgħu jitkejlu:

(a)

tista’ tiddivulga jekk dawn il-miri humiex se jiġu stabbiliti u l-iskeda ta’ żmien biex dawn jiġu stabbiliti, jew ir-raġunijiet għaliex l-impriża ma tippjanax li tistabbilixxi tali miri;

(b)

hija għandha tiddivulga jekk madankollu tittraċċax l-effettività tal-politiki u l-azzjonijiet tagħha fir-rigward tal-impatt, ir-riskju u l-opportunità materjali relatati mas-sostenibbiltà, u jekk iva:

i.

kwalunkwe proċess li permezz tiegħu tagħmel dan;

ii.

u kwalunkwe indikatur kwalitattiv jew kwantitattiv li tuża sabiex tevalwa l-progress, inkluż il-perjodu bażi li minnu jitkejjel il-progress.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 2 u għandu l-istess awtorità bħal partijiet oħra tal-Istandard.

1.   Bażi għat-tħejjija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni BP-1 — Bażi ġenerali għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà

AR 1.

Meta tiddeskrivi sa liema punt id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkopri l-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża (ara ESRS 1 taqsima 5.1 Impriża ta’ rapportar u katina tal-valur), l-impriża tista’ tiddistingwi bejn:

(a)

il-punt sa fejn il-valutazzjoni tal-materjalità tagħha tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet testendi għall-katina tal-valur upstream u/jew downstream tagħha;

(b)

il-punt sa fejn il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri tagħha jestendu għall-katina tal-valur tagħha; u

(c)

il-punt sa fejn tinkludi data dwar il-katina tal-valur upstream u/jew downstream meta tiddivulga fuq il-metriċi.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni BP-2 – Divulgazzjonijiet fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi

AR 2.

L-impriża tista’ tiddivulga jekk tiddependix fuq xi standard Ewropew approvat mis-Sistema Ewropea ta’ Standardizzazzjoni (ISO/IEC jew standards CEN/CENELEC), kif ukoll il-punt sa fejn id-data u l-proċessi li jintużaw għal finijiet ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà jkunu ġew ivverifikati minn fornitur estern tal-assigurazzjoni u jkunu nstabu li jikkonformaw mal-istandard ISO/IEC jew CEN/CENELEC korrispondenti.

2.   Governanza

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-1 – Ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji

AR 3.

Fid-deskrizzjoni tar-rwol u tar-responsabbiltajiet tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà, l-impriża tista’ tispeċifika:

(a)

l-aspetti tas-sostenibbiltà li fuqhom tiġi eżerċitata s-sorveljanza, fir-rigward tal-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza, l-impriża tista’ tkun qed tiffaċċja, inklużi:

i.

kwalunkwe valutazzjoni tal-aspetti relatati mas-sostenibbiltà u l-bidliet fihom tal-istrateġija u tal-mudell ta’ negozju tal-impriża;

ii.

l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji, tal-opportunitajiet u tal-impatti materjali;

iii.

politiki u miri relatati, pjanijiet ta’ azzjoni u riżorsi ddedikati; u

iv.

rapportar dwar is-sostenibbiltà;

(b)

il-forma li tieħu din is-sorveljanza għal kull wieħed mill-aspetti ta’ hawn fuq: jiġifieri, informazzjoni, konsultazzjoni jew teħid ta’ deċiżjonijiet; u

(c)

il-mod kif tiġi organizzata u fformalizzata tali sorveljanza, jiġifieri, il-proċessi li bihom il-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jinvolvu ruħhom ma’ dawn l-aspetti ta’ sostenibbiltà.

AR 4.

Fid-deskrizzjoni tal-organizzazzjoni ta’ governanza tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà, deskrizzjoni ta’ struttura ta’ governanza kumplessa tista’ tiġi kkomplementata mill-preżentazzjoni tagħhom fil-forma ta’ dijagramma.

AR 5.

Id-deskrizzjoni tal-livell ta’ għarfien espert jew tal-aċċess għall-għarfien espert tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tista’ tiġi ssostanzjata billi tintwera l-kompożizzjoni tal-korpi, inklużi l-membri li fuqhom dawn il-korpi jiddependu għall-għarfien espert sabiex jissorveljaw kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà, u kif dawn jinfluwenzaw dak l-għarfien espert bħala korp. Fid-deskrizzjoni, l-impriża għandha tikkunsidra kif l-għarfien espert u l-ħiliet ikunu rilevanti għall-impatti, għar-riskji u għall-opportunitajiet materjali tal-impriża u jekk il-korpi u/jew il-membri tagħhom ikollhomx aċċess għal sorsi oħrajn ta’ għarfien espert, bħal esperti speċifiċi u taħriġ u inizjattivi edukattivi oħrajn sabiex tiġi aġġornata u żviluppata kompetenza relatata mas-sostenibbiltà fi ħdan dawn il-korpi.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-2 – Informazzjoni pprovduta lil korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża u kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà indirizzati minnhom

AR 6.

Skont l-istruttura tal-impriża, il-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jistgħu jiffokaw fuq miri ġenerali, filwaqt li l-maniġment jiffoka fuq il-miri aktar dettaljati. F’dan il-każ, l-impriża tista’ tiżvela kif il-korpi ta’ governanza jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmu xieraq għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-3 – Integrazzjoni tal-prestazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi

AR 7.

Għall-impriżi elenkati, dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni għandu jkun konsistenti mar-rapport ta’ remunerazzjoni prestabbilit fl-Artikoli 9a u 9b tad-Direttiva 2007/36/KE dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati. Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 119, 120 u 122 tal-ESRS 1, impriża elenkata tista’ tagħmel referenza għar-rapport ta’ remunerazzjoni tagħha.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-4 — Dikjarazzjoni dwar id-diliġenza dovuta

AR 8.

L-immappjar meħtieġ mill-paragrafu 30 jista’ jiġi ppreżentat fil-forma ta’ tabella, b’kontroreferenzi għall-elementi ewlenin tad-diliġenza dovuta, għall-impatti fuq in-nies u fuq l-ambjent, għad-divulgazzjonijiet rilevanti fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża, kif stabbilit hawn taħt.

AR 9.

L-impriża tista’ tinkludi kolonni addizzjonali għat-tabella ta’ hawn taħt sabiex tidentifika b’mod ċar dawk id-divulgazzjonijiet li huma relatati mal-impatti fuq in-nies u/jew fuq l-ambjent minħabba li, f’xi każijiet, aktar minn divulgazzjoni waħda tista’ tipprovdi informazzjoni dwar l-istess stadju tad-diliġenza dovuta.

AR 10.

Ir-referenzi ewlenin fl-istrumenti internazzjonali tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali għall-elementi ewlenin tal-proċess ta’ diliġenza dovuta huma elenkati fl-ESRS 1, il-kapitolu 4.

ELEMENTI EWLENIN TAD-DILIĠENZA DOVUTA

IL-PARAGRAFI FID-DIKJARAZZJONI DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ

a)

L-integrazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-governanza, fl-istrateġija u fil-mudell ta’ negozju

 

b)

L-involviment tal-partijiet ikkonċernati affettwati fl-istadji ewlenin kollha tad-diliġenza dovuta

 

c)

L-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti negattivi

 

d)

It-teħid ta’ azzjonijiet sabiex jiġu indirizzati dawk l-impatti negattivi

 

e)

Is-segwitu tal-effettività ta’ dawn l-isforzi u l-komunikazzjoni

 

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni GOV-5 – Ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni fuq ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà

AR 11.

Dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jiffoka biss fuq il-proċessi ta’ kontroll intern fuq il-proċess ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà. L-impriża tista’ tikkunsidra riskji bħall-kompletezza u l-integrità tad-data, l-akkuratezza tar-riżultati tal-istima, id-disponibbiltà tad-data tal-katina tal-valur upstream u/jew downstream, u t-twaqqit tad-disponibbiltà tal-informazzjoni.

3.   Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-1 Strateġija, mudell tan-negozju u katina tal-valur

AR 12.

Sabiex tipprovdi l-informazzjoni dwar is-setturi meħtieġa mill-paragrafu 40, l-impriża għandha tidentifika l-attivitajiet sinifikanti tagħha f’konformità mas-setturi tal-ESRS. Jekk ma jkunx jeżisti kodiċi għal sottosettur, hija użata d-didaskalija “oħrajn”.

AR 13.

Għall-finijiet tad-divulgazzjonijiet meħtieġa fil-paragrafu 40, grupp ta’ prodotti u/jew servizzi offruti, grupp ta’ swieq u/jew gruppi ta’ klijenti servuti, jew settur tal-ESRS, huwa sinifikanti għall-impriża jekk jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a)

jammonta għal aktar minn 10 fil-mija tad-dħul tal-impriża;

(b)

huwa marbut ma’ impatti materjali reali jew impatti negattivi materjali potenzjali tal-impriża.

AR 14.

Fit-tħejjija ta’ divulgazzjonijiet relatati mal-mudell tan-negozju u mal-katina tal-valur tagħha, l-impriża għandha tikkunsidra:

(a)

l-attivitajiet ewlenin, ir-riżorsi, il-kanali ta’ distribuzzjoni u s-segmenti tal-klijenti tagħha;

(b)

ir-relazzjonijiet kummerċjali ewlenin tagħha u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom, inklużi r-relazzjonijiet mal-klijenti u l-fornituri;

(c)

l-istruttura tal-kostijiet u d-dħul tas-segmenti tan-negozju tagħha, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-IFRS 8 fir-rapport finanzjarju, meta applikabbli;

(d)

l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet potenzjali fis-settur(i) sinifikanti tagħha u r-relazzjoni possibbli tagħhom mal-mudell tan-negozju jew mal-katina tal-valur tagħha stess.

AR 15.

L-informazzjoni kuntestwali tista’ tkun partikolarment rilevanti għall-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża, biex wieħed jifhem sa liema punt id-divulgazzjonijiet jinkludu informazzjoni upstream u/jew downstream tal-katina tal-valur. Id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-katina tal-valur upstream u/jew downstream u meta applikabbli l-identifikazzjoni ta’ ktajjen tal-valur ewlenin għandhom jappoġġaw fehim ta’ kif l-impriża tapplika r-rekwiżiti tal-ESRS 1, il-kapitolu 5, u l-valutazzjoni tal-materjalità mwettqa mill-impriża f’konformità mal-ESRS 1, il-kapitolu 3. Id-deskrizzjoni tista’ tipprovdi ħarsa ġenerali ta’ livell għoli lejn il-karatteristiċi ewlenin tal-entitajiet tal-katina tal-valur upstream u/jew downstream li tindika l-kontribuzzjoni relattiva tagħhom għall-prestazzjoni u għall-pożizzjoni tal-impriża u tispjega kif dawn jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-valur tal-impriża.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

AR 16.

Il-fehmiet u l-interessi tal-partijiet ikkonċernati li huma espressi bħala parti mill-impenn tal-impriża mal-partijiet ikkonċernati permezz tal-proċess ta’ diliġenza dovuta tagħha jistgħu jkunu rilevanti għal aspett wieħed jew aktar tal-istrateġija jew tal-mudell ta’ negozju tagħha. Bħala tali, jistgħu jaffettwaw id-deċiżjonijiet tal-impriża rigward id-direzzjoni futura tal-istrateġija jew tal-mudell ta’ negozju.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM-3 Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell ta’ negozju

AR 17.

Meta tiddeskrivi fejn, fil-katina tal-valur upstream u/jew downstream tagħha, huma kkonċentrati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali, l-impriża għandha tikkunsidra: żoni ġeografiċi, faċilitajiet jew tipi ta’ assi, inputs, outputs u kanali ta’ distribuzzjoni.

AR 18.

Din id-divulgazzjoni tista’ tiġi espressa f’termini ta’ impatt, ta’ riskju jew ta’ opportunità waħda jew permezz tal-aggregazzjoni ta’ gruppi ta’ impatti, ta’ riskji u ta’ opportunitajiet materjali, meta din tipprovdi informazzjoni aktar rilevanti u ma taħbix informazzjoni materjali.

4.   Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-2 – Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża

AR 19.

Minkejja l-bażi għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà inklużi fl-ESRS 1, il-kapitolu 8 Struttura tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà, l-impriża tista’ tiddivulga l-lista tar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni osservati fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà (ara l-paragrafu 54) fil-parti tal-informazzjoni ġenerali jew f’partijiet oħrajn tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà kif tqis xieraq. L-impriża tista’ tuża indiċi tal-kontenut, jiġifieri lista f’tabella tar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni inklużi fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà, bl-indikazzjoni ta’ fejn jinsabu (paġna/paragrafi).

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni — Politiki MDR-P — Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà materjali

AR 20.

Minħabba l-interdipendenza bejn l-impatti fuq in-nies u l-ambjent, ir-riskji u l-opportunitajiet, politika unika tista’ tapplika għal diversi kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà, inklużi kwistjonijiet indirizzati minn aktar minn ESRS topiku wieħed. Pereżempju, jekk politika waħda tkopri kemm kwistjoni ambjentali kif ukoll kwistjoni soċjali, l-impriża tista’ tirrapporta dwar il-politika fit-taqsima ambjentali tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. F’dan il-każ, jenħtieġ li fit-taqsima soċjali tinkludi kontroreferenza għas-sezzjoni ambjentali fejn tiġi rrapportata l-politika. Bl-istess mod, politika tista’ tiġi rrapportata fit-taqsima soċjali b’kontroreferenza għaliha fit-taqsima ambjentali.

AR 21.

Id-deskrizzjoni tal-ambitu tal-politika tista’ tispjega liema attivitajiet u/jew segmenti tal-operazzjonijiet jew tal-katina tal-valur upstream jew downstream tal-impriża stess tikkonċerna. Id-deskrizzjoni tista’ tispjega wkoll aktar konfini rilevanti għas-suġġett speċifiku jew għaċ-ċirkostanzi tal-impriża, li jistgħu jinkludu ġeografija, ċikli tal-ħajja, eċċ. F’ċerti każijiet, bħal jekk il-politika ma tkoprix il-katina tal-valur sħiħa, l-impriża tista’ tipprovdi informazzjoni ċara dwar il-firxa tal-katina tal-valur koperta mill-politika.

Rekwiżit minimu ta’ divulgazzjoni — Azzjonijiet MDR-A — Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà materjali

AR 22.

L-azzjonijiet ewlenin fil-kuntest ta’ dan ir-Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni huma dawk l-azzjonijiet li jikkontribwixxu materjalment biex jintlaħqu l-objettivi tal-impriża fl-indirizzar tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali. Għal raġunijiet ta’ komprensibilità, l-azzjonijiet ewlenin jistgħu jiġu aggregati fejn xieraq.

AR 23.

L-informazzjoni dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi tista’ tiġi ppreżentata fil-forma ta’ tabella u mqassma bejn in-nefqa kapitali u n-nefqa operattiva, u tul l-orizzonti ta’ żmien rilevanti, u bejn ir-riżorsi applikati fis-sena ta’ rapportar attwali u l-allokazzjoni ppjanata tar-riżorsi fuq orizzonti ta’ żmien speċifiċi.

5.   Metriċi u miri

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni — Miri MDR-T — Traċċar tal-effettività tal-politiki u l-azzjonijiet permezz ta’ miri

AR 24.

Meta tistabbilixxi miri relatati mal-prevenzjoni jew mal-mitigazzjoni tal-impatti ambjentali, l-impriża għandha tipprijoritizza l-miri relatati mat-tnaqqis tal-impatti f’termini assoluti aktar milli f’termini relattivi. Meta l-miri jindirizzaw il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-impatti soċjali, dawn jistgħu jiġu speċifikati f’termini tal-effetti fuq id-drittijiet tal-bniedem, fuq il-benessri jew fuq l-eżiti pożittivi għall-partijiet ikkonċernati affettwati.

AR 25.

L-informazzjoni dwar il-progress li sar fil-kisba tal-miri tista’ tiġi ppreżentata f’tabella komprensiva, inkluża informazzjoni dwar il-valur tax-xenarju bażi u tal-mira, l-objettivi intermedji, u l-prestazzjoni miksuba matul il-perjodi preċedenti.

AR 26.

Meta l-impriża tiddeskrivi l-progress fil-kisba tal-objettivi ta’ politika fin-nuqqas ta’ mira li tista’ titkejjel, hija tista’ tispeċifika xenarju bażi li fid-dawl tiegħu jitqies il-progress. Pereżempju, l-impriża tista’ tivvaluta żieda fil-pagi b’ċertu perċentwal għal dawk taħt paga ġusta; jew tista’ tivvaluta l-kwalità tar-relazzjonijiet tagħha mal-komunitajiet lokali b’referenza għall-proporzjon ta’ kwistjonijiet imqajma mill-komunitajiet li ġew solvuti għas-sodisfazzjon tagħhom. Ix-xenarju bażi u l-valutazzjoni tal-progress għandhom ikunu relatati mal-impatti, mar-riskji u mal-opportunitajiet li huma l-bażi tal-materjalità tal-kwistjoni indirizzata mill-politika.

Appendiċi B

Lista ta’ punti ta’ data fi standards trasversali u topiċi li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 2. It-tabella ta’ hawn taħt turi l-punti tad-data fl-ESRS 2 u l-ESRS topiċi li jidderivaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni u punt ta’ data relatat

Referenza tal-SFDR (23)

Referenza tal-pilastru 3 (24)

Referenza tar-regolament (25) ta’ referenza

Referenza għal-

Liġi tal-UE dwar il-Klima (26)

ESRS 2 GOV-1

Il-bord dwar id-diversità tal-ġeneru il-paragrafu 21(d)

Indikatur numru 13 tat-Tabella #1 tal-Anness 1

 

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 (27), l-Anness II

 

ESRS 2 GOV-1

Perċentwal ta’ membri tal-bord li huma indipendenti fil-paragrafu 21(e)

 

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II

 

ESRS 2 GOV-4

Dikjarazzjoni dwar id-diliġenza dovuta il-paragrafu 30

Indikatur nru 10 Tabella #3 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS 2 SBM-1

Involviment fl-attivitajiet b’rabta ma’ attivitajiet tal-fjuwils fossili il-paragrafu 40(d)i

Indikaturi nru 4 Tabella #1 tal-Anness 1

L-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

It-Tabella 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2022/2453 (28): Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju ambjentali u t-Tabella 2: Informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskju soċjali

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II

 

ESRS 2 SBM-1

Involviment fl-attivitajiet b’rabta mal-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi il-paragrafu 40(d)ii

Indikatur nru 9 Tabella #2 tal-Anness 1

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II

 

ESRS 2 SBM-1

Involviment f’attivitajiet relatati ma’ armi kontroversjali il-paragrafu 40(d)iii

Indikatur nru 14 Tabella #1 tal-Anness 1

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1818 (29), l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II

 

ESRS 2 SBM-1

Involviment fl-attivitajiet b’rabta mal-kultivazzjoni u mal-produzzjoni tat-tabakk il-paragrafu 40(d)iv

 

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1818, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II

 

ESRS E1-1

Pjan ta’ tranżizzjoni biex tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050 il-paragrafu 14

 

 

 

Ir-Regolament (UE) 2021/1119, l-Artikolu 2(1)

ESRS E1-1

Impriżi esklużi minn parametri referenzjarji allinjati ma’ Pariġi il-paragrafu 16(g)

 

Artikolu 449a

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453, il-Mudell 1: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Kwalità kreditizja tal-iskoperturi skont is-settur, l-emissjonijiet u l-maturità residwa

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1818, l-Artikolu12.1 (d) sa (g), u l-Artikolu 12.2

 

ESRS E1-4

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra miri ta’ tnaqqis il-paragrafu 34

Indikatur nru 4 Tabella #2 tal-Anness 1

Artikolu 449a

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453, il-Mudell 3: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: metriċi tal-allinjament

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1818, l-Artikolu 6

 

ESRS E1-5

Il-konsum tal-enerġija mill-fossili sorsi diżaggregati skont is-sorsi (setturi b’impatt għoli fuq il-klima biss) il-paragrafu 38

Indikatur nru 5 Tabella #1 u Indikatur nru 5 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E1-5 Konsum u taħlita enerġetika, il-paragrafu 37

Indikatur nru 5 Tabella #1 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E1-5

Intensità enerġetika assoċjata ma’ attivitajiet f’setturi b’impatt għoli fuq il-klima il-paragrafi 40 sa 43

Indikatur nru 6 Tabella #1 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E1-6

Ambitu Gross 1, 2, 3 u l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra il-paragrafu 44

Indikaturi numri 1 u 2 Tabella #1 tal-Anness 1

Artikolu 449a; Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453, il-Mudell 1: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Kwalità kreditizja tal-iskoperturi skont is-settur, l-emissjonijiet u l-maturità residwa

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1818, l-Artikolu 5(1), 6 u 8(1)

 

ESRS E1-6

Intensità gross tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra il-paragrafi 53 sa 55

Indikaturi nru 3 Tabella #1 tal-Anness 1

L-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453, il-Mudell 3: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: metriċi tal-allinjament

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1818, l-Artikolu 8(1)

 

ESRS E1-7

Assorbiment ta’ gassijiet serra u krediti ta’ karbonju il-paragrafu 56

 

 

 

Ir-Regolament (UE) 2021/1119, l-Artikolu 2(1)

ESRS E1-9

Skopertura tal-portafoll tal-parametri referenzjarji għar-riskji fiżiċi relatati mal-klima il-paragrafu 66

 

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1818, l-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II

 

ESRS E1-9

Diżaggregazzjoni tal-ammonti monetarji skont ir-riskju fiżiku akut u kroniku, il-paragrafu 66(a)

ESRS E1-9

Post ta’ assi sinifikanti f’riskju fiżiku materjali il-paragrafu 66(c).

 

L-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 il-paragrafi 46 u 47; Mudell 5: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju fiżiku tat-tibdil fil-klima: Skoperturi soġġetti għal riskju fiżiku.

 

 

ESRS E1-9 Diżaggregazzjoni tal-valur riportat l-assi tal-proprjetà immobbli tagħha skont l-effiċjenza enerġetika enerġetika il-paragrafu 67(c).

 

L-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453, il-paragrafu 34; il-Mudell 2: Il-portafoll bankarju — Riskju tat-tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Self kollateralizzat minn proprjetà immobbli - Effiċjenza enerġetika tal-kollateral.

 

 

ESRS E1-9

Grad ta’ esponiment tal-portafoll għall-opportunitajiet relatati mal-klima il-paragrafu 69

 

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1818, l-Anness II

 

ESRS E2-4

L-ammont ta’ kull sustanza niġġiesa elenkata fl-Anness II tar-Regolament dwar il-PRTR Ewropew (Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti) emessa fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija, il-paragrafu 28

Indikatur numru 8 Tabella # 1 tal-Anness 1 Indikatur numru 2 Tabella # 2 tal-Anness 1 Indikatur numru 1 Tabella # 2 tal-Anness 1 Indikatur numru 3 Tabella # 2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E3-1

Riżorsi tal-ilma u tal-baħar il-paragrafu 9

Indikatur nru 7 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E3-1

Politika dedikata l-paragrafu 13

Indikatur numru 8 Tabella 2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E3-1

Oċeani u ibħra sostenibbli il-paragrafu 14

Indikatur nru 12 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E3-4

Total ta’ ilma riċiklat u użat mill-ġdid fil-paragrafu 28(c)

Indikatur nru 6.2 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E3-4

Konsum totali tal-ilma f’m3 għal kull dħul nett fuq l-operazzjonijiet proprji il-paragrafu 29

Indikatur nru 6.1 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS 2- IRO 1 - E4 paragrafu 16(a)i

Indikatur nru 7 Tabella #1 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS 2- IRO 1 - E4 paragrafu 16(b)

Indikatur nru 10 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS 2- IRO 1 - E4 il-paragrafu 16(c)

Indikatur nru 14 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E4-2

Prattiki jew politiki sostenibbli dwar l-art / l-agrikoltura paragrafu 24(b)

Indikatur nru 11 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E4-2

Prattiki jew politiki dwar oċeani / ibħra sostenibbli il-paragrafu 24(c)

Indikatur nru 12 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E4-2

Politiki sabiex tiġi indirizzata d-deforestazzjoni l-paragrafu 24(d)

Indikatur nru 15 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E5-5

Skart mhux riċiklat il-paragrafu 37(d)

Indikatur nru 13 Tabella #2 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS E5-5

Skart perikoluż u skart radjuattiv il-paragrafu 39

Indikatur nru 9 Tabella #1 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS 2- SBM3 - S1

Riskju ta’ inċidenti ta’ xogħol furzat il-paragrafu 14(f)

Indikatur nru 13 Tabella #3 tal-Anness I

 

 

 

ESRS 2- SBM3 - S1

Riskju ta’ inċidenti ta’ tħaddim tat-tfal il-paragrafu 14(g)

Indikatur nru 12 Tabella #3 tal-Anness I

 

 

 

ESRS S1-1

Impenji tal-politika dwar id-drittijiet tal-bniedem il-paragrafu 20

Indikatur nru 9 Tabella # 3 u Indikatur nru 11 Tabella #1 tal-Anness I

 

 

 

ESRS S1-1

Politiki ta’ diliġenza dovuta dwar kwistjonijiet indirizzati mill-Konvenzjonijiet fundamentali 1 sa 8 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-paragrafu 21

 

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II

 

ESRS S1-1

proċessi u miżuri għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin il-paragrafu 22

Indikatur nru 11 Tabella #3 tal-Anness I

 

 

 

ESRS S1-1

politika dwar il-prevenzjoni ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol jew sistema ta’ ġestjoni l-paragrafu 23

Indikatur nru 1 Tabella #3 tal-Anness I

 

 

 

ESRS S1-3

mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-ilmenti l-paragrafu 32(c)

Indikatur nru 5 Tabella #3 tal-Anness I

 

 

 

ESRS S1-14

Numru ta’ fatalitajiet u numru u rata ta’ aċċidenti relatati max-xogħol il-paragrafu 88(b) u (c)

Indikatur nru 2 Tabella #3 tal-Anness I

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II

 

ESRS S1-14

Numru ta’ jiem mitlufin minħabba korrimenti, aċċidenti, fatalitajiet jew mard il-paragrafu 88(e)

Indikatur nru 3 Tabella #3 tal-Anness I

 

 

 

ESRS S1-16

Differenza fil-pagi bejn il-ġeneri mhux aġġustata. il-paragrafu 97(a)

Indikatur nru 12 Tabella #1 tal-Anness I

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II

 

ESRS S1-16

Proporzjon eċċessiv ta’ paga tas-CEO paragrafu 97 (b)

Indikatur nru 8 Tabella #3 tal-Anness I

 

 

 

ESRS S1-17

Inċidenti ta’ diskriminazzjoni l-paragrafu 103(a)

Indikatur nru 7 Tabella #3 tal-Anness I

 

 

 

ESRs S1–17 Nuqqas ta’ rispett tal-UNGPs dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-OECD il-paragrafu 104(a)

Indikatur nru 10 Tabella #1 u Indikatur nru 14 Tabella #3 tal-Anness I

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1818 l-Artikolu 12(1)

 

ESRS 2- SBM3 – S2

Riskju sinifikanti ta’ tħaddim tat-tfal jew ta’ tħaddim furzat fil-katina tal-valur il-paragrafu 11(b)

Indikaturi neu 12 u nru 13 Tabella #3 tal-Anness I

 

 

 

ESRS S2-1

Impenji tal-politika dwar id-drittijiet tal-bniedem il-paragrafu 17

Indikatur nru 9 Tabella #3 u Indikatur nru 11 Tabella #1 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS S2-1 Politiki relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur il-paragrafu 18

Indikatur nru 11 u nru 4 Tabella #3 tal-Anness 1

 

 

 

ESRs S2-1Nuqqas ta’ rispett tal-UNGPs dwar il-prinċipji tan-Negozju u tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-linji gwida tal-OECD il-paragrafu 19

Indikatur nru 10 Tabella #1 tal-Anness 1

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1818, l-Artikolu 12(1)

 

ESRS S2-1

Politiki ta’ diliġenza dovuta dwar kwistjonijiet indirizzati mill-Konvenzjonijiet fundamentali 1 sa 8 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-paragrafu 19

 

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II

 

ESRS S2-4

Kwistjonijiet u inċidenti relatati mad-drittijiet tal-bniedem marbutin mal-katina tal-valur upstream u downstream tagħha il-paragrafu 36

Indikatur nru 14 Tabella #3 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS S3-1

Impenji ta’ politika dwar id-drittijiet tal-bniedem paragrafu 16

Indikatur nru 9 Tabella #3 tal-Anness 1 u Indikatur nru 11 Tabella #1 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS S3-1

nuqqas ta’ rispett għall-UNGPs dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-prinċipji tal-ILO jew il-linji gwida tal-OECD il-paragrafu 17

Indikatur nru 10 Tabella #1 Anness 1

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1818, l-Artikolu 12(1)

 

ESRS S3-4

Kwistjonijiet u inċidenti relatati mad-drittijiet tal-bniedem il-paragrafu 36

Indikatur nru 14 Tabella #3 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS S4-1 Politiki relatati mal-konsumaturi u mal-utenti finali l-paragrafu 16

Indikatur nru 9 Tabella # 3 u Indikatur nru 11 Tabella #1 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS S4-1

Nuqqas ta’ rispett għall-UNGPs dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-linji gwida tal-OECD il-paragrafu 17

Indikatur nru 10 Tabella #1 tal-Anness 1

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1818, l-Artikolu 12(1)

 

ESRS S4-4

Kwistjonijiet u inċidenti relatati mad-drittijiet tal-bniedem il-paragrafu 35

Indikatur nru 14 Tabella #3 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS G1-1

Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni l-paragrafu 10(b)

Indikatur nru 15 Tabella #3 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS G1-1

Protezzjoni tal-informaturi il-paragrafu 10(d)

Indikatur nru 6 Tabella #3 tal-Anness 1

 

 

 

ESRS G1-4

Multi għall-ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim paragrafu 24 (a)

Indikatur nru 17 Tabella #3 tal-Anness 1

 

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1816, l-Anness II)

 

ESRS G1-4

Standards ta’ kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim paragrafu 24 (b)

Indikatur nru 16 Tabella #3 tal-Anness 1

 

 

 

Appendiċi C

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni u Applikazzjoni fl-ESRS Topiċi li huma applikabbli flimkien mad-Divulgazzjonijiet ġenerali tal-ESRS 2

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 2 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-istandard. It-tabella li ġejja tiddeskrivi r-rekwiżiti fl-ESRS topiċi li jeħtieġ li jitqiesu meta jsir ir-rapportar skont ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS 2.

ESRS 2 Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni

Il-paragrafu relatat tal-ESRS

GOV-1 Ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji

ESRS G1 Imġiba kummerċjali (il-paragrafu 5)

GOV–3 Integrazzjoni tal-prestazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi

ESRS E1 Tibdil fil-klima (il-paragrafu 13)

SBM–2 Interessi u fehmiet ta’ partijiet ikkonċernati

ESRS S1 Forza tax-xogħol proprja (il-paragrafu 12)

ESRS S2 Ħaddiema fil-katina tal-valur (il-paragrafu 9)

ESRS S3 Komunitajiet affettwati (il-paragrafu 7)

ESRS S4 Konsumaturi u utenti aħħarin (il-paragrafu 8)

SBM–3 L-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell ta’ negozju

ESRS E1 Tibdil fil-klima (il-paragrafi 18 sa 19)

ESRs E4 Bijodiversità u ekosistemi (il-paragrafu 16)

ESRS S1 Forza tax-xogħol proprja (il-paragrafi 13 sa 16)

ESRS S2 Ħaddiema fil-katina tal-valur (il-paragrafi 10 sa 13)

ESRS S3 Komunitajiet affettwati (il-paragrafi 8 sa 11)

ESRS S4 Konsumaturi u utenti aħħarin (il-paragrafi 9 sa 12)

IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali

ESRS E1 Tibdil fil-klima (il-paragrafi 20 sa 21)

ESRS E2 Tniġġis (il-paragrafu 11)

ESRS E3 Riżorsi tal-ilma u tal-baħar (il-paragrafu 8)

ESRS E4 Bijodiversità u ekosistemi (il-paragrafi 17 sa 19)

ESRS E5 Użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari (il-paragrafu 11)

ESRS G1 Imġiba kummerċjali (il-paragrafu 6)

ESRS E1

TIBDIL FIL-KLIMA

Werrej

Objettiv

Interazzjonijiet ma’ ESRS oħrajn

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Governanza

Rekwiżit ta’ divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 GOV-3 Integrazzjoni tal-prestazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-1 – Pjan ta’ tranżizzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 – Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-klima

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-2 – Politiki relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-adattament għalih

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-3 – Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-4 – Miri relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-adattament għalih

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-5 – Konsum tal-enerġija u taħlita enerġetika

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-6 – Ambiti Gross 1, 2, 3 u Emissjonijiet Totali ta’ gassijiet serra

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-7 – Proġetti ta’ assorbimenti tal-gassijiet serra u ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra ffinanzjati permezz ta’ krediti ta’ karbonju

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-8 – Ipprezzar Intern tal-karbonju

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-9 – Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali u opportunitajiet potenzjali relatati mal-klima

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-1 – Pjan ta’ tranżizzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-2 – Politiki relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-adattament għalih

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni E1-3 – Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-4 – Miri relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-adattament għalih

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-5 – Konsum tal-enerġija u taħlita enerġetika

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni E1-6 – Ambiti Gross 1, 2, 3 u Emissjonijiet Totali ta’ gassijiet serra

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-7 – Proġetti ta’ assorbimenti tal-gassijiet serra u ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra ffinanzjati permezz ta’ krediti ta’ karbonju

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-8 – Ipprezzar Intern tal-karbonju

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-9 – Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali u opportunitajiet potenzjali relatati mal-klima

Objettiv

1.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jispeċifika r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li se jippermettu lill-utenti tad-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltàjifhmu:

(a)

kif l-impriża taffettwa t-tibdil fil-klima, f’termini ta’ impatti materjali pożittivi u negattivi reali u potenzjali;

(b)

l-isforzi ta’ mitigazzjoni tal-passat, kurrenti u futuri tal-impriża f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi (jew ftehim internazzjonali aġġornat dwar it-tibdil fil-klima) u kompatibbli mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C;

(c)

il-pjanijiet u l-kapaċità tal-impriża li tadatta l-istrateġija u l-mudell ta’ negozju tagħha u f’konformità mat-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli u li tikkontribwixxi għal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C;

(d)

kwalunkwe azzjoni oħra meħuda mill-impriża, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni jew ir-rimedju ta’ impatti negattivi reali jew potenzjali, u biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet;

(e)

in-natura, it-tip u l-firxa tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tal-impriża li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi tal-impriża fuq it-tibdil fil-klima, u kif l-impriża timmaniġġahom; u

(f)

l-effetti finanzjarji fuq l-impriża fuq it-terminu qasir, medju u twil tar-riskji u tal-opportunitajiet li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi tal-impriża fuq it-tibdil fil-klima.

2.

Ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni ta’ dan l-Istandard iqisu r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni u tar-regolamentazzjoni relatati tal-UE (jiġifieri, il-Liġi tal-UE dwar il-Klima (30), ir-Regolament dwar l-Istandards tal-Parametri Referenzjarji tal-Klima (31), ir-Regolament dwar id-Divulgazzjoni tal-Finanzi Sostenibbli (SFDR) (32), it-Tassonomija tal-UE (33), u r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-Pilastru 3 tal-EBA (34)).

3.

Dan l-Istandard ikopri r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni relatati mal-kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà li ġejjin:Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” u “Adattament għat-tibdil fil-klima”. Ikopri wkoll kwistjonijiet relatati mal-enerġija, sa fejn dawn ikunu rilevanti għat-tibdil fil-klima.

4.

Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima hija relatata mal-isforzi tal-impriża għall-proċess ġenerali li jillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi. Dan l-Istandard ikopri r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni relatati iżda mhux limitati għas-seba’ Gassijiet Serra (GHG) tad-diossidu tal-karbonju (CO2), tal-metan (CH4), tal-ossidu nitruż (N2O), tal-idrofluworokarburi (HFCs), tal-perfluworokarburi (PCFs), tal-eżafluworur tal-kubrit (SF6) u tat-trifluworur tan-nitroġenu (NF3). Ikopri wkoll Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni dwar kif l-impriża tindirizza l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra kif ukoll ir-riskji ta’ tranżizzjoni assoċjati.

5.

Adattament għat-tibdil fil-klima huwa relatat mal-proċess ta’ aġġustament tal-impriża għat-tibdil fil-klima reali u mistenni.

6.

Dan l-Istandard ikopri r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni dwar il-perikli relatati mal-klima li jistgħu jwasslu għal riskji fiżiċi tal-klima għall-impriża u s-soluzzjonijiet ta’ adattament tagħha sabiex jitnaqqsu dawn ir-riskji. Ikopri wkoll ir-riskji ta’ tranżizzjoni li jirriżultaw mill-adattament meħtieġ għall-perikli relatati mal-klima.

7.

Ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni relatati mal- “Enerġija” jkopru t-tipi kollha ta’ produzzjoni u konsum tal-enerġija.

Interazzjonijiet ma’ ESRS oħrajn

8.

Is-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu (ODS), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u l-ossidi tal-kubrit (SOX), fost emissjonijiet oħrajn tal-arja, huma konnessi mat-tibdil fil-klima iżda huma koperti mill-obbligi ta’ rapportar fl-ESRS E2.

9.

L-impatti fuq in-nies li jistgħu jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima huma koperti taħt l-ESRS S1 Persunal proprju, ESRS 2 Ħaddiema fil-katina tal-valur, ESRS S3 Komunitajiet affettwati u ESRS S4 Konsumaturi u utenti.

10.

Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih huma relatati mill-qrib ma’ suġġetti indirizzati b’mod partikolari fl-ESRS E3 L-Ilma u r-riżorsi tal-baħar u ESRS E4 Bijodiversità u ekosistemi. Fir-rigward tal-ilma u kif muri fit-tabella tal-perikli relatati mal-klima fl-AR 11, dan l-istandard jindirizza r-riskji fiżiċi akuti u kroniċi li jirriżultaw mill-perikli relatati mal-ilma u mal-oċeani. It-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistema li jistgħu jiġu kkawżati mit-tibdil fil-klima huma indirizzati fl-ESRS E4 Bijodiversità u ekosistemi.

11.

Dan l-Istandard jenħtieġ li jinqara u jiġi applikat flimkien mal-ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali u ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

12.

Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima jenħtieġ li jinqraw u jiġu applikati flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 dwar il-Kapitolu 2 Governanza, il-Kapitolu 3 Strateġija u l-Kapitolu 4 Impatt, riskju u ġestjoni tal-opportunità. Id-divulgazzjonijiet li jirriżultaw għandhom jiġu ppreżentati fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2, ħlief għall-ESRS 2 SBM-3 Impatti materjali, riskji u opportunitajiet u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u l-mudell tan-negozju, li għalihom l-impriża tista’, f’konformità mal-paragrafu 46 tal-ESRS2, tippreżenta d-divulgazzjonijiet flimkien mad-divulgazzjonijiet l-oħra meħtieġa f’dan l-istandard topiku.

Governanza

Rekwiżit ta’ divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 GOV-3 Integrazzjoni tal-prestazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi

13.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif il-kunsiderazzjonijiet relatati mal-klima huma kkunsidrati fir-remunerazzjoni tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, inkluż jekk il-prestazzjoni tagħhom ġietx ivvalutata skont il-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrapportati skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1–4 u l-perċentwal tar-remunerazzjoni rikonoxxut fil-perjodu attwali li huwa marbut ma’ kunsiderazzjonijiet relatati mal-klima, bi spjegazzjoni ta’ x’inhuma l-kunsiderazzjonijiet klimatiċi.

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-1 – Pjan ta’ tranżizzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

14.

L-impriża għandha tiddivulga l-pjan ta’ tranżizzjoni tagħha għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima  (35)

15.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-isforzi ta’ mitigazzjoni tal-passat, kurrenti u futuri tal-impriża sabiex tiżgura li l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli, u bil-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1.5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-objettiv li jinkisbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti sal-2050 u, fejn rilevanti, tal-iskopertura tal-impriża għal attivitajiet relatati mal-faħam, maż-żejt u mal-gass.

16.

L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 14 għandha tinkludi:

(a)

b’referenza għall-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (kif meħtieġ mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-4), spjegazzjoni ta’ kif il-miri tal-impriża huma kompatibbli mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi;

(b)

b’referenza għall-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (kif meħtieġ mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-4) u għall-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (kif meħtieġ mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-3), spjegazzjoni tal-lievi ta’ dekarbonizzazzjoni identifikati, u tal-azzjonijiet ewlenin ippjanati, inklużi l-bidliet fil-portafoll tal-prodotti u tas-servizzi tal-impriża u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda fl-operazzjonijiet tagħha stess, jew il-katina tal-valur upstream u/jew downstream;

(c)

b’referenza għall-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima ( kif meħtieġ mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1–3), spjegazzjoni u kwantifikazzjoni tal-investimenti u l-finanzjament tal-impriża li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tranżizzjoni tagħha, b’referenza għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-CapEx allinjata mat-tassonomija, u fejn rilevanti l-pjanijiet CapEx, li l-impriża tiddivulga f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178;

(d)

valutazzjoni kwalitattiva tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti potenzjali mill-assi u mill-prodotti ewlenin tal-impriża. Dan għandu jinkludi spjegazzjoni ta’ jekk u kif dawn l-emissjonijiet jistgħu jipperikolaw il-kisba tal-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-impriża u jixprunaw ir-riskju ta’ tranżizzjoni, u jekk applikabbli, spjegazzjoni tal-pjanijiet tal-impriża sabiex timmaniġġa l-assi u l-prodotti tagħha li huma intensivi fil-gassijiet serra u intensivi fl-enerġija;

(e)

għal impriżi b’attivitajiet ekonomiċi li huma koperti minn regolamenti delegati dwar l-adattament jew il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija, spjegazzjoni ta’ kwalunkwe objettiv jew pjan (CapEX, pjanijiet ta’ CapEx, OpEX) li l-impriża għandha għall-allinjament tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha (dħul, CapEx, OpEX) mal-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2021/2139 (36);

(f)

jekk applikabbli, divulgazzjoni ta’ ammonti sinifikanti ta’ CapEx investiti matul il-perjodu ta’ rapportar relatati ma’ attivitajiet ekonomiċi relatati mal-faħam, iż-żejt u l-gass (37);

(g)

divulgazzjoni dwar jekk l-impriża tkunx eskluża mill-Parametri Referenzjarji tal-UE Allinjati ma’ Pariġi jew le (38)

(h)

spjegazzjoni ta’ kif il-pjan ta’ tranżizzjoni huwa inkorporat fl-istrateġija tan-negozju u l-ippjanar finanzjarju ġenerali tal-impriża u allinjat magħhom;

(i)

jekk il-pjan ta’ tranżizzjoni huwiex approvat mill-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji; u

(j)

spjegazzjoni tal-progress tal-impriża fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tranżizzjoni.

17.

F’każ li l-impriża ma jkollhiex pjan ta’ tranżizzjoni fis-seħħ, hija għandha tindika jekk hijiex se tadotta pjan ta’ tranżizzjoni u, jekk iva, meta se tagħmel dan.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

18.

L-impriża għandha tispjega għal kull riskju materjali relatat mal-klima li tkun identifikat, jekk l-entità tqisx li r-riskju huwa riskju fiżiku relatat mal-klima jew riskju ta’ tranżizzjoni relatat mal-klima.

19.

L-impriża għandha tiddeskrivi r-reżiljenza tal-istrateġija u tal-mudell tan-negozju tagħha fir-rigward tat-tibdil fil-klima. Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-ambitu tal-analiżi tar-reżiljenza;

(b)

kif u meta tkun twettqet l-analiżi tar-reżiljenza, inkluż l-użu tal-analiżi tax-xenarju klimatiku kif imsemmi fir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 u l-paragrafi relatati tar-rekwiżit tal-applikazzjoni; u

(c)

ir-riżultati tal-analiżi tar-reżiljenza inklużi r-riżultati mill-użu tal-analiżi tax-xenarji.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 – Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-klima

20.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-proċess sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-klima. Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-proċess tagħha fir-rigward ta’:

(a)

l-impatti fuq it-tibdil fil-klima, b’mod partikolari, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-impriża (kif meħtieġ mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS E1-6);

(b)

riskji fiżiċi relatati mal-klima fl-operazzjonijiet proprji u tul il-katina tal-valur upstream u downstream, b’mod partikolari:

i.

l-identifikazzjoni ta’ perikli relatati mal-klima, filwaqt li jitqiesu mill-inqas xenarji klimatiċi b’ emissjonijiet għoljin; u

ii.

il-valutazzjoni ta’ kif l-assi u l-attivitajiet kummerċjali tagħha jistgħu jiġu esposti u huma sensittivi għal dawn il-perikli relatati mal-klima, u b’hekk jinħolqu riskji fiżiċi grossi għall-impriża.

(c)

ir-riskji u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni relatati mal-klima fl-operazzjonijiet proprji u tul il-katina tal-valur upstream u downstream, b’mod partikolari:

i.

l-identifikazzjoni ta’ eventi ta’ tranżizzjoni relatati mal-klima, b’kunsiderazzjoni tal-anqas ta’ xenarju klimatiku f’konformità mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C mingħajr l-ebda qabża jew b’qabża limitata; u

ii.

il-valutazzjoni ta’ kif l-assi u l-attivitajiet kummerċjali tagħha jistgħu jkunu skoperti għal dawn l-eventi ta’ tranżizzjoni relatati mal-klima, u b’hekk jinħolqu riskji jew opportunitajiet ta’ tranżizzjoni grossi għall-impriża.

21.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 20(b) u 20(c), l-impriża għandha tispjega kif użat l-analiżi tax-xenarji relatati mal-klima, inkluża firxa ta’ xenarji klimatiċi, biex tinforma l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji fiżiċi u r-riskji u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni fuq terminu qasir, medju u twil.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-2 – Politiki relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-adattament għalih

22.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-politiki tagħha adottati sabiex jimmaniġġaw l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

23.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża jkollha politiki li jindirizzaw l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u/jew ir-rimedju tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tagħha ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ adattament għat-tibdil fil-klima.

24.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 22 għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar il-politiki li l-impriża jkollha fis-seħħ biex timmaniġġja l-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih f’konformità mal-ESRS 2 MDR-P Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

25.

L-impriża għandha tindika jekk u kif il-politiki tagħha jindirizzaw l-oqsma li ġejjin:

(a)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(b)

l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(c)

l-effiċjenza enerġetika;

(d)

l-użu tal-enerġija rinnovabbli; u

(e)

oħrajn

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-3 – Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima

26.

L-impriża għandha tiddivulga l-azzjonijiet tagħha ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ adattament għalih u r-riżorsi allokati għall-implimentazzjoni tagħhom.

27.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tal-azzjonijiet ewlenin meħudin u ppjanati sabiex jintlaħqu l-objettivi u l-miri ta’ politika relatati mal-klima.

28.

Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet u r-riżorsi relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-adattament għalih għandha ssegwi l-prinċipji ddikjarati fl-ESRS 2 MDR-A Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali ta’ sostenibbiltà.

29.

Minbarra l-ESRS 2 MDR-A, l-impriża għandha:

(a)

meta telenka l-azzjonijiet ewlenin meħudin fis-sena ta’ rapportar u ppjanati għall-futur, tippreżenta l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima permezz tal-ingranaġġ tad-dekarbonizzazzjoni, inklużi s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura;

(b)

meta tiddeskrivi l-eżitu tal-azzjonijiet għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, tinkludi t-tnaqqis miksub u mistenni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra; u

(c)

tirrelata l-ammonti monetarji sinifikanti tal-CapEx u tal-OpEx meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet meħuda jew ippjanati biex;

i.

l-entrati f’linja jew in-noti rilevanti fir-rapporti finanzjarji;

ii.

l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178; u

iii.

jekk applikabbli, il-pjan tal-CapEx meħtieġ mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-4 – Miri relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-adattament għalih

30.

L-impriża għandha tiddivulga l-miri relatati mal-klima li tkun stabbiliet.

31.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-miri li l-impriża stabbiliet sabiex tappoġġa l-politiki tagħha ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ adattament għalih u tindirizza l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-klima.

32.

Id-divulgazzjoni tal-miri meħtieġa fil-paragrafu 30 għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa fl-ESRS 2 MDR-T Traċċar tal-effettività tas-segwitu tal-politiki u tal-azzjonijiet permezz ta’ miri.

33.

Għad-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 30, l-impriża għandha tiddivulga jekk u kif stabbiliet miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u/jew kwalunkwe mira oħra għall-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-klima, pereżempju, l-użu tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, l-adattament għat-tibdil fil-klima, u l-mitigazzjoni tar-riskju fiżiku jew ta’ tranżizzjoni.

34.

Jekk l-impriża tkun stabbiliet miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (39), għandhom japplikaw l-ESRS 2 MDR-T u għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandhom jiġu divulgati bħala valur assolut (jew f’tunnellati ta’ CO2eq jew bħala perċentwal tal-emissjonijiet ta’ sena bażi) u, fejn rilevanti, bħala valur tal-intensità;

(b)

Il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandhom jiġu ddivulgati għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambiti 1, 2 u 3, jew separati jew ikkombinati. L-impriża għandha tispeċifika, fil-każ ta’ miri kkombinati ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, liema Ambiti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (1, 2 u/jew 3) huma koperti mill-mira, is-sehem relatat ma’ kull Ambitu rispettiv tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u liema GHGs huma koperti. L-impriża għandha tispjega kif tiġi żgurata l-konsistenza ta’ dawn il-miri mal-konfini tal-inventarji tal-gassijiet serra tagħha (kif meħtieġ mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-6). Il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandhom ikunu miri grossi, li jfisser li l-impriża ma għandhiex tinkludi l-assorbimenti tal-gassijiet serra, il-krediti tal-karbonju jew l-emissjonijiet evitati bħala mezz biex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(c)

l-impriża għandha tiddivulga s-sena bażi attwali u l-valur ta’ bażi tagħha, u mill-2030 ’il quddiem, taġġorna s-sena bażi għall-miri tagħha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara kull perjodu ta’ ħames snin minn hemm ’il quddiem. L-impriża tista’ tiddivulga l-progress li sar fil-passat fl-ilħuq tal-miri tagħha qabel is-sena bażi attwali tagħha dment li din l-informazzjoni tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard;

(d)

Il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandhom tal-anqas jinkludu valuri fil-mira għas-sena 2030 u, jekk disponibbli, għas-sena 2050. Mill-2030, il-valuri fil-mira għandhom jiġu stabbiliti wara kull perjodu ta’ 5 snin minn hemm ’il quddiem;

(e)

l-impriża għandha tiddikjara jekk il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra humiex ibbażati fuq ix-xjenza u kompatibbli mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C. L-impriża għandha tiddikjara liema qafas u metodoloġija ntużaw biex jiġu ddeterminati dawn il-miri inkluż jekk humiex derivati bl-użu ta’ perkors ta’ dekarbonizzazzjoni settorjali u x’inhuma x-xenarji klimatiċi u ta’ politika sottostanti u jekk il-miri ġewx żgurati esternament. Bħala parti mis-suppożizzjonijiet kritiċi għall-istabbiliment tal-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, l-impriża għandha tispjega fil-qosor kif qieset l-iżviluppi futuri (eż., il-bidliet fil-volumi tal-bejgħ, iċ-ċaqliq fil-preferenzi u fid-domanda tal-klijenti, il-fatturi regolatorji, u teknoloġiji ġodda) u kif dawn potenzjalment se jkollhom impatt kemm fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif ukoll fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom; u

(f)

l-impriża għandha tiddeskrivi l-lievi tad-dekarbonizzazzjoni mistennijin u l-kontributi kwantitattivi ġenerali tagħhom sabiex jintlaħqu l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (eż., l-effiċjenza enerġetika jew materjali u t-tnaqqis fil-konsum, il-bdil tal-fjuwil, l-użu tal-enerġija rinnovabbli, it-tneħħija gradwali jew is-sostituzzjoni tal-prodott u tal-proċess).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-5 – Konsum tal-enerġija u taħlita enerġetika

35.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija u t-taħlita enerġetika tagħha.

36.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tal-konsum totali tal-enerġija tal-impriża f’valur assolut, titjib fl-effiċjenza enerġetika, skopertura għal attivitajiet relatati mal-faħam, maż-żejt u mal-gass, u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika ġenerali tagħha.

37.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 35 għandha tinkludi l-konsum totali tal-enerġija f’MWh relatat mal-operazzjonijiet proprji diżaggregat skont:

(a)

il-konsum totali tal-enerġija minn sorsi fossili (40);

(b)

il-konsum totali tal-enerġija minn sorsi nukleari;

(c)

il-konsum totali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli diżaggregat skont:

i.

il-konsum tal-fjuwil għal sorsi rinnovabbli inkluża l-bijomassa (li tinkludi wkoll l-iskart industrijali u muniċipali ta’ oriġini bijoloġika), il-bijofjuwils, il-bijogass, l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli (41), eċċ.;

ii.

il-konsum ta’ elettriku, sħana, fwar u tkessiħ mixtrija jew akkwistati minn sorsi rinnovabbli; u

iii.

il-konsum tal-enerġija rinnovabbli mhux fjuwil awtoġenerata.

38.

L-impriża b’operazzjonijiet f’setturi b’impatt qawwi fuq il-klima (42) għandha tkompli tiddiżaggrega l-konsum totali tal-enerġija tagħha minn sorsi fossili billi:

(a)

il-konsum tal-fjuwil mill-faħam u mill-prodotti tal-faħam;

(b)

il-konsum tal-fjuwil minn prodotti taż-żejt grezz u tal-petroleum;

(c)

il-konsum tal-fjuwil mill-gass naturali;

(d)

il-konsum tal-fjuwil minn sorsi fossili oħra;

(e)

il-konsum ta’ elettriku, sħana, fwar, jew tkessiħ mixtri jew akkwistat minn sorsi fossili;

39.

Barra minn hekk, fejn applikabbli, l-impriża għandha tiddiżaggrega u tiddivulga separatament il-produzzjoni tal-enerġija mhux rinnovabbli u l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli tagħha f’MWh (43).

Intensità enerġetika bbażata fuq id-dħul nett  (44)

40.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-intensità enerġetika (il-konsum totali tal-enerġija għal kull dħul nett) assoċjata mal-attivitajiet f’setturi b’impatt klimatiku għoli.

41.

Id-divulgazzjoni dwar l-intensità enerġetika meħtieġa mill-paragrafu 40 għandha tiġi derivata biss mill-konsum totali tal-enerġija u d-dħul nett minn attivitajiet f’ setturi b’impatt qawwi fuq il-klima.

42.

L-impriża għandha tispeċifika s-setturi b’impatt qawwi fuq il-klima li jintużaw biex tiġi ddeterminata l-intensità enerġetika meħtieġa mill-paragrafu 40.

43.

L-impriża għandha tiddivulga r-rikonċiljazzjoni mal-entrata jew noti rilevanti fir-rapporti finanzjarji tal-ammont ta’ dħul nett minn attivitajiet f’ setturi b’impatt qawwi fuq il-klima (id-denominatur fil-kalkolu tal-intensità tal-enerġija meħtieġ mill-paragrafu 40).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-6 – Ambiti Gross 1, 2, 3 u Emissjonijiet Totali ta’ gassijiet serra

44.

L-impriża għandha tiżvela f’tunnellati metriċi ta’ CO2eq (45) :

(a)

l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1;

(b)

l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2;

(c)

l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3; u

(d)

l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra totali tagħha.

45.

L-objettiv tar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni fil-paragrafu 44 fir-rigward ta’:

(a)

l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 kif meħtieġ mill-paragrafu 44(a) għandhom jipprovdu fehim tal-impatti diretti tal-impriża fuq it-tibdil fil-klima u l-proporzjon tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tagħha li huma rregolati taħt skemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

(b)

l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 kif meħtieġ mill-paragrafu 44(b) għandhom jipprovdu fehim tal-impatti indiretti fuq it-tibdil fil-klima kkawżati mill-enerġija kkunsmata mill-impriża kemm jekk mixtrija kif ukoll jekk akkwistata esternament.

(c)

l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 kif meħtieġ mill-paragrafu 44(c) għandhom jipprovdu fehim tal-emissjonijiet tal-GHG li jseħħu fil-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża lil hinn mill-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 1 u 2 tagħha. Għal ħafna impriżi, l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 jistgħu jkunu l-komponent ewlieni tal-inventarju tal-gassijiet serra tagħhom u huma mutur importanti tar-riskji tat-tranżizzjoni tal-impriża.

(d)

l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra kif meħtieġ mill-paragrafu 44(d) għandhom jipprovdu fehim ġenerali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-impriża u jekk iseħħux mill-operazzjonijiet tagħha stess jew mill-katina tal-valur upstream u downstream. Din id-divulgazzjoni hija prerekwiżit għall-kejl tal-progress lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-miri relatati mal-klima tal-impriża u mal-għanijiet ta’ politika tal-UE.

L-informazzjoni minn dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni hija meħtieġa wkoll sabiex jinftiehmu r-riskji ta’ tranżizzjoni tal-impriża relatati mal-klima.

46.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meħtieġa skont il-paragrafu 44, l-impriża għandha tirreferi għall-paragrafi tal-ESRS 1 minn 62 sa 67. Fil-prinċipju, id-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-assoċjati jew tal-impriżi konġunti tagħha li huma parti mill-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża (ESRS 1 Paragrafu 67) mhijiex limitata għas-sehem tal-ekwità miżmuma. Għall-assoċjati tagħha, l-impriżi konġunti, is-sussidjarji mhux konsolidati (entitajiet ta’ investiment) u l-arranġamenti kuntrattwali li huma arranġamenti konġunti mhux strutturati permezz ta’ entità (jiġifieri operazzjonijiet u assi kkontrollati b’mod konġunt), l-impriża għandha tinkludi l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-firxa tal-kontroll operazzjonali tal-impriża fuqhom.

47.

F’każ ta’ bidliet sinifikanti fid-definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi l-impriża li tirrapporta u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, l-impriża għandha tiddivulga dawn il-bidliet u tispjega l-effett tagħhom fuq il-komparabilità minn sena għal sena tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrapportati tagħha (jiġifieri l-effett fuq il-komparabilità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-perjodu tar-rapportar kurrenti meta mqabbel ma’ dak preċedenti).

48.

Id-divulgazzjoni dwar l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 meħtieġa mill-paragrafu 44(a) għandha tinkludi:

(a)

l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 f’tunnellati metriċi ta’ CO2eq; u

(b)

il-perċentwal tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-ambitu 1 minn skemi regolati għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

49.

Id-divulgazzjoni dwar l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 meħtieġa mill-paragrafu 44(b) għandha tinkludi:

(a)

l-emissjonijiet grossi bbażati fuq il-post tal-gassijiet serra tal-Ambitu 2 f’tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti ta’ CO2. u

(b)

l-emissjonijiet grossi bbażati fuq is-suq tal-gassijiet serra tal-Ambitu 2 f’tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

50.

Għall-emissjonijiet tal-Ambitu 1 u l-Ambitu 2 ddivulgati kif meħtieġ mill-paragrafi 44(a) u (b) l-impriża għandha tiddiżaggrega l-informazzjoni, billi tiddivulga separatament l-emissjonijiet minn:

(a)

il-grupp kontabilistiku konsolidat (il-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji); u

(b)

destinatarji ta’ investiment bħal assoċjati, impriżi konġunti, jew sussidjarji mhux konsolidati li mhumiex ikkonsolidati bis-sħiħ fir-rapporti finanzjarji tal-grupp kontabilistiku konsolidat, kif ukoll arranġamenti kuntrattwali li huma arranġamenti konġunti mhux strutturati permezz ta’ entità (jiġifieri operazzjonijiet u assi kkontrollati b’mod konġunt), li għalihom għandha kontroll operazzjonali.

51.

Id-divulgazzjoni tal-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 meħtieġa mill-paragrafu 44(c) għandha tinkludi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’tunnellati metriċi ta’ CO2eq minn kull kategorija sinifikanti tal-Ambitu 3 (jiġifieri kull kategorija tal-Ambitu 3 li hija prijorità għall-impriża).

52.

Id-divulgazzjoni tal-emissjonijiet totali tal-GHG meħtieġa mill-paragrafu 44(d) għandha tkun is-somma tal-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 1, 2 u 3 meħtieġa mill-paragrafi 44 (a) sa (c). L-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra għandhom jiġu ddivulgati b’diżaggregazzjoni li tagħmel distinzjoni bejn:

(a)

l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra derivati mill-emissjonijiet sottostanti tal-gassijiet serra tal-Ambitu 2 li jitkejlu bl-użu tal-metodu bbażat fuq il-post; u

(b)

l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra derivati mill-emissjonijiet sottostanti tal-gassijiet serra tal-Ambitu 2 imkejlin bl-użu tal-metodu bbażat fuq is-suq.

Intensità ta’ gassijiet serra ibbażata fuq id-dħul nett  (46)

53.

L-impriża għandha tiddivulga l-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha (l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra għal kull dħul nett).

54.

Id-divulgazzjoni dwar l-intensità tal-gassijiet serra meħtieġa mill-paragrafu 53 għandha tipprovdi l-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra f’tunnellati metriċi ta’ CO2eq (meħtieġa mill-paragrafu 44 (d)) għal kull dħul nett.

55.

L-impriża għandha tiddivulga r-rikonċiljazzjoni mal-entrata jew in-noti rilevanti fir-rapporti finanzjarji tal-ammonti tad-dħul nett (id-denominatur fil-kalkolu tal-intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meħtieġ mill-paragrafu 53).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-7 – Proġetti ta’ assorbimenti tal-gassijiet serra u ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra ffinanzjati permezz ta’ krediti ta’ karbonju

56.

L-impriża għandha tiddivulga:

(a)

L-assorbimenti u l-ħżin tal-gassijiet serra f’tunnellati metriċi ta’ CO2eq li jirriżultaw minn proġetti li setgħet żviluppat fl-operazzjonijiet tagħha stess, jew ikkontribwixxiet għalihom fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha; u

(b)

l-ammont ta’ tnaqqis jew assorbimenti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn proġetti ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima barra mill-katina tal-valur tagħha li hija ffinanzjat jew li beħsiebha tiffinanzja permezz ta’ kwalunkwe xiri ta’ krediti tal-karbonju.

57.

L-għan ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa:

(a)

li jiġi pprovdut fehim tal-azzjonijiet tal-impriża biex titneħħa b’mod permanenti jew tiġi appoġġata b’mod attiv it-tneħħija tal-gassijiet serra mill-atmosfera, potenzjalment biex jintlaħqu miri netti żero (kif iddikjarat fil-paragrafu 60).

(b)

Li jiġi pprovdut fehim għall-firxa u l-kwalità tal-krediti tal-karbonju, li l-impriża xtrat jew beħsiebha tixtri mis-suq volontarju, potenzjalment biex tappoġġa l-pretensjonijiet tagħha dwar in-newtralità tal-gassijiet serra (kif iddikjarat fil-paragrafu 61).

58.

Id-divulgazzjoni dwar l-assorbimenti u l-ħżin tal-gassijiet serra meħtieġa mill-paragrafu 56 (a) għandha tinkludi, jekk applikabbli:

(a)

l-ammont totali ta’ assorbimenti u ta’ ħżin ta’ gassijiet serra f’tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti ta’ CO2eq diżaggregat u ddivulgat separatament għall-ammont relatat mal-operazzjonijiet proprji tal-impriża u mal-katina tal-valur upstream u donwstream tagħha, u diżaggregat skont l-attività ta’ assorbiment; u

(b)

is-suppożizzjonijiet, il-metodoloġiji u l-oqfsa tal-kalkolu applikati mill-impriża.

59.

Id-divulgazzjoni dwar il-krediti tal-karbonju meħtieġa mill-paragrafu 56 (b) għandha tinkludi, jekk applikabbli:

(a)

l-ammont totali ta’ krediti tal-karbonju barra mill-katina tal-valur tal-impriża f’tunnellati metriċi ta’ CO2eq li jiġu vverifikati ma’ standards ta’ kwalità rikonoxxuti u kkanċellati fil-perjodu ta’ rapportar; u

(b)

l-ammont totali ta’ krediti tal-karbonju barra mill-katina tal-valur tal-impriża f’tunnellati metriċi ta’ CO2eq ippjanat li jiġi kkanċellat fil-futur u jekk huwiex ibbażat fuq ftehimiet kuntrattwali eżistenti jew le.

60.

Fil-każ fejn l-impriża tiddivulga mira ta’ emissjonijiet żero netti flimkien mal-miri ta’ tnaqqis gross tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-paragrafu 30 tar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–1, hija għandha tispjega l-ambitu, il-metodoloġiji u l-oqfsa applikati u kif l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra residwi (wara madwar 90 — -95 % tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra bil-possibbiltà ta’ varjazzjonijiet settorjali ġustifikati f’konformità ma’ perkors ta’ dekarbonizzazzjoni settorjali rikonoxxut) huma maħsuba li jiġu newtralizzati permezz ta’, pereżempju, l-assorbimenti ta’ gassijiet serra fl-operazzjonijiet u l-katina tal-valur upstream u donwstream tagħha stess.

61.

Fil-każ fejn l-impriża setgħet għamlet dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ newtralità tal-GHG li jinvolvu l-użu ta’ krediti tal-karbonju, hija għandha tispjega:

(a)

jekk u kif dawn id-dikjarazzjonijiet huma akkumpanjati minn miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif meħtieġ mir-rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS E1–4;

(b)

jekk u kif dawn l-affermazzjonijiet u d-dipendenza fuq il-krediti tal-karbonju la jimpedixxu u lanqas inaqqsu l-kisba tal-miri tagħha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (47), jew, jekk applikabbli, il-mira tagħha ta’ emissjonijiet żero netti; u

(c)

il-kredibbiltà u l-integrità tal-krediti tal-karbonju użati, inkluż b’referenza għal standards ta’ kwalità rikonoxxuti.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-8 – Ipprezzar Intern tal-karbonju

62.

L-impriża għandha tiddivulga jekk tapplikax skemi interni tal-ipprezzar tal-karbonju, u jekk iva, kif dawn jappoġġaw it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha u jinċentivaw l-implimentazzjoni ta’ politiki u miri relatati mal-klima.

63.

L-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 62 għandha tinkludi:

(a)

it-tip ta’ skema interna ta’ pprezzar tal-karbonju, pereżempju, il-prezzijiet paralleli applikati għall-CapEX jew għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment dwar ir-riċerka u l-iżvilupp (R&I), it-tariffi interni tal-karbonju jew il-fondi interni tal-karbonju;

(b)

l-ambitu speċifiku tal-iskemi ta’ pprezzar tal-karbonju (attivitajiet, ġeografiji, entitajiet, eċċ.);

(c)

il-prezzijiet tal-karbonju applikati skont it-tip ta’ skema u s-suppożizzjonijiet kritiċi magħmulin sabiex jiġu ddeterminati l-prezzijiet, inkluż is-sors tal-prezzijiet tal-karbonju applikati u għaliex dawn jitqiesu rilevanti għall-applikazzjoni magħżula tagħhom. L-impriża tista’ tiddivulga l-metodoloġija tal-kalkolu tal-prezzijiet tal-karbonju, inkluż sa liema punt dawn ġew stabbiliti bl-użu ta’ gwida xjentifika u kif l-iżvilupp futur tagħhom huwa relatat ma’ trajjettorji ta’ pprezzar tal-karbonju bbażati fuq ix-xjenza; u

(d)

il-volumi tal-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra approssimati tas-sena kurrenti skont l-Ambiti 1, 2 u, fejn applikabbli, l-Ambitu 3 f’tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti ta’ CO2koperti minn dawn l-iskemi, kif ukoll is-sehem tagħhom tal-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra tal-impriża għal kull Ambitu rispettiv.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-9 – Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali u opportunitajiet potenzjali relatati mal-klima

64.

L-impriża għandha tiddivulga

(a)

l-effetti finanzjarji antiċipati minn riskji fiżiċi materjali;

(b)

l-effetti finanzjarji antiċipati minn riskji ta’ tranżizzjoni materjali; u

(c)

il-potenzjal tagħha li tibbenefika minnopportunitajiet materjali relatati mal-klima.

65.

L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 64 hija flimkien mal-informazzjoni dwar l-effetti finanzjarji attwali meħtieġa skont l-ESRS 2 SBM-3 paragrafu 48 (d). L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat ma’ dawn:

(a)

l-effetti finanzjarji antiċipati minħabba riskji fiżiċi u riskji ta’ tranżizzjoni materjali għandhom jipprovdu fehim ta’ kif dawn ir-riskji għandhom (jew jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jkollhom) influwenza materjali fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-impriża, fuq terminu qasir, medju u twil. Ir-riżultati tal-analiżi tax-xenarji użata sabiex titwettaq analiżi tar-reżiljenza kif meħtieġ skont il-paragrafi AR 10 sa AR 13 għandhom jinformaw il-valutazzjoni tal-effetti finanzjarji potenzjali minn riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali.

(b)

il-potenzjal li jiġu segwiti opportunitajiet materjali relatati mal-klima huwa li jkun jista’ jinftiehem kif l-impriża tista’ tibbenefika finanzjarjament minn opportunitajiet materjali relatati mal-klima. Din id-divulgazzjoni hija komplementari għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li għandhom jiġu divulgati f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178.

66.

Id-divulgazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati minn riskji fiżiċi materjali meħtieġa mill-paragrafu 64 (a) għandha tinkludi (48):

(a)

l-ammont monetarju u l-proporzjon (perċentwal) tal-assi f’riskju fiżiku materjali fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil qabel ma jitqiesu l-azzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima; bl-ammonti monetarji ta’ dawn l-assi diżaggregati skont ir-riskju fiżiku akut u kroniku (49);

(b)

il-proporzjon ta’ assi f’riskju fiżiku materjali indirizzat mill-azzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima;

(c)

il-post fejn jinsabu assi sinifikanti f’riskju fiżiku materjali (50); u

(d)

l-ammont monetarju u l-proporzjon (perċentwal) tad-dħul nett mill-attivitajiet kummerċjali tagħha f’riskju fiżiku materjali fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil.

67.

Id-divulgazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati minn riskji ta’ tranżizzjoni materjali meħtieġa mill-paragrafu 64(b) għandha tinkludi:

(a)

l-ammont monetarju u l-proporzjon (perċentwal) ta’ assi f’riskju ta’ tranżizzjoni materjali fuq terminu qasir, medju u twil qabel ma jitqiesu l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(b)

il-proporzjon ta’ assi f’riskju materjali ta’ tranżizzjoni indirizzat mill-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(c)

tqassim tal-valur kontabbli tal-assi tal-proprjetà immobbli tal-impriża skont il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika (51);

(d)

obbligazzjonijiet li jista’ jkollhom jiġu rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil; u

(e)

l-ammont monetarju u l-proporzjon (perċentwal) tad-dħul nett mill-attivitajiet kummerċjali tagħha f’riskju materjali ta’ tranżizzjoni tul perjodi ta’ żmien qosra, medji u fit-tul inkluż, fejn rilevanti, id-dħul nett mill-klijenti tal-impriża li joperaw f’attivitajiet relatati mal-faħam, maż-żejt u mal-gass.

68.

L-impriża għandha tiddivulga r-rikonċiljazzjonijiet għall-entrati jew in-noti f’linja rilevanti fir-rapporti finanzjarji ta’ dawn li ġejjin:

(a)

l-ammonti sinifikanti tal-assi u d-dħul nett f’riskju fiżiku materjali (kif meħtieġ mill-paragrafu 66);

(b)

l-ammonti sinifikanti tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, u tad-dħul nett f’riskju materjali ta’ tranżizzjoni (kif meħtieġ mill-paragrafu 67).

69.

Għad-divulgazzjoni tal-potenzjal li jiġu segwiti opportunitajiet relatati mal-klima meħtieġa mill-paragrafu 64(c), l-impriża għandha tikkunsidra (52):

(a)

l-iffrankar mistenni tal-ispejjeż tagħha mill-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ adattament għalih; u

(b)

id-daqs potenzjali tas-suq jew il-bidliet mistennijin fid-dħul nett minn prodotti u minn servizzi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jew minn soluzzjonijiet ta’ adattament li għalihom l-impriża għandha jew jista’ jkollha aċċess.

70.

Ma hijiex meħtieġa kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji li jirriżultaw mill-opportunitajiet jekk tali divulgazzjoni ma tissodisfax il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni utli inkluża fl-ESRS 1 tal-Appendiċi B Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS E1. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-1 – Pjan ta’ tranżizzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

AR 1.

Pjan ta’ tranżizzjoni huwa relatat mal-isforzi tal-impriża fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Meta tiddivulga l-pjan ta’ tranżizzjoni tagħha, l-impriża hija mistennija tipprovdi spjegazzjoni ta’ livell għoli ta’ kif se taġġusta l-istrateġija u l-mudell ta’ negozju tagħha sabiex tiżgura l-kompatibbiltà mat-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi (jew ma’ ftehim internazzjonali aġġornat dwar it-tibdil fil-klima) u mal-objettiv li jinkisbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti sal-2050 mingħajr qbiż jew bi qbiż limitat kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima), u meta applikabbli, kif se taġġusta l-iskopertura tagħha għall-attivitajiet relatati mal-faħam, maż-żejt u mal-gass.

AR 2.

Il-perkorsi settorjali għadhom ma ġewx definiti mill-politiki pubbliċi għas-setturi kollha. Għalhekk, id-divulgazzjoni skont il-paragrafu 16(a) dwar il-kompatibbiltà tal-pjan ta’ tranżizzjoni bl-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 °C għandha tinftiehem bħala d-divulgazzjoni tal-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-impriża. Id-divulgazzjoni skont il-paragrafu 16(a) għandha titqabbel mal-parametru referenzjarju fir-rigward ta’ perkors għal 1,5 °C. Dan il-parametru referenzjarju jenħtieġ li jkun ibbażat jew fuq perkors ta’ dekarbonizzazzjoni settorjali jekk disponibbli għas-settur tal-impriża jew xenarju mifrux mal-ekonomija kollha b’kont meħud tal-limitazzjonijiet tiegħu (jiġifieri, huwa sempliċi traduzzjoni tal-objettivi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mil-livell tal-istat għal dak tal-impriża). Dan l-AR għandu jinqara wkoll flimkien ma’ AR 26 u AR 27 u l-perkorsi ta’ dekarbonizzazzjoni settorjali li jirreferu għalihom.

AR 3.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 16(d), l-impriża tista’ tikkunsidra:

(a)

l-emissjonijiet impenjati kumulattivi ta’ gassijiet serra assoċjati mal-assi ewlenin mis-sena ta’ rapportar sal-2030 u sal-2050 f’ekwivalenti ta’ tCO2eq. Dan se jiġi vvalutat bħala s-somma tal-emissjonijiet stmati ta’ gassijiet serra tal-Ambiti 1 u 2 matul il-ħajja operattiva tal-assi ewlenin attivi u ppjanati b’mod sod. L-assi ewlenin huma dawk li huma proprjetà tal-impriża jew ikkontrollati minnha, u jikkonsistu minn assi eżistenti jew ippjanati (bħal installazzjonijiet, faċilitajiet u tagħmir stazzjonarji jew mobbli) li huma sorsi ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra diretti jew indiretti għall-enerġija sinifikanti. L-assi ewlenin ippjanati b’mod sod huma dawk li l-impriża x’aktarx se tvara fil-5 snin li ġejjin.

(b)

l-emissjonijiet kumulattivi impenjati ta’ gassijiet serra assoċjati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-fażi tal-użu dirett ta’ prodotti mibjugħin f’ekwivalenti ta’ tCO2, ivvalutati bħala l-volum ta’ bejgħ ta’ prodotti fis-sena ta’ rapportar immoltiplikat bis-somma tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra diretti stmati fil-fażi tal-użu matul il-ħajja mistennija tagħhom. Dan ir-rekwiżit japplika biss jekk l-impriża tkun identifikat il-kategorija tal-Ambitu 3“użu ta’ prodotti mibjugħin” bħala sinifikanti skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-6, il-paragrafu 51; u

(c)

spjegazzjoni tal-pjanijiet għall-ġestjoni, jiġifieri, għat-trasformazzjoni, għad-dekummissjonar jew għat-tneħħija gradwali tal-assi u tal-prodotti tagħha intensivi fil-gassijiet serra u intensivi fl-enerġija.

AR 4.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 16(e), l-impriża għandha tispjega kif l-allinjament tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 huwa mistenni li jevolvi maż-żmien biex jappoġġa t-tranżizzjoni tagħha għal ekonomija sostenibbli. Meta tagħmel dan, l-impriża għandha tqis l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jeħtieġ li jiġu divulgati skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 (b’mod partikolari d-dħul allinjat mat-tassonomija u l-CapEx u, jekk applikabbli, il-pjanijiet CapEx).

AR 5.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 16(f), l-impriża għandha tiddikjara jekk tkunx eskluża mill-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati ma’ Pariġi f’konformità mal-kriterji ta’ esklużjoni msemmijin fl-Artikoli 12.1(d) sa (g) (53) u 12.2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (ir-Regolament dwar l-Istandards tal-Parametri Referenzjarji Klimatiċi) (54).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell tan-negozju

AR 6.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar l-ambitu tal-analiżi tar-reżiljenza kif meħtieġ skont il-paragrafu 19(a), l-impriża għandha tispjega liema parti mill-operazzjonijiet u mill-katina tal-valur upstream u downstream tagħha stess kif ukoll liema riskji fiżiċi u riskji ta’ tranżizzjoni materjali setgħu ġew esklużi mill-analiżi.

AR 7.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar kif twettqet l-analiżi tar-reżiljenza kif meħtieġ skont il-paragrafu 19(b), l-impriża għandha tispjega:

(a)

is-suppożizzjonijiet kritiċi dwar kif it-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell aktar baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti se taffettwa x-xejriet makroekonomiċi tal-madwar, il-konsum tal-enerġija u t-taħlita enerġetika tagħha, u s-suppożizzjonijiet dwar il-varar tat-teknoloġija;

(b)

il-perjodi ta’ żmien applikati u l-allinjament tagħhom max-xenarji klimatiċi u kummerċjali kkunsidrati għad-determinazzjoni tar-riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali (il-paragrafi AR 11 sa AR 12) u l-istabbiliment ta’ miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (irrapportati taħt ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-4); u

(c)

kif ġew ikkunsidrati l-effetti finanzjarji antiċipati stmati mir-riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali (kif meħtieġ mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-9) kif ukoll l-azzjonijiet u r-riżorsi ta’ mitigazzjoni (iddivulgati skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-3).

AR 8.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-analiżi tar-reżiljenza kif meħtieġ skont il-paragrafu 19(c), l-impriża għandha tispjega:

(a)

l-oqsma ta’ inċertezzi tal-analiżi tar-reżiljenza u sa liema punt l-assi u l-attivitajiet kummerċjali f’riskju jitqiesu fid-definizzjoni tal-istrateġija, tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tal-impriża, u tal-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni kurrenti u ppjanati;

(b)

il-kapaċità tal-impriża li taġġusta jew tadatta l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha għat-tibdil fil-klima fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil, inkluż l-iżgurar ta’ aċċess kontinwu għall-finanzjament b’kost affordabbli tal-kapital, il-kapaċità li tirrialloka, taġġorna jew tiddekummissjona l-assi eżistenti, tittrasferixxi l-portafoll tal-prodotti u s-servizzi tagħha, jew tagħti taħriġ mill-ġdid lill-forza tax-xogħol tagħha.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 – Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-klima

AR 9.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar il-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti klimatiċi kif meħtieġ skont il-paragrafu 20(a), l-impriża għandha tispjega kif:

(a)

skrinjat l-attivitajiet u l-pjanijiet tagħha sabiex tidentifika sorsi reali u potenzjali futuri ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u, jekk applikabbli, il-fatturi ewlenin li jwasslu għal impatti oħrajn relatati mal-klima (eż., l-emissjonijiet ta’ karbonju iswed jew bidliet fl-ożonu troposferiku jew fl-użu tal-art) fl-operazzjonijiet proprji u tul il-katina tal-valur; u

(b)

ivvalutat l-impatti reali u potenzjali tagħha fuq it-tibdil fil-klima (jiġifieri, l-emissjonijiet totali tagħha ta’ gassijiet serra).

AR 10.

L-impriża tista’ torbot l-informazzjoni divulgata skont il-paragrafi 20(a) u AR 9 mal-informazzjoni divulgata skont ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li ġejjin: Ir-rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1–1, il-paragrafu 16 (d) dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra passati; Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1–4 u Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1–6.

AR 11.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar il-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati r-riskji fiżiċi kif meħtieġ skont il-paragrafu 20(b), l-impriża għandha tispjega jekk u kif:

(a)

hija identifikat il-perikli relatati mal-klima (ara t-tabella ta’ hawn taħt) fuq perjodi ta’ żmien qosra, medji u fit-tul u eżaminat jekk l-assi u l-attivitajiet kummerċjali tagħha jistgħux ikunu skoperti għal dawn il-perikli;

(b)

hija ddefiniet perjodi ta’ żmien qosra, medji u fit-tul u kif dawn id-definizzjonijiet huma marbutin mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-assi tagħha, mal-perjodi ta’ ppjanar strateġiku u mal-pjanijiet ta’ allokazzjoni tal-kapital;

(c)

hija vvalutat il-punt sa fejn l-assi u l-attivitajiet tan-negozju tagħha jistgħu jiġu skoperti u huma sensittivi għall-perikli identifikati relatati mal-klima, filwaqt li qieset il-probabbiltà, id-daqs u d-durata tal-perikli kif ukoll il-koordinati ġeospazjali (bħan-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali tal-Istatistika- NUTS għat-territorju tal-UE) speċifiċi għall-postijiet u għall-ktajjen tal-provvista tal-impriża; u

(d)

l-identifikazzjoni tal-perikli relatati mal-klima u l-valutazzjoni tal-esponiment u s-sensittività huma infurmati minn xenarji klimatiċi b’ emissjonijiet għoljin li jistgħu, pereżempju, jkunu bbażati fuq l-IPCC SSP5–8.5, il-projezzjonijiet klimatiċi reġjonali rilevanti bbażati fuq dawn ix-xenarji tal-emissjonijiet, jew ix-xenarji klimatiċi tal-NGFS (Netwerk għall-Ekoloġizzazzjoni tas-Sistema Finanzjarja) xenarji klimatiċi b’riskju fiżiku għoli bħal “Dinja serra” jew “Ftit wisq, tard wisq”. Għar-rekwiżiti ġenerali rigward l-analiżi tax-xenarji relatati mal-klima ara l-paragrafi 18, 19, AR 13 sa AR 15.

Klassifikazzjoni tal-perikli relatati mal-klima

(Sors: ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139)

 

Relatati mat-temperatura

Relatati mar-riħ

Relatati mal-ilma

Relatati ma’ massa solida

Kroniċi

Tibdil fit-temperatura (arja, ilma ħelu, ilma baħar)

Tibdil fix-xejriet tar-riħ

Tibdil fix-xejriet u fit-tipi ta’ xita (xita, silġ, borra/silġ)

Erożjoni kostali

Stress termiku

 

Preċipitazzjoni jew varjabbiltà idroloġika

Degradazzjoni tal-ħamrija

Varjabbiltà fit-temperatura

 

Aċifikazzjoni tal-oċeani

Erożjoni tal-ħamrija

Taħlil tal-permafrost

 

Intrużjoni salina

Soliflussjoni

 

 

Żieda fil-livell tal-baħar

 

 

 

Stress idriku

 

Akuti

Mewġa ta’ sħana

Ċikluni, uragani, tifuni

Nixfa

Valanga

Mewġa ta’ kesħa/ġlata

Maltempati (inklużi burraxki tal-borra, maltempati tat-trab u tar-ramel)

Preċipitazzjoni qawwija (xita, silġ, borra/silġ)

Uqigħ tal-art

Nirien mhux ikkontrollati

Tromba tal-arja

Għargħar (kostali, fluvjali, pluvjali, ilma ta’ taħt l-art)

Ċediment

 

 

Kollass ta’ lag glaċjali

 

AR 12.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar il-proċessi sabiex jiġu identifikati r-riskji u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni kif meħtieġ skont il-paragrafu 20(c), l-impriża għandha tispjega jekk u kif hija:

(a)

identifikat l-eventi ta’ tranżizzjoni (ara t-tabella b’eżempji hawn taħt) fuq il-perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil u eżaminat jekk l-assi u l-attivitajiet kummerċjali tagħha jistgħux ikunu skoperti għal dawn l-eventi. F’każ ta’ riskji u ta’ opportunitajiet ta’ tranżizzjoni, dak li jitqies bħala fit-tul jista’ jkopri aktar minn 10 snin u jista’ jiġi allinjat ma’ għanijiet ta’ politika pubblika relatati mal-klima;

(b)

ivvalutat il-punt sa fejn l-assi u l-attivitajiet kummerċjali tagħha jistgħu jkunu skoperti u huma sensittivi għall-eventi ta’ tranżizzjoni identifikati, filwaqt li jitqiesu l-probabbiltà, id-daqs u d-durata tal-eventi ta’ tranżizzjoni;

(c)

informat l-identifikazzjoni ta’ eventi ta’ tranżizzjoni u l-valutazzjoni tal-iskopertura permezz ta’ analiżi tax-xenarju , fejn qieset mill-inqas xenarju wieħed konsistenti mal-Ftehim ta’ Pariġi u li jillimita t-tibdil fil-klima għal 1,5 °C, pereżempju, fuq il-bażi ta’ xenarji tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (Emissjonijiet netti żero sal-2050, Xenarju ta’ Żvilupp Sostenibbli, eċċ.) jew xenarji tal-klima tal-NGFS (Netwerk għall-Ekoloġizzazzjoni tas-Sistema Finanzjarja). Għar-rekwiżiti ġenerali relatati mal-analiżi tax-xenarji relatati mal-klima, ara l-paragrafi 18, 19, AR 13 sa AR 15; u

(d)

l-assi u l-attivitajiet kummerċjali identifikati li huma inkompatibbli ma’ jew li jeħtieġu sforzi sinifikanti sabiex ikunu kompatibbli ma’ tranżizzjoni għal ekonomija newtrali għall-klima (pereżempju, minħabba emissjonijiet sinifikanti impenjati ta’ gassijiet serra jew inkompatibbiltà sinifikanti mar-rekwiżiti għall-allinjament tat-Tassonomija skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139).

Eżempji ta’ eventi ta’ tranżizzjoni relatati mal-klima (eżempji bbażati fuq il-klassifikazzjoni tat-TCFD)

Politika u liġi

Teknoloġija

Suq

Reputazzjoni

Żieda fl-ipprezzar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Sostituzzjoni ta’ prodotti u ta’ servizzi eżistenti ma’ alternattivi b’emissjonijiet aktar baxxi

Tibdil fl-imġiba tal-klijenti

Ċaqliq fil-preferenzi tal-konsumaturi

Emissjonijiet akbar- obbligi ta’ rapportar

Investiment mingħajr suċċess f’teknoloġiji ġodda

Inċertezza fis-sinjali tas-suq

Stigmatizzazzjoni tas-settur

Mandati dwar prodotti u servizzi eżistenti u regolamentazzjoni tagħhom

Kostijiet tat-tranżizzjoni għal teknoloġija b’livell aktar baxx ta’ emissjonijiet

Żieda fil-kost tal-materja prima

Tħassib akbar għall-partijiet ikkonċernati

Mandati dwar u regolamentazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni eżistenti

 

Feedback negattiv tal-partijiet ikkonċernati

Skopertura għal litigazzjoni

 

Analiżi tax-xenarju relatat mal-klima

AR 13.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 19, 20, 21, AR 11 u AR 11, l-impriża għandha tispjega kif użat l-analiżi tax-xenarji relatata mal-klima li hija proporzjonata maċ-ċirkostanzi tagħha sabiex tinforma l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet fiżiċi u ta’ tranżizzjoni tul perjodi ta’ żmien qosra, medji u fit-tul, inklużi:

(a)

liema xenarji ntużaw, is-sorsi u l-allinjament tagħhom max-xjenza l-aktar avvanzata;

(b)

in-narrattivi, il-perjodi ta’ żmien, u l-punti ta’ tmiem użati b’diskussjoni dwar għaliex temmen li l-firxa ta’ xenarji użati tkopri r-riskji u l-inċertezzi plawżibbli tagħha;

(c)

il-forzi u l-fatturi ewlenin ikkunsidrati f’kull xenarju u għaliex dawn huma rilevanti għall-impriża, pereżempju, is-suppożizzjonijiet tal-politika, ix-xejriet makroekonomiċi, l-użu tal-enerġija u t-taħlita enerġetika, u s-suppożizzjonijiet tat-teknoloġija; u

(d)

inputs u restrizzjonijiet ewlenin tax-xenarji, inkluż il-livell ta’ dettall tagħhom (eż., jekk l-analiżi tar-riskji fiżiċi relatati mal-klima hijiex ibbażata fuq koordinati ġeospazjali speċifiċi għall-postijiet tal-impriża jew data mifruxa fil-livell nazzjonali jew reġjonali).

AR 14.

Meta twettaq analiżi tax-xenarju, l-impriża tista’ tikkunsidra l-gwida li ġejja: Suppliment Tekniku tat-TCFD dwar “L-Użu tal-Analiżi tax-Xenarji fid-Divulgazzjoni ta’ Riskji u Opportunitajiet Relatati mal-Klima” (2017); TCFD “Guidance on Scenario Analysis for Non-Financial Companies” (2020); ISO 14091:2021 “Adaptation to climate change — Guidelines on vulnerability, impacts and risk assessment”; u kwalunkwe standard industrijali rikonoxxut ieħor bħall-NGFS (Netwerk għall-Ekoloġizzazzjoni tas-Sistema Finanzjarja); u r-regolamenti tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali.

AR 15.

L-impriża għandha tispjega fil-qosor kif ix-xenarji klimatiċi użati huma kompatibbli mas-suppożizzjonijiet kritiċi relatati mal-klima li saru fir-rapporti finanzjarji.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-2 – Politiki relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-adattament għalih

AR 16.

Il-politiki relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew mal-adattament għat-tibdil fil-klima jistgħu jiġu ddivulgati separatament peress li l-objettivi, in-nies involuti, l-azzjonijiet u r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom huma differenti.

AR 17.

Il-politiki relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jindirizzaw il-ġestjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra u tar-riskji ta’ tranżizzjoni tal-impriża tul perjodi ta’ żmien differenti, fl-operazzjonijiet tagħha stess u/jew fil-katina tal-valur upstream u downstream. Ir-rekwiżit skont il-paragrafu 14 jista’ jkun relatat ma’ politiki awtonomi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kif ukoll ma’ politiki rilevanti dwar kwistjonijiet oħrajn li jappoġġaw indirettament il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima inklużi politiki ta’ taħriġ, politiki dwar l-akkwist jew il-katina tal-provvista, politiki ta’ investiment jew politiki dwar l-iżvilupp tal-prodotti.

AR 18.

Politiki relatati mal-adattament għat-tibdil fil-klima jindirizzaw il-ġestjoni tar-riskji klimatiċi fiżiċi tal-impriża u tar-riskji ta’ tranżizzjoni tagħha relatati mal-adattament għat-tibdil fil-klima. Ir-rekwiżit skont il-paragrafi 22 u 25 jista’ jkun relatat ma’ politiki awtonomi ta’ adattament għat-tibdil fil-klima kif ukoll ma’ politiki rilevanti dwar kwistjonijiet oħrajn li jappoġġaw indirettament l-adattament għat-tibdil fil-klima inklużi politiki ta’ taħriġ, u politiki ta’ emerġenza jew dwar is-saħħa u s-sikurezza.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni E1-3 – Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward tal-politiki dwar it-tibdil fil-klima

AR 19.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet kif meħtieġ skont il-paragrafi 29(a) u 29(b), l-impriża tista’:

(a)

tiddivulga l-azzjonijiet ewlenin tagħha meħudin u/jew il-pjanijiet għall-implimentazzjoni tal-politiki ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fl-azzjonijiet individwali jew separati tagħha;

(b)

tipi aggregati ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni (ingranaġġi ta’ dekarbonizzazzjoni) bħall-effiċjenza enerġetika, l-elettrifikazzjoni, il-bdil tal-fjuwil, l-użu tal-enerġija rinnovabbli, it-tibdil tal-prodotti, u d-dekarbonizzazzjoni tal-katina tal-provvista li jaqblu mal-azzjonijiet speċifiċi tal-impriżi;

(c)

tiddivulga l-lista ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni ewlenin flimkien mal-miri li jistgħu jitkejlu (kif meħtieġ mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-4) bid-diżaggregazzjoni permezz tal-ingranaġġi ta’ dekarbonizzazzjoni; u

(d)

tiddivulga l-azzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima skont it-tip ta’ soluzzjoni ta’ adattament bħal soluzzjonijiet ta’ adattament ibbażat fuq in-natura, inġineristiċi, jew teknoloġiċi.

AR 20.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar ir-riżorsi kif meħtieġ skont il-paragrafu 29(c), l-impriża għandha tiddivulga biss l-ammonti sinifikanti ta’ OpEx u ta’ CapEx meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet peress li l-iskop ta’ din l-informazzjoni huwa li turi l-kredibbiltà tal-azzjonijiet tagħha aktar milli li tirrikonċilja l-ammonti ddivulgati mar-rapporti finanzjarji. L-ammonti ddivulgati ta’ CapEx u ta’ OpEx għandhom ikunu ż-żidiet magħmulin kemm fl-assi tanġibbli kif ukoll f’dawk intanġibbli matul is-sena finanzjarja kurrenti kif ukoll iż-żidiet ippjanati għal perjodi futuri ta’ implimentazzjoni tal-azzjonijiet. L-ammonti ddivulgati għandhom ikunu biss l-investimenti finanzjarji inkrementali li jikkontribwixxu direttament għall-ilħuq tal-miri tal-impriża.

AR 21.

F’konformità mar-rekwiżiti tal-ESRS 2 MDR-A, l-impriża għandha tispjega jekk u sa liema punt il-kapaċità tagħha li timplimenta l-azzjonijiet tiddependi fuq id-disponibbiltà u fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi. L-aċċess kontinwu għall-finanzjament b’kost tal-kapital affordabbli jista’ jkun kritiku għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-impriża, li jinkludu l-aġġustamenti tagħha għall-bidliet fil-provvista/fid-domanda jew l-akkwiżizzjonijiet relatati tagħha u investimenti sinifikanti fir-riċerka u fl-iżvilupp (R&Ż).

AR 22.

L-ammonti ta’ OpEx u CapEx meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet divulgati skont il-paragrafu 29(c) għandhom ikunu konsistenti mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-CapEx u l-OpEx) u, jekk applikabbli, mal-pjan CapEx meħtieġ mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178. L-impriża għandha tispjega kwalunkwe differenza potenzjali bejn l-ammonti sinifikanti ta’ OpEx u CapEx divulgati skont dan l-Istandard u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni divulgati skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 minħabba, pereżempju, id-divulgazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi mhux eliġibbli kif definiti f’dak ir-regolament delegat. L-impriża tista’ tistruttura l-azzjonijiet tagħha skont l-attività ekonomika biex tqabbel l-OpEx u l-CapEx tagħha, u jekk applikabbli l-pjanijiet tagħha tal-OpEx u/jew tal-CapEx mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha allinjati mat-Tassonomija.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-4 – Miri relatati mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-adattament għalih

AR 23.

Skont il-paragrafu 34(a), l-impriża tista’ tiddivulga miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont il-valur tal-intensità. Il-miri tal-intensità huma fformulati bħala proporzjonijiet tal-emissjonijiet tal-GHG relattivi għal unità ta’ attività fiżika jew output ekonomiku. L-unitajiet rilevanti ta’ attività jew output huma msemmija fl-istandards speċifiċi għas-settur tal-ESRS. F’każijiet fejn l-impriża tkun stabbiliet biss mira ta’ tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra, hija għandha madankollu tiddivulga l-valuri assoluti assoċjati għas-sena fil-mira u għas-sena/snin fil-mira interim. Dan jista’ jirriżulta f’sitwazzjoni fejn impriża tkun meħtieġa tiżvela żieda fl-emissjonijiet assoluti ta’ gassijiet serra għas-sena fil-mira u s-sena/snin fil-mira interim, pereżempju minħabba li tantiċipa t-tkabbir organiku tan-negozju tagħha.

AR 24.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 34(b), l-impriża għandha tispeċifika s-sehem tal-mira relatat ma’ kull Ambitu (1, 2 jew 3) tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rispettiv. L-impriża għandha tiddikjara l-metodu użat sabiex tikkalkola l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 inklużi fil-mira (jiġifieri, jew il-metodu bbażat fuq il-post jew ibbażat fuq is-suq). Jekk il-konfini tal-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jvarja minn dak tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrapportati skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-6, l-impriża għandha tiddivulga liema gassijiet huma koperti, il-perċentwal rispettiv tal-Ambiti 1, 2, 3 u l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra koperti mill-mira. Għall-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tas-sussidjarji tagħha, l-impriża għandha tapplika dawn ir-rekwiżiti b’mod analogu fil-livell tas-sussidjarja.

AR 25.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 34(c) fuq is-sena bażi u fuq il-valur ta’ bażi:

(a)

l-impriża għandha tispjega fil-qosor kif żgurat li l-valur ta’ bażi li miegħu jitkejjel il-progress lejn il-mira jkun rappreżentattiv f’termini tal-attivitajiet koperti u tal-influwenzi minn fatturi esterni (eż., l-anomaliji fit-temperatura f’sena partikolari li jinfluwenzaw l-ammont ta’ konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati). Dan jista’ jsir bin-normalizzazzjoni tal-valur ta’ bażi, jew, bl-użu ta’ valur ta’ bażi li huwa derivat minn medja fuq 3 snin jekk din iżżid ir-rappreżentattività u tippermetti rappreżentazzjoni aktar leali;

(b)

il-valur ta’ bażi u s-sena bażi ma għandhomx jinbidlu sakemm ma jseħħux bidliet sinifikanti fil-konfini fil-mira jew tar-rapportar. F’każ bħal dan, l-impriża għandha tispjega kif il-valur ta’ bażi l-ġdid jaffettwa l-mira l-ġdida, l-ilħuq tagħha u l-preżentazzjoni tal-progress maż-żmien. Sabiex titrawwem il-komparabilità, meta tistabbilixxi miri ġodda, l-impriża għandha tagħżel sena bażi riċenti li ma tippreċedix l-ewwel sena ta’ rapportar tal-perjodu fil-mira l-ġdid b’aktar minn 3 snin. Pereżempju, għall-2030 bħala s-sena fil-mira u perjodu fil-mira bejn l-2025 u l-2030, is-sena bażi għandha tintgħażel mill-perjodu bejn l-2022 u l-2025;

(c)

l-impriża għandha taġġorna s-sena bażi tagħha mill-2030 u wara kull perjodu ta’ 5 snin minn hemm ’il quddiem. Dan ifisser li qabel l-2030, is-snin bażi magħżula mill-impriżi jistgħu jkunu jew is-sena bażi applikata bħalissa għall-miri eżistenti jew l-ewwel sena ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2464 (2024, 2025 jew 2026) u, wara l-2030, kull 5 snin (l-2030, l-2035, eċċ.); u

(d)

meta tippreżenta miri relatati mal-klima, l-impriża tista’ tiddivulga l-progress fl-ilħuq ta’ dawn il-miri li jkunu saru qabel is-sena bażi kurrenti tagħha. Meta tagħmel dan, l-impriża għandha, kemm jista’ jkun, tiżgura li l-informazzjoni dwar il-progress tal-passat tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard. Fil-każ ta’ differenzi metodoloġiċi, pereżempju, fir-rigward tal-konfini fil-mira, l-impriża għandha tipprovdi spjegazzjoni qasira għal dawn id-differenzi.

AR 26.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 34(d) u 34(e), l-impriża għandha tippreżenta l-informazzjoni matul il-perjodu fil-mira b’referenza għal perkors speċifiku għas-settur, jekk disponibbli, jew perkors ta’ emissjonijiet transsettorjali kompatibbli mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C. Għal dan l-għan, l-impriża għandha tikkalkola valur fil-mira ta’ referenza allinjat ta’ 1,5 °C għall-Ambiti 1 u 2 (u, jekk applikabbli, wieħed separat għall-Ambitui 3) li miegħu jistgħu jitqabblu l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha stess jew il-miri interim fl-Ambiti rispettivi.

AR 27.

Il-valur tal-mira ta’ referenza jista’ jiġi kkalkulat billi l-emissjonijiet tal-GHG fis-sena bażi jiġu mmultiplikati b’fattur ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiku għas-settur (metodoloġija ta’ dekarbonizzazzjoni settorjali) jew transsettorjali (metodoloġija ta’ kontrazzjoni). Dawn il-fatturi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet jistgħu jiġu dderivati minn sorsi differenti. L-impriża għandha tiżgura li s-sors użat ikun ibbażat fuq perkors għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kompatibbli mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C.

AR 28.

Il-fatturi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet huma soġġetti għal aktar żvilupp. Konsegwentement, l-impriżi huma mħeġġin jużaw biss informazzjoni aġġornata disponibbli għall-pubbliku.

 

2030

2050

Perkors ta’ tnaqqis transsettorjali (ACA) abbażi tas-sena 2020 bħala s-sena ta’ referenza

-42 %

-90 %

Sors:

fuq il-bażi ta’ Pathways to Net-zero –SBTi Technical Summary (Verżjoni 1.0, Ottubru 2021)

AR 29.

Il-valur fil-mira ta’ referenza jiddependi fuq is-sena bażi u fuq l-emissjonijiet tax-xenarju bażi tal-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-impriża. B’riżultat ta’ dan, il-valur fil-mira ta’ referenza għal impriżi b’sena bażi reċenti jew minn emissjonijiet tal-linja bażi ogħla jista’ jkun inqas diffiċli biex jinkiseb milli se jkun għal impriżi li diġà ħadu azzjonijiet ambizzjużi fil-passat biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għalhekk, l-impriżi li fil-passat kisbu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kompatibbli ma’ perkors transsettorjali jew speċifiku għas-settur allinjat ma’ 1,5 °C jistgħu jaġġustaw l-emissjonijiet bażi tagħhom kif xieraq sabiex jiddeterminaw il-valur fil-mira ta’ referenza. Għaldaqstant, jekk l-impriża tkun qed taġġusta l-emissjonijiet bażi biex tiddetermina l-valur fil-mira ta’ referenza, hija ma għandhiex tqis it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jippreċedi s-sena 2020 u għandha tipprovdi evidenza xierqa tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra miksub fil-passat tagħha.

AR 30.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 34(f), l-impriża għandha tispjega:

(a)

b’referenza għall-azzjonijiet tagħha ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-ingranaġġi tad-dekarbonizzazzjoni u l-kontributi kwantitattivi stmati tagħhom għall-kisba tal-miri tagħha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra diżaggregati skont kull Ambitu (1, 2 u 3);

(b)

jekk hijiex qiegħda tippjana li tadotta teknoloġiji ġodda u r-rwol tagħhom sabiex jintlaħqu l-miri tagħha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra; u

(c)

jekk u kif ikkunsidrat firxa diversa ta’ xenarji klimatiċi, tal-anqas inkluż xenarju klimatiku kompatibbli mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C, sabiex jiġu identifikati żviluppi rilevanti relatati mal-ambjent, mas-soċjetà, mat-teknoloġija, mas-suq u mal-politika u sabiex jiġu ddeterminati l-ingranaġġi tad-dekarbonizzazzjoni tagħha.

AR 31.

L-impriża tista’ tippreżenta l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha flimkien mal-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tagħha (ara l-paragrafu AR 19) bħala tabella jew perkors grafiku li juri l-iżviluppi maż-żmien. Iċ-ċifra u t-tabella li ġejjin jipprovdu eżempji li jikkombinaw il-miri u l-lievi tad-dekarbonizzazzjoni:

Image 4

 

Sena bażi (eż., 2025)

Mira għall-2030

Mira għall-2035

Sal-mira għall-2050

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ktCO2eq)

100

60

40

 

 

Effiċjenza enerġetika u tnaqqis fil-konsum

-

-10

-4

 

 

Effiċjenza materjali u tnaqqis fil-konsum

-

-5

-

 

 

Qlib tal-fjuwil

-

-2

-

 

 

Elettrifikazzjoni

-

-

-10

 

 

Użu tal-enerġija rinnovabbli

-

-10

-3

 

 

Eliminazzjoni gradwali, sostituzzjoni jew modifika tal-prodott

-

-8

-

 

 

Eliminazzjoni gradwali, sostituzzjoni jew modifika tal-proċess

-

-5

-3

 

 

Oħrajn

-

-

 

 

 

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-5 – Konsum tal-enerġija u taħlita enerġetika

Gwida għall-kalkolu

AR 32.

Meta tħejji l-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija meħtieġa skont il-paragrafu 35, l-impriża:

(a)

għandha tirrapporta biss l-enerġija kkonsmata minn proċessi li huma proprjetà tal-impriża jew ikkontrollati minnha li japplikaw l-istess perimetru applikat għar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambiti 1 u 2;

(b)

għandha teskludi l-materja prima u l-fjuwils li ma jinħarqux għal finijiet ta’ enerġija. L-impriża li tikkonsma l-fjuwil bħala materja prima tista’ tiddivulga informazzjoni dwar dan il-konsum separatament mid-divulgazzjonijiet meħtieġa;

(c)

għandha tiżgura li l-informazzjoni kwantitattiva kollha relatata mal-enerġija tiġi rrapportata jew f’Megawatt-siegħa (MWh) f’Valur tat-Tisħin Aktar Baxx jew f’valur kalorifiku nett. Jekk id-data mhux ipproċessata ta’ informazzjoni relatata mal-enerġija tkun disponibbli biss f’unitajiet tal-enerġija għajr MWh (bħal Giga-Joules (GJ) jew Unitajiet Termali Brittaniċi (Btu)), f’unitajiet ta’ volum (bħal piedi kubi jew glalen) jew f’unitajiet tal-massa (bħal kilogrammi jew libbri), din għandha tiġi kkonvertita għal MWh bl-użu ta’ fatturi ta’ konverżjoni xierqa (ara pereżempju l-Anness II tal-Ħames Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC). Il-fatturi ta’ konverżjoni għall-fjuwils għandhom isiru trasparenti u applikati b’mod konsistenti;

(d)

għandha tiżgura li l-informazzjoni kwantitattiva kollha relatata mal-enerġija tiġi rrapportata bħala konsum finali tal-enerġija, b’referenza għall-ammont ta’ enerġija li l-impriża fil-fatt tikkonsma bl-użu, pereżempju, tat-tabella fl-Anness IV tad-Direttiva 2012/27 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55) dwar l-effiċjenza enerġetika;

(e)

għandha tevita għadd doppju tal-konsum tal-fjuwil meta jiġi ddivulgat il-konsum tal-enerġija awtoġġenerat. Jekk l-impriża tiġġenera l-elettriku minn sors ta’ fjuwil mhux rinnovabbli jew rinnovabbli u mbagħad tikkonsma l-elettriku ġġenerat, il-konsum tal-enerġija għandu jingħadd darba biss taħt il-konsum tal-fjuwil;

(f)

ma għandhiex tpaċi l-konsum tal-enerġija anki jekk l-enerġija ġġenerata fuq il-post tinbiegħ lil parti terza u tintuża minnha;

(g)

ma għandhiex tgħodd enerġija li tinkiseb minn ġewwa l-konfini organizzazzjonali taħt enerġija “mixtrija jew akkwistata”;

(h)

għandha tqis il-fwar, is-sħana jew it-tkessiħ riċevuti bħala “enerġija mill-iskart” mill-proċessi industrijali ta’ parti terza taħt enerġija “mixtrija jew akkwistata”;

(i)

għandha tqis l-idroġenu rinnovabbli (56) bħala fjuwil rinnovabbli. L-idroġenu li ma jkunx kompletament derivat minn sorsi rinnovabbli għandu jiġi inkluż taħt “konsum tal-fjuwil minn sorsi oħrajn mhux rinnovabbli”; u

(j)

għandha tadotta approċċ konservattiv meta taqsam l-elettriku, il-fwar, is-sħana jew it-tkessiħ bejn is-sorsi rinnovabbli u dawk mhux rinnovabbli fuq il-bażi tal-approċċ applikat għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 ibbażati fuq is-suq. L-impriża għandha tikkunsidra dawn il-konsumi tal-enerġija bħala derivati minn sorsi rinnovabbli biss jekk l-oriġini tal-enerġija mixtrija tkun definita b’mod ċar fl-arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tagħha (ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, tariffa standardizzata tal-elettriku ekoloġiku, strumenti tas-suq bħall-Garanzija tal-Oriġini minn sorsi rinnovabbli fl-Ewropa (57) jew strumenti simili bħaċ-Ċertifikati tal-Enerġija Rinnovabbli fl-Istati Uniti u l-Kanada, eċċ.).

AR 33.

L-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 37 (a) hija applikabbli jekk l-impriża tkun qed topera f’mill-inqas settur wieħed b’impatt qawwi fuq il-klima. L-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 38 (a) sa (e) għandha tinkludi wkoll l-enerġija minn sorsi fossili kkunsmata f’operazzjonijiet li mhumiex f’setturi b’impatt qawwi fuq il-klima.

AR 34.

L-informazzjoni dwar il-konsum u t-taħlita tal-enerġija tista’ tiġi ppreżentata bl-użu tal-format tabulari li ġej għas-setturi b’impatt qawwi fuq il-klima u għas-setturi l-oħra kollha billi jitħallew barra r-ringieli (1) sa (5).

Konsum tal-enerġija u taħlita enerġetika

Komparattiv

Sena N

(1)

Il-konsum tal-fjuwil mill-faħam u mill-prodotti tal-faħam (MWh)

 

 

(2)

Il-konsum tal-fjuwil minn prodotti taż-żejt grezz u tal-petroleum (MWh)

 

 

(3)

Il-konsum tal-fjuwil mill-gass naturali (MWh)

 

 

(4)

Il-konsum ta’ fjuwil minn sorsi fossili oħra (MWh)

 

 

(5)

Il-konsum ta’ elettriku, ta’ tisħin, ta’ fwar, ta’ tkessiħ mixtrijin jew akkwistati minn sorsi fossili (MWh)

 

 

(6)

Il-konsum totali tal-enerġija minn sorsi fossili (MWh) (ikkalkolat bħala s-somma tal-linji 1 sa 5)

 

 

Sehem tas-sorsi fossili fil-konsum totali tal-enerġija (%)

 

 

(7)

Il-konsum minn sorsi nukleari (MWh)

 

 

Is-sehem tal-konsum minn sorsi nukleari fil-konsum totali tal-enerġija (%)

 

 

(8)

Il-konsum tal-fjuwil għal sorsi rinnovabbli, inkluża l-bijomassa (li tinkludi wkoll l-iskart industrijali u muniċipali ta’ oriġini bijoloġika, il-bijogass, l-idroġenu rinnovabbli, eċċ.) (MWh)

 

 

(9)

Il-konsum ta’ elettriku, ta’ tisħin, ta’ fwar, ta’ tkessiħ mixtrijin jew akkwistati minn sorsi rinnovabbli (MWh)

 

 

(10)

Il-konsum tal-enerġija rinnovabbli mhux fjuwil awtoġenerata (MWh)

 

 

(11)

Il-konsum totali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (MWh) (ikkalkolat bħala s-somma tal-linji 8 sa 10)

 

 

Is-sehem tas-sorsi rinnovabbli fil-konsum totali tal-enerġija (%)

 

 

Il-konsum totali tal-enerġija (MWh) (ikkalkolat bħala s-somma tal-linji 6 u 11)

 

 

AR 35.

Il-konsum totali tal-enerġija b’distinzjoni bejn il-konsum tal-enerġija fossili, nukleari u rinnovabbli jista’ jiġi ppreżentat grafikament fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà li turi l-iżviluppi matul iż-żmien (eż. permezz ta’ pie chart jew bar chart).

Intensità enerġetika bbażata fuq id-dħul nett

Gwida għall-kalkolu

AR 36.

Meta tħejji l-informazzjoni dwar l-intensità enerġetika meħtieġa skont il-paragrafu 40, l-impriża għandha:

(a)

tikkalkola l-proporzjon tal-intensità enerġetika billi tuża l-formula li ġejja:

Image 5

(b)

tesprimi l-konsum totali tal-enerġija f’MWh u d-dħul nett f’unitajiet monetarji (eż., l-euro);

(c)

in-numeratur u d-denominatur għandhom jikkonsistu biss mill-proporzjon tal-konsum finali totali tal-enerġija (fin-numeratur) u d-dħul nett (fid-denominatur) li huma attribwibbli għal attivitajiet f’setturi b’impatt klimatiku għoli. Fil-fatt, għandu jkun hemm konsistenza fl-ambitu kemm tan-numeratur kif ukoll tad-denominatur;

(d)

tikkalkola l-konsum totali tal-enerġija f’konformità mar-rekwiżit fil-paragrafu 37;

(e)

tikkalkola d-dħul nett f’konformità mar-rekwiżiti tal-istandards kontabilistiċi applikabbli għar-rapporti finanzjarji, jiġifieri, l-IFRS 15 Dħul minn kuntratti ma’ Klijenti jew rekwiżiti tal-GAAP lokali.

AR 37.

L-informazzjoni kwantitattiva tista’ tiġi ppreżentata fit-tabella li ġejja.

Intensità tal-enerġija għal kull dħul nett

Komparattiv

N

% N / N-1

Il-konsum totali tal-enerġija minn attivitajiet f’setturi b’impatt klimatiku għoli għal kull dħul nett minn attivitajiet f’setturi b’impatt klimatiku għoli (MWh/Unità Monetarja)

 

 

 

Konnettività tal-intensità enerġetika bbażata fuq id-dħul nett b’informazzjoni dwar ir-rapportar finanzjarju

AR 38.

Ir-rikonċiljazzjoni tad-dħul nett minn attivitajiet f’setturi b’impatt klimatiku għoli mal-entrata f’linja tar-rapporti finanzjarji rilevanti jew id-divulgazzjoni (kif meħtieġa mill-paragrafu 43) tista’ tiġi ppreżentata jew:

(a)

b’kontroreferenza għall-entrata f’linja relatata jew b’divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji; jew

(b)

Jekk id-dħul nett ma jkunx jista’ jiġi direttament kontroreferenzjat għal entrata f’linja jew għal divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji, b’rikonċiljazzjoni kwantitattiva bl-użu tal-format f’tabella ta’ hawn taħt.

Dħul nett minn attivitajiet f’setturi b’impatt klimatiku għoli użati għall-kalkolu tal-intensità enerġetika

 

Dħul nett (ieħor)

 

Dħul nett totali (Rapporti finanzjarji)

 

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni E1-6 – Ambiti Gross 1, 2, 3 u Emissjonijiet Totali ta’ gassijiet serra

Gwida għall-kalkolu

AR 39.

Meta tkun qiegħda tħejji l-informazzjoni għar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif meħtieġ mill-paragrafu 44, l-impriża għandha:

(a)

jikkunsidraw il-prinċipji, ir-rekwiżiti u l-gwida pprovduti mill-Istandard Korporattiv tal-Protokoll dwar il-gassijiet serra (verżjoni 2004). L-impriża tista’ tikkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 (58) jew ir-rekwiżiti stipulati mill-EN ISO 14064–1:2018. Jekk l-impriża diġà tapplika l-metodoloġija tal-kontabilità tal-gassijiet serra tal-ISO 14064-1: 2018, xorta waħda għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan l-istandard (eż., fir-rigward tal-konfini tar-rapportar u tad-divulgazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 ibbażati fuq is-suq);

(b)

tiddivulga l-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet sinifikanti u l-fatturi ta’ emissjonijiet użati għall-kalkolu jew għall-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra akkumpanjati mir-raġunijiet għaliex intgħażlu, u tipprovdi referenza jew link għal kwalunkwe għodda ta’ kalkolu użata;

(c)

tinkludi l-emissjonijiet ta’ CO2, ta’ CH4, ta’ N2O, ta’ HFCs, ta’ PFCs, ta’ SF6, u ta’ NF3. Gassijiet serra addizzjonali jistgħu jiġu kkunsidrati meta jkunu sinifikanti; u

(d)

tuża l-aktar valuri reċenti tal-Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWP) ippubblikati mill-IPCC abbażi ta’ perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet ta’ CO2eq ta’ gassijiet mhux CO2.

AR 40.

Meta tħejji l-informazzjoni għar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kumpaniji assoċjati, l-impriżi konġunti, is-sussidjarji mhux konsolidati (entitajiet ta’ investiment) tagħha u l-arranġamenti kuntrattwali kif meħtieġ mill-paragrafu 50, l-impriża għandha tikkonsolida 100 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-entitajiet li tikkontrolla b’mod operattiv. Fil-prattika, dan iseħħ meta l-impriżi jkollhom il-liċenzja — jew permess — li joperaw l-assi minn dawn il-kumpaniji assoċjati, impriżi konġunti, sussidjarji mhux konsolidati (entitajiet ta’ investiment) u arranġamenti kuntrattwali. Meta l-impriża jkollha kontroll operazzjonali part-time definit kuntrattwalment, hija għandha tikkonsolida 100 % tal-gassijiet serra emessi matul iż-żmien tal-kontroll operazzjonali tagħha.

AR 41.

F’konformità mal-Kapitolu 3.7 tal-ESRS 1, l-impriża għandha tiddiżaggrega l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha kif xieraq. Pereżempju, l-impriża tista’ tiddiżaggrega l-Ambitu 1, 2, 3, jew l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tagħha skont il-pajjiż, is-segmenti operattivi, l-attività ekonomika, is-sussidjarja, il-kategorija tal-GHG (CO2, CH4, N2O, HFCs, PFCs, SF6, NF3, u GHG oħra meqjusa mill-impriża) jew it-tip ta’ sors (kombustjoni stazzjonarja, kombustjoni mobbli, emissjonijiet ta’ proċessi u emissjonijiet li jaħarbu).

AR 42.

Impriża jista’ jkollha perjodu ta’ rapportar differenti minn xi wħud mill-entitajiet jew mill-entitajiet kollha fil-katina tal-valur tagħha. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-impriża titħalla tkejjel l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha f’konformità mal-paragrafu 44 bl-użu ta’ informazzjoni għall-perjodi ta’ rapportar li jkunu differenti mill-perjodu ta’ rapportar tagħha stess jekk dik l-informazzjoni tinkiseb minn entitajiet fil-katina tal-valur tagħha b’perjodi ta’ rapportar li jkunu differenti mill-perjodu ta’ rapportar tal-impriża, bil-kundizzjoni li:

(a)

l-impriża tuża l-aktar data reċenti disponibbli minn dawk l-entitajiet fil-katina tal-valur tagħha biex tkejjel u tiddivulga l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha;

(b)

it-tul tal-perjodi ta’ rapportar ikun l-istess; u

(c)

l-impriża tiddivulga l-effetti ta’ avvenimenti sinifikanti u bidliet fiċ-ċirkostanzi (rilevanti għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha) li jseħħu bejn id-dati tar-rapportar tal-entitajiet fil-katina tal-valur tagħha u d-data tar-rapporti finanzjarji bi skop ġenerali tal-impriża.

AR 43.

Meta tkun qiegħda tħejji l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 grossi meħtieġa skont il-paragrafu 48(a), l-impriża għandha:

(a)

tikkalkula jew tkejjel l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kombustjoni stazzjonarja, mill-kombustjoni mobbli, mill-emissjonijiet tal-proċess u mill-emissjonijiet li jaħarbu; u tuża data xierqa dwar l-attività li tinkludi l-konsum ta’ fjuwil mhux rinnovabbli;

(b)

tuża fatturi ta’ emissjoni xierqa u konsistenti;

(c)

tiddivulga l-emissjonijiet bijoġeniċi tas-CO2 mill-kombustjoni jew mill-bijodegradazzjoni tal-bijomassa separatament mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1, iżda tinkludi emissjonijiet ta’ tipi oħrajn (b’mod partikolari CH4 u N2O);

(d)

ma tinkludi l-ebda tneħħija, jew kwalunkwe kreditu ta’ karbonju mixtri, mibjugħ jew ittrasferit jew kwoti tal-gassijiet serra mill-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1; u

(e)

għar-rapportar ta’ attivitajiet skont l-EU ETS, tirrapporta dwar l-emissjonijiet tal-Ambitu 1 skont il-metodoloġija tal-EU ETS. Il-metodoloġija tal-EU ETS tista’ tiġi applikata wkoll għal attivitajiet f’ġeografiji u f’setturi li ma humiex koperti mill-EU ETS.

AR 44.

Meta tħejji l-informazzjoni dwar il-perċentwal tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 minn skemi regolati għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 48(b), l-impriża għandha:

(a)

tikkunsidra l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-installazzjonijiet li topera li huma soġġetti għal Skemi regolati għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), inkluż għall-EU-ETS, għall-ETS nazzjonali u għal oħrajn mhux l-EU-ETS, jekk applikabbli;

(b)

tinkludi biss l-emissjonijiet ta’ CO2, ta’ CH4, ta’ N2O, ta’ HFCs, ta’ PFCs, ta’ SF6, u ta’ NF3;

(c)

tiżgura l-istess perjodu kontabilistiku għall-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 u għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rregolati mill-ETS; u

(d)

tikkalkola s-sehem billi tuża l-formula li ġejja:

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’(t CO2eq) minn installazzjonijiet tal-EU ETS + installazzjonijiet nazzjonali tal-ETS + installazzjonijiet mhux tal-EU ETS

Emissjonijiet tal-GHG tal-ambitu 1 (t CO2eq)

AR 45.

Meta tkun qiegħda tħejji l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 meħtieġa skont il-paragrafu 49, l-impriża għandha:

(a)

tikkunsidra l-prinċipji u r-rekwiżiti tal-Gwida dwar l-Ambitu 2 tal-Protokoll dwar il-gassijiet serra (il-verżjoni 2015, b’mod partikolari l-kriterji tal-kwalità tal-Ambitu 2 fil-Kapitolu 7.1 relatati mal-istrumenti kuntrattwali); tista’ tikkunsidra wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 jew ir-rekwiżiti rilevanti għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra mill-enerġija importata fl-EN ISO 14064–1:2018;

(b)

tinkludi elettriku, fwar, sħana, u tkessiħ mixtrija jew akkwistati kkonsmati mill-impriża;

(c)

tevita l-għadd doppju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrapportati fl-Ambiti 1 jew 3;

(d)

tapplika l-metodi bbażati fuq il-post u bbażati fuq is-suq biex tikkalkula l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 2 u tipprovdi informazzjoni dwar is-sehem u t-tipi ta’ strumenti kuntrattwali; Il-metodu bbażat fuq il-post jikkwantifika l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 fuq il-bażi ta’ fatturi tal-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-enerġija medji għal postijiet definiti, inklużi limiti lokali, subnazzjonali, jew nazzjonali (Protokoll dwar il-Gassijiet Serra, “Scope 2 Guidance”, Glossary, 2015). Il-metodu bbażat fuq is-suq jikkwantifika l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 abbażi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra emessi mill-ġeneraturi li mingħandhom l-entità relatriċi tixtri b’kuntratt l-elettriku raggruppat ma’ strumenti, jew strumenti diżaggregati waħedhom (il-Protokoll dwar il-GHG, il-“Gwida dwar l-Ambitu 2”, il-Glossarju, 2015); f’dan il-każ, l-impriża tista’ tiddivulga s-sehem tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-ambitu 2 ibbażati fuq is-suq marbuta mal-elettriku mixtri raggruppat ma’ strumenti bħall-Garanzija tal-Oriġini jew iċ-Ċertifikati tal-Enerġija Rinnovabbli. L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar is-sehem u t-tipi ta’ strumenti kuntrattwali użati għall-bejgħ u x-xiri tal-enerġija raggruppata b’attributi dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija jew għal pretensjonijiet tal-attributi tal-enerġija diżaggregati.

(e)

tiddivulga l-emissjonijiet bijoġeniċi tal-karbonju CO2 mill-kombustjoni jew mill-bijodegradazzjoni tal-bijomassa separatament mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 iżda tinkludi emissjonijiet ta’ tipi oħrajn ta’ gassijiet serra (b’mod partikolari CH4 u N2O). F’każ li l-fatturi ta’ emissjoni applikati ma jisseparawx il-perċentwal tal-bijomassa jew tas-CO2 bijoġeniku, l-impriża għandha tiddivulgah. F’każ li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minbarra s-CO2 (b’mod partikolari CH4 u N2O) ma jkunux disponibbli għal, jew esklużi minn, fatturi tal-emissjonijiet medji tal-grilja bbażati fuq il-post jew mal-informazzjoni dwar il-metodu bbażat fuq is-suq, l-impriża għandha tiddivulga dan.

(f)

ma tinkludi l-ebda tneħħija, jew kwalunkwe kreditu ta’ karbonju mixtri, mibjugħ jew ittrasferit jew kwoti tal-gassijiet serra mill-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2.

AR 46.

Meta tkun qiegħda tħejji l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 meħtieġa skont il-paragrafu 51, l-impriża għandha:

(a)

tikkunsidra l-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-Istandard tal-Kontabbiltà u tar-Rappurtar tal-Protokoll tal-GHG dwar il-Katina tal-Valur Korporattiva (Ambitu 3) (Verżjoni 2011); u tista’ tikkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 jew ir-rekwiżiti rilevanti għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra mill-EN ISO 14064–1:2018;

(b)

jekk hija istituzzjoni finanzjarja, tikkunsidra l-Istandard tal-Kontabbiltà u r-Rapportar tal-GHG għall-Industrija Finanzjarja mis-Sħubija għall-Kontabbiltà tal-Karbonju Finanzjarja (PCAF), speċifikament il-parti A “Emissjonijiet Iffinanzjati” (il-verżjoni ta’ Diċembru 2022);

(c)

tiskrinja l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 tagħha abbażi tal-15-il kategorija tal-Ambitu 3 identifikati mill-Istandard tal-Kontabilità u tar-Rapportar tal-Katina tal-Valur Korporattiva (Ambitu 3) tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra (il-Verżjoni tal-2011) billi tuża l-istimi xierqa. Inkella, tista’ tiskrinja l-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra tagħha fuq il-bażi tal-kategoriji pprovduti mill-klawżola 5.2.4 tal-EN ISO 14064-1:2018 (esklużi l-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra mill-enerġija importata);

(d)

tidentifika u tiddivulga l-kategoriji sinifikanti tal-Ambitu 3 tagħha fuq il-bażi tad-daqs tal-emissjonijiet stmati ta’ gassijiet serra tagħhom u kriterji oħrajn ipprovduti mill-Istandard tal-Kontabilità u tar-Rapportar tal-Katina tal-Valur Korporattiva (Ambitu 3) tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra (il-Verżjoni tal-2011, p. 61 u 65-68) jew mill-EN ISO 14064-1:2018, l-Anness H.3.2, bħall-infiq finanzjarju, l-influwenza, ir-riskji u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni relatati jew fehmiet tal-partijiet ikkonċernati;

(e)

tikkalkola jew tistma l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’kategoriji sinifikanti tal-Ambitu 3 bl-użu ta’ fatturi ta’ emissjonijiet xierqa;

(f)

taġġorna l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 f’kull kategorija sinifikanti kull sena abbażi tad-data attwali dwar l-attivitajiet; taġġorna l-inventarju sħiħ tal-GHG tal-Ambitu 3 mill-inqas kull 3 snin jew dwar l-okkorrenza ta’ avveniment sinifikanti jew bidla sinifikanti fiċ-ċirkostanzi (avveniment sinifikanti jew bidla sinifikanti fiċ-ċirkostanzi jistgħu, pereżempju, ikunu relatati ma’ bidliet fl-attivitajiet jew fl-istruttura tal-impriża, bidliet fl-attivitajiet jew fl-istruttura tal-katina/i tal-valur upstream u downstream tagħha, bidla fil-metodoloġija tal-kalkolu jew fl-iskoperta ta’ żbalji);”);

(g)

tiddivulga l-punt sa fejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Ambitu 3 tal-impriża jitkejlu bl-użu ta’ inputs minn attivitajiet speċifiċi fil-katina tal-valur upstream u downstream tal-entità, u tiddivulga l-perċentwal tal-emissjonijiet ikkalkulati bl-użu ta’ data primarja miksuba mill-fornituri jew minn sħab oħra fil-katina tal-valur.

(h)

għal kull kategorija sinifikanti ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3, tiddivulga l-konfini tar-rapportar ikkunsidrati, il-metodi ta’ kalkolu għall-istima tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif ukoll jekk u liema għodod ta’ kalkolu ġew applikati. Il-kategoriji tal-Ambitu 3 għandhom ikunu konsistenti mal-GHGP u jinkludu:

i.

l-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 mill-grupp kontabilistiku konsolidat (il-kumpanija omm u s-sussidjarji tagħha),

ii.

l-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 minn kumpaniji assoċjati, minn impriżi konġunti, u minn sussidjarji mhux konsolidati li għalihom l-impriża għandha l-ħila li tikkontrolla l-attivitajiet u r-relazzjonijiet operazzjonali (jiġifieri, kontroll operazzjonali),

iii.

l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambiti 1, 2 u 3 minn kumpaniji assoċjati, minn impriżi konġunti, minn sussidjarji mhux konsolidati (entitajiet ta’ investiment) u minn arranġamenti konġunti li għalihom l-impriża ma għandhiex kontroll operazzjonali u meta dawn l-entitajiet ikunu parti mill-katina tal-valur upstream u dopwnstream tal-impriża.

(i)

tiddivulga lista tal-kategoriji tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 inklużi fl-inventarju u esklużi minnu b’ġustifikazzjoni għall-kategoriji esklużi tal-Ambitu 3;

(j)

tiddivulga l-emissjonijiet bijoġeniċi ta’ CO2 mill-kombustjoni jew mill-bijodegradazzjoni tal-bijomassa li jseħħu fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha separatament mill-emissjonijiet grossi tal-gassijiet serra tal-Ambitu 3, u jinkludu l-emissjonijiet ta’ tipi oħra ta’ gassijiet serra (bħal CH4 u N2O), u l-emissjonijiet ta’ CO2 li jseħħu fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijomassa għajr mill-kombustjoni jew mill-bijodegradazzjoni (bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-ipproċessar jew mit-trasport tal-bijomassa) fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Ambitu 3;

(k)

ma tinkludi l-ebda tneħħija, jew kwalunkwe kreditu ta’ karbonju mixtri, mibjugħ jew ittrasferit jew kwoti tal-gassijiet serra mill-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3;

AR 47.

Meta tkun qiegħda tħejji l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra meħtieġa skont il-paragrafu 52, l-impriża għandha:

(a)

tapplika l-formuli li ġejjin sabiex tikkalkola l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra:

Image 6

Image 7

(b)

tiddivulga l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra b’distinzjoni bejn l-emissjonijiet derivati mill-metodi bbażati fuq il-post u bbażati fuq is-suq applikati filwaqt li tkejjel l-emissjonijiet sottostanti ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2.

AR 48.

L-impriża għandha tiddivulga l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tagħha diżaggregati skont l-Ambitu 1 u 2 u l-Ambitu 3 sinifikanti f’konformità mat-tabella ta’ hawn taħt.

 

Retrospettivi

Objettivi intermedji u snin fil-mira

Bażi sena

Komparattivi

N

N/N-1

2025

2030

(2050)

Mira % annwali / Sena bażi

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1

Emissjonijiet grossi ta’ gassijiet serra Emissjonijiet (tCO2eq)

 

 

 

 

 

 

 

 

Perċentwal tal-Ambitu 1

L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn skemi regolati għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (%)

 

 

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 ibbażati fuq il-post gross (tCO2eq)

 

 

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2 ibbażati 2 Emissjonijiet ta’ gassijiet serra (tCO2eq)

 

 

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra indiretti gross totali (Ambitu 3) Emissjonijiet ta’ gassijiet serra (tCO2eq)

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Oġġetti u servizzi mixtrija

 

 

 

 

 

 

 

 

[Subkategorija fakultattiva: Servizzi tal-cloud computing u ta’ ċentri tad-data

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Oġġetti kapitali

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Relatati mal-fjuwil u mal-enerġija

Attivitajiet (mhux inklużi fl-Ambitu1 jew l-Ambitu 2)

 

 

 

 

 

 

 

 

4

Trasport u distribuzzjoni upstream

 

 

 

 

 

 

 

 

5

Skart iġġenerat fl-operazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

6

Vjaġġatur fuq xogħol

 

 

 

 

 

 

 

 

7

Vjaġġar tal-impjegati lejn ix-xogħol u lura

 

 

 

 

 

 

 

 

8

Assi mikrija upstream

 

 

 

 

 

 

 

 

9

Trasport downstream

 

 

 

 

 

 

 

 

10

Ipproċessar ta’ prodotti mibjugħa

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Użu ta’ prodotti mibjugħa

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Trattament ta’ tmiem il-ħajja tal-prodotti mibjugħa

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Assi mikrija downstream

 

 

 

 

 

 

 

 

14

Franchises

 

 

 

 

 

 

 

 

15

Investimenti

 

 

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra

Emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra (ibbażati fuq il-post) (tCO2eq)

 

 

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra (ibbażati fuq is-suq) (tCO2eq)

 

 

 

 

 

 

 

 

AR 49.

Sabiex tenfasizza r-riskji ta’ tranżizzjoni potenzjali, l-impriża tista’ tiddivulga l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tagħha diżaggregati skont il-pajjiżi ewlenin u, jekk applikabbli, skont is-segmenti operatorji (bl-applikazzjoni tal-istess segmenti għar-rapporti finanzjarji kif meħtieġ mill-istandards kontabilistiċi, jiġifieri, IFRS 8 Segmenti Operatorji jew GAAP lokali). L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 jistgħu jiġu esklużi minn dawn id-diżaggregazzjonijiet skont il-pajjiż jekk id-data relatata ma tkunx disponibbli faċilment.

AR 50.

L-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 jistgħu jiġu ppreżentati wkoll skont il-kategoriji tal-emissjonijiet indiretti definiti fl-EN ISO 14064–1:2018.

AR 51.

Jekk ikunu materjali għall-emissjonijiet tal-Ambitu 3 tal-impriża, hija għandha tiddivulga l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-servizzi mixtrijin tal-cloud computing u taċ-ċentri tad-data bħala subsett tal-kategorija tal-Ambitu 3 ġenerali “prodotti u servizzi mixtrijin upstream”.

AR 52.

L-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra diżaggregati skont l-Ambiti 1, 2 u 3 tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jistgħu jiġu ppreżentati grafikament fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà (eż., bħala bar jew pie chart) li turi l-qasma tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul il-katina tal-valur (Upstream, Operazzjonijiet proprji, Trasport, Downstream).

Intensità ta’ gassijiet serra ibbażata fuq id-dħul nett

Gwida għall-kalkolu

AR 53.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar l-intensità ta’ gassijiet serra fuq il-bażi tad-dħul nett meħtieġ skont il-paragrafu 53, l-impriża għandha:

(a)

tikkalkola l-proporzjon tal-intensità ta’ gassijiet serra bil-formula li ġejja:

Image 8

(b)

tesprimi l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra f’tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti ta’ CO2eq u d-dħul nett f’unitajiet monetarji (eż. EUR) u tippreżenta r-riżultati għall-metodu bbażat fuq is-suq u bbażat fuq il-post;

(c)

tinkludi l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra fin-numeratur u d-dħul nett ġenerali fid-denominatur;

(d)

tikkalkola l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra kif meħtieġ mill-paragrafi 44(d) u 52; u

(e)

tikkalkola d-dħul nett f’konformità mar-rekwiżiti fl-istandards kontabilistiċi applikati għar-rapporti finanzjarji, jiġifieri l-IFRS 15 jew il-GAAP lokali.

AR 54.

L-informazzjoni kwantitattiva tista’ tiġi ppreżentata fil-format f’tabella li ġej.

Intensità ta’ gassijiet serra għal kull dħul nett

Komparattiv

N

% N / N-1

L-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra (ibbażati fuq il-post) għal kull dħul nett (ekwivalenti ta’ tCO2/Unità monetarja)

 

 

 

L-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra (ibbażati fuq is-suq) għal kull dħul nett (ekwivalenti ta’ tCO2/Unità monetarja)

 

 

 

Il-konnettività tal-intensità ta’ gassijiet serra fuq il-bażi tad-dħul b’informazzjoni dwar ir-rapportar finanzjarju

AR 55.

Ir-rikonċiljazzjoni tad-dħul nett użat għall-kalkolu tal-intensità ta’ gassijiet serra mal-entrata f’linja jew man-noti rilevanti fir-rapporti finanzjarji (kif meħtieġ mill-paragrafu 55) tista’ ssir jew permezz ta’:

(a)

kontroreferenza għall-entrata f’linja relatata jew b’divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji; jew

(b)

jekk id-dħul nett ma jkunx jista’ jiġi direttament kontroreferenzjat għal entrata f’linja jew għal divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji, b’rikonċiljazzjoni kwantitattiva bl-użu tal-format f’tabella ta’ hawn taħt.

Id-dħul nett użat għall-kalkolu tal-intensità ta’ gassijiet serra

 

Dħul nett (ieħor)

 

Dħul nett totali (fir-rapporti finanzjarji)

 

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-7 – Proġetti ta’ assorbimenti tal-gassijiet serra u ta’ mitigazzjoni tal-gassijiet serra ffinanzjati permezz ta’ krediti ta’ karbonju

Assorbimenti u ħżin ta’ gassijiet serra fl-operazzjonijiet proprji u l-katina tal-valur upstream u downstream

AR 56.

Minbarra l-inventarji tagħhom tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, l-impriżi għandhom jipprovdu trasparenza dwar kif u sa liema punt jew itejbu l-bjar naturali jew japplikaw soluzzjonijiet tekniċi sabiex jassorbu l-gassijiet serra mill-atmosfera fl-operazzjonijiet tagħhom stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream. Filwaqt li ma hemm l-ebda kunċett u metodoloġija ġeneralment aċċettata għall-kontabilità tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra, dan l-Istandard għandu l-għan li jżid it-trasparenza dwar l-isforzi tal-impriża sabiex tassorbi l-gassijiet serra mill-atmosfera (il-paragrafi 56(a) u 58). Il-gassijiet serra jitneħħew barra mill-katina tal-valur li l-impriża tappoġġa permezz tax-xiri ta’ krediti ta’ karbonju għandhom jiġu ddivulgati separatament kif meħtieġ mill-paragrafi 56(b) u 59.

AR 57.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar l-assorbimenti u l-ħżin tal-gassijiet serra mill-operazzjonijiet proprji tal-impriża u mill-katina tal-valur upstream u donwstream tagħha meħtieġa skont il-paragrafi 56(a) u 58, għal kull attività ta’ assorbiment u ta’ ħżin, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

il-gassijiet serra kkonċernati;

(b)

jekk it-tneħħija u l-ħżin humiex bijoġeniċi jew mit-tibdil fl-użu tal-art (eż. l-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni, ir-restawr tal-foresti, it-tħawwil ta’ siġar urbani, l-agroforestrija, il-bini tal-karbonju fil-ħamrija, eċċ.), teknoloġiċi (eż. il-qbid dirett mill-arja), jew ibridi (eż. bijoenerġija bil-qbid u l-ħżin tas-CO2), u dettalji teknoloġiċi dwar it-tneħħija, it-tip ta’ ħżin u, jekk applikabbli, it-trasport ta’ gassijiet serra mneħħija;

(c)

jekk applikabbli, spjegazzjoni qasira ta’ jekk l-attività tikkwalifikax bħala soluzzjoni bbażata fuq in-natura; u

(d)

kif jiġi ġestit ir-riskju ta’ nuqqas ta’ permanenza, inklużi d-determinazzjoni u l-monitoraġġ ta’ eventi ta’ tnixxija u ta’ treġġigħ lura, kif xieraq.

Gwida għall-kalkolu

AR 58.

Meta tħejji l-informazzjoni dwar l-assorbimenti u l-ħżin tal-gassijiet serra mill-operazzjonijiet proprji tal-impriża u mill-katina tal-valur upstream u donwstream tagħha meħtieġa skont il-paragrafi 56(a) u 58, l-impriża għandha:

(a)

tikkunsidra, sa fejn applikabbli, l-Istandard Korporattiv tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra (il-verżjoni tal-2004), l-Istandard tal-Prodott (il-verżjoni tal-2011), il-Gwida dwar l-Agrikoltura (il-verżjoni tal-2014), il-Gwida dwar l-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art, u l-forestrija għall-kontabilità tal-proġetti tal-gassijiet serra (il-verżjoni tal-2006);

(b)

tapplika metodi ta’ kunsens dwar il-kontabilità għall-assorbimenti tal-gassijiet serra hekk kif ikunu disponibbli, b’mod partikolari l-qafas regolatorju tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tas-CO2;

(c)

jekk applikabbli, tispjega r-rwol tal-assorbimenti għall-politika ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tagħha;

(d)

tinkludi assorbimenti minn operazzjonijiet li hija s-sid tagħhom, tikkontrolla, jew tikkontribwixxi għalihom u li ma nbigħux lil parti oħra permezz ta’ krediti tal-karbonju;

(e)

jekk applikabbli, immarka dawk l-attivitajiet ta’ tneħħija ta’ gassijiet serra fl-operazzjonijiet proprji jew fil-katina tal-valur li ġew ikkonvertiti fi krediti tal-karbonju u mibjugħa lil partijiet oħra fis-suq volontarju;

(f)

tqis l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati ma’ attività ta’ assorbiment, inkluż it-trasport u l-ħżin, skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-6 (Ambitu 1, 2 jew 3). Sabiex tiżdied it-trasparenza dwar l-effiċjenza ta’ attività ta’ tneħħija, inkluż it-trasport u l-ħżin, l-impriża tista’ tiddivulga l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati ma’ din l-attività (eż., l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-konsum tal-elettriku ta’ teknoloġiji tal-qbid dirett fl-arja) flimkien mal-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra assorbiti, iżda separatament minnu;

(g)

f’każ ta’ treġġigħ lura, tqis l-emissjonijiet rispettivi ta’ gassijiet serra bħala tpaċija għall-assorbimenti fil-perjodu tar-rapportar;

(h)

tuża l-valuri tal-GWP l-aktar reċenti ppubblikati mill-IPCC fuq il-bażi ta’ perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena sabiex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tal-ekwivalenti tas-CO2ta’ gassijiet mhux CO2 u tiddeskrivi s-suppożizzjonijiet magħmulin, il-metodoloġiji u l-oqfsa applikati għall-kalkolu tal-ammont ta’ assorbimenti tal-gassijiet serra; u

(i)

tikkunsidra soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura.

AR 59.

L-impriża għandha tiddiżaggrega u tiddivulga separatament l-assorbimenti ta’ gassijiet serra li jseħħu fl-operazzjonijiet tagħha stess u dawk li jseħħu fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha. L-attivitajiet ta’ assorbiment tal-gassijiet serra fil-katina tal-valur upstream u downstream għandhom jinkludu dawk li l-impriża tappoġġa b’mod attiv, pereżempju, permezz ta’ proġett ta’ kooperazzjoni ma’ fornitur. L-impriża ma hijiex mistennija tinkludi kwalunkwe tneħħija ta’ gassijiet serra li tista’ sseħħ fil-katina tal-valur tagħha upstream u downstream li ma tkunx konxja tagħha.

AR 60.

L-informazzjoni kwantitattiva dwar l-assorbimenti ta’ gassijiet serra tista’ tiġi ppreżentata billi jintuża l-format f’tabella li ġej.

Assorbimenti

Komparattiv

N

% N / N-1

Attività ta’ assorbiment tal-gassijiet serra 1 (eż.., restawr tal-foresti)

-

 

 

Attività ta’ assorbiment tal-gassijiet serra 2 (eż.., qbid dirett fl-arja)

-

 

 

-

 

 

Total tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra mill-operazzjonijiet proprji (ekwivalenti ta’ tCO2)

 

 

 

Attività ta’ assorbiment tal-gassijiet serra 1 (eż.., restawr tal-foresti)

-

 

 

Attività ta’ assorbiment tal-gassijiet serra 2 (eż.., qbid dirett fl-arja)

-

 

 

-

 

 

Total tal-assorbimenti ta’ gassijiet serra fil-katina tal-valur upstream u downstream (ekwivalenti ta’ tCO2)

 

 

 

Treġġigħ lura (ekwivalenti ta’ tCO2)

 

 

 

Proġetti ta’ mitigazzjoni ta’ gassijiet serra iffinanzjati permezz ta’ krediti ta’ karbonju

AR 61.

Il-finanzjament ta’ proġetti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra barra mill-katina tal-valur tal-impriża permezz tax-xiri ta’ krediti ta’ karbonju li jissodisfaw standards ta’ kwalità għolja jista’ jkun kontribut utli għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Dan l-Istandard jirrikjedi li l-impriża tiddivulga jekk tużax il-krediti tal-karbonju separatament mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (il-paragrafi 56(b) u 59) u l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-4). Dan jirrikjedi wkoll li l-impriża turi l-firxa tal-użu u liema kriterji ta’ kwalità tuża għal dawk il-krediti ta’ karbonju.

AR 62.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar il-krediti tal-karbonju meħtieġa skont il-paragrafi 56(b) u 59, l-impriża għandha tiddivulga d-diżaggregazzjoni li ġejja kif applikabbli:

(a)

is-sehem (perċentwal tal-volum) tal-proġetti ta’ tnaqqis u tal-proġetti ta’ assorbiment;

(b)

krediti tal-karbonju minn proġetti ta’ tneħħija, spjegazzjoni dwar jekk humiex minn bjar bijoġeniċi jew teknoloġiċi;

(c)

is-sehem (perċentwal tal-volum) għal kull standard tal-kwalità rikonoxxut;

(d)

is-sehem (perċentwal tal-volum) maħruġ minn proġetti fl-UE; u

(e)

is-sehem (perċentwal tal-volum) li jikkwalifika bħala aġġustament korrispondenti skont l-Artikolu. 6 tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Gwida għall-kalkolu

AR 63.

Meta tħejji l-informazzjoni dwar il-krediti tal-karbonju meħtieġa skont il-paragrafi 56(b) u 59, l-impriża għandha:

(a)

Tikkunsidra standards ta’ kwalità rikonoxxuti;

(b)

jekk applikabbli, tispjega r-rwol tal-krediti ta’ karbonju fil-politika ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tagħha;

(c)

ma għandhiex tinkludi l-krediti ta’ karbonju maħruġin minn proġetti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-katina tal-valur tagħha peress li t-tnaqqis rispettiv tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra diġà għandu jiġi ddivulgat skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-6 (Ambitu 2 jew Ambitu 3) fiż-żmien li fih iseħħu (jiġifieri, jiġi evitat għadd doppju);

(d)

ma għandhiex tinkludi l-krediti ta’ karbonju minn proġetti ta’ assorbimenti tal-gassijiet serra fil-katina tal-valur tagħha peress li l-assorbimenti tal-gassijiet serra rispettivi diġà jistgħu jitqiesu skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-7 fiż-żmien li jseħħu (jiġifieri, jiġi evitat għadd doppju);

(e)

ma għandhiex tiddivulga l-krediti ta’ karbonju bħala tpaċija għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-6 dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;

(f)

ma għandhiex tiddivulga l-krediti ta’ karbonju bħala mezz sabiex tilħaq il-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra divulgati skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-4; u

(g)

għandha tikkalkola l-ammont ta’ krediti ta’ karbonju li għandu jiġi kkanċellat fil-futur, bħala s-somma ta’ krediti ta’ karbonju f’tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti ta’ CO2matul id-durata tal-ftehimiet kuntrattwali eżistenti.

AR 64.

L-informazzjoni dwar il-krediti ta’ karbonju kkanċellati fis-sena ta’ rapportar u ppjanata li tiġi kkanċellata fil-futur tista’ tiġi ppreżentata bl-użu tal-formati f’tabella li ġejjin.

Krediti ta’ karbonju kkanċellati fis-sena ta’ rapportar

Komparattiv

N

Total (ekwivalenti ta’ tCO2)

 

 

Sehem mill-proġetti ta’ assorbiment (%)

 

 

Sehem mill-proġetti ta’ tnaqqis (%)

 

 

Standard tal-kwalità rikonoxxut 1 (%)

 

 

Standard tal-kwalità rikonoxxut 2 (%)

 

 

Standard tal-kwalità rikonoxxut 3 (%)

 

 

 

 

Sehem mill-proġetti fl-UE (%)

 

 

Sehem ta’ krediti ta’ karbonju li jikkwalifikaw bħala aġġustamenti korrispondenti (%)

 

 

Krediti ta’ karbonju ppjanati li jiġu kkanċellati fil-futur

Ammont sa [perjodu]

Total (ekwivalenti ta’ tCO2)

 

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-8 – Ipprezzar Intern tal-karbonju

AR 65.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 62 u 63, jekk applikabbli, l-impriża għandha tispjega fil-qosor jekk u kif il-prezzijiet tal-karbonju użati fl-iskemi interni tal-ipprezzar tal-karbonju jkunux konsistenti ma’ dawk użati fir-rapporti finanzjarji. Dan għandu jsir fir-rigward tal-prezzijiet interni tal-karbonju użati għal dawn,

(a)

il-valutazzjoni tal-ħajja utli u tal-valur residwu tal-assi tagħha (intanġibbli, proprjetà, impjanti u tagħmir);

(b)

l-indeboliment tal-assi; u

(c)

il-kejl tal-valur ġust tal-assi akkwistati permezz ta’ akkwiżizzjonijiet tan-negozju.

AR 66.

L-informazzjoni tista’ tiġi ppreżentata billi tintuża t-tabella li ġejja:

Tipi ta’ prezzijiet interni tal-karbonju

Volum inkwistjoni (ekwivalenti ta’ tCO2)

Prezzijiet applikati (€/ekwivalenti ta’ tCO2)

Deskrizzjoni tal-perimetru

Prezz parallel tal-CapEx

 

 

 

Prezz parallel tal-investiment tar-Riċerka u tal-Iżvilupp (R&Ż)

 

 

 

Tariffa jew fond intern tal-karbonju

 

 

 

Prezzijiet tal-karbonju għall-ittestjar tal-indeboliment

 

 

 

Eċċ.

 

 

 

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-9 – Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali u opportunitajiet potenzjali relatati mal-klima

Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali

AR 67.

Ir-riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali relatati mal-klima jistgħu jaffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża (eż., l-assi posseduti, l-assi b’lokazzjoni taħt kontroll finanzjarju, u l-obbligazzjonijiet), il-prestazzjoni (eż., żieda/tnaqqis potenzjali fil-futur fid-dħul u fil-kostijiet netti minħabba interruzzjonijiet fin-negozju, żieda fil-prezzijiet tal-provvista li tirriżulta f’erożjonijiet potenzjali tal-marġini), u flussi ta’ flus. Il-probabbiltà baxxa, is-severità għolja u l-perjodi ta’ żmien fit-tul ta’ xi skoperturi ta’ riskju fiżiku relatati mal-klima u l-inċertezza li tirriżulta mit-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli jfissru li se jkun hemm effetti finanzjarji antiċipati materjali assoċjati li huma barra mill-ambitu tar-rekwiżiti tal-istandards kontabilistiċi applikabbli.

AR 68.

Bħalissa, ma hemm l-ebda metodoloġija aċċettata b’mod komuni biex jiġi vvalutat jew imkejjel kif ir-riskji fiżiċi materjali u r-riskji ta’ tranżizzjoni jistgħu jaffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja futura tal-impriża, il-flussi finanzjarji, tal-prestazzjoni u tal-flus. Għalhekk, id-divulgazzjoni tal-effetti finanzjarji (kif meħtieġ mill-paragrafi 64, 66 u 67) se tiddependi fuq il-metodoloġija interna tal-impriża u l-eżerċizzju ta’ ġudizzju sinifikanti fid-determinazzjoni tal-inputs, u s-suppożizzjonijiet meħtieġa biex jiġu kkwantifikati l-effetti finanzjarji antiċipati tagħhom.

Gwida għall-kalkolu — Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji fiżiċi materjali

AR 69.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 64(a) u 66, l-impriża għandha tispjega jekk u kif:

(a)

hija vvalutat l-effetti finanzjarji antiċipati għall-assi u għall-attivitajiet kummerċjali f’riskju fiżiku materjali, inkluż l-ambitu, il-perjodi ta’ żmien, il-metodoloġija tal-kalkolu, is-suppożizzjonijiet kritiċi u l-parametri u l-limitazzjonijiet tal-valutazzjoni; u

(b)

il-valutazzjoni tal-assi u tal-attivitajiet kummerċjali meqjusin li huma f’riskju fiżiku materjali tiddependi fuq jew hija parti mill-proċess sabiex jiġi ddeterminat ir-riskju fiżiku materjali kif meħtieġ skont il-paragrafi 20(b) u AR 11 u sabiex jiġu ddeterminati x-xenarji klimatiċi kif meħtieġa skont il-paragrafi 19 u AR 13 sa AR 14. B’mod partikolari, hija għandha tispjega kif iddefiniet il-perjodi ta’ żmien medji u fit-tul u kif dawn id-definizzjonijiet huma marbutin mal-ħajja mistennija tal-assi tal-impriża, mal-perjodi ta’ ppjanar strateġiku u mal-pjanijiet ta’ allokazzjoni tal-kapital.

AR 70.

Meta tħejji l-informazzjoni dwar l-assi f’riskju fiżiku materjali li hija meħtieġa li tiġi ddivulgata skont il-paragrafu 66(a), l-impriża għandha:

(a)

Tikkalkula l-assi f’riskju fiżiku materjali f’termini ta’ ammont monetarju u bħala proporzjon (perċentwal) tal-assi totali fid-data tar-rapportar (jiġifieri, il-proporzjon huwa stima tal-valur riportat tal-assi f’riskju fiżiku materjali diviż bil-valur riportat totali kif iddikjarat fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew tal-karta bilanċjali). L-istima tal-assi f’riskju fiżiku materjali għandha tiġi dderivata mill-assi rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji. L-istima tal-ammonti monetarji u tal-proporzjon tal-assi f’riskju fiżiku jistgħu jiġu ppreżentati bħala ammont wieħed jew bħala medda.

(b)

It-tipi kollha ta’ assi inklużi assi ta’ lokazzjoni finanzjarja / dritt tal-użu għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu ddeterminati l-assi f’riskju fiżiku materjali.

(c)

Sabiex tikkontestwalizza din l-informazzjoni, l-impriża għandha:

i.

tiddivulga l-post tal-assi sinifikanti tagħha f’riskju fiżiku materjali. Assi sinifikanti lokalizzati (59) fit-territorju tal-UE għandhom jiġu aggregati permezz ta’ ċifri fil-livell tal-kodiċijiet NUTS 3 (Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika). Għal assi sinifikanti li jinsabu barra mit-territorju tal-UE, id-diżaggregazzjoni skont il-kodiċi NUTS tiġi pprovduta biss meta tkun applikabbli.

ii.

tiddiżaggrega l-ammonti monetarji tal-assi f’riskju skont ir-riskju fiżiku akut u kroniku (60).

(d)

tikkalkola s-sehem tal-assi f’riskju fiżiku materjali li jirriżulta mill-paragrafu 66(a) li huwa indirizzat mill-azzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fuq il-bażi tal-informazzjoni divulgata skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-3. Dan għandu l-għan li jqarreb ir-riskji netti.

AR 71.

Meta tħejji l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 64(a) u 66(d), l-impriża tista’ tivvaluta u tiddivulga s-sehem tad-dħul nett mill-attivitajiet kummerċjali f’riskju fiżiku. Din id-divulgazzjoni

(a)

għandha tkun ibbażata fuq id-dħul nett f’konformità mar-rekwiżiti fl-istandards kontabilistiċi applikati għar-rapporti finanzjarji, jiġifieri l-IFRS 15 jew il-GAAP lokali.

(b)

tista’ tinkludi diżaggregazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tal-impriża bid-dettalji korrispondenti tal-perċentwal assoċjat tad-dħul nett totali, tal-fatturi ta’ riskju (perikli, skopertura u sensittività) u, jekk possibbli, id-daqs tal-effetti finanzjarji antiċipati f’termini ta’ erożjoni tal-marġni matul il-perjodi ta’ żmien qosra, medji u fit-tul. In-natura tal-attivitajiet kummerċjali tista’ tiġi diżaggregata wkoll skont is-segmenti operatorji jekk l-impriża tkun iddivulgat il-kontribuzzjoni tal-marġini skont is-segmenti operazzjonali fir-rapportar tas-segmenti tagħha fir-rapporti finanzjarji.

Gwida għall-kalkolu – Effetti finanzjarji antiċipati mir-riskju ta’ tranżizzjoni

AR 72.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 64(b) u 67 (a), l-impriża għandha tispjega jekk u kif:

(a)

hija vvalutat l-effetti fuq il-prestazzjoni u l-pożizzjoni finanzjarji futuri għall-assi u għall-attivitajiet kummerċjali f’riskju ta’ tranżizzjoni materjali, inkluż l-ambitu, il-metodoloġija tal-kalkolu, is-suppożizzjonijiet kritiċi u l-parametri, u l-limitazzjonijiet tal-valutazzjoni; u

(b)

il-valutazzjoni tal-assi u tal-attivitajiet kummerċjali meqjusin li huma f’riskju ta’ tranżizzjoni materjali tiddependi fuq jew hija parti mill-proċess sabiex jiġi ddeterminat ir-riskji ta’ tranżizzjoni materjali kif deskritti skont il-paragrafi 20(c) u AR 11 u sabiex jiġu ddeterminati x-xenarji kif meħtieġa skont AR 12 sa AR 13. B’mod partikolari, hija għandha tispjega kif iddefiniet il-perjodi ta’ żmien medji u fit-tul u kif dawn id-definizzjonijiet huma marbutin mal-ħajja mistennija tal-assi tal-impriża, mal-perjodi ta’ ppjanar strateġiku u mal-pjanijiet ta’ allokazzjoni tal-kapital.

AR 73.

Meta tiddivulga l-informazzjoni dwar l-assi f’riskju ta’ tranżizzjoni materjali kif meħtieġ skont il-paragrafi 67(a) u (b):

(a)

l-impriża għandha tal-anqas tinkludi stima tal-ammont ta’ assi potenzjalment mhux rekuperabbli (f’ammonti monetarji u bħala proporzjon/perċentwal) mis-sena ta’ rapportar sal-2030 u mill-2030 sal-2050. L-assi mhux rekuperabbli huma mifhumin bħala l-assi ewlenin attivi jew ippjanati b’mod sod tal-impriża b’emissjonijiet ta’ gassijiet serra impenjati sinifikanti matul il-ħajja operattiva tagħhom. L-assi ewlenin ippjanati b’mod sod huma dawk li l-impriża x’aktarx se tvara fil-5 snin li ġejjin. L-ammont jista’ jiġi espress bħala medda ta’ valuri tal-assi fuq il-bażi ta’ xenarji klimatiċi u ta’ politika differenti, inkluż xenarju allinjat mal-limitazzjoni tat-tibdil fil-klima għal 1,5°C.

(b)

l-impriża għandha tiddivulga diżaggregazzjoni tal-valur riportat tal-assi tal-proprjetà immobbli tagħha, inklużi l-assi tad-drittijiet tal-użu, skont il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika. L-effiċjenza enerġetika għandha tkun irrappreżentata f’termini tal-meded tal-konsum tal-enerġija f’kWh/m2 jew tal-klassi tat-tikketta tal-EPC (61) (Ċertifikat tar-Rendiment tal-Enerġija) (62). Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tikseb din l-informazzjoni fuq bażi tal-aħjar sforz, hija għandha tiddivulga l-ammont riportat totali tal-assi immobiljari li għalihom il-konsum tal-enerġija jkun ibbażat fuq stimi interni.

(c)

l-impriża għandha tikkalkola l-proporzjon (perċentwal) tal-assi totali (inklużi l-assi b’lokazzjoni finanzjarja/bi dritt tal-użu) f’riskju ta’ tranżizzjoni materjali indirizzat mill-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fuq il-bażi tal-informazzjoni divulgata skont ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-3. L-ammont totali tal-assi huwa l-ammont riportat fil-karta bilanċjali fid-data tar-rapportar.

AR 74.

Meta tiġi ddivulgata l-informazzjoni dwar obbligazzjonijiet potenzjali minn riskji ta’ tranżizzjoni materjali meħtieġa skont il-paragrafu 67(d):

(a)

impriżi li joperaw installazzjonijiet regolati taħt skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jistgħu jinkludu medda ta’ obbligazzjonijiet futuri potenzjali li joriġinaw minn dawn l-iskemi;

(b)

L-impriżi soġġetti għall-EU ETS jistgħu jiddivulgaw l-obbligazzjonijiet futuri potenzjali li huma relatati mal-pjanijiet ta’ allokazzjoni tagħhom għall-perjodu ta’ qabel u sal-2030. L-obbligazzjoni potenzjali tista’ tiġi stmata fuq il-bażi ta’:

i.

in-numru ta’ kwoti miżmumin mill-impriża fil-bidu tal-perjodu tar-rapportar;

ii.

in-numru ta’ kwoti li għandhom jinxtraw fis-suq kull sena, jiġifieri, qabel u sal-2030;

iii.

id-distakk bejn l-emissjonijiet futuri stmati taħt diversi xenarji ta’ tranżizzjoni u l-allokazzjonijiet mingħajr ħlas tal-kwoti li huma magħrufin għall-perjodu sal-2030, u

iv.

l-ispiża annwali stmata għal kull tunnellata ta’ CO2 li għaliha trid tinxtara konċessjoni;

(c)

Fil-valutazzjoni tal-obbligazzjonijiet futuri potenzjali tagħha, l-impriża tista’ tikkunsidra u tiddivulga n-numru ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1 fi ħdan skemi regolati għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u n-numru kumulattiv ta’ kwoti tal-emissjonijiet maħżunin (minn kwoti preċedenti) fil-bidu tal-perjodu tar-rapportar;

(d)

l-impriżi li jiddivulgaw il-volumi ta’ krediti ta’ karbonju ppjanati li jiġu kkanċellati fil-futur qarib (ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E1-7) jistgħu jiddivulgaw l-obbligazzjonijiet futuri potenzjali assoċjati ma’ dawk ibbażati fuq ftehimiet kuntrattwali eżistenti;

(e)

l-impriża tista’ tinkludi wkoll l-Ambiti 1, 2 grossi monetizzati tagħha u l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra (f’unitajiet monetarji) ikkalkolati kif ġej:

i.

l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambiti 1 u 2 monetizzati fis-sena ta’ rapportar bil-formula li ġejja:

(a)

Image 9

ii.

l-emissjonijiet totali monetizzati ta’ gassijiet serra fis-sena ta’ rapportar bil-formula li ġejja:

(b)

Image 10

iii.

bl-użu ta’ rata tal-kost aktar baxxa, medja u ogħla (63) għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (eż., il-prezz tal-karbonju tas-suq u stimi differenti għall-kostijiet tas-soċjetà tal-karbonju) u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom.

AR 75.

Jistgħu jiġu applikati approċċi u metodoloġiji oħrajn sabiex jiġi vvalutat kif ir-riskji ta’ tranżizzjoni jistgħu jaffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja futura tal-impriża. Fi kwalunkwe każ, id-divulgazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġiji u d-definizzjonijiet użati mill-impriża.

AR 76.

Meta tħejji l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 67(e), l-impriża tista’ tivvaluta u tiddivulga s-sehem tad-dħul nett mill-attivitajiet kummerċjali f’riskji ta’ tranżizzjoni. Din id-divulgazzjoni:

(a)

għandha tkun ibbażata fuq id-dħul nett f’konformità mar-rekwiżiti fl-istandards kontabilistiċi applikati għar-rapporti finanzjarji, jiġifieri l-IFRS 15 jew il-GAAP lokali.

(b)

tista’ tinkludi diżaggregazzjoni tal-attivitajiet tan-negozju tal-impriża mad-dettalji korrispondenti tal-perċentwal assoċjat tad-dħul nett kurrenti, il-fatturi ta’ riskju (eventi u skopertura), u meta possibbli, l-effetti finanzjarji antiċipati relatati mal-erożjoni tal-marġni fuq il-perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil. In-natura tal-attivitajiet kummerċjali tista’ tiġi diżaggregata wkoll skont is-segmenti operatorji jekk l-impriża tkun iddivulgat il-kontribuzzjoni tal-marġini skont is-segmenti operazzjonali fir-rapportar tas-segmenti tagħha fir-rapporti finanzjarji.

Konnettività ma’ informazzjoni dwar ir-rapportar finanzjarju

AR 77.

Ir-rikonċiljazzjoni tal-ammont sinifikanti ta’ assi, ta’ obbligazzjonijiet, u ta’ dħul nett (vulnerabbli għal riskji fiżiċi jew ta’ tranżizzjoni materjali) għall-entrata f’linja jew għad-divulgazzjoni rilevanti (eż., fir-rapportar fuq is-segment) fir-rapporti finanzjarji (kif meħtieġ mill-paragrafu 68) tista’ tiġi ppreżentata mill-impriża kif ġej:

(a)

bħala kontroreferenza għall-entrata f’linja relatata jew għad-divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji jekk dawn l-ammonti jkunu identifikabbli fir-rapporti finanzjarji; jew

(b)

Jekk dawn ma jkunux jistgħu jiġu kontroreferenzjati direttament, bħala rikonċiljazzjoni kwantitattiva ta’ kull waħda mal-entrata f’linja jew mad-divulgazzjoni rilevanti fir-rapport finanzjarju bl-użu tal-format f’tabella ta’ hawn taħt:

Ammont riportat ta’ assi jew ta’ obbligazzjonijiet jew tad-dħul nett vulnerabbli għal riskji fiżiċi jew ta’ tranżizzjoni materjali

 

Entrati ta’ aġġustament

 

Assi jew obbligazzjonijiet jew dħul nett fir-rapporti finanzjarji

 

AR 78.

L-impriża għandha tiżgura l-konsistenza tad-data u tas-suppożizzjonijiet għall-valutazzjoni u għar-rapportar tal-effetti finanzjarji antiċipati mir-riskji fiżiċi u r-riskji ta’ tranżizzjoni materjali fid-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà mad-data u mas-suppożizzjonijiet korrispondenti użati għar-rapporti finanzjarji (eż., il-prezzijiet tal-karbonju użati għall-valutazzjoni tal-indeboliment tal-assi, tal-ħajja utli tal-assi, tal-istimi u tal-provvedimenti). L-impriża għandha tispjega r-raġunijiet għal kwalunkwe inkonsistenza (eż., jekk l-implikazzjonijiet finanzjarji sħaħ tar-riskji relatati mal-klima jkunu għadhom qegħdin jiġu vvalutati jew ma jitqisux materjali fir-rapporti finanzjarji).

AR 79.

Għal effetti futuri potenzjali fuq l-obbligazzjonijiet (kif meħtieġ mill-paragrafu 67 (d)), jekk applikabbli, l-impriża għandha tagħmel kontroreferenza għad-deskrizzjoni tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fir-rapporti finanzjarji.

Opportunitajiet relatati mal-klima

AR 80.

Meta tiddivulga l-informazzjoni skont il-paragrafu 69 (a), l-impriża għandha tispjega n-natura tal-iffrankar tal-kostijiet (eż., minn konsum imnaqqas tal-enerġija), il-perjodi ta’ żmien u l-metodoloġija użata, inkluż l-ambitu tal-valutazzjoni, is-suppożizzjonijiet kritiċi, u l-limitazzjonijiet, u jekk u kif ġiet applikata l-analiżi tax-xenarju.

AR 81.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 69(b), l-impriża għandha tispjega kif ivvalutat id-daqs tas-suq jew kwalunkwe bidla mistennija fid-dħul nett minn prodotti u minn servizzi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jew soluzzjonijiet ta’ adattament inklużi l-ambitu tal-valutazzjoni, il-perjodu ta’ żmien, is-suppożizzjonijiet kritiċi, u l-limitazzjonijiet u sa liema punt dan is-suq ikun aċċessibbli għall-impriża. L-informazzjoni dwar id-daqs tas-suq tista’ titqiegħed f’perspettiva mad-dħul kurrenti allinjat mat-tassonomija ddivulgat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/852. L-entità tista’ tispjega wkoll kif se ssegwi l-opportunitajiet tagħha relatati mal-klima u, meta possibbli, dan għandu jkun marbut mad-divulgazzjonijiet dwar il-politiki, il-miri u l-azzjonijiet skont ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni E1-2, E1-3 u E1-4.

ESRS E2

TNIĠĠIS

Werrej

Objettiv

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 – Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mat-tniġġis

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-1 – Politiki relatati mat-tniġġis

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-2 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mat-tniġġis

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-3 – Miri relatati mat-tniġġis

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-4 – Tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-5 – Sustanzi ta’ tħassib u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-6 – Effetti finanzjarji antiċipati minn impatti, minn riskji u minn opportunitajiet relatati mat-tniġġis

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-1 – Politiki relatati mat-tniġġis

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-2 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mat-tniġġis

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-3 – Miri relatati mat-tniġġis

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-4 – Tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-5 – Sustanzi ta’ tħassib u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-6 – Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji u minn opportunitajiet relatati mat-tniġġis

Objettiv

1.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jiġu speċifikati r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li jippermettu lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà jifhmu:

(a)

kif l-impriża taffettwa t-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija, f’termini ta’ impatti materjali pożittivi u negattivi reali jew potenzjali;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet, għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta’ impatti negattivi reali jew potenzjali, u biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet;

(c)

il-pjanijiet u l-kapaċità tal-impriża li tadatta l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha f’konformità mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u mal-ħtieġa li jiġi evitat, ikkontrollat u eliminat it-tniġġis. Dan sabiex jinħoloq ambjent mingħajr tossiċità bi tniġġis żero wkoll b’appoġġ għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija”;

(d)

in-natura, it-tip u l-firxa tar-riskji materjali u l-opportunitajiet tal-impriża relatati mal-impatti u mad-dipendenzi tal-impriża relatati mat-tniġġis, kif ukoll il-prevenzjoni, il-kontroll, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tat-tniġġis inkluż fejn dan jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regolamenti, u kif l-impriża timmaniġġa dan; u

(e)

l-effetti finanzjarji fuq l-impriża fil-perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi relatati mat-tniġġis tal-impriża.

2.

Dan l-Istandard jistabbilixxi r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni relatati mal-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà li ġejjin: it-tniġġis tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija, sustanzi ta’ tħassib, inklużi sustanzi ta’ tħassib serju ħafna.

3.

Tniġġis tal-arja” tirreferi għall-emissjonijiet tal-impriża fl-arja (kemm ġewwa kif ukoll barra), u l-prevenzjoni, il-kontroll u t-tnaqqis ta’ tali emissjonijiet.

4.

Tniġġis tal-ilma” tirreferi għall-emissjonijiet tal-impriża fl-ilma, u l-prevenzjoni, il-kontroll u t-tnaqqis ta’ tali emissjonijiet.

5.

Tniġġis tal-ħamrija” tirreferi għall-emissjonijiet tal-impriża fil-ħamrija u l-prevenzjoni, il-kontroll u t-tnaqqis ta’ tali emissjonijiet.

6.

Fir-rigward ta’ “sustanzi ta’ tħassib”, dan l-istandard ikopri l-produzzjoni, l-użu u/jew id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni mill-impriża ta’ sustanzi ta’ tħassib, inklużi sustanzi ta’ tħassib serju ħafna. Ir-Rekwiżiti ta’ Żvelar dwar sustanzi ta’ tħassib għandhom l-għan li jipprovdu lill-utenti b’fehim tal-impatti reali jew potenzjali relatati ma’ sustanzi bħal dawn, filwaqt li jitqiesu wkoll ir-restrizzjonijiet possibbli fuq l-użu u/jew id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom.

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

7.

Is-suġġett tat-tniġġis huwa marbut mill-qrib ma’ sottosuġġetti ambjentali oħrajn bħat-tibdil fil-klima, l-ilma u r-riżorsi tal-baħar, il-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari. Għalhekk, sabiex tiġi pprovduta ħarsa ġenerali komprensiva lejn x’jista’ jkun materjali għat-tniġġis, ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni rilevanti huma koperti fi Standards ambjentali oħrajn kif ġej:

(a)

ESRs E1 Tibdil fil-klima li jindirizza s-seba’ gassijiet serra li ġejjin konnessi mat-tniġġis tal-arja: id-diossidu tal-karbonju (CO2), il-metan (CH4), l-ossidu nitruż (N2O), l-idrofluworokarburi (HFCs), il-perfluworokarburi (PFCs), l-eżafluworur tal-kubrit (SF6) u t-trifluworur tan-nitroġenu (NF3).

(b)

ESRs E3 L-ilma u r-riżorsi tal-baħar li jindirizza l-konsum tal-ilma, b’mod partikolari f’żoni f’riskju tal-ilma, ir-riċiklaġġ u l-ħżin tal-ilma. Dan jinkludi wkoll il-ġestjoni responsabbli tar-riżorsi tal-baħar, inklużi n-natura u l-kwantità ta’ komoditajiet relatati mar-riżorsi tal-baħar (bħaż-żrarijiet, il-minerali tal-baħar fond, il-frott tal-baħar) użati mill-impriża. Dan l-Istandard ikopri l-impatti negattivi, f’termini ta’ tniġġis tal-ilma u r-riżorsi tal-baħar, inklużi l-mikroplastiks, iġġenerati minn attivitajiet bħal dawn.

(c)

ESRS E4 Bijodiversità u ekosistemi li jindirizzaw l-ekosistemi u l-ispeċijiet. It-tniġġis bħala fattur ewlieni tal-impatt dirett tat-telf tal-bijodiversità huwa indirizzat minn dan l-Istandard.

(d)

ESRS E5 Użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari li jindirizza, b’mod partikolari, it-tranżizzjoni mill-estrazzjoni ta’ riżorsi mhux rinnovabbli u l-implimentazzjoni ta’ prattiki li jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart, inkluż it-tniġġis iġġenerat mill-iskart.

8.

L-impatti relatati mat-tniġġis tal-impriża jistgħu jaffettwaw lin-nies u lill-komunitajiet. L-impatti negattivi materjali fuq il-komunitajiet affettwati minn impatti relatati mat-tniġġis attribwibbli għall-impriża huma koperti f’ESRS S3 Komunitajiet affettwati.

9.

Dan l-Istandard jenħtieġ li jinqara flimkien mal-ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali u ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

10.

Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima għandhom jinqraw flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 Kapitolu 4 Impatt, riskju u ġestjoni tal-opportunità u jiġu rrapportati flimkien magħhom.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 – Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mat-tniġġis

11.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-proċess biex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali u għandha tipprovdi informazzjoni dwar:

(a)

jekk l-impriża tkunx skrinjat il-postijiet tas-sit u l-attivitajiet tan-negozju tagħha sabiex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet reali u potenzjali tagħha relatati mat-tniġġisfl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream, u jekk iva, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-għodod użati fl-iskrinjar;

(b)

jekk u kif l-impriża wettqet konsultazzjonijiet, b’mod partikolari mal-komunitajiet affettwati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-1 – Politiki relatati mat-tniġġis

12.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-politiki tagħha adottati biex timmaniġġja l-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha relatati mal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis.

13.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim ta’ kemm l-impriża għandha politiki li jindirizzaw l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u/jew ir-rimedju tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mat-tniġġis materjali.

14.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 12 għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar il-politiki li l-impriża jkollha fis-seħħ biex timmaniġġja l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mat-tniġġis f’konformità mal-Politiki ESRS 2 MDR-P adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

15.

L-impriża għandha tindika, fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħha stess u l-katina tal-valur upstream u donwstream tagħha, jekk il-politiki tagħha jindirizzawx l-oqsma li ġejjin fejn materjali:

(a)

il-mitigazzjoni tal-impatti negattivi relatati mat-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija inklużi l-prevenzjoni u l-kontroll;

(b)

is-sostituzzjoni u l-minimizzazzjoni tal-użu ta’ sustanzi ta’ tħassib, u t-tneħħija gradwali ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna, b’mod partikolari għall-użu mhux essenzjali tas-soċjetà u fil-prodotti għall-konsumatur; u

(c)

l-evitar ta’ inċidenti u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u jekk u meta jseħħu, il-kontroll u l-limitazzjoni tal-impatt tagħhom fuq in-nies u l-ambjent.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-2 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mat-tniġġis

16.

L-impriża għandha tiddivulga l-azzjonijiet tagħha relatati mat-tniġġis u r-riżorsi allokati għall-implimentazzjoni tagħhom.

17.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-azzjonijiet ewlenin meħuda u ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri ta’ politika relatati mat-tniġġis.

18.

Id-deskrizzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni u r-riżorsi relatati mat-tniġġis għandu jkun fiha l-informazzjoni preskritta fl-Azzjonijiet u r-riżorsi tal-ESRS 2 MDR-A fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

19.

Minbarra l-ESRS 2 MDR-A, l-impriża tista’ tispeċifika għal liema livell fil-ġerarkija ta’ mitigazzjoni li ġejja jistgħu jiġu allokati azzjoni u riżorsi:

(a)

jiġi evitat it-tniġġis inkluż kwalunkwe tneħħija gradwali ta’ materjali jew komposti li jkollhom impatt negattiv (prevenzjoni tat-tniġġis fis-sors);

(b)

jitnaqqas it-tniġġis, inkluż: kwalunkwe tneħħija gradwali ta’ materjali jew komposti; l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-infurzar bħar-rekwiżiti tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT); jew li jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ Tagħmel l-Ebda Ħsara Sinifikanti għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis skont ir-Regolament tal-UE dwar it-Tassonomija u l-Atti Delegati tiegħu (minimizzazzjoni tat-tniġġis); u

(c)

ir-restawr, ir-riġenerazzjoni u t-trasformazzjoni tal-ekosistemi fejn ikun seħħ it-tniġġis (kontroll tal-impatti kemm minn attivitajiet regolari kif ukoll minn inċidenti).

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-3 – Miri relatati mat-tniġġis

20.

L-impriża għandha tiżvela l-miri relatati mat-tniġġis li tkun stabbiliet.

21.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-miri li l-impriża tkun stabbiliet biex tappoġġa l-politiki tagħha relatati mat-tniġġis u biex tindirizza l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha relatati mat-tniġġis materjali.

22.

Id-deskrizzjoni tal-miri għandu jkun fiha r-rekwiżiti ta’ informazzjoni definiti fl-ESRS 2 MDR-T L-effettività tat-traċċar tal-politiki u l-azzjonijiet permezz tal-miri.

23.

L-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 20 għandu jindika jekk u kif il-miri tiegħu jirrelataw mal-prevenzjoni u l-kontroll ta’:

(a)

sustanzi li jniġġsu l-arja u t-tagħbijiet speċifiċi rispettivi;

(b)

l-emissjonijiet fl-ilma u t-tagħbijiet speċifiċi rispettivi;

(c)

tniġġis għall-ħamrija u tagħbijiet speċifiċi rispettivi; u

(d)

sustanzi ta’ tħassib u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna.

24.

Minbarra l-ESRS 2 MDR-T, l-impriża tista’ tispeċifika jekk il-limiti ekoloġiċi (eż. l-integrità tal-bijosfera, it-tnaqqis tal-ożonu stratosferiku, it-tagħbija atmosferika tal-aerosol, it-tnaqqis tal-ħamrija, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani) u l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-entità ġewx ikkunsidrati meta ġew stabbiliti l-miri. Jekk iva, l-impriża tista’ tispeċifika:

(a)

il-limiti ekoloġiċi identifikati, u l-metodoloġija użata biex jiġu identifikati dawn il-limiti;

(b)

jekk il-limiti humiex speċifiċi għall-entità jew le u jekk iva, kif ġew determinati; u

(c)

kif ir-responsabbiltà għar-rispett tal-limiti ekoloġiċi identifikati tiġi allokata fl-impriża.

25.

L-impriża għandha tispeċifika bħala parti mill-informazzjoni kuntestwali, jekk il-miri li stabbiliet u ppreżentat humiex obbligatorji (meħtieġa mil-leġiżlazzjoni) jew volontarji.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-4 – Tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija

26.

L-impriża għandha tiżvela s-sustanzi niġġiesa li tarmi permezz tal-operazzjonijiet tagħha stess, kif ukoll il-mikroplastiċi li tiġġenera jew li tuża.

27.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tal-emissjonijiet li l-impriża tiġġenera fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija fl-operazzjonijiet tagħha stess, u tal-ġenerazzjoni u l-użu tagħha tal-mikroplastiċi.

28.

L-impriża għandha tiżvela l-ammonti ta’:

(a)

kull sustanza niġġiesa elenkata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (64)(ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti “Regolament dwar il-PRTR Ewropew”) emessa fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija, bl-eċċezzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jiġu divulgati f’konformità mal-ESRS E1 Tibdil fil-Klima (65);

(b)

il-mikroplastiks iġġenerati jew użati mill-impriża.

29.

L-ammonti msemmija fil-paragrafu 28 għandhom ikunu ammonti konsolidati inklużi l-emissjonijiet minn dawk il-faċilitajiet li fuqhom l-impriża għandha kontroll finanzjarju u dawk li fuqhom għandha kontroll operattiv. Il-konsolidazzjoni għandha tinkludi biss l-emissjonijiet minn faċilitajiet li għalihom jinqabeż il-valur ta’ limitu applikabbli speċifikat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

30.

L-impriża għandha tqiegħed id-divulgazzjoni tagħha f’kuntest u tiddeskrivi:

(a)

il-bidliet maż-żmien,

(b)

il-metodoloġiji tal-kejl; u

(c)

il-proċess(i) għall-ġbir tad-data għall-kontabilità u r-rappurtar relatati mat-tniġġis, inkluż it-tip ta’ data meħtieġa u s-sorsi ta’ informazzjoni.

31.

Meta tintgħażel metodoloġija inferjuri mqabbla mal-kejl dirett tal-emissjonijiet sabiex jiġu kkwantifikati l-emissjonijiet, ir-raġunijiet għall-għażla ta’ din il-metodoloġija inferjuri għandhom jiġu deskritti fil-qosor mill-impriża. Jekk l-impriża tuża stimi, hija għandha tiddivulga l-istudju jew is-sorsi settorjali standard li jifformaw il-bażi tal-istimi tagħha, kif ukoll il-grad possibbli ta’ inċertezza u l-firxa ta’ stimi li jirriflettu l-inċertezza tal-kejl.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-5 – Sustanzi ta’ tħassib u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna

32.

L-impriża għandha tiżvela informazzjoni dwar il-produzzjoni, l-użu, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-importazzjoni/esportazzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna, waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti.

33.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-impatt tal-impriża fuq is-saħħa u l-ambjent permezz ta’ sustanzi ta’ tħassib u permezz ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna waħedhom. Dan għandu jippermetti wkoll fehim tar-riskji u l-opportunitajiet materjali tal-impriża, inkluż l-esponiment għal dawk is-sustanzi u r-riskji li jirriżultaw minn bidliet fir-regolamenti.

34.

L-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 32 għandu jinkludi l-ammonti totali ta’ sustanzi ta’ tħassib li jiġu ġġenerati jew użati matul il-produzzjoni jew li jiġu akkwistati, u l-ammonti totali ta’ sustanzi ta’ tħassib li jħallu l-faċilitajiet tagħhom bħala emissjonijiet, bħala prodotti, jew bħala parti minn prodotti jew servizzi maqsuma fi klassijiet ta’ periklu ewlenin ta’ sustanzi ta’ tħassib.

35.

L-impriża għandha tippreżenta separatament l-informazzjoni għal sustanzi ta’ tħassib serju ħafna.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2–6 — Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji u opportunitajiet relatati mat-tniġġis materjali

36.

L-impriża għandha tiddivulga l-effetti finanzjarji antiċipati tar-riskji u l-opportunitajiet relatati mat-tniġġis materjali.

37.

L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 36 hija flimkien mal-informazzjoni dwar l-effetti finanzjarji attwali fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-impriża għall-perjodu ta’ rapportar meħtieġ skont l-ESRS 2 SBM-3 paragrafu 48 (d).

38.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim ta’ dawn:

(a)

effetti finanzjarji antiċipati minħabba riskji materjali li jirriżultaw minn impatti u dipendenzi relatati mat-tniġġisu kif dawn ir-riskji għandhom (jew jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jkollhom) influwenza materjali fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-impriża, il-pożizzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus, fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil.

(b)

effetti finanzjarji antiċipati minħabba opportunitajiet materjali relatati mal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis.

39.

Id-divulgazzjoni għandha tinkludi:

(a)

kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati f’termini monetarji qabel ma jiġu kkunsidrati azzjonijiet relatati mat-tniġġis, jew fejn mhux possibbli mingħajr kost jew sforz żejjed, informazzjoni kwalitattiva. Għall-effetti finanzjarji li jirriżultaw minn opportunitajiet, ma tkunx meħtieġa kwantifikazzjoni jekk tirriżulta f’divulgazzjoni li ma tissodisfax il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara l-ESRS 1 Appendiċi B Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni);

(b)

deskrizzjoni tal-effetti kkunsidrati, tal-impatti relatati u tal-perjodi ta’ żmien li fihom x’aktarx jimmaterjalizzaw; u

(c)

is-suppożizzjonijiet kritiċi użati biex jikkwantifikaw l-effetti finanzjarji antiċipati, kif ukoll is-sorsi u l-livell ta’ inċertezza ta’ dawk is-suppożizzjonijiet.

40.

L-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 38(a) għandha tinkludi:

(a)

is-sehem tad-dħul nett magħmul minn prodotti u servizzi li huma jew li fihom sustanzi ta’ tħassib, u s-sehem tad-dħul nett magħmul minn prodotti u servizzi li huma jew li fihom sustanzi ta’ tħassib serju ħafna;

(b)

in-nefqiet operattivi u kapitali mġarrba fil-perjodu ta’ rapportar flimkien ma’ inċidenti kbar u depożiti;

(c)

id-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-ambjent u l-kostijiet tar-rimedju, eż., għar-riabilitazzjoni ta’ siti kkontaminati, il-kultivazzjoni mill-ġdid tal-landfills, it-tneħħija tal-kontaminazzjoni ambjentali f’siti ta’ produzzjoni jew ta’ ħżin eżistenti u miżuri simili.

41.

L-impriża għandha tiddivulga kwalunkwe informazzjoni kuntestwali rilevanti inkluża deskrizzjoni tal-inċidenti materjali u tad-depożiti fejn it-tniġġis kellu impatti negattivi fuq l-ambjent u/jew huwa mistenni li jkollu effetti negattivi fuq il-flussi tal-flus finanzjarji, il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni finanzjarja tal-impriża b’orizzonti ta’ żmien qasir, medju u twil.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-Appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS E2. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-istandard.

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 – Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mat-tniġġis

AR 1.

Meta twettaq valutazzjoni tal-materjalità dwar is-subsuġġetti ambjentali, l-impriża għandha tivvaluta l-materjalità tat-tniġġis fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, u tista’ tikkunsidra l-erba’ fażijiet ta’ hawn taħt, magħrufa wkoll bħala l-approċċ LEAP:

(a)

Fażi 1: tillokalizza fejn fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha sseħħ l-interfaċċa man-natura;

(b)

Fażi 2: tevalwa d-dipendenzi u l-impatti relatati mat-tniġġis;

(c)

Fażi 3: tivvaluta r-riskji u l-opportunitajiet materjali; u

(d)

Fażi 4: tħejji u tirrapporta r-riżultati tal-valutazzjoni tal-materjalità.

AR 2.

Il-valutazzjoni tal-materjalità għall-ESRS E2 tikkorrispondi għall-ewwel tliet fażijiet ta’ dan l-approċċ tal-LEAP. Ir-raba’ fażi tindirizza l-eżitu tal-proċess.

AR 3.

Il-proċess għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-impatti, tad-dipendenzi, tar-riskji u tal-opportunitajiet għandu jqis id-dispożizzjonijiet fl-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi biex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali, u r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni IRO-2 fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża.

AR 4.

Is-sottosuġġetti koperti mill-valutazzjoni tal-materjalità taħt l-ESRS E2 jinkludu:

(a)

it-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija (esklużi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iskart), il-mikroplastiċi, u s-sustanzi ta’ tħassib;

(b)

id-dipendenzi fuq is-servizzi tal-ekosistema li jgħinu biex jittaffew l-impatti relatati mat-tniġġis.

AR 5.

Fil-fażi 1, biex issib fejn fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha sseħħ l-interfaċċa man-natura, l-impriża tista’ tikkunsidra:

(a)

il-postijiet tas-sit tal-assi u l-operazzjonijiet diretti u l-attivitajiet upstream u downstream relatati tul il-katina tal-valur;

(b)

il-postijiet tas-sit fejn iseħħu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-ilma, tal-ħamrija u tal-arja; u

(c)

is-setturi jew l-unitajiet tan-negozju relatati ma’ dawk l-emissjonijiet jew mal-produzzjoni, l-użu, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-importazzjoni/l-esportazzjoni ta’ mikroplastiċi, sustanzi ta’ tħassib, u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna, waħedhom, f’taħlitiet jew f’ oġġetti.

AR 6.

Il-fażi 2 hija relatata mal-evalwazzjoni tal-impatti u d-dipendenzi tal-impriża għal kull sit materjali jew settur/unità tan-negozju inkluż billi jiġu vvalutati s-severità u l-probabbiltà tal-impatti fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

AR 7.

Fil-fażi 3, biex tivvaluta r-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha abbażi tar-riżultati tal-Fażijiet 1 u 2, l-impriża tista’:

(a)

tidentifika r-riskji u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha permezz tal-kategoriji ta’:

i.

politika u legali: pereżempju, l-introduzzjoni ta’ regolamentazzjoni, l-esponiment għal sanzjonijiet u litigazzjoni (eż. negliġenza lejn l-ekosistemi), obbligi ta’ rappurtar imsaħħa;

ii.

it-teknoloġija: eż., is-sostituzzjoni ta’ prodotti jew servizzi bi prodotti jew servizzi b’impatt aktar baxx, tranżizzjoni lil hinn minn sustanzi ta’ tħassib;

iii.

is-suq: eż., iċ-ċaqliq tal-provvista, id-domanda u l-finanzjament, il-volatilità jew iż-żieda fl-ispejjeż ta’ xi sustanzi; u

iv.

ir-reputazzjoni. eż., tibdil fil-perċezzjonijiet tas-soċjetà, tal-klijenti jew tal-komunità bħala riżultat tar-rwol ta’ organizzazzjoni fil-prevenzjoni u fil-kontroll tat-tniġġis;

(b)

tidentifika r-riskji fiżiċi, eż. interruzzjoni f’daqqa tal-aċċess għal ilma nadif, xita aċiduża, jew inċidenti oħra ta’ tniġġis li x’aktarx iwasslu għal jew li wasslu għal tniġġis b’effetti sussegwenti fuq l-ambjent u s-soċjetà;

(c)

tidentifika opportunitajiet relatati mal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis ikkategorizzati minn:

i.

l-effiċjenza tar-riżorsi: tnaqqas il-kwantitajiet ta’ sustanzi użati jew ittejjeb l-effiċjenza tal-proċess tal-produzzjoni biex timminimizza l-impatti;

ii.

swieq: eż., id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali;

iii.

finanzjament: eż., aċċess għal fondi ekoloġiċi, bonds jew self;

iv.

reżiljenza: eż., id-diversifikazzjoni tas-sustanzi użati u l-kontroll tal-emissjonijiet permezz tal-innovazzjoni jew tat-teknoloġija; u

v.

ir-reputazzjoni. relazzjonijiet pożittivi mal-partijiet ikkonċernati bħala riżultat ta’ pożizzjoni proattiva dwar il-ġestjoni tar-riskji.

AR 8.

Sabiex tivvaluta l-materjalità, l-impriża tista’ tikkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali sabiex tkejjel u tikkomunika l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet.

AR 9.

Meta tipprovdi informazzjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha, l-impriża għandha tikkunsidra:

(a)

lista ta’ siti fejn it-tniġġis huwa kwistjoni materjali għall-operazzjonijiet tal-impriża u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha stess; u

(b)

lista ta’ attivitajiet kummerċjali assoċjati mal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tat-tniġġis.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-1 – Politiki relatati mat-tniġġis

AR 10.

Il-politiki deskritti taħt dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jistgħu jiġu integrati f’politiki ambjentali jew ta’ sostenibbiltà usa’ li jkopru sottosuġġetti differenti.

AR 11.

Id-deskrizzjoni tal-politiki għandha tinkludi informazzjoni dwar is-sustanza/i niġġiesa jew is-sustanza/i koperti.

AR 12.

Meta tiddivulga l-informazzjoni skont il-paragrafu 11, l-impriża tista’ tinkludi informazzjoni kuntestwali dwar ir-relazzjonijiet bejn il-politiki tagħha implimentati u kif dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija”, pereżempju b’elementi dwar:

(a)

kif inhi jew tista’ tiġi affettwata mill-miri u mill-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE u mir-reviżjoni tad-direttivi eżistenti (eż., id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali);

(b)

kif beħsiebha tnaqqas l-impronta tat-tniġġis tagħha sabiex tikkontribwixxi għal dawn il-miri.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-2 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mat-tniġġis

AR 13.

Meta l-azzjonijiet jestendu għal impenji tal-katina tal-valur upstream jew downstream, l-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar it-tipi ta’ azzjonijiet li jirriflettu dawn l-impenji.

AR 14.

Meta jitqiesu r-riżorsi, eżempji ta’ nefqiet operazzjonali jistgħu jkunu investimenti fir-riċerka u fl-iżvilupp għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp ta’ alternattivi sikuri u sostenibbli għall-użu ta’ sustanzi ta’ tħassib jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fi proċess tal-produzzjoni.

AR 15.

Fejn rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri ta’ politika tagħha relatati mat-tniġġis, l-impriża tista’ tipprovdi informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ azzjoni fil-livell tas-sit.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-3 – Miri relatati mat-tniġġis

AR 16.

Jekk l-impriża tirreferi għal-limiti ekoloġiċi meta tistabbilixxi l-miri, tista’ tirreferi għall-gwida pprovduta mill-Inizjattiva tal-Miri Bbażati fuq ix-Xjenza għan-Natura (SBTN) fil-gwida interim tagħha (Gwida Inizjali għan-Negozju, Settembru 2020), jew kwalunkwe gwida oħra b’metodoloġija rikonoxxuta xjentifikament li tippermetti l-istabbiliment ta’ miri bbażati fuq ix-xjenza billi jiġu identifikati limiti ekoloġiċi u, jekk applikabbli, allokazzjonijiet speċifiċi għall-entità. Il-limiti ekoloġiċi jistgħu jkunu lokali, nazzjonali u/jew globali.

AR 17.

L-impriża tista’ tispeċifika jekk il-mira tindirizzax nuqqasijiet relatati mal-kriterji tal-Kontribuzzjoni Sostanzjali għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tat-Tniġġis kif definit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2020/852. Meta l-kriterji “Tagħmel l-Ebda Ħsara Sinifikanti” (DNSH) għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tat-Tniġġis kif definiti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 ma jiġux issodisfati, l-impriża tista’ tispeċifika jekk il-mira tindirizzax nuqqasijiet relatati ma’ dawk il-kriterji tad-DNSH.

AR 18.

Fejn rilevanti għall-appoġġ tal-politiki li adottat, l-impriża tista’ tipprovdi informazzjoni dwar il-miri stabbiliti fil-livell tas-sit.

AR 19.

Il-miri jistgħu jkopru l-operazzjonijiet proprji tal-impriża u/jew il-katina tal-valur.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-4 – Tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija

AR 20.

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar il-mikroplastiċi skont il-paragrafu 28 (b) għandha tinkludi mikroplastiċi li jkunu ġew iġġenerati jew użati matul il-proċessi tal-produzzjoni jew li jiġu akkwistati, u li jħallu l-faċilitajiet tal-impriża bħala emissjonijiet, bħala prodotti, jew bħala parti minn prodotti jew servizzi. Il-mikroplastiċi jistgħu jiġu prodotti b’mod mhux intenzjonat meta biċċiet akbar tal-plastik bħal tajers tal-karozzi jew tessuti sintetiċi jittieklu jew jistgħu jiġu mmanifatturati u miżjuda apposta ma’ prodotti għal skopijiet speċifiċi (eż., żibeġ li jesfoljaw f’arbuxelli tal-wiċċ jew tal-ġisem).

AR 21.

Il-volum tas-sustanzi li jniġġsu għandu jiġi ppreżentat f’unitajiet ta’ massa xierqa, pereżempju tunnellati jew kilogrammi.

AR 22.

L-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-livell tal-impriża li tirrapporta. Madankollu, l-impriża tista’ tiżvela analiżi dettaljata addizzjonali inkluża informazzjoni fil-livell tas-sit jew tqassim tal-emissjonijiet tagħha skont it-tip ta’ sors, skont is-settur jew iż-żona ġeografika.

AR 23.

Meta tipprovdi informazzjoni kuntestwali dwar l-emissjonijiet, l-impriża tista’ tikkunsidra:

(a)

l-indiċijiet lokali tal-kwalità tal-arja (AQI) għaż-żona fejn iseħħ it-tniġġis tal-arja tal-impriża;

(b)

il-grad ta’ urbanizzazzjoni (DEGURBA) (66) għaż-żona fejn iseħħ it-tniġġis tal-arja; u

(c)

il-perċentwal tal-impriża tal-emissjonijiet totali ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma u fil-ħamrija li jseħħu f’żoni f’riskju tal-ilma, inklużi żoni ta’ stress idriku qawwi.

AR 24.

L-informazzjoni pprovduta skont dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni tista’ tirreferi għal informazzjoni li l-impriża diġà hija meħtieġa tirrapporta skont leġiżlazzjoni eżistenti oħra (jiġifieri, IED, E-PRTR, eċċ.).

AR 25.

Meta l-attivitajiet tal-impriża jkunu soġġetti għad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (IED) (67) u d-Dokumenti ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF s) rilevanti, irrispettivament minn jekk l-attività sseħħx fl-Unjoni Ewropea jew le, l-impriża tista’ tiddivulga l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a)

lista ta’ installazzjonijiet imħaddma mill-impriża li jaqgħu taħt il-Konklużjonijiet tal-IED u tal-EU- BAT;

(b)

lista ta’ kwalunkwe inċident ta’ nuqqas ta’ konformità jew azzjoni ta’ infurzar meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità f’każ ta’ ksur tal-kundizzjonijiet tal-permessi;

(c)

il-prestazzjoni reali, kif speċifikatafil-konklużjonijiet EU-BATgħall-installazzjonijiet industrijali, u t-tqabbil tal-prestazzjoni ambjentali tal-impriża kontra “livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli”(BAT-AEL) kif deskritt fil-konklużjonijiet EU-BAT;

(d)

il-prestazzjoni reali tal-impriża mqabbla mal-“livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aħjar tekniki disponibbli(BAT-AEPLs) dment li jkunu applikabbli għas-settur u l-installazzjoni; u

(e)

lista ta’ kwalunkwe skeda ta’ konformità jew deroga mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75/UE li huma assoċjati mal-implimentazzjoni tal-BAT-AELs.

Metodoloġiji

AR 26.

Meta tipprovdi informazzjoni dwar l-inkwinanti, l-impriża għandha tikkunsidra approċċi għall-kwantifikazzjoni fl-ordni ta’ prijorità li ġejja:

(a)

kejl dirett ta’ emissjonijiet, effluwenti jew tniġġis ieħor permezz tal-użu ta’ sistemi rikonoxxuti ta’ monitoraġġ kontinwu (eż. Sistemi ta’ Kejl Awtomatizzati AMS);

(b)

kejliet perjodiċi;

(c)

kalkolu bbażat fuq data speċifika għas-sit;

(d)

kalkolu bbażat fuq fatturi ta’ tniġġis ippubblikati; u

(e)

stima.

AR 27.

Rigward id-divulgazzjoni tal-metodoloġiji meħtieġa mill-paragrafu 30, l-impriża għandha tikkunsidra:

(a)

jekk il-monitoraġġ tagħha jitwettaqx skont l-Istandards tal-EU BREF jew parametru referenzjarju rilevanti ieħor; u

(b)

jekk u kif saru t-testijiet ta’ kalibrazzjoni tal-AMS u ġiet żgurata l-verifika ta’ kejl perjodiku minn laboratorji indipendenti.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2-5 – Sustanzi ta’ tħassib u sustanzi ta’ tħassib serju ħafna

Lista ta’ sustanzi li għandhom jiġu kkunsidrati

AR 28.

Sabiex l-informazzjoni tkun kompluta, għandhom jiġu inklużi s-sustanzi fl-operazzjonijiet tal-impriża stess u dawk akkwistati (eż., inkorporati fl-ingredjenti, fil-prodotti nofshom lesti, jew fil-prodott finali).

AR 29.

Il-volum ta’ sustanzi li jniġġsu għandu jiġi ppreżentat f’unitajiet ta’ massa, pereżempju tunnellati jew kilogrammi jew unitajiet oħra ta’ massa xierqa għall-volumi u t-tip ta’ sustanzi li jniġġsu li jkunu qed jiġu rilaxxati.

Informazzjoni kuntestwali

AR 30.

L-informazzjoni pprovduta skont dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni tista’ tirreferi għal informazzjoni li l-impriża diġà hija meħtieġa tirrapporta skont leġiżlazzjoni eżistenti oħra (jiġifieri, id-Direttiva 2010/75/UE, ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 “E-PRTR”, eċċ.).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E2–6 — Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji u opportunitajiet relatati mat-tniġġis materjali

AR 31.

In-nefqiet operattivi u kapitali relatati ma’ inċidenti u depożiti jistgħu jinkludu pereżempju:

(a)

l-ispiża għall-eliminazzjoni u r-rimedju tat-tniġġis rispettiv tal-arja, l-ilma u l-ħamrija inkluża l-protezzjoni ambjentali;

(b)

kostijiet ta’ kumpens għad-danni inkluż il-ħlas ta’ multi u ta’ penali imposti mir-regolaturi jew mill-awtoritajiet tal-gvern.

AR 32.

L-inċidenti jistgħu jinkludu pereżempju interruzzjonijiet tal-produzzjoni, kemm jekk jirriżultaw mill-katina tal-provvista u/jew minn operazzjonijiet proprji, li rriżultaw fi tniġġis.

AR 33.

L-impriża tista’ tinkludi valutazzjoni tal-prodotti u s-servizzi relatati tagħha f’riskju fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil, li tispjega kif dawn jiġu definiti, kif jiġu stmati l-ammonti finanzjarji, u liema suppożizzjonijiet kritiċi jkunu saru.

AR 34.

Il-kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati f’termini monetarji skont il-paragrafu 38(a) tista’ tkun ammont wieħed jew firxa.

ESRS E3

ILMA U RIŻORSI TAL-BAĦAR

WERREJ

Objettiv

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 — Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3-1 – Politiki relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–2 — Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3-3 – Miri relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–4 — Konsum tal-ilma

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–5 — Effetti finanzjarji antiċipati minn impatti, riskji u opportunitajiet relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 — Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3-1 – Politiki relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–2 — Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-politiki tal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3-3 – Miri relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–4 — Konsum tal-ilma

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–5 — Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji u opportunitajiet relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

Objettiv

1.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jiġu speċifikati r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li jippermettu lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà jifhmu:

(a)

kif l-impriża taffettwa l-ilma u r-riżorsi tal-baħar, f’termini ta’ impatti materjali pożittivi u negattivi reali jew potenzjali;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-impatti negattivi materjali reali jew potenzjali, biex jiġu protetti l-ilma u r-riżorsi tal-baħar, anke b’referenza għat-tnaqqis fil-konsum tal-ilma, u biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet;

(c)

jekk, kif u sa liema punt l-impriża tikkontribwixxi għall-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew għal arja friska, ilma nadif, ħamrija u bijodiversità b’saħħithom, kif ukoll għas-sostenibbiltà tal-ekonomija blu u s-setturi tas-sajd, filwaqt li jitqiesu dawn li ġejjin: Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68) (id-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Ilma), id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (69) (id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina tal-UE), id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (70) (id-Direttiva dwar l-Ippjanar Spazjali Marittimu tal-UE), l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (b’mod partikolari l-SDG 6 Ilma nadif u sanità u 14 Ħajja taħt l-ilma), u r-rispett tal-limiti ambjentali globali (eż. l-integrità tal-bijosfera, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, l-użu tal-ilma ħelu, u l-limiti planetarji tal-flussi bijoġeokimiċi);

(d)

il-pjanijiet u l-kapaċità tal-impriża li tadatta l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha f’konformità mal-promozzjoni tal-użu sostenibbli tal-ilma abbażi tal-protezzjoni fit-tul tar-riżorsi tal-ilma disponibbli; il-protezzjoni tal-ekosistemi akkwatiċi u r-restawr tal-ħabitats tal-ilma ħelu u tal-baħar;

(e)

in-natura, it-tip u l-firxa tar-riskji u l-opportunitajiet materjali tal-impriża li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi tal-impriża fuq l-ilma u r-riżorsi tal-baħar, u kif l-impriża timmaniġġjahom; u

(f)

l-effetti finanzjarji fuq l-impriża fuq perjodu qasir, medju u twil ta’ riskji u opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi tal-impriża fuq l-ilma u r-riżorsi tal-baħar.

2.

Dan l-Istandard jistabbilixxi r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni relatati mal-ilma u mar-riżorsi tal-baħar. Fir-rigward tal-“ilma”, dan l-istandard ikopri l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art. Dan jinkludi rekwiżiti ta’ divulgazzjoni dwar il-konsum tal-ilma fl-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tal-impriża, kif ukoll informazzjoni relatata dwar l-estrazzjoni tal-ilma u l-iskariki tal-ilma.

3.

Fir-rigward tar-“riżorsi tal-baħar”, dan l-istandard ikopri l-estrazzjoni u l-użu ta’ tali riżorsi, u attivitajiet ekonomiċi assoċjati.

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

4.

Is-suġġett tal-ilma u r-riżorsi tal-baħar huwa marbut mill-qrib ma’ sottotemi ambjentali oħra bħat-tibdil fil-klima, it-tniġġis, il-bijodiversità u l-ekonomija ċirkolari. Għalhekk, biex tiġi pprovduta ħarsa ġenerali komprensiva ta’ x’jista’ jkun materjali għall-ilma u r-riżorsi tal-baħar, ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni rilevanti huma koperti f’ESRS ambjentali oħra kif ġej:

(a)

ESRs E1 Tibdil fil-klima, li jindirizza, b’mod partikolari, riskji fiżiċi akuti u kroniċi li jirriżultaw minn perikli relatati mal-ilma u l-oċeani kkawżati jew aggravati mit-tibdil fil-klima, inklużi ż-żieda fit-temperatura tal-ilma, it-tibdil fix-xejriet u t-tipi ta’ preċipitazzjoni (xita, silġ, borra/silġ), il-preċipitazzjoni jew il-varjabbiltà idroloġika, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, l-intrużjoni salina, iż-żieda fil-livell tal-baħar, in-nixfa, l-istress idriku qawwi, il-preċipitazzjoni qawwija, l-għargħar u l-lagi glaċjali;

(b)

ESRS E2 Tniġġis, li jindirizza, b’mod partikolari, l-emissjonijiet fl-ilma, li jinkludu l-emissjonijiet fl-oċeani, u l-użu u l-ġenerazzjoni tal-mikroplastiċi;

(c)

ESRS E4 Bijodiversità u ekosistemi, li jindirizza, b’mod partikolari, il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli ta’ u l-impatt fuq l-ekosistemi akkwatiċi tal-ilma ħelu kif ukoll l-oċeani u l-ibħra; u

(d)

ESRS E5 Użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari li jindirizza b’mod partikolari l-ġestjoni tal-iskart inkluż il-plastik, u t-tranżizzjoni lejn l-estrazzjoni ta’ riżorsi mhux rinnovabbli tal-ilma mormi; tnaqqis fl-użu tal-plastik; u r-riċiklaġġ tal-ilma mormi.

5.

L-impatti tal-impriża fuq l-ilma u r-riżorsi tal-baħar jaffettwaw lin-nies u lill-komunitajiet. L-impatti negattivi materjali fuq il-komunitajiet affettwati mill-impatti relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar attribwibbli għall-impriża huma koperti f’ESRS S3 Komunitajiet affettwati.

6.

Dan l-Istandard jenħtieġ li jinqara flimkien mal-ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali u ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

7.

Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima għandhom jinqraw flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 Kapitolu 4 Impatt, riskju u ġestjoni tal-opportunità u jiġu rrapportati flimkien magħhom.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 — Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

8.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-proċess biex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali u għandha tipprovdi informazzjoni dwar:

(a)

jekk u kif l-impriża skrinjat l-assi u l-attivitajiet tagħha sabiex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet reali u potenzjali tagħha relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħarfl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, u jekk iva, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-għodod użati fl-iskrinjar;

(b)

jekk u kif wettqet konsultazzjonijiet, b’mod partikolari, mal-komunitajiet affettwati (71).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3-1 – Politiki relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

9.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-politiki tagħha adottati għall-ġestjoni tal-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha relatati mar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar (72).

10.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim ta’ kemm l-impriża għandha politiki li jindirizzaw l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u/jew ir-rimedju tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar.

11.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 9 għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar il-politiki li l-impriża jkollha fis-seħħ biex timmaniġġja l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar f’konformità mal-ESRS 2 MDR-P Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

12.

L-impriża għandha tindika jekk u kif il-politiki tagħha jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin fejn materjali:

(a)

il-ġestjoni tal-ilma inklużi:

i.

l-użu u l-akkwist tal-ilma u r-riżorsi tal-baħar fl-operazzjonijiet tagħha stess;

ii.

it-trattament tal-ilma bħala pass lejn provvista aktar sostenibbli tal-ilma; u

iii.

il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma li jirriżulta mill-attivitajiet tagħha.

(b)

id-disinn tal-prodott u tas-servizz bil-ħsieb li jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mal-ilma u l-preservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar; u

(c)

impenn biex jitnaqqas il-konsum tal-ilma materjali f’żoni f’riskju tal-ilma fl-operazzjonijiet tagħha stess u tul il-katina tal-valur upstream u downstream.

13.

Jekk mill-inqas wieħed mis-siti tal-impriża jkun jinsab f’żona ta’ stress idriku qawwi u ma jkunx kopert minn politika, l-impriża għandha tiddikjara dan bħala l-każ u tipprovdi r-raġunijiet għaliex ma adottatx politiki bħal din. L-impriża tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih għandha l-għan li tadotta tali politika (73).

14.

L-impriża għandha tispeċifika jekk adottatx politiki jew prattiki relatati ma’ oċeani u ibħra sostenibbli (74).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–2 — Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

15.

L-impriża għandha tiżvela l-azzjonijiet tagħha relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar u r-riżorsi allokati għall-implimentazzjoni tagħhom.

16.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-azzjonijiet ewlenin meħuda u ppjanati biex jinkisbu l-objettivi u l-miri tal-politika relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar.

17.

Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet u r-riżorsi għandha ssegwi l-prinċipji definiti fl-ESRS 2 MDR-A Azzjonijiet u r-riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà materjali. Minbarra l-ESRS 2 MDR-A, l-impriża tista’ tispeċifika għal liema livell fil-ġerarkija tal-mitigazzjoni azzjoni u

18.

Riżorsi jistgħu jiġu allokati sabiex:

(a)

jiġi evitat l-użu tal-ilma u tar-riżorsi tal-baħar;

(b)

jitnaqqas l-użu tal-ilma u tar-riżorsi tal-baħar bħal permezz ta’ miżuri ta’ effiċjenza;

(c)

jiġi rkuprat u użat mill-ġdid tal-ilma; jew

(d)

Jiġu restawrati u riġenerati l-ekosistema akkwatika u l-korpi tal-ilma.

19.

L-impriża għandha tispeċifika l-azzjonijiet u r-riżorsi fir-rigward ta’ żoni f’riskju ta’ ilma, inklużi żoni ta’ stress idriku qawwi.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3-3 – Miri relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

20.

L-impriża għandha tiddivulga l-miri relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar li tkun stabbiliet.

21.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-miri li l-impriża tkun adottat biex tappoġġa l-politiki tagħha relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar u tindirizza l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar.

22.

Id-deskrizzjoni tal-miri għandu jkun fiha r-rekwiżiti ta’ informazzjoni definiti fl-ESRS 2 MDR-T L-effettività tat-traċċar tal-politiki u l-azzjonijiet permezz tal-miri.

23.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 20 għandha tindika jekk u kif il-miri tagħha huma relatati ma’:

(a)

il-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati ma’ żoni f’riskju tal-ilma, inkluż it-titjib tal-kwalità tal-ilma;

(b)

il-ġestjoni responsabbli tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tar-riżorsi tal-baħar inklużi n-natura u l-kwantità ta’ komoditajiet relatati mar-riżorsi tal-baħar (bħal gravels, minerali tal-baħar fond, frott tal-baħar) użati mill-impriża; u

(c)

it-tnaqqis fil-konsum tal-ilma, inkluża spjegazzjoni ta’ kif dawk il-miri huma relatati ma’ żoni f’riskju tal-ilma, inklużi żoni ta’ stress tal-ilma għoli.

24.

Minbarra l-ESRS 2 MDR-T, l-impriża tista’ tispeċifika jekk il-limiti ekoloġiċi u l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-entità ġewx ikkunsidrati meta ġew stabbiliti l-miri. Jekk iva, l-impriża tista’ tispeċifika:

(a)

il-limiti ekoloġiċi identifikati, u l-metodoloġija użata biex jiġu identifikati dawn il-limiti;

(b)

jekk il-limiti humiex speċifiċi għall-entità jew le u jekk iva, kif ġew determinati; u

(c)

kif ir-responsabbiltà għar-rispett tal-limiti ekoloġiċi identifikati tiġi allokata fl-impriża.

25.

L-impriża għandha tispeċifika bħala parti mill-informazzjoni kuntestwali, jekk il-miri li stabbiliet u ppreżentat humiex obbligatorji (meħtieġa minn leġiżlazzjoni) jew volontarji.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–4 — Konsum tal-ilma

26.

L-impriża għandha tiddivulga informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-konsum tal-ilma tagħha b’rabta mal-impatti, mar-riskji u mal-opportunitajiet materjali tagħha.

27.

L-għan ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tal-konsum tal-ilma tal-impriża u kwalunkwe progress mill-impriża fir-rigward tal-miri tagħha.

28.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 26 hija relatata mal-operazzjonijiet proprji u għandha tinkludi:

(a)

il-konsum tal-ilma totali f’m3;

(b)

il-konsum tal-ilma totali f’m3 f’żoni f’riskju tal-ilma, inklużi żoni ta’ stress idriku qawwi;

(c)

total ta’ ilma riċiklat u użat mill-ġdid f’m3 (75);

(d)

l-ilma totali maħżun u l-bidliet fil-ħżin f’m3; u

(e)

kwalunkwe informazzjoni kuntestwali meħtieġa dwar il-punti (a) sa (d), inkluż il-kwalità u l-kwantità tal-ilma tal-baċiri tal-ilma, kif ġiet ikkompilata d-data, bħal kwalunkwe standard, metodoloġija, u suppożizzjoni użata, inkluż jekk l-informazzjoni hijiex ikkalkulata, stmata, immudellata, jew miġjuba minn kejl dirett, u l-approċċ meħud għal dan, bħall-użu ta’ kwalunkwe fattur speċifiku għas-settur.

29.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-intensità tal-ilma tagħha: il-konsum totali tal-ilma fl-operazzjonijiet tagħha stess f’m3 għal kull miljun EUR dħul nett (76).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–5 — Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji u opportunitajiet materjali relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

30.

L-impriża għandha tiddivulga l-effetti finanzjarji antiċipati tar-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-ilma u mar-riżorsi tal-baħar.

31.

L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 30 hija flimkien mal-informazzjoni dwar l-effetti finanzjarji attwali fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-entità għall-perjodu ta’ rapportar meħtieġ skont l-ESRS 2 SBM-3, il-paragrafu 48 (d).

32.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim ta’ dawn:

(a)

l-effetti finanzjarji antiċipati minħabba riskji materjali li jirriżultaw minn impatti u dipendenzi relatati mal-ilma u mar-riżorsi tal-baħar u kif dawn ir-riskji għandhom (jew jista’ jkun raġonevolment mistenni li jkollhom) influwenza materjali fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-impriża, fuq perjodu qasir, medju u twil ta’ żmien; u

(b)

l-effetti finanzjarji antiċipati minħabba opportunitajiet materjali relatati mal-ilma u mar-riżorsi tal-baħar.

33.

Id-divulgazzjoni għandha tinkludi:

(a)

kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati f’termini monetarji qabel ma jiġu kkunsidrati azzjonijiet relatati mar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar jew fejn mhux possibbli mingħajr spiża jew sforz żejjed, informazzjoni kwalitattiva. Għall-effetti finanzjarji li jirriżultaw minn opportunitajiet, ma tkunx meħtieġa kwantifikazzjoni jekk tirriżulta f’divulgazzjoni li ma tissodisfax il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara l-ESRS 1 Appendiċi B Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni);

(b)

deskrizzjoni tal-effetti kkunsidrati, l-impatti u d-dipendenzi li huma relatati magħhom u l-orizzonti ta’ żmien li fihom x’aktarx jimmaterjalizzaw; u

(c)

is-suppożizzjonijiet kritiċi użati biex jikkwantifikaw l-effetti finanzjarji antiċipati, kif ukoll is-sorsi u l-livell ta’ inċertezza ta’ dawk is-suppożizzjonijiet.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS E3. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 — Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

AR 1.

Meta twettaq valutazzjoni tal-materjalità dwar is-subsuġġetti ambjentali, l-impriża għandha tivvaluta l-materjalità tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, u tista’ tikkunsidra l-erba’ fażijiet ta’ hawn taħt, magħrufa wkoll bħala l-approċċ LEAP:

(a)

Fażi 1: tillokalizza fejn fl-operazzjonijiet tagħha stess u tul il-katina tal-valur isseħħ l-interfaċċa man-natura;

(b)

Fażi 2: tevalwa d-dipendenzi u l-impatti;

(c)

Fażi 3: tivvaluta r-riskji u l-opportunitajiet materjali; u

(d)

Fażi 4: tħejji u tirrapporta r-riżultati tal-valutazzjoni tal-materjalità.

AR 2.

Il-valutazzjoni tal-materjalità għall-ESRS E3 tikkorrispondi mal-ewwel tliet fażijiet ta’ dan l-approċċ tal-LEAP, ir-raba’ fażi tindirizza l-eżitu tal-proċess.

AR 3.

Il-proċessi għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fl-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi biex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali, u l-IRO-2 Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża.

AR 4.

Is-sottosuġġetti relatati mar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar koperti mill-valutazzjoni tal-materjalità jinkludu:

(a)

l-ilma, li jinkludi l-konsum tal-ilma tal-wiċċ, tal-ilma ta’ taħt l-art, kif ukoll l-estrazzjoni u l-iskariki tal-ilma; u

(b)

riżorsi tal-baħar, li jinkludu l-estrazzjoni u l-użu ta’ tali riżorsi u attivitajiet ekonomiċi assoċjati.

AR 5.

Fil-fażi 1, biex tillokalizza fejn hemm żoni f’riskju għall-ilma, u żoni fejn hemm interfaċċa ma’ riżorsi tal-baħar li tista’ twassal għal impatti u dipendenzi materjali fl-operazzjonijiet tagħha stess u tul il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, l-impriża tista’ tikkunsidra:

(a)

il-postijiet ta’ assi u operazzjonijiet diretti u attivitajiet upstream u downstream relatati tul il-katina tal-valur;

(b)

is-siti li jinsabu f’żoni f’riskju idriku, inklużi żoni ta’ stress idriku qawwi; u

(c)

is-setturi jew l-unitajiet tan-negozju li jinteraġixxu mar-riżorsi tal-ilma jew tal-baħar f’dawn il-postijiet ta’ prijorità.

AR 6.

L-impriża għandha tikkunsidra l-baċini tax-xmajjar bħala l-livell rilevanti għall-valutazzjoni tal-postijiet u tikkombina dak l-approċċ ma’ valutazzjoni tar-riskju operazzjonali tal-faċilitajiet tagħha u tal-faċilitajiet tal-fornituri b’impatti u riskji materjali.

AR 7.

L-impriża għandha tikkunsidra l-kriterji għad-definizzjoni tal-istat tal-korpi tal-ilma skont l-Annessi rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) kif ukoll id-dokumenti ta’ gwida pprovduti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Il-lista tad-dokumenti ta’ gwida tista’ tiġi aċċessata taħt il-paġna ewlenija tal-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea.

AR 8.

Fil-fażi 2, biex tevalwa l-impatti u d-dipendenzi tagħha għal kull post ta’ prijorità identifikat taħt AR 5, l-impriża tista’:

(a)

tidentifika proċessi u attivitajiet tan-negozju li jwasslu għal impatti u dipendenzi fuq l-assi ambjentali u s-servizzi tal-ekosistema;

(b)

l-identifikazzjoni tal-impatti u d-dipendenzi relatati mal-ilma u mar-riżorsi tal-baħar tul il-katina tal-valur tal-impriża; u

(c)

tivvaluta s-severità u l-probabbiltà tal-impatti pożittivi u negattivi fuq l-ilma u r-riżorsi tal-baħar.

AR 9.

Għall-identifikazzjoni tad-dipendenzi relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar, l-impriża tista’ tiddependi fuq klassifikazzjonijiet internazzjonali bħall-Klassifikazzjoni Internazzjonali Komuni tas-Servizzi Ekosistemiċi (CICES).

AR 10.

Meta tidentifika d-dipendenzi tagħha relatati mar-riżorsi tal-baħar, l-impriża għandha tikkunsidra jekk tiddependix fuq komoditajiet ewlenin relatati mar-riżorsi tal-baħar, inkluż iżda mhux limitat għall-għeruq u l-prodotti tal-frott tal-baħar.

AR 11.

Ir-riżorsi tal-baħar huma definiti skont l-użu tagħhom mis-soċjetajiet umani u jridu jiġu kkunsidrati b’rabta mal-pressjoni li huma soġġetti għaliha. Uħud mill-indikaturi tal-pressjoni huma ppreżentati f’ESRS oħra, jiġifieri l-mikroplastiċi u l-emissjonijiet fl-ilma fl-ESRS E2 u l-iskart tal-plastik fl-ESRS E5.

AR 12.

Eżempji ta’ dipendenzi tar-riżorsi tal-baħar li jistgħu jiġu kkunsidrati mill-impriża huma:

(a)

dipendenzi fuq ħut u frott tal-baħar sfruttati kummerċjalment fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha; u

(b)

attività tas-sajd li tinvolvi tkarkir tal-qiegħ mobbli, li jista’ jkollu wkoll impatti negattivi fuq qiegħ il-baħar.

AR 13.

Fil-fażi 3, biex tivvaluta r-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha abbażi tar-riżultati tal-Fażijiet 1 u 2, l-impriża tista’:

(a)

tidentifika r-riskji u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur tagħha permezz tal-kategoriji ta’:

i.

politika u legali: pereżempju, l-introduzzjoni ta’ regolamentazzjoni jew politika (eż. bidliet bħal żieda fil-protezzjoni tal-ilma, regolamenti miżjuda dwar il-kwalità tal-ilma, regolamentazzjoni tal-flussi tal-provvista tal-ilma), governanza ineffettiva tal-korpi tal-ilma jew tar-riżorsi tal-baħar, b’mod partikolari bejn il-fruntieri (eż. governanza transkonfinali) u kooperazzjoni li tirriżulta f’esponiment għad-degradazzjoni tal-ilma jew tal-oċeani għal sanzjonijiet u litigazzjoni (eż. nuqqas ta’ rispett ta’ permessi jew allokazzjonijiet; negliġenza lejn speċijiet tal-baħar mhedda jew il-qtil tagħhom), obbligi ta’ rappurtar imsaħħa dwar l-ekosistemi tal-baħar u servizzi relatati;

ii.

it-teknoloġija: eż., is-sostituzzjoni ta’ prodotti jew servizzi bi prodotti jew servizzi b’impatt aktar baxx fuq ir-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn teknoloġiji aktar effiċjenti u aktar nodfa (jiġifieri, b’impatti aktar baxxi fuq l-oċeani u l-ilma), teknoloġiji ġodda ta’ monitoraġġ (eż. satellita), il-purifikazzjoni tal-ilma, il-protezzjoni mill-għargħar;

iii.

is-suq: eż., iċ-ċaqliq tal-provvista, id-domanda u l-finanzjament, il-volatilità jew iż-żieda fl-ispejjeż tar-riżorsi tal-ilma jew tal-baħar;

iv.

ir-reputazzjoni. eż., tibdil fil-perċezzjonijiet tas-soċjetà, tal-klijenti jew tal-komunità bħala riżultat tal-impatt ta’ organizzazzjoni fuq l-ilma u r-riżorsi tal-baħar; u

v.

il-kontribuzzjoni għar-riskji sistemiċi permezz tal-operazzjonijiet tagħha stess u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, inklużi r-riskji li ekosistema tal-baħar tikkollassa jew ir-riskji li sistema naturali kritika ma tibqax tiffunzjona (eż. jintlaħqu punti kritiċi, jingħaddu flimkien ir-riskji fiżiċi);

(b)

tidentifika r-riskju fiżiku inkluż il-kwantità tal-ilma (l-iskarsezza tal-ilma, l-istress idriku), il-kwalità tal-ilma, it-tħassir tal-infrastruttura jew in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ xi komoditajiet relatati mar-riżorsi tal-baħar (eż. li jiskarsaw xi speċijiet ta’ ħut jew organiżmi ħajjin oħra tal-baħar taħt l-ilma mibjugħa bħala prodotti mill-impriża) li jwassal pereżempju għall-impossibbiltà li jitwettqu operazzjonijiet f’ċerti żoni ġeografiċi;

(c)

tidentifika l-opportunitajiet ikkategorizzati skont:

i.

l-effiċjenza tar-riżorsi: eż., tranżizzjoni lejn servizzi u proċessi aktar effiċjenti li jeħtieġu inqas riżorsi tal-ilma u tal-baħar;

ii.

swieq: eż., l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi inqas intensi fir-riżorsi, id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tan-negozju;

iii.

finanzjament: eż., aċċess għal fondi ekoloġiċi, bonds jew self;

iv.

reżiljenza: eż., id-diversifikazzjoni tar-riżorsi tal-baħar jew tal-ilma u l-attivitajiet tan-negozju (eż., il-bidu ta’ unità kummerċjali ġdida dwar ir-restawr tal-ekosistema), l-investiment f’infrastrutturi ekoloġiċi, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, l-adozzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ riċiklaġġ u ċirkolarità li jnaqqsu d-dipendenzi fuq ir-riżorsi tal-ilma jew tal-baħar; u

v.

ir-reputazzjoni. involviment pożittiv tal-partijiet ikkonċernati bħala riżultat ta’ pożizzjoni proattiva dwar il-ġestjoni tar-riskji relatati man-natura (eż., li jwassal għal status ta’ sieħeb preferut).

AR 14.

L-impriża tista’ tiddependi fuq ġbir ta’ data primarja, sekondarja jew immudellata jew approċċi rilevanti oħra biex tivvaluta l-impatti, id-dipendenzi, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali, inkluża r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2021/2279 dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali biex titkejjel u tiġi kkomunikata l-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet (l-Anness I — Impronta Ambjentali tal-Prodotti; Anness III — Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet).

AR 15.

Meta tipprovdi informazzjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tal-materjalità, l-impriża għandha tikkunsidra:

(a)

lista ta’ żoni ġeografiċi fejn l-ilma huwa kwistjoni materjali għall-operazzjonijiet tal-impriża stess u għall-katina tal-valur upstream u downstream tagħha;

(b)

lista ta’ komoditajiet relatati mar-riżorsi tal-baħarużati mill-impriża li huma materjali għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar kif ukoll għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-baħar; u

(c)

lista ta’ setturi jew segmenti assoċjati mal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3-1 – Politiki relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

AR 16.

Il-politiki deskritti taħt dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jistgħu jiġu integrati f’politiki ambjentali jew ta’ sostenibbiltà usa’ li jkopru sottosuġġetti differenti.

AR 17.

Meta tiddivulga informazzjoni skont il-paragrafu 9, l-impriża tista’ tiddivulga jekk il-politiki tagħha:

(a)

jipprevjenu aktar deterjorament u jipproteġu u jtejbu l-istatus tal-korpi tal-ilma u l-ekosistemi akkwatiċi;

(b)

jippromwovu użu sostenibbli tal-ilma bbażat fuq protezzjoni fit-tul tar-riżorsi tal-ilma disponibbli;

(c)

jimmiraw għal protezzjoni u għal titjib imtejbin tal-ambjent akkwatiku;

(d)

jippromwovu status ambjentali tajjeb tal-ilma baħar; u

(e)

jippromwovu t-tnaqqis tal-estrazzjoni tal-ilma u tal-iskariki tal-ilma.

AR 18.

L-impriża tista’ wkoll tiddivulga informazzjoni dwar politiki li:

(a)

jikkontribwixxu għal kwalità ekoloġika u kimika tajba tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u kwalità kimika tajba u kwantità ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art, sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem, il-provvista tal-ilma, l-ekosistemi naturali u l-bijodiversità, l-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar u l-protezzjoni tal-bażi tar-riżorsi li fuqhom jiddependu l-attivitajiet relatati mal-baħar;

(b)

jimminimizzaw l-impatti u riskji materjali u jimplimentaw miżuri ta’ mitigazzjoni li għandhom l-għan li jżommu l-valur u l-funzjonalità tas-servizzi ta’ prijorità u li jżidu l-effiċjenza fir-riżorsi fl-operazzjonijiet proprji; u

(c)

jevitaw l-impatti fuq il-komunitajiet affettwati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–2 — Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-politiki tal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

AR 19.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 15, l-impriża għandha tikkunsidra l-azzjonijiet, jew il-pjanijiet ta’ azzjoni, li jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali identifikati. Gwida utli hija pprovduta mill-Alleanza għall-Ġestjoni tal-Ilma (AWS).

AR 20.

Meta wieħed iqis li r-riżorsi tal-ilma u tal-baħar huma riżorsi kondiviżi li jistgħu jeħtieġu azzjonijiet kollettivi, jew pjanijiet ta’ azzjoni, li jinvolvu partijiet ikkonċernati oħra, l-impriża tista’ tipprovdi informazzjoni dwar dawk l-azzjonijiet kollettivi speċifiċi, inkluża informazzjoni dwar partijiet oħra (kompetituri, fornituri, bejjiegħa bl-imnut, klijenti, sħab kummerċjali oħra, komunitajiet u awtoritajiet lokali, aġenziji tal-gvern...) u informazzjoni speċifika dwar il-proġett, il-kontribut speċifiku tiegħu, l-isponsors tiegħu u parteċipanti oħra.

AR 21.

Meta tipprovdi informazzjoni dwar in-nefqiet kapitali, l-impriża tista’ tikkunsidra nefqiet relatati, pereżempju, mar-riabilitazzjoni tal-iskular tal-ilma tal-maltempati, pipelines, jew makkinarju użat għall-manifattura ta’ prodotti ġodda b’użu baxx tal-ilma.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3-3 – Miri relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

AR 22.

Jekk l-impriża tirreferi għal-limiti ekoloġiċi meta tistabbilixxi l-miri, tista’ tirreferi għall-gwida pprovduta mill-Inizjattiva tal-Miri Bbażati fuq ix-Xjenza għan-Natura (SBTN) fil-gwida interim tagħha (Gwida Inizjali għan-Negozju, Settembru 2020). Tista’ tirreferi wkoll għal kwalunkwe gwida oħra b’metodoloġija rikonoxxuta xjentifikament li tippermetti l-istabbiliment ta’ miri bbażati fuq ix-xjenza billi jiġu identifikati limiti ekoloġiċi u, jekk applikabbli, allokazzjonijiet speċifiċi għall-organizzazzjoni. Il-limiti ekoloġiċi jistgħu jkunu lokali, nazzjonali u/jew globali.

AR 23.

L-impriża tista’ tipprovdi miri relatati ma’:

(a)

it-tnaqqis tal-estrazzjoni tal-ilma; u

(b)

it-tnaqqis tal-iskariki tal-ilma.

AR 24.

Jekk l-impriża tipprovdi miri dwar l-estrazzjoni, tista’ tinkludi l-estrazzjoni tal-ilma minn ħamrija u akwiferi mniġġsa, u ilma rtirat u ttrattat għal skopijiet ta’ rimedju.

AR 25.

Jekk l-impriża tipprovdi miri dwar l-iskariki, din tista’ tinkludi l-iskariki tal-ilma fl-ilma ta’ taħt l-art bħall-injezzjoni mill-ġdid fl-akwiferi, jew l-ilma li jirritorna għal sors tal-ilma ta’ taħt l-art permezz ta’ soakaway jew swale.

AR 26.

Il-miri jistgħu jkopru l-operazzjonijiet tagħha stess u/jew il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha.

AR 27.

L-impriża tista’ tispeċifika jekk il-mira tindirizzax nuqqasijiet relatati mal-kriterji ta’ Kontribuzzjoni Sostanzjali għar-Riżorsi tal-Ilma u tal-Baħar kif definit fl-atti delegati tal-Kummissjoni adottati skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2020/852. Meta l-kriterji “Tagħmel l-Ebda Ħsara Sinifikanti” (DNSH) għar-Riżorsi tal-Ilma u tal-Baħar kif definiti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 ma jiġux issodisfati, l-impriża tista’ tispeċifika jekk il-mira tindirizzax nuqqasijiet relatati ma’ dawk il-kriterji tad-DNSH.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–4 — Konsum tal-ilma

AR 28.

L-impriża tista’ topera f’diversi żoni f’riskju tal-ilma. Meta tiddivulga informazzjoni skont il-paragrafu 28 (b), l-impriża għandha tinkludi din l-informazzjoni biss għal dawk iż-żoni li ġew identifikati bħala materjali f’konformità mal-ESRS2 IRO-1 u l-ESRS2 SBM-3.

AR 29.

Meta tiddivulga informazzjoni kuntestwali dwar il-prestazzjoni tal-konsum tal-ilma meħtieġa mill-paragrafu 26, l-impriża għandha tispjega l-metodoloġiji tal-kalkolu u b’mod aktar speċifiku s-sehem tal-miżura miksub mill-kejl dirett, mill-kampjunar u l-estrapolazzjoni, jew mill-aħjar stimi.

AR 30.

L-impriża tista’ tipprovdi informazzjoni dwar analiżijiet oħrajn (jiġifieri, għal kull settur jew segment).

AR 31.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 29, l-impriża tista’ tipprovdi proporzjonijiet ta’ intensità addizzjonali bbażati fuq denominaturi oħra.

AR 32.

L-impriża tista’ tipprovdi wkoll informazzjoni dwar l-estrazzjoni tal-ilma u l-iskariki tal-ilma tagħha.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E3–5 — Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji u opportunitajiet materjali relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar

AR 33.

L-impriża tista’ tinkludi valutazzjoni tal-prodotti u s-servizzi relatati tagħha f’riskju fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil, li tispjega kif dawn jiġu definiti, kif jiġu stmati l-ammonti finanzjarji, u liema suppożizzjonijiet kritiċi jkunu saru.

AR 34.

Il-kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati f’termini monetarji skont il-paragrafu 39(a) tista’ tkun ammont wieħed jew firxa waħda.

ESRS E4

IL-BIJODIVERSITÀ U L-EKOSISTEMI

WERREJ

Objettiv

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–1 — Pjan ta’ tranżizzjoni u kunsiderazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi fl-istrateġija u l-mudell tan-negozju

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistema

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-2 – Politiki relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-3 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-4 – Miri relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–5 — Metriċi tal-impatt relatati mal-bidla fil-bijodiversità u l-ekosistemi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–6 — Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji u opportunitajiet relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–1 — Pjan ta’ tranżizzjoni u kunsiderazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi fl-istrateġija u l-mudell tan-negozju

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistema

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-2 – Politiki relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-3 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-4 – Miri relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–5 — Metriċi tal-impatt relatati mal-bidla fil-bijodiversità u l-ekosistemi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–6 — Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji u opportunitajiet relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

Objettiv

1.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jiġu speċifikati r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li jippermettu lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà jifhmu:

(a)

kif l-impriża taffettwa l-bijodiversità u l-ekosistemi, f’termini ta’ impatti materjali pożittivi u negattivi, reali u potenzjali, inkluż il-punt sa fejn tikkontribwixxi għall-ixprunaturi tal-bijodiversità u t-telf u d-degradazzjoni tal-ekosistemi;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet, għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-impatti materjali negattivi reali jew potenzjali u għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi, u biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet; u

(c)

il-pjanijiet u l-kapaċità tal-impriża li tadatta l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha f’konformità ma’:

i.

ir-rispett tal-limiti planetarji relatati mal-integrità tal-bijosfera u t-tibdil fis-sistema tal-art;

ii.

il-viżjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità Kunming-Montreal u l-għanijiet u l-miri rilevanti tiegħu;

iii.

aspetti rilevanti tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (77);

iv.

Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (id-Direttivi tal-UE dwar l-Għasafar u l-Ħabitats) (78); u

v.

Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina (79);

(d)

in-natura, it-tip u l-firxa tar-riskji materjali, id-dipendenzi u l-opportunitajiet tal-impriża relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi, u kif l-impriża timmaniġġjahom; u

(e)

l-effetti finanzjarji fuq l-impriża fuq terminu qasir, medju u twil ta’ riskji u opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi tal-impriża fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi.

2.

Dan l-Istandard jistabbilixxi r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni relatati mar-relazzjoni tal-impriża mal-ħabitats terrestri, tal-ilma ħelu u tal-baħar, mal-ekosistemi u mal-popolazzjonijiet ta’ speċijiet ta’ fawna u flora relatati, inkluża d-diversità fi ħdan l-ispeċijiet, bejn l-ispeċijiet u tal-ekosistemi u l-interrelazzjoni tagħhom mal-popli indiġeni u ma’ komunitajiet affettwati oħra.

3.

It-termini “bijodiversità” u “diversità bijoloġika” jirreferu għall-varjabbiltà fost l-organiżmi ħajjin mis-sorsi kollha inklużi, fost l-oħrajn, ekosistemi terrestri, tal-ilma ħelu, tal-baħar u ekosistemi akkwatiċi oħrajn u l-kumplessi ekoloġiċi li huma jagħmlu parti minnhom.

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

4.

Il-bijodiversità u l-ekosistemi” huma marbuta mill-qrib ma’ kwistjonijiet ambjentali oħra. L-ixprunaturi diretti ewlenin tat-tibdil fil-bijodiversità u fl-ekosistemi huma t-tibdil fil-klima, it-tniġġis, it-tibdil fl-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-ilma ħelu u t-tibdil fl-użu tal-baħar, l-isfruttament dirett tal-organiżmi u l-ispeċijiet aljeni invażivi. Dawn l-ixprunaturi huma koperti f’dan l-istandard, ħlief għat-tibdil fil-klima (kopert mill-ESRS E1) u t-tniġġis (kopert mill-ESRS E2).

5.

Biex jinkiseb fehim komprensiv tal-impatti materjali u d-dipendenzi fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi, ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni ta’ ESRS ambjentali oħrajn għandu jinqara u jiġi interpretat flimkien mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ divulgazzjoni ta’ dan l-Istandard. Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni rilevanti koperti f’ESRS ambjentali oħrajn huma:

(a)

ESRS E1 Tibdil fil-klima, li jindirizza b’mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-riżorsi tal-enerġija (il-konsum tal-enerġija);

(b)

It-tniġġis tal-ESRs E2, li jindirizza t-tniġġis fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija;

(c)

ESRS E3 Ir-riżorsi tal-ilma u tal-baħar li jindirizza b’mod partikolari r-riżorsi tal-ilma (il-konsum tal-ilma) u r-riżorsi tal-baħar;

(d)

ESRS E5 L-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari jindirizza b’mod partikolari t-tranżizzjoni lil hinn mill-estrazzjoni ta’ riżorsi mhux rinnovabbli u l-implimentazzjoni ta’ prattiki li jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart, inkluż it-tniġġis iġġenerat mill-iskart.

6.

L-impatti tal-impriża fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi jaffettwaw lin-nies u lill-komunitajiet. Meta tirrapporta dwar l-impatti negattivi materjali fuq il-komunitajiet affettwati mill-bijodiversità u l-bidla fl-ekosistema skont l-ESRS E4, l-impriża għandha tikkunsidra r-rekwiżiti tal-ESRS S3 Komunitajiet affettwati.

7.

Dan l-Istandard jenħtieġ li jinqara flimkien mal-ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali u ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

8.

Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima għandhom jinqraw flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 Kapitolu 2 Governanza, Kapitolu 3 Strateġija u Kapitolu 4 Impatt, ġestjoni tar-riskju u tal-opportunità.

9.

Id-divulgazzjonijiet li jirriżultaw għandhom jiġu ppreżentati flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2, ħlief għall-ESRS 2 SBM-3, li għalih l-impriża għandha l-għażla li tippreżenta d-divulgazzjonijiet flimkien mad-divulgazzjonijiet topiċi.

10.

Minbarra r-rekwiżiti fl-ESRS 2, dan l-Istandard jinkludi wkoll ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni speċifiku għas-suġġett E4–1 Pjan ta’ tranżizzjoni u kunsiderazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi fl-istrateġija u l-mudell tan-negozju.

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–1 — Pjan ta’ tranżizzjoni u kunsiderazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi fl-istrateġija u l-mudell tan-negozju

11.

L-impriża għandha tiżvela kif l-impatti, id-dipendenzi, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha tal-bijodiversità u l-ekosistemi joriġinaw mill-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha u jiskattaw l-adattament tagħhom.

12.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tar-reżiljenza tal-istrateġija u tal-mudell tan-negozju tal-impriża fir-rigward tal-bijodiversità u l-ekosistemi, u tal-kompatibbiltà tal-istrateġija u tal-mudell tan-negozju tal-impriża fir-rigward tal-miri rilevanti tal-politika pubblika lokali, nazzjonali u globali relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi.

13.

L-impriża għandha tiddeskrivi r-reżiljenza tal-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha fir-rigward tal-bijodiversità u l-ekosistemi. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi:

(a)

valutazzjoni tar-reżiljenza tal-mudell u l-istrateġija tan-negozju attwali għar-riskji fiżiċi, ta’ tranżizzjoni u sistemiċi relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi;

(b)

l-ambitu tal-analiżi tar-reżiljenza fir-rigward tal-operazzjonijiet proprji tal-impriża u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha u fir-rigward tar-riskji kkunsidrati f’dik l-analiżi;

(c)

is-suppożizzjonijiet ewlenin magħmulin;

(d)

l-orizzonti ta’ żmien użati;

(e)

ir-riżultati tal-analiżi tar-reżiljenza; u

(f)

l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi, meta jkun xieraq, id-detenturi ta’ għarfien indiġenu u lokali.

14.

Jekk l-informazzjoni speċifikata f’dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni tiġi ddivulgata mill-impriża bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa skont l-ESRS 2 SBM-3, l-impriża tista’ tirreferi għall-informazzjoni li tkun iddivulgat skont l-ESRS 2 SBM-3.

15.

L-impriża tista’ tiżvela l-pjan ta’ tranżizzjoni tagħha biex ittejjeb u, fl-aħħar mill-aħħar, tikseb allinjament tal-mudell u l-istrateġija tan-negozju tagħha mal-viżjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità Kunming-Montreal u l-għanijiet u l-miri rilevanti tiegħu, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, u bir-rispett tal-limiti planetarji relatati mal-integrità tal-bijosfera u t-tibdil fis-sistema tal-art.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni SBM 3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell ta’ negozju

16.

L-impriża għandha tiddivulga:

(a)

lista ta’ siti materjali fl-operazzjonijiet tagħha stess, inklużi siti taħt il-kontroll operattiv tagħha, ibbażata fuq ir-riżultati tal-paragrafu 17(a). L-impriża għandha tiddivulga dawn il-postijiet billi:

i.

l-ispeċifikazzjoni tal-attivitajiet li jaffettwaw b’mod negattiv iż-żoni sensittivi għall-bijodiversità (80);

ii.

tipprovdi tqassim tas-siti skont l-impatti u d-dipendenzi identifikati, u skont l-istatus ekoloġiku taż-żoni (b’referenza għal-livell bażi speċifiku tal-ekosistema) fejn jinsabu; u

iii.

tispeċifika ż-żoni sensittivi mil-lat tal-bijodiversità milquta, biex l-utenti jkunu jistgħu jiddeterminaw il-post u l-awtorità kompetenti responsabbli fir-rigward tal-attivitajiet speċifikati fil-paragrafu 16(a)i.

(b)

jekk identifikatx impatti negattivi materjali fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art, id-deżertifikazzjoni jew l-issiġillar tal-ħamrija (81); u

(c)

jekk għandhiex operazzjonijiet li jaffettwaw speċijiet mhedda (82).

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji, id-dipendenzi u l-opportunitajiet materjali relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistema

17.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-proċess tagħha biex tidentifika l-impatti materjali, ir-riskji, id-dipendenzi u l-opportunitajiet. Id-deskrizzjoni tal-proċess għandha tinkludi jekk u kif l-impriża:

(a)

identifikat u vvalutat l-impatti reali u potenzjali fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi fil-postijiet tas-sit proprju u fil-katina tal-valur upstream u downstream, inklużi l-kriterji ta’ valutazzjoni applikati;

(b)

identifikat u vvalutat id-dipendenzi fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi u s-servizzi tagħhom fil-postijiet tas-siti proprji u fil-katina tal-valur upstream u downstream, inklużi l-kriterji ta’ valutazzjoni applikati, u, jekk din il-valutazzjoni tinkludi servizzi tal-ekosistema li huma mfixkla jew li x’aktarx ikunu;

(c)

identifikat u vvalutat riskji u opportunitajiet ta’ tranżizzjoni u fiżiċi relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi kriterji ta’ valutazzjoni applikati abbażi tal-impatti u d-dipendenzi tagħha;

(d)

ikkunsidrat riskji sistemiċi;

(e)

wettqet konsultazzjonijiet mal-komunitajiet affettwati dwar il-valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà ta’ riżorsi bijoloġiċi u ekosistemi kondiviżi u, b’mod partikolari:

i.

meta sit, il-produzzjoni jew l-akkwist ta’ materja prima x’aktarx li jkollu impatt negattiv fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi, l-identifikazzjoni tas-siti speċifiċi, il-produzzjoni jew l-akkwist tal-materja prima b’impatti negattivi jew potenzjalment negattivi fuq il-komunitajiet affettwati;

ii.

meta l-komunitajiet affettwati x’aktarx li jiġu affettwati, l-impriża għandha tiżvela kif dawn il-komunitajiet kienu involuti fil-valutazzjoni tal-materjalità; u

iii.

fir-rigward tal-impatti fuq is-servizzi tal-ekosistema ta’ rilevanza għall-komunitajiet affettwati fl-operazzjonijiet proprji, l-impriża għandha tindika kif jistgħu jiġu evitati l-impatti negattivi. Jekk dawn l-impatti ma jkunux jistgħu jiġu evitati, l-impriża tista’ tindika l-pjanijiet tagħha sabiex timminimizzahom u timplimenta miżuri ta’ mitigazzjoni li jkollhom l-għan li jżommu l-valur u l-funzjonalità tas-servizzi ta’ prijorità.

18.

L-impriża tista’ tiżvela jekk u kif użat l-analiżi tax-xenarji tal-bijodiversità u tal-ekosistemi biex tinforma l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u l-opportunitajiet materjali fuq perjodi ta’ żmien qosra, medji u fit-tul. Jekk l-impriża tkun użat tali analiżi tax-xenarji, hija tista’ tiddivulga l-informazzjoni li ġejja:

(a)

għaliex intgħażlu x-xenarji kkunsidrati;

(b)

kif ix-xenarji kkunsidrati jiġu aġġornati skont il-kundizzjonijiet li qed jevolvu u x-xejriet emerġenti; u

(c)

jekk ix-xenarji humiex infurmati minn aspettattivi ppubblikati minn korpi intergovernattivi awtorevoli, bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u, fejn rilevanti, b’kunsens xjentifiku, bħal dak espress mill-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES).

19.

L-impriża għandha tiddivulga speċifikament:

(a)

jekk għandhiex siti li jinsabu f’żoni sensittivi mil-lat tal-bijodiversità jew qribhom u jekk l-attivitajiet relatati ma’ dawn is-siti jaffettwawx b’mod negattiv dawn iż-żoni billi jwasslu għad-deterjorament tal-ħabitats naturali u tal-ħabitats tal-ispeċijiet u għat-tfixkil tal-ispeċijiet li għalihom tkun ġiet iddeżinjata żona protetta; u

(b)

jekk ġiex konkluż li huwa meħtieġ li jiġu implimentati miżuri ta’ mitigazzjoni tal-bijodiversità, bħal dawk identifikati fi: Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi; Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa; valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) kif definita fl-Artikolu 1(2), il-punt (g), tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (83) dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent; u għal attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali jew standards internazzjonali ekwivalenti, bħall-Istandard ta’ Prestazzjoni 6 tal-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC): Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-2 – Politiki relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

20.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-politiki adottati tagħha biex timmaniġġja l-impatti, ir-riskji, id-dipendenzi, u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi.

21.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża għandha politiki li jindirizzaw l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u/jew ir-rimedju tal-impatti, id-dipendenzi, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistema tagħha.

22.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 20 għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar il-politiki li l-impriża jkollha fis-seħħ biex timmaniġġja l-impatti, ir-riskji, id-dipendenzi u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi f’konformità mal-ESRS 2 MDR-P Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà).

23.

Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-ESRS 2 MDR-P, l-impriża għandha tiddeskrivi jekk u kif il-politiki tagħha relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi:

(a)

huma relatati mal-kwistjonijiet speċifikati fl-ESRS E4 AR 4;

(b)

ikunu relatati mal-impatti materjali relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistema tagħha;

(c)

ikunu jirrelataw ma’ dipendenzi materjali u riskji u opportunitajiet fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali;

(d)

ikunu jappoġġaw it-traċċabbiltà ta’ prodotti, komponenti u materja prima b’impatti reali jew potenzjali materjali fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi tul il-katina tal-valur;

(e)

ikunu jindirizzaw il-produzzjoni, l-akkwist jew il-konsum minn ekosistemi li huma ġestiti biex iżommu jew itejbu l-kundizzjonijiet għall-bijodiversità, kif muri mill-monitoraġġ u r-rappurtar regolari tal-istatus u l-kisbiet jew it-telf tal-bijodiversità; u

(f)

ikunu jindirizzaw il-konsegwenzi soċjali tal-bijodiversità u l-impatti relatati mal-ekosistemi.

24.

L-impriża għandha tiżvela speċifikament jekk tkunx adottat:

(a)

il-politika dwar il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ekosistemi li tkopri siti operazzjonali li huma proprjetà tagħha jew mikrija jew ġestiti minnha f’żona sensittiva għall-bijodiversità jew qribha;

(b)

prattiki jew politiki sostenibbli dwar l-art/l-agrikoltura (84);

(c)

prattiki jew politiki dwar oċeani / ibħra sostenibbli (85); u

(d)

politiki biex tiġi indirizzata d-deforestazzjoni (86).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-3 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

25.

L-impriża għandha tiddivulga l-azzjonijiet tagħha relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi u r-riżorsi allokati għall-implimentazzjoni tagħhom.

26.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-azzjonijiet ewlenin meħuda u ppjanati li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-kisba tal-objettivi u l-miri ta’ politika relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi.

27.

Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet u r-riżorsi ewlenin għandha ssegwi l-kontenut obbligatorju definit fl-ESRS 2 MDR-A Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

28.

Barra minn hekk, l-impriża:

(a)

tista’ tiddivulga kif applikat il-ġerarkija tal-mitigazzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet tagħha (evitar, minimizzazzjoni, restawr/riabilitazzjoni, u kumpens jew kumpensi);

(b)

għandha tiżvela jekk użatx tpaċija għall-bijodiversità fil-pjanijiet ta’ azzjoni tagħha. Jekk l-azzjonijiet ikun fihom tpaċija għall-bijodiversità, l-impriża għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

i.

l-għan tat-tpaċija u tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni użati;

ii.

l-effetti ta’ finanzjament (spejjeż diretti u indiretti) ta’ tpaċija għall-bijodiversità f’termini monetarji; u;

iii.

deskrizzjoni ta’ kumpensi li jinkludu ż-żona, it-tip, il-kriterji ta’ kwalità applikati u l-istandards li magħhom huma konformi t-tpaċijiet għall-bijodiversità;

(c)

għandha tiddeskrivi jekk u kif tinkorpora l-għarfien lokali u indiġenu u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura f’azzjonijiet relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-4 – Miri relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

29.

L-impriża għandha tiżvela l-miri relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistema li tkun stabbiliet.

30.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-miri li l-impriża adottat biex tappoġġa l-politiki tagħha dwar il-bijodiversità u l-ekosistemi u tindirizza l-impatti, id-dipendenzi, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati tagħha.

31.

Id-deskrizzjoni tal-miri għandha ssegwi l-kontenut obbligatorju definit fl-ESRS 2 MDR-T Effettività tat-traċċar tal-politiki u l-azzjonijiet permezz tal-miri.

32.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 29 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

jekk il-limiti ekoloġiċi u l-allokazzjonijiet tal-impatti għall-impriża ġewx applikati meta ġew stabbiliti l-miri. Jekk iva, l-impriża għandha tispeċifika:

i.

il-limiti ekoloġiċi identifikati u l-metodoloġija użata biex jiġu identifikati dawn il-limiti;

ii.

jekk il-limiti humiex speċifiċi għall-entità jew le u jekk iva, kif ġew determinati; u

iii.

kif ir-responsabbiltà għar-rispett tal-limiti ekoloġiċi identifikati tiġi allokata fl-impriża;

(b)

jekk il-miri humiex infurmati minn, u/jew allinjati mal-Qafas Globali tal-Bijodiversità Kunming-Montreal, aspetti rilevanti tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u politiki u leġiżlazzjoni nazzjonali oħra relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi;

(c)

kif il-miri huma relatati mal-impatti, id-dipendenzi, ir-riskji u l-opportunitajiet tal-bijodiversità u tal-ekosistema identifikati mill-impriża fir-rigward tal-operazzjonijiet proprji u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha;

(d)

l-ambitu ġeografiku tal-miri, jekk rilevanti;

(e)

jekk l-impriża użatx jew le t-tpaċijiet għall-bijodiversità fl-iffissar tal-miri tagħha; u

(f)

għal liema mil-livelli tal-ġerarkija tal-mitigazzjoni tista’ tiġi allokata l-mira (jiġifieri, evitar, minimizzazzjoni, restawr u riabilitazzjoni, kumpens jew tpaċijiet).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–5 — Metriċi tal-impatt relatati mal-bidla fil-bijodiversità u l-ekosistemi

33.

L-impriża għandha tirrapporta l-metrika relatata mal-impatti materjali tagħha fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi.

34.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-prestazzjoni tal-impriża kontra l-impatti identifikati bħala materjali fil-valutazzjoni tal-materjalità dwar il-bijodiversità u t-tibdil tal-ekosistemi.

35.

Jekk l-impriża identifikat siti li jinsabu f’żoni sensittivi mil-lat tal-bijodiversità jew qribhom li qed taffettwa b’mod negattiv (ara l-paragrafu19(a)), l-impriża għandha tiżvela l-għadd u l-erja (f’ettari) ta’ siti li huma proprjetà tagħha jew mikrija jew ġestiti minnha f’dawn iż-żoni protetti jew żoni ewlenin ta’ bijodiversità jew qribhom.

36.

Jekk l-impriża tkun identifikat impatti materjali fir-rigward tat-tibdil fl-użu tal-art, jew impatti fuq il-firxa u l-kundizzjoni tal-ekosistemi, hija tista’ tiżvela wkoll l-użu tal-art tagħhom abbażi ta’ Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja.

37.

Għall-punti tad-data speċifikati fil-paragrafi 38 sa 41, l-impriża għandha tikkunsidra l-operazzjonijiet tagħha stess.

38.

Jekk l-impriża tkun ikkonkludiet li hija tikkontribwixxi direttament għall-fatturi ewlenin tal-impatt tat-tibdil fl-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-ilma ħelu u/jew it-tibdil fl-użu tal-baħar, hija għandha tirrapporta l-metrika rilevanti. L-impriża tista’ tiddivulga l-metrika li tkejjel:

(a)

il-konverżjoni maż-żmien (eż. sena 1 jew 5 snin) tal-kopertura tal-art (eż. deforestazzjoni jew estrazzjoni);

(b)

bidliet maż-żmien (eż. sena 1 jew 5 snin) fil-ġestjoni tal-ekosistema (eż. permezz tal-intensifikazzjoni tal-ġestjoni agrikola, jew l-applikazzjoni ta’ prattiki ta’ ġestjoni aħjar jew ħsad tal-forestrija);

(c)

bidliet fil-konfigurazzjoni spazjali tal-pajsaġġ (eż. frammentazzjoni tal-ħabitats, bidliet fil-konnettività tal-ekosistema);

(d)

bidliet fil-konnettività strutturali tal-ekosistema (eż. il-permeabbiltà tal-ħabitats abbażi tal-karatteristiċi fiżiċi u l-arranġamenti tal-irqajja’ tal-ħabitats); u

(e)

il-konnettività funzjonali (eż. kemm il-ġeni jew l-individwi jiċċaqalqu mill-art, l-ilma ħelu u l-pajsaġġ tal-baħar).

39.

Jekk l-impriża tikkonkludi li tikkontribwixxi direttament għall-introduzzjoni aċċidentali jew volontarja ta’ speċijiet aljeni invażivi, l-impriża tista’ tiddivulga l-metriċi li tuża għall-ġestjoni tal-mogħdijiet tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi u r-riskji maħluqa mill-ispeċijiet aljeni invażivi.

40.

Jekk l-impriża identifikat impatti materjali relatati mal-istat tal-ispeċijiet, l-impriża tista’ tirrapporta metrika li tqis rilevanti. L-impriża tista’:

(a)

tirreferi għar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni rilevanti fl-ESRS E1, ESRS E2, ESRS E3, u ESRS E5;

(b)

tikkunsidra d-daqs tal-popolazzjoni, il-firxa f’ekosistemi speċifiċi kif ukoll ir-riskju ta’ estinzjoni. Dawn l-aspetti jipprovdu għarfien dwar is-saħħa tal-popolazzjoni ta’ speċi waħda u r-reżiljenza relattiva tagħha għat-tibdil ikkawżat mill-bniedem u li jseħħ b’mod naturali;

(c)

tiddivulga metriċi li jkejlu l-bidliet fl-għadd ta’ individwi ta’ speċi f’żona speċifika;

(d)

tiddivulga metriċi dwar l-ispeċijiet f’riskju ta’ estinzjoni (87) li jkejlu:

i.

l-istatus ta’ theddida tal-ispeċijiet u kif l-attivitajiet/il-pressjonijiet jistgħu jaffettwaw l-istatus tat-theddida; jew

ii.

bidliet fil-ħabitat rilevanti għal speċi mhedda bħala indikatur tal-impatt tal-impriża fuq ir-riskju tal-estinzjoni tal-popolazzjoni lokali.

41.

Jekk l-impriża identifikat impatti materjali relatati mal-ekosistemi, din tista’ tiżvela:

(a)

fir-rigward tal-firxa tal-ekosistemi, metriċi li jkejlu l-kopertura tal-erja ta’ ekosistema partikolari mingħajr ma neċessarjament jikkunsidraw il-kwalità taż-żona li tkun qed tiġi vvalutata, bħall-kopertura tal-ħabitat. Pereżempju, il-kopertura tal-foresti hija kejl tal-firxa ta’ tip ta’ ekosistema partikolari, mingħajr ma titqies il-kundizzjoni tal-ekosistema (eż., tipprovdi l-erja mingħajr ma tiddeskrivi d-diversità tal-ispeċijiet fil-foresta).

(b)

fir-rigward tal-kundizzjoni tal-ekosistemi:

i.

metriċi li jkejlu l-kwalità tal-ekosistemi meta mqabbla ma’ stat ta’ referenza predeterminat;

ii.

metriċi li jkejlu speċijiet multipli fi ħdan ekosistema aktar milli l-għadd ta’ individwi fi ħdan speċi waħda fi ħdan ekosistema (pereżempju: indikaturi tar-rikkezza u tal-abbundanza tal-ispeċijiet stabbiliti xjentifikament li jkejlu l-iżvilupp tal-kompożizzjoni tal-ispeċijiet (nattivi) fi ħdan ekosistema kontra l-istat ta’ referenza fil-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rapportar kif ukoll l-istat fil-mira deskritt fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, jew aggregazzjoni tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet jekk rilevanti); jew

iii.

metriċi li jirriflettu l-komponenti strutturali tal-kundizzjoni bħall-konnettività tal-ħabitat (jiġifieri, kif il-ħabitats huma marbuta ma’ xulxin).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–6 — Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji u opportunitajiet relatati mal-bijodiversità materjali u mal-ekosistemi

42.

L-impriża għandha tiżvela l-effetti finanzjarji antiċipati tagħha tar-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistema.

43.

L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 42 hija flimkien mal-informazzjoni dwar l-effetti finanzjarji attwali fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-entità għall-perjodu ta’ rapportar meħtieġ skont l-ESRS 2 SBM-3, il-paragrafu 48(d).

44.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim ta’ dawn:

(a)

l-effetti finanzjarji antiċipati minħabba riskji materjali li jirriżultaw minn impatti u dipendenzi relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi u kif dawn ir-riskji għandhom (jew jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jkollhom) influwenza materjali fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-impriża fuq terminu qasir, medju u twil; u

(b)

effetti finanzjarji antiċipati minħabba opportunitajiet materjali relatati mal-bijodiversità u l-ekosistema.

45.

Id-divulgazzjoni għandha tinkludi:

(a)

kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati f’termini monetarji qabel ma jitqiesu l-azzjonijiet relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi jew fejn mhux possibbli mingħajr kost jew sforz żejjed, informazzjoni kwalitattiva. Għall-effetti finanzjarji li jirriżultaw minn opportunitajiet materjali, ma tkunx meħtieġa kwantifikazzjoni jekk tirriżulta f’divulgazzjoni li ma tissodisfax il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara l-ESRS 1 Appendiċi BKaratteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni). Il-kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati f’termini monetarji tista’ tkun ammont wieħed jew firxa waħda;

(b)

deskrizzjoni tal-effetti kkunsidrati, l-impatti u d-dipendenzi li huma relatati magħhom u l-orizzonti ta’ żmien li fihom x’aktarx jimmaterjalizzaw; u

(c)

is-suppożizzjonijiet kritiċi użati biex jikkwantifikaw l-effetti finanzjarji antiċipati, kif ukoll is-sorsi u l-livell ta’ inċertezza ta’ dawk is-suppożizzjonijiet.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS E4. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-istandard.

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–1 — Pjan ta’ tranżizzjoni u kunsiderazzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi fl-istrateġija u l-mudell tan-negozju

AR 1.

Jekk tiddivulga pjan ta’ tranżizzjoni, l-impriża tista’:

(a)

tispjega kif se taġġusta l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha biex ittejjeb u, fl-aħħar mill-aħħar, tikseb l-allinjament mal-għanijiet u l-miri rilevanti tal-politika pubblika lokali, nazzjonali u globali relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi inkluż il-viżjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità Kunming-Montreal u l-għanijiet u l-miri rilevanti tiegħu, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, u d-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (id-Direttivi tal-UE dwar l-Għasafar u l-Ħabitats) u, kif xieraq, il-limiti planetarji relatati mal-integrità tal-bijosfera u t-tibdil fis-sistema tal-art;

(b)

tinkludi informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tagħha stess u tispjega wkoll kif qed tirrispondi għall-impatti materjali fil-katina tal-valur upstream u downstream relatata tagħha identifikati fil-valutazzjoni tal-materjalità tagħha f’konformità mal-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi biex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali;

(c)

tispjega kif l-istrateġija tagħha tinteraġixxi mal-pjan ta’ tranżizzjoni tagħha;

(d)

tispjega kif tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-fatturi ewlenin tal-impatt tal-bijodiversità u tal-ekosistema u l-azzjonijiet possibbli tagħha ta’ mitigazzjoni skont il-ġerarkija tal-mitigazzjoni u d-dipendenzi ewlenin u l-assi u r-riżorsi marbuta (eż. pjanti, materja prima) li huma assoċjati mal-bidla fil-bijodiversità u l-ekosistemi;

(e)

tispjega u tikkwantifika l-investimenti u l-finanzjament tagħha li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tranżizzjoni tagħha, b’referenza għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-CapEx allinjata mat-tassonomija, u fejn rilevanti l-pjanijiet CapEx, li l-impriża tiddivulga f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178;

(f)

jekk ikollha attivitajiet ekonomiċi li jkunu koperti minn regolamenti delegati dwar il-bijodiversità skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija, tispjega kwalunkwe objettiv jew pjan (CapEx, pjanijiet ta’ CapEx) li jkollha biex tallinja l-attivitajiet ekonomiċi tagħha (dħul, CapEx) mal-kriterji stabbiliti f’dawk ir-regolamenti delegati;

(g)

tispjega kif it-tpaċijiet għall-bijodiversità jintużaw bħala parti mill-pjan ta’ tranżizzjoni, u jekk iva, fejn huwa ppjanat li jintużaw il-kumpensi, il-firxa tal-użu fir-rigward tal-pjan ta’ tranżizzjoni ġenerali, u jekk ġietx ikkunsidrata l-ġerarkija tal-mitigazzjoni;

(h)

tispjega kif jiġi ġestit il-proċess ta’ implimentazzjoni u aġġornament tal-pjan ta’ tranżizzjoni;

(i)

tispjega kif tkejjel il-progress, jiġifieri tindika l-metrika u l-metodoloġiji li tuża għal dak l-għan;

(j)

tindika jekk il-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jkunux approvaw il-pjan ta’ tranżizzjoni; u

(k)

tindika l-isfidi u l-limitazzjonijiet attwali għall-abbozzar ta’ pjan fir-rigward ta’ oqsma ta’ impatt sinifikanti u kif il-kumpanija qed tindirizza dawk l-isfidi.

AR 2.

Jekk tiddivulga pjan ta’ tranżizzjoni, l-impriża tista’, pereżempju, tirreferi għall-miri li ġejjin mill-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030:

(a)

It-tnaqqis tad-dakkara jitreġġa’ lura.

(b)

Ir-riskju u l-użu ta’ pestiċidi kimiċi jitnaqqsu b’50 %, u l-użu ta’ pestiċidi aktar perikolużi jitnaqqas b’50 %.

(c)

Tal-anqas 25 % tar-raba’ għandu ġestjoni tal-biedja organika, u l-adozzjoni ta’ prattiki agroekoloġiċi tiżdied b’mod sinifikanti.

(d)

Fl-UE jitħawlu tliet biljun siġra addizzjonali, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi.

(e)

Progress sinifikanti fir-rimedju ta’ siti ta’ ħamrija kkontaminati.

(f)

Isir restawr ta’ mill-inqas 25 000 km ta’ xmajjar ġierja.

(g)

It-telf tan-nutrijenti mill-fertilizzanti jitnaqqas b’50 %, u dan iwassal sabiex jonqos l-użu tal-fertilizzanti b’tal-anqas 20 %.

(h)

L-impatti negattivi ta’ attivitajiet tas-sajd u tal-estrazzjoni fuq l-ispeċijiet u fuq il-ħabitats sensittivi, inkluż f’qiegħ il-baħar, jitnaqqsu sostanzjalment sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb.

AR 3.

Jekk tiddivulga pjan ta’ tranżizzjoni, l-impriża tista’ tirreferi wkoll għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari:

(a)

SDG 2 — Jintemm il-ġuħ, tinkiseb is-sigurtà tal-ikel u nutrizzjoni mtejba u tiġi promossa l-agrikoltura sostenibbli;

(b)

SDG 6 — Jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u s-sanità għal kulħadd;

(c)

SDG 14 — Jiġu kkonservati u użati b’mod sostenibbli l-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli; u

(d)

SDG 15 — Il-protezzjoni, ir-restawr u l-promozzjoni tal-użu sostenibbli tal-ekosistemi terrestri, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, u l-waqfien u t-treġġigħ lura tad-degradazzjoni tal-art u t-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistema

AR 4.

Il-valutazzjoni tal-materjalità skont l-ESRS E4 tinkludi:

(a)

kontribuzzjoni għall-fatturi ewlenin tal-impatt dirett fuq it-telf tal-bijodiversità (88):

i.

it-tibdil fil-klima;

ii.

it-tibdil fl-użu tal-art (eż., l-artifiċjalizzazzjoni tal-art), it-tibdil fl-użu tal-ilma ħelu u t-tibdil fl-użu tal-baħar;

iii.

l-isfruttament dirett;

iv.

speċijiet aljeni invażivi ;

v.

tniġġis; u

vi.

oħrajn.

(b)

l-impatti fuq l-istat tal-ispeċijiet (jiġifieri, id-daqs tal-popolazzjoni tal-ispeċijiet, ir-riskju tal-estinzjoni globali tal-ispeċijiet);

(c)

l-impatti fuq il-firxa u l-kundizzjoni tal-ekosistemi inkluż permezz tad-degradazzjoni tal-art, id-deżertifikazzjoni u l-issiġillar tal-ħamrija); u

(d)

Impatti u dipendenzi fuq servizzi tal-ekosistema.

AR 5.

Meta tivvaluta l-materjalità tal-impatti, id-dipendenzi, ir-riskji u l-opportunitajiet, l-impriża għandha tikkunsidra d-dispożizzjonijiet fl-ESRS 2 IRO-1 u l-Kapitolu 3 tal-ESRS 1 Materjalità doppja bħala l-bażi għad-divulgazzjonijiet tas-sostenibbiltà u tiddeskrivi l-kunsiderazzjonijiet tagħha.

AR 6.

L-impriża għandha tivvaluta l-materjalità tal-bijodiversità u l-ekosistemi fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, u tista’ twettaq il-valutazzjoni tal-materjalità tagħha f’konformità mal-ewwel tliet fażijiet tal-approċċ LEAP: Lokalizzazzjoni (il-paragrafu AR 7), Evalwazzjoni (il-paragrafu AR 8) u Valutazzjoni (il-paragrafu AR 9).

AR 7.

Il-fażi 1 hija relatata mal-lokalizzazzjoni tas-siti rilevanti fir-rigward tar-rabta tagħha mal-bijodiversità u l-ekosistemi. Sabiex tidentifika dawn is-siti rilevanti, l-impriża tista’:

(a)

tiżviluppa lista ta’ postijiet ta’ assi u operazzjonijiet diretti u l-katina tal-valur upstream u downstream relatati li huma rilevanti għall-attivitajiet kummerċjali tal-impriża. Barra minn hekk, l-impriża tista’ tipprovdi informazzjoni dwar siti li għalihom ikunu tħabbru formalment operazzjonijiet futuri;

(b)

telenka l-bijomi u l-ekosistemi li qed tinterfaċċa magħhom abbażi tal-lista ta’ postijiet identifikati skont il-paragrafu AR 7(a);

(c)

tidentifika l-integrità u l-importanza attwali tal-bijodiversità u l-ekosistema f’kull post filwaqt li titqies l-informazzjoni pprovduta fil-paragrafi 16 u 17;

(d)

tiżviluppa lista ta’ postijiet fejn l-impriża tkun qed tinterfaċċa ma’ postijiet f’żoni sensittivi mil-lat tal-bijodiversità jew qribhom filwaqt li titqies l-informazzjoni pprovduta fil-paragrafi 16 u 17; u

(e)

tidentifika liema setturi, unitajiet operatorji, ktajjen tal-valur jew klassijiet tal-assi qegħdin jinterfaċċaw mal-bijodiversità u mal-ekosistemi f’dawn is-siti materjali. Minflok tidentifika dawn l-interfaċċi għal kull sit, l-impriża tista’ tagħżel li tidentifikahom għal kull materja prima akkwistata jew mibjugħa skont il-piż f’tunnellati, jekk tali prattika toffri trasparenza akbar.

AR 8.

Fil-fażi 2, biex tevalwa l-impatti u d-dipendenzi reali jew potenzjali tagħha fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi għas-siti rilevanti, l-impriża tista’:

(a)

tidentifika l-proċessi u l-attivitajiet tan-negozju li jinterfaċċaw mal-bijodiversità u mal-ekosistemi;

(b)

tidentifika l-impatti u d-dipendenzi reali u potenzjali;

(c)

tindika d-daqs, l-iskala, il-frekwenza tal-okkorrenza u l-perjodu ta’ żmien tal-impatti fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi filwaqt li tqis id-divulgazzjonijiet skont il-paragrafi 16 u 17. Barra minn hekk, l-impriża tista’ tiddivulga:

i.

il-perċentwal tal-faċilitajiet tal-fornituri tagħha li jinsabu f’żoni suxxettibbli għar-riskju (bi speċijiet mhedda fil-Lista l-Ħamra tal-Ispeċijiet tal-IUCN, id-Direttiva dwar l-Għasafar u l-Ħabitats jew il-lista nazzjonali ta’ speċijiet mhedda, jew f’Żoni Protetti rikonoxxuti uffiċjalment, in-network Natura 2000 ta’ żoni protetti u Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità);

ii.

il-perċentwal tan-nefqa tal-akkwist tiegħu minn fornituri b’faċilitajiet li jinsabu f’żoni suxxettibbli għar-riskju (bi speċijiet mhedda fil-Lista l-Ħamra tal-Ispeċijiet tal-IUCN, id-Direttiva dwar l-Għasafar u l-Ħabitats jew il-lista nazzjonali ta’ speċijiet mhedda, jew f’Żoni Protetti rikonoxxuti uffiċjalment, in-network Natura 2000 ta’ żoni protetti u ż-Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità); u

(d)

tindika d-daqs u l-iskala tad-dipendenzi fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi, inkluż fuq il-materja prima, ir-riżorsi naturali u s-servizzi tal-ekosistema. L-impriża tista’ tiddependi fuq il-klassifikazzjonijiet internazzjonali bħall-Klassifikazzjoni Internazzjonali Komuni tas-Servizzi tal-Ekosistema (CICES).

AR 9.

Fil-fażi 3, biex tivvaluta r-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha abbażi tar-riżultati tal-Fażijiet 1 u 2, l-impriża tista’ tikkunsidra l-kategoriji li ġejjin:

(a)

riskji fiżiċi:

i.

riskji akuti (eż. diżastri naturali aggravati minn telf ta’ protezzjoni kostali mill-ekosistemi, li jwasslu għal spejjeż ta’ ħsara mill-maltempati lill-infrastruttura kostali, mard jew pesti li jaffettwaw l-ispeċijiet jew il-varjetà tal-għelejjel li l-impriża tiddependi fuqhom, speċjalment fil-każ ta’ nuqqas ta’ diversità ġenetika jew ta’ diversità ġenetika baxxa, telf ta’ speċijiet u degradazzjonital-ekosistema); u

ii.

riskji kroniċi (eż., telf tar-rendiment tal-għelejjel minħabba tnaqqis fis-servizzi tad-dakkir, żieda fl-iskarsezza jew produzzjoni varjabbli ta’ inputs naturali ewlenin, degradazzjoni tal-ekosistema minħabba operazzjonijiet li jwasslu għal, pereżempju, erożjoni kostali u frammentazzjoni tal-foresti, aċidifikazzjoni tal-oċeani, telf tal-art għad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-ħamrija u t-telf konsegwenti tal-fertilità tal-ħamrija, telf tal-ispeċijiet).

(b)

riskji ta’ tranżizzjoni, inklużi:

i.

politika u legali: eż. l-introduzzjoni ta’ regolamentazzjoni jew politika (eż. bidliet bħal żieda fil-protezzjoni tal-art); esponiment għal sanzjonijiet u litigazzjoni (eż. tixrid ta’ effluwenti niġġiesa li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem u tal-ekosistemi; jew ksur ta’ drittijiet, permessi jew allokazzjonijiet relatati mal-bijodiversità; jew negliġenza lejn jew il-qtil ta’ speċijiet mhedda); obbligi ta’ rappurtar imsaħħa dwar il-bijodiversità, l-ekosistemi u s-servizzi relatati;

ii.

it-teknoloġija: eż. is-sostituzzjoni ta’ prodotti jew servizzi bi prodotti jew servizzi b’impatt aktar baxx fuq il-bijodiversità jew id-dipendenza fuq is-servizzi tal-ekosistema, in-nuqqas ta’ aċċess għad-data jew l-aċċess għal data ta’ kwalità baxxa li jxekklu l-valutazzjonijiet relatati mal-bijodiversità, it-tranżizzjoni lejn teknoloġiji aktar effiċjenti u aktar nodfa (jiġifieri b’impatti aktar baxxi fuq il-bijodiversità), teknoloġiji ġodda ta’ monitoraġġ (eż. satellita), rekwiżiti għall-użu ta’ ċerti teknoloġiji (eż. għelejjel reżistenti għall-klima, pollinaturi mekkaniċi, purifikazzjoni tal-ilma, protezzjoni kontra l-għargħar;

iii.

is-suq: eż., iċ-ċaqliq tal-provvista, id-domanda u l-finanzjament, il-volatilità jew iż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima (eż. inputs intensivi fil-bijodiversità li l-prezz tagħhom żdied minħabba d-degradazzjoni tal-ekosistema);

iv.

ir-reputazzjoni. eż., tibdil fil-perċezzjonijiet tas-soċjetà, tal-klijenti jew tal-komunità bħala riżultat tar-rwol ta’ organizzazzjoni fit-telf tal-bijodiversità, ksur tad-drittijiet relatati man-natura permezz ta’ operazzjonijiet, kopertura negattiva mill-midja minħabba impatti fuq speċijiet u/jew ekosistemi kritiċi, kunflitti soċjali relatati mal-bijodiversità fuq speċijiet fil-periklu, żoni protetti, riżorsi jew tniġġis.

(c)

riskji sistemiċi, inklużi:

i.

riskji tal-kollass tal-ekosistema li sistema naturali kritika ma tibqax tiffunzjona, eż., jintlaħqu punti kritiċi u l-kollass tal-ekosistemi jirriżulta f’telf ġeografiku jew settorjali ġeneralizzat (għadd flimkien tar-riskji fiżiċi);

ii.

ir-riskju aggregat marbut mal-impatti fundamentali tat-telf tal-bijodiversità għal-livelli ta’ riskju ta’ tranżizzjoni u fiżiku f’settur wieħed jew aktar f’portafoll (korporattiv jew finanzjarju); u

iii.

ir-riskji ta’ kontaġju li d-diffikultajiet finanzjarji ta’ ċerti korporazzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji marbutin man-nuqqas ta’ rendikont tal-iskopertura għar-riskji relatati mal-bijodiversità jinfirxu fis-sistema ekonomika b’mod ġenerali.

(d)

opportunitajiet, inkluż pereżempju:

i.

kategoriji tal-prestazzjoni tan-negozju: effiċjenza tar-riżorsi; prodotti u servizzi; swieq; fluss tal-kapital u l-finanzjament; kapital reputazzjonali; u

ii.

kategoriji tal-prestazzjoni tas-sostenibbiltà: il-protezzjoni, ir-restawr u r-riġenerazzjoni tal-ekosistemi; l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali.

Preżentazzjoni tal-informazzjoni:

AR 10.

L-impriża tista’ tikkunsidra t-tabelli ta’ hawn taħt biex tiffaċilita l-valutazzjoni tal-materjalità tagħha tas-siti materjali identifikati fil-paragrafu AR 7:

Servizz tal-ekosistema…

Dipendenzi reali jew potenzjali

...

Tibdil fil-funzjonalità

Telf finanzjarju

Limitat, moderat jew sinifikanti

Limitat, moderat jew sinifikanti

Post tas-sit

Speċijiet mheddin, żoni protetti, żoni ewlenin ta’ bijodiversità

Impatti reali jew potenzjali

Frekwenza tal-okkorrenza

Veloċità tal-impatt

Severità tal-impatt

Potenzjal għall-mitigazzjoni

Għoli, medju jew baxx

<1 sena jew

1–3 snin

jew > 3 snin

Għoli, medju jew baxx

Għoli, medju jew baxx

Fir-rigward tal-AR 7(e), l-impriża tista’ tikkunsidra li tuża t-tabella ta’ hawn taħt:

Fejn hija prodotta jew minn fejn tinġieb il-materja prima?

Il-piż assolut tal-materja prima (u

l-perċentwal tal-piż tal-materja prima)

F’żoni bi speċijiet elenkati fil-Lista l-Ħamra tal-IUCN tal-Ispeċijiet Mhedda,

id-Direttiva dwar l-Għasafar u l-Ħabitats jew fuq listi nazzjonali ta’ speċi mhedda

F’Żoni protetti rikonoxxuti uffiċjalment

F’Żoni Ewlenin oħra tal-Bijodiversità

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-2 – Politiki relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

AR 11.

Il-politiki deskritti taħt dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jistgħu jiġu integrati f’politiki ambjentali jew ta’ sostenibbiltà usa’ li jkopru sottosuġġetti differenti.

AR 12.

L-impriża tista’ tipprovdi wkoll informazzjoni dwar kif il-politika tirreferi għall-produzzjoni, l-akkwist jew il-konsum ta’ materja prima, u b’mod partikolari kif:

(a)

tillimita l-akkwist minn fornituri li ma jistgħux juru li mhumiex qed jikkontribwixxu għal ħsara sinifikanti lil żoni protetti jew żoni ewlenin tal-bijodiversità (eż., permezz taċ-ċertifikazzjoni);

(b)

tirreferi għal standards rikonoxxuti jew ċertifikazzjonijiet ta’ partijiet terzi ssorveljati mir-regolaturi; u

(c)

tindirizza l-materja prima li toriġina minn ekosistemi li ġew ġestiti biex jinżammu jew jittejbu l-kundizzjonijiet għall-bijodiversità, kif muri mill-monitoraġġ u r-rapportar regolari tal-istatus tal-bijodiversità u l-qligħ jew it-telf.

AR 13.

L-impriża tista’ tiżvela konnessjonijiet u allinjament ma’ għanijiet u ftehimiet globali oħra bħall-SDGs 2, 6, 14 u 15 jew kwalunkwe konvenzjoni globali oħra stabbilita sew relatata mal-bijodiversità u l-ekosistemi.

AR 14.

Meta tiddivulga politiki relatati mal-konsegwenzi soċjali tal-bijodiversità u d-dipendenzi u l-impatti relatati mal-ekosistemi skont il-punt 23 (f), l-impriża tista’ tirreferi b’mod partikolari għall-Protokoll ta’ Nagoya u għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD).

AR 15.

Meta tiddivulga informazzjoni dwar jekk u kif il-politiki tagħha jindirizzaw il-konsegwenzi soċjali tal-bijodiversità u l-impatti relatati mal-ekosistemi skont il-paragrafu 23(f), l-impriża tista’ tipprovdi informazzjoni fir-rigward ta’:

(a)

il-kondiviżjoni ġusta u ekwa tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi ġenetiċi; u

(b)

il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat għall-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi.

AR 16.

L-impriża tista’ tispjega wkoll kif il-politika tagħha tippermettilha:

(a)

tevita impatti negattivi fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi fl-operazzjonijiet tagħha stess u l-katina tal-valur relatata upstream u downstream;

(b)

tnaqqas u timminimizza l-impatti negattivi tagħha fuq il-bijodiversità u fuq l-ekosistemi fl-operazzjonijiet tagħha u tul il-katina tal-valur upstream u downstream li ma jistgħux jiġu evitati;

(c)

tirrestawra u tirriabilita ekosistemi degradati jew tirrestawra ekosistemi kklerjati wara esponiment għal impatti li ma jistgħux jiġu evitati u/jew minimizzati kompletament; u

(d)

timmitiga l-kontribut tagħha għall-ixprunaturi tat-telf tal-bijodiversità materjali.

AR 17.

Meta tiddivulga l-politiki tagħha, jekk tirreferi għal standards ta’ kondotta ta’ partijiet terzi, l-impriża tista’ tiddivulga jekk l-istandard użat:

(a)

huwiex oġġettiv u jistax jinkiseb fuq il-bażi ta’ approċċ xjentifiku għall-identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet, u realistiku fil-valutazzjoni ta’ kif dawn il-kwistjonijiet jistgħu jiġu indirizzati fil-prattika f’diversi ċirkostanzi prattiċi;

(b)

jiġix żviluppat jew miżmum permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni kontinwu mal-partijiet ikkonċernati b’kontribut ibbilanċjat mill-gruppi ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-produtturi, in-negozjanti, il-proċessuri, il-finanzjaturi, in-nies u l-komunitajiet lokali, il-popli indiġeni, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, ambjentali u soċjali, mingħajr ma ebda grupp ikollu awtorità jew setgħa ta’ veto mhux dovuta fuq il-kontenut;

(c)

jinkoraġġixxix approċċ gradwali u titjib kontinwu — kemm fl-istandard kif ukoll fl-applikazzjoni tiegħu ta’ prattiki ta’ ġestjoni aħjar, u jirrikjedi l-istabbiliment ta’ miri sinifikanti u stadji importanti speċifiċi biex jiġi indikat il-progress skont il-prinċipji u l-kriterji matul iż-żmien;

(d)

ikunx verifikabbli permezz ta’ korpi indipendenti ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika, li jkollhom proċeduri ta’ valutazzjoni definiti u rigorużi li jevitaw kunflitti ta’ interess, u jkunu konformi mal-gwida tal-ISO dwar il-proċeduri ta’ akkreditazzjoni u verifika jew l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; u

(e)

jikkonformax mal-Kodiċi ta’ Prattika Tajba tal-ISEAL.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-3 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

AR 18.

L-impriża tista’ tirrelata l-ammonti monetarji sinifikanti tal-CapEx u tal-OpEx meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet meħuda jew ippjanati biex:

(a)

l-entrati f’linja jew in-noti rilevanti fir-rapporti finanzjarji;

(b)

l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 u skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178; u

(c)

jekk applikabbli, il-pjan tal-CapEx meħtieġ mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178.

AR 19.

L-impriża tista’ tiddivulga jekk tqisx pjan ta’ azzjoni ta’ “evitar”, li jipprevjeni azzjonijiet dannużi qabel ma jseħħu. L-evitar spiss jinvolvi deċiżjoni biex wieħed jiddevja mill-perkors ta’ żvilupp tal-proġett rikorrenti. Eżempju ta’ evitar huwa li tinbidel l-impronta tal-bijodiversità u tal-ekosistema ta’ proġett biex tiġi evitata l-qerda tal-ħabitat naturali fis-sit u/jew jiġu stabbiliti riżervi fejn il-valuri prijoritarji tal-bijodiversità huma preżenti u se jiġu kkonservati. Bħala minimu, l-evitar għandu jiġi kkunsidrat fejn ikun hemm valuri relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi li huma f’waħda mill-kategoriji li ġejjin: partikolarment vulnerabbli u insostitwibbli, ta’ tħassib partikolari għall-partijiet ikkonċernati, jew fejn ikun ġustifikat approċċ kawt minħabba l-inċertezza dwar il-valutazzjoni tal-impatt jew dwar l-effikaċja tal-miżuri ta’ ġestjoni. It-tliet tipi ewlenin ta’ evitar huma definiti hawn taħt:

(a)

l-evitar permezz tal-għażla tas-siti (Lokalizzazzjoni tal-proġett kollu lil hinn minn żoni rikonoxxuti għal valuri importanti tal-bijodiversità);

(b)

l-evitar permezz tad-disinn tal-proġetti (Ikkonfigura l-infrastruttura biex tippreserva ż-żoni fis-sit tal-proġett b’valuri importanti tal-bijodiversità); u

(c)

l-evitar permezz tal-iskedar (Attivitajiet ta’ proġetti tal-ħin sabiex jitqiesu x-xejriet tal-imġiba tal-ispeċijiet (eż., it-tnissil, il-migrazzjoni) jew il-funzjonijiet tal-ekosistema (eż., id-dinamika tax-xmajjar).

AR 20.

Fir-rigward tal-azzjonijiet ewlenin, l-impriża tista’ tiddivulga:

(a)

lista ta’ partijiet ikkonċernati ewlenin involuti (eż. kompetituri, fornituri, bejjiegħa bl-imnut, sħab kummerċjali oħra, komunitajiet u awtoritajiet affettwati, aġenziji tal-gvern) u kif huma involuti, li ssemmi l-partijiet ikkonċernati ewlenin affettwati b’mod negattiv jew pożittiv mill-azzjonijiet u kif jiġu affettwati, inklużi l-impatti jew il-benefiċċji maħluqa għall-komunitajiet affettwati, il-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira, il-popli indiġeni jew persuni oħra f’sitwazzjonijiet vulnerabbli;

(b)

fejn applikabbli, spjegazzjoni tal-ħtieġa għal konsultazzjonijiet xierqa u l-ħtieġa li jiġu rispettati d-deċiżjonijiet tal-komunitajiet affettwati;

(c)

valutazzjoni qasira ta’ jekk l-azzjonijiet ewlenin jistgħux iwasslu għal impatti negattivi sinifikanti fuq is-sostenibbiltà;

(d)

spjegazzjoni ta’ jekk l-azzjoni ewlenija hijiex maħsuba li tkun inizjattiva ta’ darba jew prattika sistematika;

(e)

spjegazzjoni dwar jekk il-pjan ta’ azzjoni ewlieni jitwettaqx biss mill-impriża, bl-użu tar-riżorsi tal-impriża, jew jekk huwiex parti minn inizjattiva usa’ li għaliha l-impriża tikkontribwixxi b’mod sinifikanti. Jekk il-pjan ta’ azzjoni ewlieni jkun parti minn inizjattiva usa’, l-impriża tista’ tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-proġett, l-isponsors tiegħu u parteċipanti oħra;

(f)

deskrizzjoni ta’ kif tikkontribwixxi għal bidla fis-sistema kollha, b’mod partikolari sabiex jinbidlu l-fatturi ewlenin tat-tibdil fil-bijodiversità u fl-ekosistema, eż., permezz ta’ fatturi teknoloġiċi, ekonomiċi, istituzzjonali, u soċjali u bidliet fil-valuri u fl-imġibiet sottostanti;

AR 21.

Fil-kuntest ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni, “għarfien lokali u indiġenu” jirreferi għall-fehim, il-ħiliet u l-filosofiji żviluppati minn soċjetajiet bi storja twila ta’ interazzjoni maż-żoni naturali tagħhom. Għall-popli rurali u indiġeni, l-għarfien lokali jinforma t-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-aspetti fundamentali tal-ħajja ta’ kuljum.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4-4 – Miri relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistemi

AR 22.

L-impriża tista’ tispeċifika jekk il-mira tindirizzax nuqqasijiet relatati mal-kriterji ta’ Kontribuzzjoni Sostanzjali għall-Bijodiversità kif definit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852. Meta l-kriterji “Tagħmel l-Ebda Ħsara Sinifikanti” (DNSH) għall-Bijodiversità kif definiti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 ma jiġux issodisfati, l-impriża tista’ tispeċifika jekk il-mira tindirizzax nuqqasijiet relatati ma’ dawk il-kriterji tad-DNSH.

AR 23.

Meta tiġi żvelata l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 29 bl-għan li jiġu stabbiliti miri, l-impriża għandha tikkunsidra l-ħtieġa għal kunsens infurmat u dispost tal-popli lokali u indiġeni, il-ħtieġa għal konsultazzjonijiet xierqa u l-ħtieġa li jiġu rispettati d-deċiżjonijiet ta’ dawn il-komunitajiet.

AR 24.

Il-miri relatati mal-impatti materjali jistgħu jiġu ppreżentati f’tabella kif muri hawn taħt:

Tip ta’ mira skont il-ġerarkija tal-mitigazzjoni

Valur bażi u sena bażi

Valur fil-mira u ambitu ġeografiku

Politika jew leġiżlazzjoni leġiżlazzjoni jekk rilevanti

2025

2030

Sal-2050

 

Evitar

 

 

 

 

 

Minimizzazzjoni

 

 

 

 

 

Riabilitazzjoni u restawr

 

 

 

 

 

Kumpens jew tpaċijiet

 

 

 

 

 

AR 25.

Il-miri relatati mal-kwistjonijiet potenzjalment materjali relatati mas-sostenibbiltà elenkati fil-paragrafu AR 4 ta’ dan l-Istandard, jistgħu jiġu ppreżentati f’tabella kif muri hawn taħt:

Tip ta’ mira skont il-kwistjoni tas-sostenibbiltà

Valur bażi u sena bażi

Valur fil-mira u ambitu ġeografiku

Politika jew leġiżlazzjoni leġiżlazzjoni jekk rilevanti

2025

2030

Sal-2050

 

 

 

 

 

 

AR 26.

Miri li jistgħu jitkejlu relatati mal-bijodiversità u l-ekosistemi jistgħu jiġu espressi bħala:

(a)

id-daqs u l-post taż-żoni kollha tal-ħabitats protetti jew restawrati, kemm jekk ikkontrollati direttament kif ukoll jekk ikkontrollati indirettament mill-impriża, u jekk is-suċċess tal-miżura ta’ restawr kienx jew huwiex approvat minn professjonisti esterni indipendenti;

(b)

uċuħ rikreati (ambjenti li fihom jiġu implimentati inizjattivi ta’ ġestjoni sabiex jinħoloq ħabitat f’sit fejn inizjalment ma kienx jeżisti); jew

(c)

in-numru jew il-perċentwal ta’ proġetti / siti li l-integrità ekoloġika tagħhom tjiebet (eż., l-installazzjoni ta’ passaġġi għall-ħut, ta’ kurituri għall-organiżmi slavaġ).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–5 — Metriċi tal-impatt relatati mal-bidla fil-bijodiversità u l-ekosistemi

AR 27.

Meta tkun qed tħejji l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni, l-impriża għandha tikkunsidra u tista’ tiddeskrivi:

(a)

il-metodoloġiji u l-metrika użati u spjegazzjoni għaliex jintgħażlu dawn il-metodoloġiji u l-metrika, kif ukoll is-suppożizzjonijiet, il-limitazzjonijiet u l-inċertezzi tagħhom, u kwalunkwe bidla fil-metodoloġiji li tkun saret maż-żmien u għaliex seħħet;

(b)

l-ambitu tal-metriċi u l-metodoloġiji, pereżempju:

i.

impriża, sit, ditta, komodità, unità tan-negozju korporattiva, attività;

ii.

l-aspetti (kif stabbiliti fil-paragrafu AR 4) koperti.

(c)

il-komponenti tal-bijodiversità tal-metriċi: speċifika għall-ispeċijiet, speċifika għall-ekosistema;

(d)

il-ġeografiji koperti mill-metodoloġija u spjegazzjoni għaliex tħallew barra kwalunkwe ġeografiji rilevanti;

(e)

kif il-metriċi jintegraw il-limiti ekoloġiċi (eż. l-integrità tal-bijosfera u t-tibdil fis-sistema tal-art, il-limiti planetarji) u l-allokazzjonijiet;

(f)

il-frekwenza tal-monitoraġġ, il-metriċi ewlenin li qed jiġu mmonitorjati, u l-kundizzjoni/valur tal-linja bażi u s-sena/il-perjodu ta’ referenza, kif ukoll il-perjodu ta’ referenza;

(g)

jekk dawn il-metriċi jiddependux fuq data primarja, data sekondarja, data mmudellata jew fuq ġudizzju espert, jew taħlita ta’ dawn;

(h)

indikazzjoni ta’ liema azzjoni titkejjel u tiġi mmonitorjata permezz tal-metriċi u kif dawn jirrelataw mal-kisba tal-miri;

(i)

jekk il-metriċi humiex obbligatorji (meħtieġa mil-leġiżlazzjoni) jew volontarji. Jekk ikunu obbligatorji, l-impriża tista’ tindika l-leġiżlazzjoni rilevanti; jekk volontarja, l-impriża tista’ tirreferi għal kwalunkwe standard jew proċedura volontarja użata; u

(j)

jekk il-metriċi humiex infurmati minn aspettattivi jew rakkomandazzjonijiet ta’ linji gwida, politiki, leġiżlazzjoni jew ftehimiet rilevanti u awtorevoli nazzjonali, fil-livell tal-UE jew intergovernattivi, bħall-Konvenzjoni għad-Diversità Bijoloġika (CBD) jew l-IPBES, jew jikkorrispondux għalihom.

AR 28.

L-impriża għandha tiddivulga metriċi li huma verifikabbli u li huma teknikament u xjentifikament robusti meta wieħed iqis il-perjodi ta’ żmien xierqa, u tista’ tiddivulga kif il-metrika magħżula tagħha tikkorrispondi għal dawk il-kriterji. Sabiex jiġi żgurat li l-metrika tkun rilevanti, għandu jkun hemm relazzjoni ċara bejn l-indikatur u l-iskop tal-kejl. L-inċertezzi għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun. Id-data jew il-mekkaniżmi użati għandhom jiġu appoġġati minn organizzazzjonijiet stabbiliti sew u aġġornati maż-żmien. Jistgħu jintużaw data mmudellata robusta u ġudizzju espert fejn jeżistu lakuni fid-data. Il-metodoloġija għandha tkun dettaljata biżżejjed biex tippermetti tqabbil sinifikanti tal-impatti u l-attivitajiet ta’ mitigazzjoni maż-żmien. Il-proċessi u d-definizzjonijiet tal-ġbir tal-informazzjoni għandhom jiġu applikati b’mod sistematiku. Dan jippermetti rieżami sinifikanti tal-prestazzjoni tal-impriża maż-żmien u jgħin biex isir tqabbil intern u bejn il-pari.

AR 29.

Jekk metrika tikkorrispondi għal mira, ix-xenarju bażi għat-tnejn għandu jiġi allinjat. Il-linja bażi tal-bijodiversità hija komponent essenzjali tal-proċess akbar ta’ ġestjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi. Il-linja bażi hija meħtieġa biex tinforma l-valutazzjoni tal-impatt u l-ippjanar tal-ġestjoni, kif ukoll il-monitoraġġ u l-ġestjoni adattiva.

AR 30.

Il-metodoloġiji disponibbli għall-ġbir tad-data u għall-kejl tal-impatti tal-impriżi fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi jistgħu jiġu separati fi tliet kategoriji kif ġej:

(a)

data primarja: miġbura in situ bl-użu ta’ stħarriġiet fuq il-post;

(b)

data sekondarja: inklużi saffi ta’ data ġeospazjali li huma sovrapposti ma’ data dwar il-lokazzjoni ġeografika tal-attivitajiet tan-negozju.

i.

Fil-livell tal-ispeċijiet, is-saffi tad-data dwar il-firxiet ta’ speċijiet differenti jistgħu jintużaw biex ibassru l-ispeċijiet li jistgħu jkunu preżenti f’postijiet differenti. Dan jinkludi siti ta’ operazzjoni u postijiet ta’ akkwist. Livelli ta’ medda differenti se jkollhom livelli differenti ta’ preċiżjoni skont ċerti fatturi (eż., jekk il-meded tal-ispeċijiet ġewx raffinati abbażi tad-disponibbiltà tal-ħabitat). L-informazzjoni dwar l-istatus tat-theddida tal-ispeċi, u l-attivitajiet li jhedduhom, jistgħu jipprovdu indikazzjoni tal-kontribut probabbli li l-attivitajiet tan-negozju jista’ jkollhom fuq it-tmexxija tax-xejriet tal-popolazzjoni u fuq l-istatus tat-theddida.

ii.

Fil-livell tal-ekosistema, jistgħu jiġu applikati saffi tad-data li jirriflettu l-bidla fil-firxa u l-kundizzjoni tal-ekosistemi, inklużi l-livelli ta’ frammentazzjoni u l-konnettività tal-ħabitats.

(c)

data mmudellata dwar l-istat tal-bijodiversità: L-approċċi bbażati fuq il-mudelli jintużaw b’mod komuni għall-kejl tal-indikaturi tal-livell tal-ekosistema (eż., il-firxa, il-kundizzjoni, jew il-funzjoni). Il-mudelli jikkwantifikaw kif id-daqs tal-pressjonijiet differenti jaffettwa l-istat tal-bijodiversità. Dawn jissejħu relazzjonijiet tal-istat ta’ pressjoni u huma bbażati fuq data miġbura globalment. Ir-riżultati tal-immudellar jiġu applikati lokalment sabiex jiġi stmat kif il-pressjonijiet fil-livell tal-impriża jikkawżaw bidliet fil-kundizzjoni tal-ekosistema.Fattur ewlieni tal-impatt ġeneralment ikollu tliet karatteristiċi ewlenin: id-daqs (eż. l-ammont ta’ kontaminant, l-intensità tal-istorbju), il-firxa spazjali (eż. iż-żona tal-art ikkontaminata) u l-firxa temporali (id-durata tal-persistenza tal-kontaminant).

AR 31.

Fir-rigward tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja għall-użu tal-art, l-impriża tista’ tirreferi għall- “indikaturi ambjentali relatati mal-użu tal-art għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja” miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

AR 32.

Fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi, l-impriża tista’ tiżvela l-mogħdijiet u l-għadd ta’ speċijiet aljeni invażivi u l-firxa tal-wiċċ kopert minn speċijiet aljeni invażivi.

AR 33.

Fir-rigward tal-metriċi dwar il-firxa u l-kundizzjoni tal-ekosistemi, tista’ tinstab gwida utli fil-ħidma tas-Sistema tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Kontabbiltà Ekonomika Ambjentali (UN SEEA EA).

AR 34.

L-impriża tista’ tiddivulga f’unitajiet ta’ erja (eż., m2 jew ha) dwar l-użu tal-art bl-użu ta’ gwida pprovduta mill-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) (89):

(a)

l-użu totali tal-art;

(b)

l-erja totali ssiġillata;

(c)

erja totali orjentata lejn in-natura fuq il-post; u

(d)

l-erja totali orjentata lejn in-natura barra mis-sit.

AR 35.

L-impriża tista’ tiddivulga, pereżempju, it-tibdil fil-kopertura tal-art, li huwa r-rappreżentazzjoni fiżika tal-ixprunaturi “modifika tal-ħabitat” u “attivitajiet industrijali u domestiċi”, jiġifieri l-bidla naturali jew magħmula mill-bniedem fil-proprjetajiet fiżiċi tas-superfiċje tad-dinja f’post speċifiku.

AR 36.

Il-kopertura tal-art hija varjabbli tipika li tista’ tiġi vvalutata b’data ta’ osservazzjoni tad-dinja.

AR 37.

Meta tirrapporta dwar l-impatti materjali relatati mal-ekosistemi, l-impriża tista’, minbarra l-firxa u l-kundizzjoni tal-ekosistemi, tikkunsidra wkoll il-funzjonament tal-ekosistemi billi tuża:

(a)

metrika li tkejjel proċess jew funzjoni li l-ekosistema tlesti, jew li tirrifletti l-kapaċità tal-ekosistema li twettaq dak il-proċess jew funzjoni speċifika: eż. il-produttività primarja netta, li hija kejl tal-produttività tal-pjanti bbażata fuq ir-rata li biha l-enerġija tinħażen mill-pjanti u ssir disponibbli għal speċijiet oħra fl-ekosistema. Hija proċess importanti li jseħħ sabiex l-ekosistemi jiffunzjonaw. Hija relatata ma’ ħafna fatturi, bħad-diversità tal-ispeċijiet, iżda ma tkejjilx dawn il-fatturi direttament; jew

(b)

Metrika li tkejjel it-tibdil fil-popolazzjoni ta’ speċijiet identifikati xjentifikament mhedda.

AR 38.

Fil-livell tal-ekosistema, jistgħu jiġu applikati saffi tad-data li jirriflettu l-bidla fil-firxa u l-kundizzjoni tal-ekosistemi, inklużi l-livelli ta’ frammentazzjoni u konnettività tal-ħabitats.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E4–6 — Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji u opportunitajiet relatati mal-bijodiversità materjali u mal-ekosistemi

AR 39.

L-impriża tista’ tinkludi valutazzjoni tal-prodotti u s-servizzi relatati tagħha f’riskju fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil, li tispjega kif dawn jiġu definiti, kif jiġu stmati l-ammonti finanzjarji, u liema suppożizzjonijiet kritiċi jkunu saru.

AR 40.

Il-kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati f’termini monetarji skont il-paragrafu 45(a) tista’ tkun ammont wieħed jew firxa waħda.

ESRS E5

L-UŻU TAR-RIŻORSI U L-EKONOMIJA ĊIRKOLARI

WERREJ

Objettiv

Interazzjonijiet ma’ ESRS oħrajn

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 — Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-użu tar-riżorsi materjali u l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-ekonomija ċirkolari

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-1 – Politiki relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-2 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-3 – Miri relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5–4 — Influssi ta’ riżorsi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5–5 — Flussi ta’ ħruġ ta’ riżorsi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5–6 — Effetti finanzjarji antiċipati mill-użu tar-riżorsi u impatti, riskji u opportunitajiet relatati mal-ekonomija ċirkolari

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 — Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-użu tar-riżorsi materjali u mal-ekonomija ċirkolari

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-1 – Politiki relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-2 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-3 - Miri relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5–4 — Influssi ta’ riżorsi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5–5 — Flussi ta’ ħruġ ta’ riżorsi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5–6 — Effetti finanzjarji antiċipati mill-użu tar-riżorsi u riskji u opportunitajiet relatati mal-ekonomija ċirkolari

Objettiv

1.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jiġu speċifikati r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li jippermettu lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà jifhmu:

(a)

kif l-impriża taffettwa l-użu tar-riżorsi, inkluż l-effiċjenza fir-riżorsi, filwaqt li tevita l-eżawriment tar-riżorsi u l-akkwist u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli (imsemmija f’dan l-Istandard bħala “użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari”) f’termini ta’ impatti materjali pożittivi u negattivi reali jew potenzjali;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet, għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-impatti negattivi reali jew potenzjali li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi, inklużi l-miżuri tagħha li jgħinu biex it-tkabbir ekonomiku tagħha jiġi diżakkoppjat mill-użu tal-materjali, u biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet;

(c)

il-pjanijiet u l-kapaċità tal-impriża li tadatta l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari inkluż iżda mhux limitat għall-minimizzazzjoni tal-iskart, iż-żamma tal-valur tal-prodotti, tal-materjali u ta’ riżorsi oħra fl-ogħla valur tagħhom u t-titjib tal-użu effiċjenti tagħhom fil-produzzjoni u l-konsum;

(d)

in-natura, it-tip u l-firxa tar-riskji materjali u l-opportunitajiet tal-impriża relatati mal-impatti u d-dipendenzi tal-impriża, li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari, u kif l-impriża timmaniġġjahom; u

(e)

l-effetti finanzjarji fuq l-impriża fuq terminu qasir, medju u twil ta’ riskji u opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi tal-impriża fuq l-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari.

2.

Dan l-Istandard jistabbilixxi r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni relatati mal-“użu tar-riżorsi” u l- “ekonomija ċirkolari” u b’mod partikolari dwar:

(a)

influssi ta’ riżorsi inkluża ċ-ċirkolarità tal-influssi ta’ riżorsi materjali, b’kunsiderazzjoni ta’ riżorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli; u

(b)

flussi ta’ ħruġ ta’ riżorsi inkluża informazzjoni dwar prodotti u materjali; u

(c)

skart.

3.

Ekonomija ċirkolari tfisser sistema ekonomika li fiha l-valur tal-prodotti, tal-materjali u ta’ riżorsi oħra fl-ekonomija jinżamm għall-itwal żmien possibbli, filwaqt li jissaħħaħ l-użu effiċjenti tagħhom fil-produzzjoni u fil-konsum, u b’hekk jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-użu tagħhom, jiġi minimizzat l-iskart u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart. L-għan huwa li jiġi massimizzat u jinżamm il-valur tar-riżorsi tekniċi u bijoloġiċi, il-prodotti u l-materjali billi tinħoloq sistema li tippermetti d-durabbiltà, l-użu ottimali jew l-użu mill-ġdid, ir-rinnovazzjoni, il-manifattura mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u ċ-ċiklaġġ tan-nutrijenti.

4.

Dan l-Istandard jibni fuq oqfsa u politiki leġiżlattivi rilevanti tal-UE inkluż il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari, id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (90) (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart) u l-istrateġija industrijali tal-UE.

5.

Biex tiġi evalwata t-tranżizzjoni minn negozju bħas-soltu, jiġifieri ekonomija li fiha jiġu estratti riżorsi limitati biex isiru prodotti li jintużaw u mbagħad jintremew (“take-make-waste”), għal sistema ekonomika ċirkolari, dan l-Istandard jiddependi fuq l-identifikazzjoni tal-flussi fiżiċi ta’ riżorsi, materjali u prodotti użati u ġġenerati mill-impriża permezz tar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5–4 Influss ta’ riżorsi u r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni E5 – 5 Flussi ta’ ħruġ ta’ riżorsi.

Interazzjonijiet ma’ ESRS oħrajn

6.

L-użu tar-riżorsi huwa mutur ewlieni ta’ impatti ambjentali oħra bħat-tibdil fil-klima, it-tniġġis, l-ilma u r-riżorsi tal-baħar u l-bijodiversità. Ekonomija ċirkolari hija sistema li għandha t-tendenza li tuża r-riżorsi b’mod sostenibbli fl-estrazzjoni, l-ipproċessar, il-produzzjoni, il-konsum u l-ġestjoni tal-iskart. Sistema bħal din iġġib diversi benefiċċji ambjentali, b’mod partikolari, it-tnaqqis tal-konsum tal-materjal u tal-enerġija u tal-emissjonijiet fl-arja (emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew tniġġis ieħor), il-limitazzjoni tal-estrazzjoni u l-iskariki tal-ilma u r-riġenerazzjoni tan-natura li tillimita l-impatt fuq il-bijodiversità.

7.

Biex tiġi pprovduta ħarsa ġenerali komprensiva ta’ liema kwistjonijiet ambjentali oħra jistgħu jkunu materjali għall-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari, ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni rilevanti huma koperti f’ESRS ambjentali oħrajn kif ġej:

(a)

ESRS E1 Tibdil fil-klima, li jindirizza, b’mod partikolari, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-riżorsi tal-enerġija (il-konsum tal-enerġija);

(b)

ESRS E2 Tniġġis, li jindirizza, b’mod partikolari, l-emissjonijiet fl-ilma, fl-arja u fil-ħamrija kif ukoll sustanzi ta’ tħassib;

(c)

ESRS E3 Ilma u riżorsi tal-baħar, li jindirizza, b’mod partikolari, ir-riżorsa tal-ilma (il-konsum tal-ilma) u r-riżorsi tal-baħar; u

(d)

ESRs E4 Bijodiversità u ekosistemi, li jindirizza, b’mod partikolari, l-ekosistem, l-ispeċijiet u l-materja prima.

8.

L-impatti tal-impriża relatati mal-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari, b’mod partikolari l-impatti relatati mal-iskart, jistgħu jaffettwaw lin-nies u lill-komunitajiet. L-impatti negattivi materjali fuq il-komunitajiet affettwati mill-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari attribwibbli għall-impriża huma koperti f’ f’ESRS S3 Komunitajiet affettwati. L-użu effiċjenti u ċirkolari tar-riżorsi huwa wkoll ta’ benefiċċju għall-kompetittività u l-benesseri ekonomiku

9.

Dan l-Istandard jenħtieġ li jinqara flimkien mal-ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali u ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

10.

Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima għandhom jinqraw flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-Kapitolu 2 tal-Kapitolu 4 tal-ESRS Impatt, riskju u ġestjoni tal-opportunità u jiġu rrapportati flimkien magħhom.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 — Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-użu tar-riżorsi materjali u l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-ekonomija ċirkolari

11.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-proċess biex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari, b’mod partikolari fir-rigward tal-influssi tar-riżorsi, il- flussi ta’ ħruġ tar-riżorsi u l-iskart, u għandha tipprovdi informazzjoni dwar:

(a)

jekk l-impriża tkunx skrinjat l-assi u l-attivitajiet tagħha sabiex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet reali u potenzjali tagħha fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, u jekk iva, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-għodod użati fl-iskrinjar;

(b)

jekk u kif l-impriża wettqet konsultazzjonijiet, b’mod partikolari mal-komunitajiet affettwati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-1 – Politiki relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

12.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-politiki tagħha adottati biex timmaniġġa l-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha relatati mal-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari.

13.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża għandha politiki li jindirizzaw l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u/jew ir-rimedju tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari.

14.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 12 għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar il-politiki li l-impriża jkollha fis-seħħ biex timmaniġġja l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari f’konformità mal-ESRS 2 MDR-P Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

15.

Fis-sommarju, l-impriża għandha tindika jekk u kif il-politiki tagħha jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin meta jkunu materjali:

(a)

tranżizzjoni lil hinn mill-użu ta’ riżorsi verġni, inklużi żidiet relattivi fl-użu ta’ riżorsi sekondarji (riċiklati);

(b)

l-akkwist u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli.

16.

Il-politiki għandhom jindirizzaw l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali fl-operazzjonijiet tagħha stess u tul il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-2 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

17.

L-impriża għandha tiddivulga l-azzjonijiet tagħha dwar l-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari u r-riżorsi allokati għall-implimentazzjoni tagħhom.

18.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-azzjonijiet ewlenin meħuda u ppjanati biex jinkiseb l-użu tar-riżorsi u l-objettivi u l-miri ta’ politika relatati mal-ekonomija ċirkolari.

19.

Id-deskrizzjoni tal-użu tar-riżorsi u l-azzjonijiet u r-riżorsi relatati mal-ekonomija ċirkolari allokati għandha ssegwi l-prinċipji definiti fl-ESRS 2 MDR-A Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà materjali.

20.

Minbarra l-ESRS 2 MDR-A, l-impriża tista’ tispeċifika jekk azzjoni u riżorsi jkoprux u kif:

(a)

livelli ogħla ta’ effiċjenza fir-riżorsi fl-użu ta’ materjali tekniċi u bijoloġiċi u tal-ilma, b’mod partikolari fir-rigward tal-materja prima kritika u l-elementi terrestri rari kif elenkati fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Materja Prima;

(b)

rati ogħla ta’ użu ta’ materja prima sekondarja (riċiklati);

(c)

applikazzjoni ta’ disinn ċirkolari, li jwassal għal żieda fid-durabbiltà tal-prodott u ottimizzazzjoni tal-użu, u rati ogħla ta’: L-Użu mill-ġdid, it-Tiswija, ir-Rinnovazzjoni, il-Manifattura mill-ġdid, l-Adattament għal skop differenti u r-Riċiklaġġ.

(d)

l-applikazzjoni ta’ prattiki tan-negozju ċirkolari bħal (i) azzjonijiet ta’ żamma tal-valur (manutenzjoni, tiswija, rinnovazzjoni, manifattura mill-ġdid, ħsad ta’ komponenti, titjib u loġistika inversa, sistemi ta’ ċirkwit magħluq, bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti użati), (ii) azzjonijiet ta’ massimizzazzjoni tal-valur (sistemi ta’ servizzi ta’ produzzjoni, mudelli tan-negozju tal-ekonomija kollaborattiva), (iii) azzjonijiet fi tmiem il-ħajja (riċiklaġġ, upcycling, responsabbiltà estiża tal-produttur), u (iv) azzjonijiet ta’ effiċjenza tas-sistemi (simbjożi industrijali);

(e)

azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart fil-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża; u

(f)

ottimizzazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-3 – Miri relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

21.

L-impriża għandha tiddivulga l-użu tar-riżorsi u l-miri relatati mal-ekonomija ċirkolari li tkun stabbiliet.

22.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-miri li l-impriża tkun adottat biex tappoġġa l-użu tar-riżorsi u l-politika tal-ekonomija ċirkolari tagħha u biex tindirizza l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha.

23.

Id-deskrizzjoni tal-miri għandu jkun fiha r-rekwiżiti ta’ informazzjoni definiti fl-ESRS 2 MDR-T L-effettività tat-traċċar tal-politiki u l-azzjonijiet permezz tal-miri.

24.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 21 għandha tindika jekk u kif il-miri tal-impriża jirrigwardaw l-influssi tar-riżorsi u l- flussi ta’ ħruġ tar-riżorsi , inkluż l-iskart u l-prodotti u l-materjali, u, b’mod aktar speċifiku:

(a)

iż-żieda fid-disinn ta’ prodott ċirkolari (inkluż pereżempju d-disinn għad-durabbiltà, iż-żarmar, il-possibbiltà ta’ tiswija, ir-riċiklabbiltà eċċ);

(b)

iż-żieda fir-rata tal-użu ta’ materjal ċirkolari;

(c)

il-minimizzazzjoni tal-materja prima primarja;

(d)

l-akkwist u l-użu sostenibbli (f’konformità mal-prinċipju kaskata) ta’ riżorsi rinnovabbli;

(e)

l-immaniġġar tal-iskart, inkluża l-preparazzjoni għal trattament xieraq; u

(f)

kwistjonijiet oħra relatati mal-użu tar-riżorsi jew l-ekonomija ċirkolari.

25.

L-impriża għandha tispeċifika ma’ liema saff tal-ġerarkija tal-iskart tirrelata l-mira.

26.

Minbarra l-ESRS 2 MDR-T, l-impriża tista’ tispeċifika jekk il-limiti ekoloġiċi u l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-entità ġewx ikkunsidrati meta ġew stabbiliti l-miri. Jekk iva, l-impriża tista’ tispeċifika:

(a)

il-limiti ekoloġiċi identifikati, u l-metodoloġija użata biex jiġu identifikati dawn il-limiti;

(b)

jekk il-limiti humiex speċifiċi għall-entità jew le u jekk iva, kif ġew determinati; u

(c)

kif ir-responsabbiltà għar-rispett tal-limiti ekoloġiċi identifikati tiġi allokata fl-impriża.

27.

L-impriża għandha tispeċifika bħala parti mill-informazzjoni kuntestwali, jekk il-miri li stabbiliet u ppreżentat humiex obbligatorji (meħtieġa minn leġiżlazzjoni) jew volontarji.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-4 – Influssi ta’ riżorsi

28.

L-impriża għandha tiddivulga informazzjoni dwar l-influssi tar-riżorsi tagħha relatati mal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha.

29.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-użu tar-riżorsi fl-operazzjonijiet proprji tal-impriża u l-katina tal-valur upstream tagħha.

30.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 28 għandha tinkludi deskrizzjoni tal-influssi tar-riżorsi tagħha fejn ikun materjali: il-prodotti (inkluż l-imballaġġ) u l-materjali (li jispeċifikaw il-materja prima kritika u l-elementi terrestri rari), l-ilma u l-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir użati fl-operazzjonijiet proprji tal-impriża u tul il-katina tal-valur upstream tagħha.

31.

Meta impriża tivvaluta li l-influssi ta’ riżorsi huma kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali, hija għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja dwar il-materjali użati għall-manifattura tal-prodotti u s-servizzi tal-impriża matul il-perjodu ta’ rapportar, f’tunnellati jew kilogrammi:

(a)

il-piż totali globali tal-prodotti u tal-materjali tekniċi u bijoloġiċi użati matul il-perjodu ta’ rapportar;

(b)

il-perċentwal ta’ materjali bijoloġiċi (u bijofjuwils użati għal skopijiet mhux ta’ enerġija) użati għall-manifattura tal-prodotti u s-servizzi tal-impriża (inkluż l-imballaġġ) li jinkisbu b’mod sostenibbli, bl-informazzjoni dwar l-iskema ta’ ċertifikazzjoni użata u dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju kaskata; u

(c)

il-piż kemm fil-valur assolut kif ukoll fil-perċentwal, tal-komponenti sekondarji użati mill-ġdid jew riċiklati, tal-prodotti intermedjarji sekondarji u tal-materjali sekondarji użati għall-manifattura tal-prodotti u s-servizzi tal-impriża (inkluż l-imballaġġ).

32.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-metodoloġiji użati għall-kalkolu tad-data. Għandha tispeċifika jekk id-data tinkisibx minn kejl dirett jew minn stimi, u tiddivulga s-suppożizzjonijiet ewlenin użati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-5 – Flussi ta’ ħruġ ta’ riżorsi

33.

L-impriża għandha tiddivulga informazzjoni dwar il-flussi ta’ ħruġ tar-riżorsi tagħha, inkluż l-iskart, relatata mal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tiegħu.

34.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim ta’ dawn:

(a)

kif l-impriża tikkontribwixxi għall-ekonomija ċirkolari billi i) tiddisinja prodotti u materjali f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u ii) iżżid jew timmassimizza l-punt sa fejn il-prodotti, il-materjali u l-ipproċessar tal-iskart jiġu ċċirkolati mill-ġdid fil-prattika wara l-ewwel użu; u

(b)

l-istrateġija tal-impriża għat-tnaqqis tal-iskart u għall-immaniġġar tal-iskart, il-punt sa fejn l-impriża tkun taf kif l-iskart prekonsumatur tagħha jiġi mmaniġġjat fl-attivitajiet tagħha stess.

Prodotti u materjali

35.

L-impriża għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-prodotti u l-materjali ewlenin li joħorġu mill-proċess ta’ produzzjoni tal-impriża u li huma ddisinjati skont prinċipji ċirkolari, inklużi d-durabbiltà, l-użu mill-ġdid, il-possibbiltà ta’ tiswija, iż-żarmar, il-manifattura mill-ġdid, ir-rinnovazzjoni, ir-riċiklaġġ, ir-riċirkolazzjoni permezz taċ-ċiklu bijoloġiku, jew l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-prodott jew tal-materjal permezz ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari oħra.

36.

L-impriżi li għalihom il-flussi ta’ ħruġ huma materjali għandhom jiddivulgaw:

(a)

Id-durabbiltà mistennija tal-prodotti mqiegħda fis-suq mill-impriża, fir-rigward tal-medja tal-industrija għal kull grupp ta’ prodotti;

(b)

Il-prodotti li jistgħu jissewwew, bl-użu ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni stabbilita, fejn possibbli;

(c)

Ir-rati tal-kontenut riċiklat fil-prodotti u l-imballaġġ tagħhom.

Skart

37.

L-impriża għandha tiżvela l-informazzjoni li ġejja dwar l-ammont totali tagħha ta’ skart mill-operazzjonijiet tagħha stess, f’tunnellati jew kilogrammi:

(a)

l-ammont totali ta’ skart iġġenerat;

(b)

l-ammont totali skont il-piż iddevjat mir-rimi, bi tqassim bejn skart perikoluż u skart mhux perikoluż u tqassim skont it-tipi ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru li ġejjin:

i.

it-tħejjija għall-użu mill-ġdid;

ii.

riċiklaġġ; u

iii.

operazzjonijiet oħra ta’ rkupru.

(c)

l-ammont skont il-piż dirett għar-rimi skont it-tip ta’ trattament tal-iskart u l-ammont totali li jiġbor it-tliet tipi kollha, bi tqassim bejn skart perikoluż u skart mhux perikoluż. It-tipi ta’ trattament tal-iskart li għandhom jiġu ddivulgati huma:

i.

inċinerazzjoni;

ii.

miżbla; u

iii.

operazzjonijiet oħrajn ta’ rimi;

(d)

l-ammont totali u l-perċentwal ta’ skart mhux riċiklat (91).

38.

Meta tiżvela l-kompożizzjoni tal-iskart, l-impriża għandha tispeċifika:

(a)

il-flussi ta’ skart rilevanti għas-settur jew l-attivitajiet tagħha (eż. żwiel għall-impriża fis-settur tal-minjieri, skart elettroniku għall-impriża fis-settur tal-elettronika tal-konsumatur, jew skart tal-ikel għall-impriża fis-settur tal-agrikoltura jew tal-ospitalità); u;

(b)

il-materjali li huma preżenti fl-iskart (eż. il-bijomassa, il-metalli, il-minerali mhux metalliċi, il-plastik, it-tessuti, il-materja prima kritika u l-elementi terrestri rari).

39.

L-impriża għandha tiżvela wkoll l-ammont totali ta’ skart perikoluż u skart radjuattiv iġġenerat mill-impriża, fejn l-iskart radjuattiv huwa definit fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom. (92)

40.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni kuntestwali dwar il-metodoloġiji użati għall-kalkolu tad-data u b’mod partikolari l-kriterji u s-suppożizzjonijiet użati għad-determinazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prodotti ddisinjati skont il-prinċipji ċirkolari skont il-paragrafu 35. Hija għandha tispeċifika jekk id-data tinġabarx minn kejl jew stimi diretti; u tiddivulga s-suppożizzjonijiet ewlenin użati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5–6 — Effetti finanzjarji antiċipati mill-użu tar-riżorsi materjali u r-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-ekonomija ċirkolari

41.

L-impriża għandha tiddivulga l-effetti finanzjarji antiċipati tar-riskji u l-opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi u mill-impatti relatati mal-ekonomija ċirkolari.

42.

Barra minn hekk, l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 41 hija l-informazzjoni dwar l-effetti finanzjarji attwali fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-entità għall-perjodu ta’ rapportar meħtieġ skont l-ESRS 2 SBM-3 paragrafu 48(d). L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim ta’ dawn:

(a)

l-effetti finanzjarji antiċipati minħabba r-riskji materjali li jirriżultaw mill-użu tar-riżorsi materjali u mill-impatti u d-dipendenzi relatati mal-ekonomija ċirkolari u kif dawn ir-riskji għandhom jew jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jkollhom) influwenza materjali fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża, il-prestazzjoni finanzjarja, u l-flussi tal-flus fuq terminu qasir, medju u twil; u

(b)

l-effetti finanzjarji antiċipati minħabba opportunitajiet materjali relatati mal-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari.

43.

Id-divulgazzjoni għandha tinkludi:

(a)

kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati f’termini monetarji qabel ma jiġu kkunsidrati l-użu tar-riżorsi u l-azzjonijiet relatati mal-ekonomija ċirkolari, jew fejn mhux possibbli mingħajr spiża jew sforz żejjed, informazzjoni kwalitattiva. Għall-effetti finanzjarji li jirriżultaw minn opportunitajiet materjali, ma tkunx meħtieġa kwantifikazzjoni jekk tirriżulta f’divulgazzjoni li ma tissodisfax il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara ESRS 1 Appendiċi B Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni);

(b)

deskrizzjoni tal-effetti kkunsidrati, l-impatti u d-dipendenzi li huma relatati magħhom u l-orizzonti ta’ żmien li fihom x’aktarx jimmaterjalizzaw;

(c)

is-suppożizzjonijiet kritiċi użati biex jikkwantifikaw l-effetti finanzjarji antiċipati, kif ukoll is-sorsi u l-livell ta’ inċertezza ta’ dawk is-suppożizzjonijiet.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS E5. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-istandard.

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 — Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-użu tar-riżorsi materjali u mal-ekonomija ċirkolari

AR 1.

Meta twettaq valutazzjoni tal-materjalità dwar is-sottosuġġetti ambjentali, l-impriża għandha tivvaluta l-materjalità tal-użu tar-riżorsi u tal-ekonomija ċirkolari fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, u tista’ tikkunsidra l-erba’ fażijiet ta’ hawn taħt, magħrufa wkoll bħala l-approċċ tal-LEAP:

(a)

Fażi 1: tillokalizza fejn fl-operazzjonijiet tal-impriża stess u tul il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha sseħħ l-interfaċċa man-natura;

(b)

Fażi 2: tevalwa d-dipendenzi u l-impatti;

(c)

Fażi 3: tivvaluta r-riskji u l-opportunitajiet materjali;

(d)

Fażi 4: tħejji u tirrapporta r-riżultati tal-valutazzjoni tal-materjalità.

AR 2.

Fir-rigward tal-ESRS E5, il-fażijiet 1 u 2 jiddependu prinċipalment fuq il-valutazzjonijiet tal-materjalità mwettqa skont l-ESRS E1 (inkluż il-konsum tal-enerġija), l-ESRS E2 (it-tniġġis), l-ESRS E3 (ir-riżorsi tal-baħar, il-konsum tal-ilma) u l-ESRS E4 (il-bijodiversità, l-ekosistemi, il-materja prima). Fil-fatt, l-ekonomija ċirkolari eventwalment għandha l-għan li tnaqqas l-impatt ambjentali tal-użu ta’ prodotti, materjali u riżorsi oħra, timminimizza l-iskart u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi u b’hekk tnaqqas l-impatti fuq in-natura. Dan ir-rekwiżit ta’ applikazzjoni jiffoka prinċipalment fuq it-tielet fażiji ta’ dan l-approċċ tal-LEAP, filwaqt li r-raba’ fażi tindirizza l-eżitu tal-proċess.

AR 3.

Il-proċess għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-impatti, tad-dipendenzi, tar-riskji u tal-opportunitajiet għandu jqis id-dispożizzjonijiet fl-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi biex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali, u r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni IRO-2 fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża.

AR 4.

Is-sottosuġġetti relatati mal-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari koperti mill-valutazzjoni tal-materjalità jinkludu:

(a)

influssi tar-riżorsi inkluża ċ-ċirkolarità tal-influssi ta’ riżorsi materjali, b’kunsiderazzjoni tal-ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi, l-intensità tal-materjali u l-prodotti u r-riżorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli;

(b)

flussi ta’ ħruġ tar-riżorsi b’rabta mal-prodotti u mas-servizzi u

(c)

skart, inkluż l-iskart perikoluż u l-immaniġġar tal-iskart mhux perikoluż.

AR 5.

Fil-fażi 3, biex tivvaluta r-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha abbażi tar-riżultati tal-Fażijiet 1 u 2, l-impriża tista’:

(a)

tidentifika r-riskji u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, inkluż ir-riskju li tibqa’ f’xenarju ta’ żamma tal-istatus quo:

i.

ta’ politika u legali, eż. projbizzjonijiet fuq l-estrazzjoni u l-użu ta’ riżorsi mhux rinnovabbli, regolamenti dwar it-trattament tal-iskart;

ii.

tat-teknoloġija, eż. l-introduzzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji ġodda biex jissostitwixxu l-użu eżistenti ta’ prodotti u materjali;

iii.

tas-suq, pereżempju, iċ-ċaqliq tal-provvista, id-domanda u l-finanzjament;

iv.

ir-reputazzjoni, eż. tibdil fil-perċezzjonijiet tas-soċjetà, tal-klijenti jew tal-komunità.

(b)

tidentifika r-riskji fiżiċi inkluż it-tnaqqis tal-istokk u l-użu tar-riżorsi rinnovabbli verġni u mhux verġni, u tar-riżorsi mhux rinnovabbli;

(c)

tidentifika l-opportunitajiet ikkategorizzati skont:

i.

l-effiċjenza tar-riżorsi: pereżempju, it-tranżizzjoni lejn servizzi u proċessi aktar effiċjenti li jeħtieġu inqas riżorsi, l-ekodisinn għall-lonġevità, it-tiswija, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, il-prodotti sekondarji, is-sistemi ta’ teħid lura, id-diżakkoppjament tal-attività mill-estrazzjoni tal-materjali, l-intensifikazzjoni tal-użu tal-materjal ċirkolari, il-ħolqien ta’ sistema li tippermetti d-dematerjalizzazzjoni (eż. id-diġitalizzazzjoni, it-titjib tar-rati ta’ użu, it-tnaqqis fil-piż); prattiki li jiżguraw li l-prodotti u l-materjali jinġabru, jintgħażlu, u jintużaw mill-ġdid, jissewwew, jiġu rinnovati, jiġu mmanifatturati mill-ġdid;

ii.

swieq: pereżempju, id-domanda għal prodotti u servizzi inqas intensi fir-riżorsi, u mudelli ġodda ta’ konsum bħal prodott bħala servizz, ħlas għal kull użu, kondiviżjoni, kiri;

iii.

finanzjament: eż., aċċess għal fondi ekoloġiċi, bonds jew self;

iv.

reżiljenza: eż., id-diversifikazzjoni tar-riżorsi u tal-attivitajiet tan-negozju (eż., il-bidu ta’ unità kummerċjali ġdida għar-riċiklaġġ ta’ materjali ġodda), l-investiment f’infrastrutturi ekoloġiċi, l-adozzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ riċiklaġġ u ċirkolarità li jnaqqsu d-dipendenzi, il-kapaċità tal-impriża li tissalvagwardja l-istokkijiet futuri u l-flussi tar-riżorsi; u

v.

ir-reputazzjoni.

AR 6.

L-impriża tista’ tikkunsidra l-metodoloġiji li ġejjin biex tivvaluta l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha fuq l-operazzjonijiet tagħha stess u tul il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha:

(a)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2021/2279 dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet (Anness I — Impronta Ambjentali tal-Prodotti; Anness III — Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet); u

(b)

Analiżi tal-Fluss ta’ Materjal (MFA) mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

AR 7.

Meta tipprovdi informazzjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tal-materjalità, l-impriża għandha tikkunsidra:

(a)

lista ta’ unitajiet tan-negozju assoċjati mal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tal-użu tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari fil-kuntest tal-prodotti u s-servizzi tal-impriża u l-iskart li tiġġenera;

(b)

lista u prijoritizzazzjoni tar-riżorsi materjali użati mill-impriża;

(c)

l-impatti u r-riskji materjali li jinżamm l-istatus quo;

(d)

l-opportunitajiet materjali relatati mal-ekonomija ċirkolari;

(e)

l-impatti materjali u r-riskji ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; u

(f)

l-istadji tal-katina tal-valur fejn huma kkonċentrati l-użu tar-riżorsi, ir-riskji u l-impatti negattivi.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-1 – Politiki relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

AR 8.

Il-politiki deskritti taħt dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jistgħu jiġu integrati f’politiki ambjentali jew ta’ sostenibbiltà usa’ li jkopru sottosuġġetti differenti.

AR 9.

Meta tipprovdi informazzjoni dwar il-politiki tagħha, l-impriża għandha tikkunsidra jekk u kif il-politiki tagħha jindirizzaw:

(a)

il-ġerarkija tal-iskart: (a) il-prevenzjoni; (b) it-tħejjija għall-użu mill-ġdid; (c) ir-riċiklaġġ; (d) irkupru ieħor, eż. irkupru tal-enerġija; u (e) ir-rimi ta’ skart. F’dan il-kuntest, it-trattament tal-iskart ma jistax jitqies bħala rkupru;

(b)

il-prijoritizzazzjoni tal-iskart tal-evitar jew tal-minimizzazzjoni (Użu mill-ġdid, Tiswija, Rinnovazzjoni, Manifattura mill-ġdid u Għoti ta’ skop ġdid) fuq it-trattament tal-iskart (Riċiklaġġ). Għandhom jitqiesu wkoll il-kunċetti tal-ekodisinn (93), l-iskart bħala riżorsa jew skart ta’ wara l-konsumatur (fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott għall-konsumatur).

AR 10.

Meta tiddefinixxi l-politiki tagħha, l-impriża tista’ tikkunsidra d-Dokument dwar “Sistema ta’ Kategorizzazzjoni għall-ekonomija ċirkolari”, li jiddeskrivi mudelli ta’ disinn u produzzjoni ċirkolari, mudelli ta’ użu ċirkolari, mudelli ta’ rkupru tal-valur ċirkolari u appoġġ ċirkolari skont il-prinċipji tad-disa’ strateġiji jew prinċipji “R” tal-ekonomija ċirkolari: irrifjuta, irrikunsidra, naqqas, uża mill-ġdid, sewwi irranġa, immanifattura mill-ġdid, agħti skop ġdid u rriċikla.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-2 – Azzjonijiet u riżorsi relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

AR 11.

Meta tipprovdi informazzjoni skont il-paragrafu 17 u meta jitqies li r-riżorsi huma kondiviżi u li l-istrateġiji tal-ekonomija ċirkolari jistgħu jirrikjedu azzjonijiet kollettivi, l-impriża tista’ tispeċifika l-azzjonijiet meħuda biex tinvolvi ruħha mal-katina tal-valur tagħha upstream u downstream u/jew in-network lokali tagħha dwar l-iżvilupp ta’ kollaborazzjonijiet jew inizjattivi li jżidu ċ-ċirkolarità tal-prodotti u tal-materjali.

AR 12.

B’mod partikolari, l-impriża tista’ tispeċifika dawn li ġejjin:

(a)

kif tikkontribwixxi għall-ekonomija ċirkolari, inkluż pereżempju sistemi intelliġenti ta’ ġbir tal-iskart;

(b)

il-partijiet ikkonċernati l-oħra involuti fl-azzjonijiet kollettivi: kompetituri, fornituri, bejjiegħa bl-imnut, klijenti, sħab kummerċjali oħra, komunitajiet u awtoritajiet lokali, aġenziji tal-gvern;

(c)

deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tal-kollaborazzjoni jew tal-inizjattiva, inkluż il-kontribut speċifiku tal-impriża u r-rwoli tal-partijiet ikkonċernati differenti fil-proġett.

AR 13.

L-azzjonijiet jistgħu jkopru l-operazzjonijiet proprji tal-impriża u/jew il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-3 - Miri relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari

AR 14.

Jekk l-impriża tirreferi għal-limiti ekoloġiċi biex tistabbilixxi l-miri, tista’ tirreferi għall-gwida pprovduta mill-Inizjattiva tal-Miri Bbażati fuq ix-Xjenza għan-Natura (SBTN) fil-gwida interim tagħha (Gwida Inizjali għan-Negozju, Settembru 2020) jew kwalunkwe gwida oħra b’metodoloġija rikonoxxuta xjentifikament li tippermetti l-istabbiliment ta’ miri bbażati fuq ix-xjenza billi jiġu identifikati limiti ekoloġiċi u, jekk applikabbli, allokazzjonijiet speċifiċi għall-organizzazzjoni. Il-limiti ekoloġiċi jistgħu jkunu lokali, nazzjonali u/jew globali.

AR 15.

Meta tipprovdi informazzjoni dwar il-miri, l-impriża għandha tipprijoritizza l-miri f’valur assolut.

AR 16.

Meta tipprovdi miri ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 24, l-impriża għandha tikkunsidra l-fażi tal-produzzjoni, il-fażi tal-użu, u t-tmiem tal-ħajja funzjonali tal-prodotti u l-materjali.

AR 17.

Meta tipprovdi informazzjoni dwar miri relatati ma’ materja prima rinnovabbli verġni skont il-paragrafu 24(c), l-impriża għandha tikkunsidra kif dawk il-miri jista’ jkollhom impatt fuq it-telf tal-bijodiversità, anke fid-dawl tal-ESRS E4.

AR 18.

L-impriża tista’ tiddivulga miri oħra skont il-paragrafu 24(f) inkluż fir-rigward ta’ akkwist sostenibbli. Jekk iva, l-impriża għandha tispjega d-definizzjoni ta’ provenjenza sostenibbli li tkun adottat u kif din tirrelata mal-objettiv stabbilit fil-paragrafu 22.

AR 19.

Il-miri jistgħu jkopru l-operazzjonijiet proprji tal-impriża u/jew il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha.

AR 20.

L-impriża tista’ tispeċifika jekk il-mira tindirizzax nuqqasijiet relatati mal-kriterji ta’ Kontribuzzjoni Sostanzjali għall-Ekonomija Ċirkolari kif definit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2020/852. Meta l-kriterji “Tagħmel l-Ebda Ħsara Sinifikanti” (DNSH) għall-Ekonomija Ċirkolari kif definiti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 14(2), u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 ma jiġux issodisfati, l-impriża tista’ tispeċifika jekk il-mira tindirizzax nuqqasijiet relatati ma’ dawk il-kriterji tad-DNSH.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5-4 - Influssi ta’ riżorsi

AR 21.

L-influssi ta’ riżorsi jistgħu jkopru l-kategoriji li ġejjin: tagħmir tal-IT, tessuti, għamara, bini, makkinarju tqil, makkinarju ta’ piż medju, makkinarju ħafif, trasport tqil, trasport ta’ piż medju, trasport ħafif u tagħmir ta’ ħżin. Fir-rigward tal-materjali, l-indikaturi tal-influss tar-riżorsi jinkludu l-materja prima, il-materjali tal-proċess assoċjati, u l-oġġetti jew il-partijiet semimanifatturati.

AR 22.

Meta l-impriża tkun soġġetta għall-paragrafu 31, din tista’ tipprovdi wkoll trasparenza dwar il-materjali li jinkisbu minn flussi ta’ prodotti sekondarji/skart (eż., qatgħat ta’ materjal li qabel ma kienx fi prodott).

AR 23.

Id-denominatur tal-indikatur perċentwali meħtieġ skont il-paragrafi 31(b) u 31(c) huwa l-piż totali globali tal-materjali użati matul il-perjodu ta’ rapportar.

AR 24.

Id-data dwar l-użu rrapportata għandha tirrifletti l-materjal fl-istat oriġinali tiegħu, u ma għandhiex tiġi ppreżentata b’aktar manipulazzjoni tad-data, bħar-rapportar tiegħu bħala “piż xott”.

AR 25.

F’każijiet fejn ikun hemm trikkib bejn il-kategoriji ta’ użu mill-ġdid u rriċiklati, l-impriża għandha tispeċifika kif ġie evitat l-għadd doppju u l-għażliet li saru.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5–5 — Flussi ta’ ħruġ ta’ riżorsi

AR 26.

L-informazzjoni dwar il-prodotti u l-materjali li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 35 tirreferi għall-materjali u l-prodotti kollha li joħorġu mill-proċess ta’ produzzjoni tal-impriża u li kumpanija tqiegħed fis-suq (inkluż l-imballaġġ).

AR 27.

Meta tikkompila r-rata, l-impriża għandha tuża bħala denominatur il-piż totali globali tal-materjali użati matul il-perjodu ta’ rapportar.

AR 28.

L-impriża tista’ tiżvela l-involviment tagħha fl-immaniġġar tal-iskart fi tmiem il-ħajja tal-prodott, pereżempju permezz ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jew skemi ta’ teħid lura.

AR 29.

It-tip ta’ skart għandu jinftiehem bħala skart perikoluż jew skart mhux perikoluż. Xi skart speċifiku, bħall-iskart radjuattiv, jista’ jiġi ppreżentat ukoll bħala tip separat.

AR 30.

Meta tikkunsidra l-flussi tal-iskart rilevanti għas-setturi jew l-attivitajiet tagħha, l-impriża tista’ tikkunsidra l-lista ta’ deskrizzjonijiet tal-iskart mill-Katalogu Ewropew tal-Iskart.

AR 31.

Eżempji ta’ tipi oħra ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru skont il-paragrafu 37(b)iii jistgħu jinstabu fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart).

AR 32.

Eżempji ta’ tipi oħra ta’ operazzjonijiet ta’ rimi skont il-paragrafu 37(c)iii jistgħu jinstabu fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart).

AR 33.

Meta tipprovdi informazzjoni kuntestwali skont il-paragrafu 40, l-impriża tista’:

(a)

tispjega r-raġunijiet għal piżijiet għoljin ta’ skart diretti lejn ir-rimi (eż. regolamenti lokali li jipprojbixxu r-rimi f’miżbliet ta’ tipi speċifiċi ta’ skart);

(b)

tiddeskrivi prattiki settorjali, standards settorjali, jew regolamenti esterni li jagħtu mandat għal operazzjoni speċifika ta’ rimi; u

(c)

tispeċifika jekk id-data ġietx immudellata jew inkisbitx b’kejl dirett, bħal noti dwar it-trasferiment tal-iskart minn kolletturi tal-iskart ikkuntrattati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni E5–6 — Effetti finanzjarji antiċipati mill-użu tar-riżorsi materjali u r-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-ekonomija ċirkolari

AR 34.

Meta tipprovdi informazzjoni skont il-paragrafu 42(b), l-impriża tista’ turi u tiddeskrivi kif biħsiebha ssaħħaħ iż-żamma tal-valur.

AR 35.

L-impriża tista’ tinkludi valutazzjoni tal-prodotti u s-servizzi relatati tagħha f’riskju fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil, li tispjega kif dawn jiġu definiti, kif jiġu stmati l-ammonti finanzjarji, u liema suppożizzjonijiet kritiċi jkunu saru.

AR 36.

Il-kwantifikazzjoni tal-effetti finanzjarji antiċipati f’termini monetarji skont il-paragrafu 43(a) tista’ tkun firxa.

ESRS S1

FORZA TAX-XOGĦOL PROPRJA

WERREJ

Objettiv

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-1 – Politiki relatati mal-forza tax-xogħol proprja

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-2 – Proċessi għall-involviment tal-ħaddiema proprji u tar’ rappreżentanti tal-ħaddiema dwar l-impatti

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-ħaddiema proprji sabiex iqajmu tħassib

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-forza tax-xogħol proprja, u approċċi għall-mitigazzjoni tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-6 – Karatteristiċi tal-impjegati tal-impriża

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-7 – Karatteristiċi tal-ħaddiema mhux impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-8 – Kopertura tan-negozjar kollettiv u djalogu soċjali

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–9 — Metriċi tad-diversità

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-10 – Pagi adegwati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-11 – Protezzjoni soċjali

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-12– Persuni b’diżabilità

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–13 — Metriċi ta’ taħriġ u żvilupp tal-ħiliet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–14 — Metriċi tas-saħħa u s-sikurezza

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–15 — Metriċi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-16 – Metriċi ta’ kumpens (differenzjali tal-pagi u kumpens totali)

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–17 — Inċidenti, ilmenti u impatti severi fuq id-drittijiet tal-bniedem

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Objettiv

ESRS 2 Divulgazzjonijiet Ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-1 – Politiki relatati mal-forza tax-xogħol proprja

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-2 – Proċessi għall-involviment tal-ħaddiema proprji u tar’ rappreżentanti tal-ħaddiema dwar l-impatti

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1 - 3– Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-ħaddiema proprji sabiex iqajmu tħassib

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti u l-approċċi materjali għall-mitigazzjoni tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja , u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet u l-approċċi

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, kif ukoll mar-riskji u mal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-6 – Karatteristiċi tal-Impjegati tal-Impriża

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-7 – Karatteristiċi tal-ħaddiema mhux impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-8 – Kopertura tan-negozjar kollettiv u djalogu soċjali

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–9 — Metriċi tad-diversità

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-10 – Pagi Adegwati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-11 – Protezzjoni soċjali

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-12– Persuni b’diżabilità

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–13 — Metriċi ta’ Taħriġ u Żvilupp tal-Ħiliet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–14 — Metriċi tas-saħħa u s-sikurezza

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-15 – Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–16 — Metriċi ta’ remunerazzjoni (differenza fil-pagi u remunerazzjoni totali)

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–17 — Inċidenti, ilmenti u impatti severi fuq id-drittijiet tal-bniedem

Appendiċi A.1:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni għal divulgazzjonijiet relatati mal-ESRS 2

Appendiċi A.2:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni għall-ESRS S1-1 Politiki relatati mal-forza tax-xogħol proprja

Appendiċi A.3:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni għall-ESRS S1–4 Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-forza tax-xogħol proprja, u approċċi għall-mitigazzjoni tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

Appendiċi A.4:

Ir-rekwiżiti ta’ applikazzjoni għall-ESRS S1–5 Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

Objettiv

1.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jispeċifika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni li se jippermettu lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà jifhmu l-impatti materjali tal-impriża fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha, kif ukoll ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati, inklużi:

(a)

kif l-impriża taffettwa l-forza tax-xogħol proprja tagħha, f’termini ta’ impatti materjali pożittivi u negattivi reali jew potenzjali;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet, għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni jew l-irrimedjar ta’ impatti negattivi reali jew potenzjali, u biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet;

(c)

in-natura, it-tip u l-firxa tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tal-impriża relatati mal-impatti u mad-dipendenzi tagħha fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha, u kif l-impriża timmaniġġahom; u

(d)

l-effetti finanzjarji fuq l-impriża fuq terminu qasir, medju u twil tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi tal-impriża fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha.

2.

Sabiex jintlaħaq l-objettiv, dan l-Istandard jirrikjedi wkoll spjegazzjoni tal-approċċ ġenerali li l-impriża tieħu sabiex tidentifika u timmaniġġa kwalunkwe impatt materjali reali u potenzjali fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha fir-rigward tal-fatturi jew tal-kwistjonijiet soċjali, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, li ġejjin:

(a)

il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi:

i.

l-impjieg sigur;

ii.

il-ħin tax-xogħol;

iii.

il-pagi adegwati;

iv.

id-djalogu soċjali;

v.

il-libertà ta’ assoċjazzjoni, l-eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħol u d-drittijiet ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-ħaddiema;

vi.

in-negozjar kollettiv, inkluża r-rata tal-forza tax-xogħol tal-impriża koperta minn ftehimiet kollettivi;

vii.

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; u

viii.

is-saħħa u s-sikurezza.

(b)

it-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inklużi:

i.

l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali;

ii.

it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet;

iii.

l-impjieg u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità;

iv.

Miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol; u

v.

id-diversità.

(c)

drittijiet oħra relatati max-xogħol, inklużi dawk relatati ma’:

i.

it-tħaddim tat-tfal;

ii.

ix-xogħol furzat;

iii.

akkomodazzjoni adegwata; u

iv.

il-privatezza.

3.

Dan l-Istandard jirrikjedi wkoll spjegazzjoni ta’ kif tali impatti, kif ukoll id-dipendenzi tal-impriża fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha, jistgħu joħolqu riskji jew opportunitajiet materjali għall-impriża. Pereżempju, fir-rigward tal-opportunitajiet indaqs, id-diskriminazzjoni fir-reklutaġġ u l-promozzjoni kontra n-nisa tista’ tnaqqas l-aċċess tal-impriża għal xogħol kwalifikat u tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tagħha. Min-naħa l-oħra, politiki sabiex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa fil-forza tax-xogħol u fil-livelli superjuri tal-maniġment jista’ jkollhom effetti pożittivi, bħaż-żieda tal-grupp ta’ ħaddiema kwalifikati u t-titjib tar-reputazzjoni tal-impriża.

4.

Dan l-Istandard ikopri l-forza tax-xogħol proprja ta’ impriża, li huwa mifhum li jinkludi kemm persuni li huma f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża (“impjegati”) kif ukoll dawk li mhumiex impjegati li huma jew persuni b’kuntratti mal-impriża biex jipprovdu xogħol (“persuni li jaħdmu għal rashom”) jew persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” (Kodiċi NACE N78). Ara r-Rekwiżit ta’ Applikazzjoni 3 għal eżempji ta’ min jaqa’ taħt il-forza tax-xogħol proprja. L-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi ddivulgata fir-rigward ta’ dawk li mhumiex impjegati ma għandhiex taffettwa l-istatus tagħhom skont il-liġi tax-xogħol applikabbli.

5.

Dan l-Istandard ma jkoprix ħaddiema fil-katina tal-valur upstream jew downstream tal-impriża; dawn il-kategoriji ta’ ħaddiema huma koperti fl-ESRS S2 Ħaddiema fil-katina tal-valur.

6.

L-Istandard jirrikjedi li l-impriżi jiddeskrivu l-forza tax-xogħol proprja tagħhom, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-impjegati u tal-ħaddiema mhux impjegati li huma parti minnha. Din id-deskrizzjoni tipprovdi lill-utenti b’fehim tal-istruttura tal-forza tax-xogħol proprja tal-impriża u tgħin sabiex tiġi kkontestwalizzata l-informazzjoni pprovduta permezz ta’ divulgazzjonijiet oħrajn.

7.

L-objettiv tal-Istandard huwa wkoll li jippermetti lill-utenti jifhmu sa liema punt l-impriża tallinja jew tikkonforma mal-istrumenti u l-konvenzjonijiet internazzjonali u Ewropej tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u l-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar Persuni b’Diżabilità, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Soċjali Ewropea riveduta, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prijoritajiet ta’ politika tal-UE kif stabbiliti mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż l-acquis tal-liġi tax-xogħol tal-UE.

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

8.

Dan l-Istandard għandu jinqara flimkien mal-prinċipji ġenerali tal-ESRS 1 u r-rekwiżiti ġenerali tal-ESRS 2.

9.

Dan l-Istandard għandu jinqara flimkien mal-ESRS S2 Ħaddiema fil-katina tal-valur, ESRS S3 Komunitajiet affettwati u ESRS S4 Konsumaturi u utenti finali.

10.

Ir-rapportar skont dan l-Istandard għandu jkun konsistenti, koerenti u meta rilevanti marbut b’mod ċar mar-rapportar dwar il-forza tax-xogħol proprja tal-impriża skont l-ESRS S2, sabiex jiġi żgurat rapportar effettiv.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

11.

Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima għandhom jinqraw flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 dwar l-Istrateġija (SBM). Id-divulgazzjonijiet li jirriżultaw għandhom jiġu ppreżentati flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2, ħlief għall-ESRS 2 SBM-3, li għalih l-impriża għandha l-għażla li tippreżenta d-divulgazzjonijiet flimkien mad-divulgazzjoni topika.

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

12.

Meta twieġeb għall-ESRS 2 SBM-2, l-impriża għandha tiddivulga kif l-interessi, il-fehmiet u d-drittijiet tan-nies fil-forza tax-xogħol tagħha stess, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, jinfurmaw l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha. Il-forza tax-xogħol proprja tal-impriża stess hija grupp ewlieni ta’ partijiet ikkonċernati affettwati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

13.

Meta tkun qed twieġeb għall-paragrafu 48 tal-ESRS 2 SBM-3, l-impriza għandha tiddivulga:

(a)

jekk u kif l-impatti reali u potenzjali fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha kif identifikati fl-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi biex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali: (i) joriġinaw mill-istrateġija u mill-mudelli tan-negozju tal-impriża jew huma konnessi magħhom, u (ii) jinformaw u jikkontribwixxu għall-adattament tal-istrateġija u tal-mudell tan-negozju tal-impriża; u

(b)

ir-relazzjoni bejn ir-riskji u l-opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi fuq il-forza tax-xogħol proprja u l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha.

14.

Meta tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 48, l-impriża għandha tiddivulga jekk il-persuni kollha fil-forza tax-xogħol proprja tagħha stess li jistgħu jiġu affettwati materjalment mill-impriża humiex inklużi fl-ambitu tad-divulgazzjoni tagħha skont l-ESRS 2. Dawn l-impatti materjali għandhom jinkludu impatti li huma marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża stess u l-katina tal-valur tagħha, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Barra minn hekk, l-impriża għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni qasira tat-tipi ta’ impjegati u ta’ dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tagħha soġġetti għal impatti materjali mill-operazzjonijiet tagħha, u tispeċifika jekk humiex impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom, jew persuni pprovduti minn impriżi terzi primarjament involuti f’attivitajiet ta’ impjieg;

(b)

fil-każ ta’ impatti negattivi materjali, kemm jekk ikunu (i) mifruxa jew sistemiċi f’kuntesti fejn topera l-impriża (pereżempju, tħaddim tat-tfal jew xogħol furzat jew xogħol obbligatorju f’pajjiżi jew reġjuni speċifiċi barra mill-UE), jew (ii) relatati ma’ inċidenti individwali (pereżempju, aċċident industrijali jew tixrid ta’ żejt);

(c)

fil-każ ta’ impatti materjali pożittivi, deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet li jirriżultaw fl-impatti pożittivi, it-tipi ta’ impjegati u dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tagħha li huma affettwati b’mod pożittiv jew li jistgħu jiġu affettwati b’mod pożittiv; l-impriża tista’ tiddivulga wkoll jekk l-impatti pożittivi jseħħux f’pajjiżi jew f’reġjuni speċifiċi;

(d)

kwalunkwe riskju u opportunità materjali għall-impriża li jirriżultaw minn impatti u minn dipendenzi fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha;

(e)

kwalunkwe impatt materjali fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha li jista’ jirriżulta minn pjanijiet ta’ tranżizzjoni għat-tnaqqis tal-impatti negattivi fuq l-ambjent u għall-kisba ta’ operazzjonijiet aktar ekoloġiċi u newtrali għall-klima, inkluża l-informazzjoni dwar l-impatti fuq il-forza tax-xogħol proprja kkawżati mill-pjanijiet u mill-azzjonijiet tal-impriża sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali. L-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet jinkludu r-ristrutturar u t-telf tal-impjiegi kif ukoll l-opportunitajiet li jinħolqu mill-ħolqien tal-impjiegi u mit-taħriġ mill-ġdid jew mit-titjib tal-ħiliet;

(f)

operazzjonijiet f’riskju sinifikanti ta’ inċidenti ta’ xogħol furzat jew xogħol obbligatorju (94) jew f’termini ta’:

i.

it-tip ta’ operazzjoni (bħal impjant tal-manifattura); jew

ii.

il-pajjiżi jew iż-żoni ġeografiċi b’operazzjonijiet ikkunsidrati f’riskju;

(g)

operazzjonijiet f’riskju sinifikanti ta’ inċidenti ta’ tħaddim tat-tfal (95) jew f’termini ta’ dawn:

i.

it-tip ta’ operazzjoni (bħal impjant tal-manifattura); jew

ii.

il-pajjiżi jew iż-żoni ġeografiċi b’operazzjonijiet ikkunsidrati f’riskju.

15.

Fid-deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta’ persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha li huma jew li jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv, abbażi tal-valutazzjoni materjalità stabbilita fl-ESRS 2 IRO 1, l-impriża għandha tiddivulga jekk u kif żviluppat fehim ta’ kif persuni b’karatteristiċi partikolari, dawk li jaħdmu f’kuntesti partikolari, jew dawk li jwettqu attivitajiet partikolari jistgħu jkunu f’riskju akbar ta’ ħsara.

16.

L-impriża għandha tiddivulga liema, jekk ikun hemm, mir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha jirriżultaw minn impatti u dipendenzi fuq persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha huma relatati ma’ gruppi speċifiċi ta’ persuni (pereżempju, gruppi ta’ età partikolari, jew persuni li jaħdmu f’fabbrika jew pajjiż partikolari) aktar milli mal-forza tax-xogħol proprja kollha tagħha (pereżempju, tnaqqis fil-paga ġenerali, jew taħriġ offrut lill-persuni kollha fil-forza tax-xogħol proprja).

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-1 – Politiki relatati mal-forza tax-xogħol proprja

17.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-politiki tagħha adottati biex timmaniġġja l-impatti materjali tagħha fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha, kif ukoll ir-riskji u l-opportunitajiet materjali assoċjati.

18.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża għandha politiki li jindirizzaw l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u/jew ir-rimedju tal-impatti materjali fuq il-forza tax-xogħol proprja tal-impriża b’mod speċifiku, kif ukoll politiki li jkopru l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja tagħha.

19.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 17 għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar il-politiki tal-impriża biex timmaniġġja l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-forza tax-xogħol proprja tagħha f’konformità mal-ESRS 2 MDR-P Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà. Barra minn hekk, l-impriża għandha tispeċifika jekk tali politiki jkoprux gruppi speċifiċi fil-forza tax-xogħol proprja tagħha jew fil-forza tax-xogħol kollha proprja tagħha.

20.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-impenji tal-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem (96) li huma rilevanti għall-forza tax-xogħol proprja tagħha, inklużi dawk il-proċessi u l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (97). Fid-divulgazzjoni tagħha għandha tiffoka fuq dawk il-kwistjonijiet li huma materjali fir-rigward ta’ dawn, kif ukoll l-approċċ ġenerali tagħha għalihom:

(a)

ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tax-xogħol, tal-persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha;

(b)

l-involviment man-nies fil-forza tax-xogħol proprja tagħha; u

(c)

miżuri li jipprovdu u/jew jippermettu rimedju għall-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem.

21.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif il-politiki tagħha fir-rigward tal-forza tax-xogħol tagħha stess huma allinjati ma’ strumenti rilevanti rikonoxxuti internazzjonalment, inklużi l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (98).

22.

L-impriża għandha tiddikjara jekk il-politiki tagħha fir-rigward tal-forza tax-xogħol proprja tagħha jindirizzawx b’mod espliċitu t-traffikar tal-bnedmin (99), ix-xogħol furzat jew it-tħaddim obbligatorju u t-tħaddim tat-tfal.

23.

L-impriża għandha tiddikjara jekk għandhiex politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew sistema ta’ ġestjoni (100).

24.

L-impriża għandha tiddivulga:

(a)

jekk għandhiex politiki speċifiċi mmirati lejn l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni, inklużi l-fastidju, il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs u modi oħrajn sabiex jiġu avvanzati d-diversità u l-inklużjoni;

(b)

jekk ir-raġunijiet li ġejjin għad-diskriminazzjoni humiex speċifikament koperti fil-politika: l-oriġini razzjali u etnika, il-kulur, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, id-diżabbiltà, l-età, ir-reliġjon, l-opinjoni politika, l-estrazzjoni nazzjonali jew l-oriġini soċjali, jew forom oħra ta’ diskriminazzjoni koperti mir-regolament tal-Unjoni u mil-liġi nazzjonali;

(c)

jekk l-impriża għandhiex impenji ta’ politika speċifiċi relatati mal-inklużjoni jew azzjoni pożittiva għal persuni minn gruppi f’riskju partikolari ta’ vulnerabbiltà fil-forza tax-xogħol proprja tagħha stess u, jekk iva, x’inhuma dawn l-impenji; u

(d)

jekk u kif dawn il-politiki jiġu implimentati permezz ta’ proċeduri speċifiċi sabiex jiġi żgurat li d-diskriminazzjoni tkun evitata, mitigata u indirizzata ladarba tiġi identifikata, kif ukoll sabiex jiġu avvanzati d-diversità u l-inklużjoni b’mod ġenerali.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-2 – Proċessi għall-involviment tal-ħaddiema proprji u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar l-impatti

25.

L-impriża għandha tiżvela l-proċessi ġenerali tagħha għall-involviment ma’ persuni fil-forza tax-xogħol tagħha stess u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar l-impatti reali u potenzjali fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha.

26.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim ta’ kif l-impriża timpenja ruħha, bħala parti mill-proċess ta’ diliġenza dovuta kontinwu tagħha, man-nies fil-forza tax-xogħol proprja tagħha u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar impatti materjali, reali u potenzjali, pożittivi u/jew negattivi li jaffettwawhom, jew li jistgħu jaffettwawhom, u jekk u kif il-perspettivi tal-forzi tax-xogħol proprji tagħha jitqiesu fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-impriża.

27.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif il-perspettivi tal-forza tax-xogħol proprja tagħha jinformaw id-deċiżjonijiet jew l-attivitajiet tagħha mmirati lejn il-ġestjoni tal- impatti reali u potenzjali fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha. Dan għandu jinkludi, meta rilevanti, spjegazzjoni ta’:

(a)

jekk l-involviment iseħħx direttament mal-forza tax-xogħol proprja tal-impriża jew mar-rappreżentanti tal-ħaddiema;

(b)

l-istadju/i li fih(om) iseħħ l-involviment, it-tip ta’ involviment u l-frekwenza tal-involviment;

(c)

il-funzjoni u r-rwol l-aktar anzjan fl-impriża li għandhom responsabbiltà operazzjonali sabiex jiġi żgurat li dan l-involviment iseħħ u li r-riżultati jinformaw l-approċċ tal-impriża;

(d)

fejn applikabbli, Ftehim Qafas Globali jew ftehimiet oħra li l-impriża jkollha mar-rappreżentanti tal-ħaddiema relatati mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-forza tax-xogħol proprja tagħha stess, inkluża spjegazzjoni ta’ kif il-ftehim jippermetti lill-impriża tikseb għarfien dwar il-perspettivi tal-forza tax-xogħol proprja tagħha; u

(e)

fejn applikabbli, kif l-impriża tivvaluta l-effettività tal-involviment tagħha mal-forza tax-xogħol proprja tagħha, inkluż, fejn rilevanti, kwalunkwe ftehim jew eżitu li jirriżulta.

28.

Fejn applikabbli, l-impriża għandha tiżvela l-passi li tieħu biex tikseb għarfien dwar il-perspettivi ta’ persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha li jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli għall-impatti u/jew emarġinati (pereżempju, nisa, migranti, persuni b’diżabilità).

29.

Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tiżvela l-informazzjoni meħtieġa ta’ hawn fuq minħabba li ma tkunx adottat proċess ġenerali biex tinvolvi ruħha mal-forza tax-xogħol proprja tagħha, hija għandha tiddivulga dan bħala l-każ. Hija tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih ikollha l-għan li jkollha fis-seħħ proċess bħal dan.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-mezzi għall-forza tax-xogħol proprja sabiex tissinjala tħassib

30.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-proċessi li jkollha fis-seħħ biex tipprevedi jew tikkoopera fir-rimedju tal-impatti negattivi fuq il-persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha li l-impriża hija konnessa magħhom, kif ukoll il-mezzi disponibbli għall-forza tax-xogħol proprja tagħha biex tissinjala tħassib u tara li dawn jiġu indirizzati.

31.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-mezzi formali li bihom il-forza tax-xogħol proprja tal-impriża tista’ tagħmel it-tħassib u l-ħtiġijiet tagħhom magħrufa direttament lill-impriża u/jew li permezz tagħhom l-impriża tappoġġa d-disponibbiltà ta’ tali mezzi (pereżempju, mekkaniżmi ta’ lmentar) fuq il-post tax-xogħol, u kif jitwettaq segwitu mal-persuni kkonċernati rigward il-kwistjonijiet imqajma u l-effettività ta’ dawn il-mezzi.

32.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-proċessi fis-seħħ sabiex ikopru l-kwistjonijiet definiti fil-paragrafu 2 tat-taqsima tal-Objettivi billi tiddivulga l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-approċċ ġenerali tagħha u l-proċessi biex tipprovdi jew tikkontribwixxi għal rimedju fejn tkun ikkawżat jew ikkontribwiet għal impatt negattiv materjali fuq persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha, inkluż jekk u kif l-impriża tivvaluta li r-rimedju pprovdut huwa effettiv;

(b)

kwalunkwe kanal speċifiku li għandha fis-seħħ għall-forza tax-xogħol proprja tagħha sabiex tqajjem it-tħassib jew il-ħtiġijiet tagħha direttament mal-impriża u sabiex titlob li dawn jiġu indirizzati, inkluż jekk dawn ikunux stabbiliti mill-impriża nnifisha u/jew permezz tal-parteċipazzjoni f’mekkaniżmi ta’ partijiet terzi;

(c)

jekk l-impriża għandhiex jew le mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti relatat ma’ kwistjonijiet tal-impjegati (101); u

(d)

il-proċessi li permezz tagħhom l-impriża tappoġġa d-disponibbiltà ta’ tali kanali fuq il-post tax-xogħol tal-forza tax-xogħol proprja tagħha; u

(e)

kif issegwi u timmonitorja l-kwistjonijiet imqajmin u indirizzati, u kif tiżgura l-effettività tal-kanali, inkluż permezz tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati li jkunu l-utenti maħsubin.

33.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif tivvaluta li persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha huma konxji ta’, u jafdaw, dawn l-istrutturi jew proċessi bħala mod kif jitqajmu t-tħassib jew il-ħtiġijiet tagħhom u kif dawn jiġu indirizzati. Barra minn hekk, l-impriża għandha tiddivulga jekk għandhiex fis-seħħ politiki rigward il-protezzjoni ta’ individwi li jużawhom, inklużi rappreżentanti tal-ħaddiema, kontra ritaljazzjoni. Jekk tali informazzjoni tkun ġiet divulgata f’konformità mal-ESRS G1–1, l-impriża tista’ tirreferi għal dik l-informazzjoni.

34.

Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tiżvela l-informazzjoni meħtieġa ta’ hawn fuq minħabba li ma tkunx adottat mezz biex tqajjem tħassib u/jew ma tappoġġax id-disponibbiltà ta’ tali kanal fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema tagħha stess, hija għandha tiżvela dan bħala l-każ. Hija tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih ikollha l-għan li jkollha fis-seħħ kanal bħal dan.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-forza tax-xogħol proprja, u approċċi għall-immaniġġar tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

35.

L-impriża għandha tiżvela kif tieħu azzjoni biex tindirizza l-impatti materjali negattivi u pożittivi, u biex timmaniġġa r-riskji materjali u ssegwi opportunitajiet materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja tagħha, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet.

36.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa doppju. L-ewwel nett, dan għandu jippermetti fehim ta’ kwalunkwe azzjoni u inizjattiva li permezz tagħhom l-impriża tfittex li:

(a)

tipprevjeni, timmitiga u tirrimedja l-impatti materjali negattivi fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha; u/jew

(b)

tikseb impatti materjali pożittivi għall-forza tax-xogħol tagħha stess.

It-tieni nett, hija għandha tippermetti fehim tal-modi li bihom l-impriża tindirizza r-riskji materjali u ssegwi l-opportunitajiet materjali relatati mal-persunal tagħha stess.

37.

L-impriża għandha tipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-pjanijiet ta’ azzjoni u r-riżorsi għall-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-forza tax-xogħol proprja tagħha f’konformità mal-ESRS 2 MDR-A Azzjonijiet u r-riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

38.

Fir-rigward tal-impatti materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja tagħha, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

l-azzjonijiet meħuda, ippjanati jew li għaddejjin għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-impatti negattivi materjali fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha;

(b)

jekk u kif ħadet azzjoni biex tipprovdi jew tippermetti rimedju fir-rigward ta’ impatt materjali reali;

(c)

kwalunkwe azzjoni jew inizjattiva addizzjonali li għandha fis-seħħ bl-għan primarju li twassal impatti pożittivi għall-forza tax-xogħol proprja tagħha; u

(d)

kif issegwi u tivvaluta l-effettività ta’ dawn l-azzjonijiet u l-inizjattivi fil-kisba ta’ eżiti għall-forza tax-xogħol proprja tagħha.

39.

Fir-rigward tal-paragrafu 36, l-impriża għandha tiddeskrivi l-proċessi li permezz tagħhom tidentifika liema azzjoni hija meħtieġa u xierqa b’reazzjoni għal impatt negattiv reali jew potenzjali partikolari fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha.

40.

Fir-rigward tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

liema azzjoni hija ppjanata jew għaddejja biex ittaffi r-riskji materjali għall-impriża li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi tagħha fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha u kif issegwi l-effettività fil-prattika; u

(b)

x’azzjoni hija ppjanata jew għaddejja biex jiġu segwiti opportunitajiet materjali għall-impriża fir-rigward tal-forza tax-xogħol proprja tagħha.

41.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif tiżgura li l-prattiki tagħha stess ma jikkawżawx jew jikkontribwixxux għal impatti negattivi materjali fuq il-forza tax-xogħol proprja, inklużi, meta rilevanti, il-prattiki tagħha fir-rigward tal-akkwist, tal-bejgħ u tal-użu tad-data. Dan jista’ jinkludi d-divulgazzjoni ta’ liema approċċ jittieħed meta jinqalgħu tensjonijiet bejn il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta’ impatti negattivi materjali u ta’ pressjonijiet kummerċjali oħrajn.

42.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 40, l-impriża għandha tikkunsidra l-ESRS 2 MDR-T Traċċar tal-effettività tal-politiki u l-azzjonijiet permezz ta’ miri jekk tevalwa l-effettività ta’ azzjoni billi tistabbilixxi mira.

43.

L-impriża għandha tiddivulga liema riżorsi huma allokati għall-ġestjoni tal-impatti materjali tagħha, b’informazzjoni li tippermetti lill-utenti jiksbu fehim ta’ kif jiġu ġestiti l-impatti materjali.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

44.

L-impriża għandha tiddivulga l-miri marbuta biż-żmien u li huma orjentati lejn it-tema li setgħet stabbiliet relatati ma’:

(a)

it-tnaqqis tal-impatti negattivi fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha; u/jew

(b)

l-avvanz tal-impatti pożittivi fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha; u/jew

(c)

il-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja tagħha.

45.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża qed tuża miri orjentati lejn ir-riżultati biex tixpruna u tkejjel il-progress tagħha fl-indirizzar tal-impatti negattivi materjali tagħha u/jew fl-avvanz tal-impatti pożittivi fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha, u/jew fil-ġestjoni tar-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja tagħha.

46.

Id-deskrizzjoni fil-qosor tal-miri stabbiliti għall-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-forza tax-xogħol proprja tal-impriża għandu jkun fiha r-rekwiżiti ta’ informazzjoni definiti fl-ESRS 2 MDR-T.

47.

L-impriża għandha tiddivulga l-proċess għall-istabbiliment tal-miri, inkluż jekk u kif l-impriża involviet direttament lill-forza tax-xogħol proprja tagħha stess jew lir-rappreżentanti tal-ħaddiema f’dawn li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment ta’ kwalunkwe mira bħal din;

(b)

it-traċċar tal-prestazzjoni tal-impriża b’referenza għalihom; u

(c)

l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe tagħlimiet jew ta’ titjib bħala riżultat tal-prestazzjoni tal-impriża.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-6 – Karatteristiċi tal-impjegati tal-impriża

48.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-karatteristiċi ewlenin tal-impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tagħha.

49.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi għarfien dwar l-approċċ tal-impriża għall-impjiegi, inklużi l-ambitu u n-natura tal-impatti li jirriżultaw mill-prattiki tal-impjiegi tagħha, sabiex jipprovdi informazzjoni kuntestwali li tgħin sabiex tinftiehem l-informazzjoni rrapportata f’divulgazzjonijiet oħrajn, u sabiex iservi bħala l-bażi għall-kalkolu għal metriċi kwantitattivi li għandhom jiġu ddivulgati skont rekwiżiti oħrajn ta’ divulgazzjoni f’dan l-Istandard.

50.

Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 40(a)iii tal-ESRS 2 Żvelar Ġenerali, l-impriża għandha tiddivulga:

(a)

l-għadd totali ta’ impjegati, u d-diżaggregazzjonijiet skont il-ġeneru u l-pajjiż għall-pajjiżi li fihom l-impriża jkollha 50 impjegat jew aktar li jirrappreżentaw mill-inqas 10 % tal-għadd totali ta’ impjegati tagħha;

(b)

l-għadd totali skont l-għadd ta’ impjegati jew l-ekwivalenti għal full time (FTE) ta’:

i.

impjegati permanenti, u diżaggregazzjoni skont il-ġeneru;

ii.

impjegati temporanji, u diżagregazzjoni skont il-ġeneru; u

iii.

sigħat ta’ impjegati mhux garantiti, u disaggregazzjoni skont il-ġeneru.

(c)

l-għadd totali ta’ impjegati li telqu mill-impriża matul il-perjodu ta’ rapportar u r-rata ta’ bidla tal-impjegati fil-perjodu ta’ rapportar.

(d)

deskrizzjoni tal-metodoloġiji u tas-suppożizzjonijiet użati għall-kompilazzjoni tad-data, inkluż jekk in-numri jkunux irrapportati:

i.

bħala l-għadd ta’ ħaddiema jew l-ekwivalenti għall-full-time (FTE) (inkluża spjegazzjoni ta’ kif jiġi ddefinit FTE); u

ii.

fi tmiem il-perjodu tar-rapportar, bħala medja matul il-perjodu tar-rapportar, jew bl-użu ta’ metodoloġija oħra.

(e)

meta applikabbli, l-għoti ta’ informazzjoni kuntestwali neċessarja sabiex tinftiehem id-data (pereżempju, fluttwazzjonijiet fin-numru ta’ impjegati matul il-perjodu tar-rapportar); u

(f)

kontroreferenza tal-informazzjoni rrapportata taħt (a) aktar ’il fuq għan-numru l-aktar rappreżentattiv fir-rapporti finanzjarji.

51.

Għall-informazzjoni speċifikata fil-punt (b) tal-paragrafu 50, l-impriża tista’ wkoll tiżvela t-tqassim skont ir-reġjun.

52.

L-impriża tista’ tiżvela, skont l-għadd ta’ impjegati jew l-ekwivalenti full-time (FTE), l-informazzjoni li ġejja:

(a)

impjegati full-time, u diżaggregazzjonijiet skont il-ġeneru u skont ir-reġjun; u

(b)

impjegati part-time, u diżaggregazzjonijiet skont il-ġeneru u skont ir-reġjun

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–7 — Karatteristiċi ta’ dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża

53.

L-impriża għandha tesskrivi l-karatteristiċiewlenin ta’ dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tagħha.

54.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi għarfien dwar l-approċċ tal-impriża għall-impjiegi, inklużi l-ambitu u n-natura tal-impatti li jirriżultaw mill-prattiki tal-impjiegi tagħha, sabiex jipprovdi informazzjoni kuntestwali li tgħin sabiex tinftiehem l-informazzjoni rrapportata f’divulgazzjonijiet oħrajn, u sabiex iservi bħala l-bażi għall-kalkolu għal metriċi kwantitattivi li għandhom jiġu ddivulgati skont rekwiżiti oħrajn ta’ divulgazzjoni f’dan l-Istandard. Dan jippermetti wkoll fehim ta’ kemm l-impriża tiddependi fuq persuni mhux impjegati bħala parti mill-forza tax-xogħol tagħha.

55.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 53 għandha tinkludi:

(a)

divulgazzjoni tan-numru totali ta’ persuni mhux impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża, jiġifieri persuni b’kuntratti mal-impriża biex jipprovdu ħaddiema (“persuni li jaħdmu għal rashom”) jew persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” (Kodiċi NACE N78).

(b)

spjegazzjoni tal-metodoloġiji u tas-suppożizzjonijiet użati għall-kompilazzjoni tad-data, inkluż jekk huwiex irrapportat in-numru ta’ persuni mhux impjegati:

i.

bħala l-għadd ta’ ħaddiema jew l-ekwivalenti għall-full-time (FTE) (inkluża definizzjoni ta’ kif jiġi ddefinit FTE); u

ii.

fi tmiem il-perjodu tar-rapportar, bħala medja matul il-perjodu tar-rapportar, jew bl-użu ta’ metodoloġija oħra.

(c)

meta applikabbli, l-għoti ta’ informazzjoni kuntestwali neċessarja sabiex tinftiehem id-data (pereżempju, fluttwazzjonijiet sinifikanti fin-numru ta’ persuni mhux impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża matul il-perjodu tar-rapportar u bejn il-perjodu tar-rapportar attwali u dak preċedenti).

56.

Għall-informazzjoni speċifikata fil-punt (a) tal-paragrafu 55, l-impriża tista’ tiddivulga l-aktar tipi komuni ta’ persuni mhux impjegati (pereżempju, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’attivitajiet ta’ impjieg, u tipi oħra rilevanti għall-impriża), ir-relazzjoni tagħhom mal-impriża, u t-tip ta’ xogħol li jwettqu.

57.

Meta d-data ma tkunx disponibbli, l-impriża għandha tistma n-numru u tiddikjara li tkun għamlet dan. Meta l-impriża twettaq stimi, hija għandha tiddeskrivi l-bażi tat-tħejjija ta’ din l-istima.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-8 – Kopertura tan-negozjar kollettiv u djalogu soċjali

58.

L-impriża għandha tagħti informazzjonimill-qrib dwar il-punt sa fejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg tal-impjegati tagħha huma ddeterminati jew influwenzati minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv u dwar il-punt sa fejn l-impjegati tagħha huma rappreżentati fid-djalogu soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) fil-livell tal-istabbiliment u dak Ewropew.

59.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-kopertura tal-ftehimiet ta’ negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali għall-impjegati tal-impriża stess.

60.

L-impriża għandha tiddivulga:

(a)

il-perċentwal tal-impjegati totali tagħha koperti minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv;

(b)

fiż-ŻEE, jekk għandhiex ftehim ta’ negozjar kollettiv wieħed jew aktar u, jekk iva, il-perċentwal globali tal-impjegati tagħha koperti minn tali ftehim(iet) għal kull pajjiż li fih għandha impjieg sinifikanti, definit bħala mill-inqas 50 impjegat skont l-għadd ta’ impjegati li jirrappreżentaw mill-inqas 10 % tan-numru totali ta’ impjegati tagħha; u

(c)

barra miż-ŻEE, il-perċentwal tal-impjegati tagħha stess koperti minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv skont ir-reġjun.

61.

Għall-impjegati mhux koperti minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv, l-impriża tista’ tiddivulga jekk tiddeterminax il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg tagħhom abbażi ta’ ftehimiet ta’ negozjar kollettiv li jkopru l-impjegati l-oħra tagħha jew abbażi ta’ ftehimiet ta’ negozjar kollettiv minn impriżi oħra.

62.

L-impriża tista’ tiżvela l-punt sa fejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg ta’ dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tagħha huma ddeterminati jew influwenzati minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv, inkluża stima tar-rata ta’ kopertura.

63.

L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tad-djalogu soċjali:

(a)

il-perċentwal globali ta’ impjegati koperti mir-rappreżentanti tal-ħaddiema, irrapportati fil-livell tal-pajjiż għal kull pajjiż taż-ŻEE li fih l-impriża għandha impjieg sinifikanti; u

(b)

l-eżistenza ta’ kwalunkwe ftehim mal-impjegati tagħha għar-rappreżentanza minn Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet (EWC), minn Kunsill tax-Xogħlijiet Societas Europaea (SE), jew minn Kunsill tax-Xogħlijiet Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–9 — Metriċi tad-diversità

64.

L-impriża għandha tiddivulga d-distribuzzjoni tal-ġeneru fil-maniġment superjuri u d-distribuzzjoni tal-età fost l-impjegati tagħha.

65.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tad-diversità tal-ġeneru fil-livell maniġerjali superjuri u d-distribuzzjoni tal-età tal-impjegati tagħha.

66.

L-impriża għandha tiddivulga:

(a)

id-distribuzzjoni tal-ġeneru fin-numru u fil-perċentwal fil-livell maniġerjali superjuri; u

(b)

id-distribuzzjoni tal-impjegati skont il-grupp ta’ età: taħt l-età ta’ 30 sena; ta’ bejn it-30 u l-50 sena; ’il fuq minn 50 sena.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-10 – Pagi adegwati

67.

L-impriża għandha tiddivulga jekk l-impjegati tagħha humiex imħallsa paga adegwata jew le, u jekk mhumiex kollha mħallsa paga adegwata, il-pajjiżi u l-perċentwal tal-impjegati kkonċernati.

68.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim ta’ jekk l- impjegati kollha tal-impriża jitħallsux paga adegwata jew le, f’konformità mal-parametri referenzjarji applikabbli.

69.

L-impriża għandha tiddivulga jekk l-impjegati kollha tagħha jitħallsux paga adegwata, f’konformità mal-parametri referenzjarji applikabbli. Jekk iva, dikjarazzjoni ta’ dan tkun biżżejjed sabiex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni u ma tkun meħtieġa l-ebda informazzjoni ulterjuri.

70.

Jekk mhux l-impjegati kollha tagħha jitħallsu paga adegwata f’konformità mal-parametri referenzjarji applikabbli, l-impriża għandha tiddivulga l-pajjiżi fejn l-impjegati jaqilgħu taħt il-parametru referenzjarju tal-paga adegwata applikabbli u l-perċentwal ta’ impjegati li jaqilgħu taħt il-parametru referenzjarju tal-paga adegwata applikabbli għal kull wieħed minn dawn il-pajjiżi.

71.

L-impriża tista’ wkoll tiddivulga l-informazzjoni speċifikata f’dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni fir-rigward ta’ dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol tagħha.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-11 – Protezzjoni soċjali

72.

L-impriża għandha tiddivulga jekk l-impjegati tagħha humiex koperti minn protezzjoni soċjali kontra telf ta’ introjtu minħabba avvenimenti maġġuri tal-ħajja, u, jekk le, il-pajjiżi fejn dan mhuwiex il-każ.

73.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim ta’ jekk l-impjegati tal-impriża humiex koperti minn protezzjoni soċjali kontra telf ta’ introjtu minħabba avvenimenti maġġuri tal-ħajja, u, jekk le, il-pajjiżi fejn dan mhuwiex il-każ.

74.

L-impriża għandha tiddivulga jekk l-impjegati kollha tagħha humiex koperti minn protezzjoni soċjali, permezz ta’ programmi pubbliċi jew permezz ta’ benefiċċji offruti mill-impriża, kontra telf ta’ introjtu minħabba kwalunkwe wieħed mill-avvenimenti tal-ħajja maġġuri li ġejjin:

(a)

mard;

(b)

il-qgħad minn meta l-ħaddiem proprju jkun qiegħed jaħdem għall-impriża;

(c)

korriment waqt l-impjieg u diżabilità akkwiżita;

(d)

liv tal-ġenituri; u

(e)

rtirar.

Jekk iva, id-dikjarazzjoni ta’ dan tkun biżżejjed biex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni u ma tkun meħtieġa l-ebda informazzjoni ulterjuri.

75.

Jekk mhux l-impjegati kollha tagħha jkunu koperti mill-protezzjoni soċjali skont il-paragrafu 72, l-impriża għandha wkoll tiżvela l-pajjiżi fejn l-impjegati ma jkollhomx protezzjoni soċjali fir-rigward ta’ wieħed jew aktar mit-tipi ta’ avvenimenti elenkati fil-paragrafu 72 u għal kull wieħed minn dawk il-pajjiżi t-tipi ta’ impjegati li ma jkollhomx protezzjoni soċjali fir-rigward ta’ kull avveniment maġġuri tal-ħajja applikabbli.

76.

L-impriża tista’ wkoll tiddivulga l-informazzjoni speċifikata f’dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni fir-rigward ta’ dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol tagħha.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-12– Persuni b’diżabilità

77.

L-impriża għandha tiddivulga l-perċentwal tal-impjegati tagħha b’diżabilità.

78.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn il-persuni b’diżabilità huma inklużi fost l-impjegati tal-impriża.

79.

L-impriża għandha tiddivulga l-perċentwal ta’ persuni b’diżabilità fost l-impjegati tagħha soġġetti għal restrizzjonijiet legali fuq il-ġbir tad-data.

80.

L-impriża tista’ tiddivulga l-perċentwal ta’ impjegati b’diżabilità b’diżaggregazzjoni skont il-ġeneru.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–13 — Metriċi ta’ taħriġ u żvilupp tal-ħiliet

81.

L-impriża għandha tiddivulga sa liema punt it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet jiġu pprovduti lill-impjegati tagħha.

82.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-attivitajiet relatati mat-taħriġ u mal-iżvilupp tal-ħiliet li ġew offruti lill-impjegati, fil-kuntest ta’ tkabbir professjonali kontinwu, sabiex jiġu aġġornati l-ħiliet tal-impjegati u tiġi ffaċilitata l-impjegabbiltà kontinwa.

83.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 81 għandha tinkludi:

(a)

il-perċentwal ta’ impjegati li pparteċipaw f’rieżamijiet regolari tal-prestazzjoni u tal-iżvilupp tal-karriera; tali informazzjoni għandha tiġi diżaggregata skont il-ġeneru;

(b)

l-għadd medju ta’ sigħat ta’ taħriġ għal kull impjegat u skont il-ġeneru.

84.

L-impriża tista’ tiddivulga diżaggregazzjonijiet skont il-kategorija tal-impjegati għall-perċentwal ta’ impjegati li pparteċipaw fil-prestazzjoni regolari u fl-iżvilupp tal-karriera u għall-għadd medju ta’ sigħat ta’ taħriġ għal kull impjegat.

85.

L-impriża tista’ wkoll tiddivulga l-informazzjoni speċifikata f’dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni fir-rigward ta’ dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol tagħha.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–14 — Metriċi tas-saħħa u s-sikurezza

86.

L-impriża għandha tiddivulga informazzjoni dwar sa liema punt il-forza tax-xogħol proprja tagħha hija koperta mis-sistema ta’ ġestjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tagħha u n-numru ta’ inċidenti assoċjati ma’ korrimenti relatati max-xogħol, ma’ mard u ma’ fatalitajiet tal-forza tax-xogħol proprja tagħha. Barra minn hekk, għandha tiddivulga n-numru ta’ fatalitajiet bħala riżultat ta’ korrimenti relatati max-xogħol u ta’ mard relatat max-xogħol ta’ ħaddiema oħrajn li jaħdmu fis-siti tal-impriża.

87.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-kopertura, tal-kwalità u tal-prestazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tas-saħħa u tas-sikurezza stabbilita għall-prevenzjoni ta’ korrimenti relatati max-xogħol.

88.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 86 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, fejn applikabbli mqassma bejn l-impjegati u dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża:

(a)

il-perċentwal ta’ persuni fil-forza tax-xogħol tagħha stess li huma koperti mis-sistema ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-impriża abbażi ta’ rekwiżiti legali u/jew standards jew linji gwida rikonoxxuti;

(b)

in-numru ta’ fatalitajiet (102) bħala riżultat ta’ korrimenti relatati max-xogħol u ta’ mard relatat max-xogħol;

(c)

in-numru u r-rata ta’ aċċidenti relatati max-xogħol li jistgħu jiġu rreġistrati;

(d)

fir-rigward tal-impjegati tal-impriża, l-għadd ta’ każijiet ta’ mard relatat max-xogħol li jista’ jiġi rrekordjat, soġġett għal restrizzjonijiet legali fuq il-ġbir tad-data; u

(e)

fir-rigward tal-impjegati tal-impriża, l-għadd ta’ jiem mitlufa minħabba korrimenti u mwiet relatati max-xogħol minn aċċidenti relatati max-xogħol, mard relatat max-xogħol u mwiet minn mard (103).

L-informazzjoni għal (b) għandha tiġi rrapportata wkoll għal ħaddiema oħra li jaħdmu fuq is-siti tal-impriża, bħal ħaddiema fil-katina tal-valur jekk ikunu qed jaħdmu fuq is-siti tal-impriża.

89.

L-impriża tista’ wkoll tiddivulga l-informazzjoni speċifikata fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 88 fir-rigward ta’ dawk li mhumiex impjegati.

90.

Barra minn hekk, l-impriża tista’ tinkludi l-informazzjoni addizzjonali li ġejja dwar il-kopertura tas-saħħa u s-sikurezza: il-perċentwal tal-ħaddiema tagħha stess koperti minn sistema ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza li hija bbażata fuq rekwiżiti legali u/jew fuq standards rikonoxxuti jew fuq linji gwida u li ġiet awditjata internament u/jew awditjata jew iċċertifikata minn parti esterna.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–15 — Metriċi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

91.

L-impriża għandha tiddivulga sa liema punt l-impjegati huma intitolati għal liv relatat mal-familja u jagħmlu użu minnu.

92.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tal-intitolament u tal-prattiki reali fost l-impjegati sabiex jieħdu liv relatat mal-familja b’mod ekwu għall-ġeneri, peress li huwa waħda mid-dimensjonijiet tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

93.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 91 għandha tinkludi:

(a)

il-perċentwal ta’ impjegati intitolati li jieħdu liv relatat mal-familja; u

(b)

il-perċentwal ta’ impjegati intitolati li ħadu liv relatat mal-familja, u diżaggregazzjoni skont il-ġeneru.

94.

Jekk l-impjegati kollha tal-impriża huma intitolati għal liv relatat mal-familja permezz ta’ ftehimiet ta’ politika soċjali u/jew ta’ negozjar kollettiv, huwa biżżejjed li dan jiġi divulgat sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-paragrafu 93a.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–16 — Metriċi ta’ Remunerazzjoni (differenza fil-pagi u remunerazzjoni totali)

95.

L-impriża għandha tiddivulga d-differenza perċentwali fil-paga bejn l-impjegati nisa u rġiel tagħha u l-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni tal-individwu l-aktar imħallas tagħha u r-remunerazzjoni medjana għall-impjegati tagħha.

96.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa doppju. li jippermetti fehim tal-firxa ta’ kwalunkwe differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fost l-impjegati tal-impriża; u li jipprovdi għarfien dwar il-livell ta’ inugwaljanza fir-remunerazzjoni fl-impriża u jekk jeżistux disparitajiet kbar fil-pagi.

97.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 95 għandha tinkludi:

(a)

id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, definita bħala d-differenza fil-livelli tal-paga medja bejn l-impjegati nisa u rġiel, espressa bħala perċentwal tal-livell tal-paga medja tal-impjegati rġiel (104);

(b)

il-proporzjon tar-remunerazzjoni totali annwali tal-ogħla individwu mħallas mar-remunerazzjoni totali annwali medjana għall-impjegati kollha (eskluż l-individwu l-aktar imħallas) (105); u

(c)

meta applikabbli, kwalunkwe informazzjoni kuntestwali neċessarja sabiex jinftiehmu d-data u kif id-data ġiet ikkompilata u bidliet oħrajn fid-data sottostanti li għandhom jiġu kkunsidrati.

98.

L-impriża tista’ tiddivulga tqassim tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri kif definit fil-paragrafu 97(a) skont il-kategorija tal-impjegat u/jew skont il-pajjiż/segment. L-impriża tista’ tiddivulga wkoll id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri bejn l-impjegati skont il-kategoriji ta’ impjegati diżaggregati skont is-salarju bażiku ordinarju u l-komponenti komplementari jew varjabbli.

99.

Fir-rigward tal-paragrafu 97(b), l-impriża tista’ tirrapporta din iċ-ċifra aġġustata għad-differenzi fil-kapaċità tal-akkwist bejn il-pajjiżi, f’liema każ għandha tirrapporta l-metodoloġija użata għall-kalkolu.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–17 — Inċidenti, ilmenti u impatti severi fuq id-drittijiet tal-bniedem

100.

L-impriża għandha tiddivulga l-għadd ta’ inċidenti u/jew ilmenti relatati max-xogħol u impatti severi fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-forza tax-xogħol tagħha stess, u kwalunkwe multa materjali, sanzjoni jew kumpens għall-perjodu ta’ rapportar.

101.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim ta’ kemm l-inċidenti relatati max-xogħol u l-każijiet severi ta’ impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem qed jaffettwaw il-forza tax-xogħol proprja tagħha.

102.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 100 għandha tinkludi, soġġetta għar-regolamenti rilevanti dwar il-privatezza, inċidenti ta’ diskriminazzjoni relatati max-xogħol fuq il-bażi tal-ġeneru, tal-oriġini razzjali jew etnika, tan-nazzjonalità, tar-reliġjon jew tat-twemmin, tad-diżabilità, tal-età, tal-orjentazzjoni sesswali, jew ta’ forom rilevanti oħrajn ta’ diskriminazzjoni li jinvolvu partijiet ikkonċernati interni u/jew esterni tul l-operazzjonijiet fil-perjodu tar-rapportar. Dan jinkludi inċidenti ta’ fastidju bħala forma speċifika ta’ diskriminazzjoni.

103.

L-impriża għandha tiddivulga:

(a)

l-għadd totali ta’ inċidenti ta’ diskriminazzjoni, inkluż fastidju, irrapportati fil-perjodu ta’ rapportar (106);

(b)

l-għadd ta’ lmenti mressqa permezz ta’ kanali għal persuni fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża biex iqajmu tħassib (inklużi mekkaniżmi ta’ lmentar) u, fejn applikabbli, lill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-Intrapriżi Multinazzjonali tal-OECD relatati mal-kwistjonijiet definiti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Istandard, esklużi dawk diġà rrapportati f’(a) hawn fuq;

(c)

l-ammont totali ta’ multi, penali, u kumpens għad-danni bħala riżultat tal-inċidenti u l-ilmenti żvelati hawn fuq, u rikonċiljazzjoni ta’ tali ammonti monetarji divulgati mal-aktar ammont rilevanti ppreżentat fir-rapporti finanzjarji; u

(d)

meta applikabbli, l-informazzjoni kuntestwali neċessarja sabiex jinftiehmu d-data u kif tali data ġiet ikkompilata.

104.

L-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja dwar każijiet identifikati ta’ impatti u inċidenti serji fuq id-drittijiet tal-bniedem (eż. xogħol furzat, traffikar tal-bnedmin jew tħaddim tat-tfal):

(a)

l-għadd ta’ inċidenti serji tad-drittijiet tal-bniedem marbuta mal-forza tax-xogħol tal-impriża fil-perjodu ta’ rappurtar, inkluża indikazzjoni ta’ kemm minn dawn huma każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol jew il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali. Jekk ma jkunux seħħew inċidenti bħal dawn, l-impriża għandha tiddikjara dan (107); u

(b)

l-ammont totali ta’ multi, penali u kumpens għad-danni għall-inċidenti deskritti f’(a) hawn fuq, u rikonċiljazzjoni tal-ammonti monetarji divulgati fl-aktar ammont rilevanti fir-rapporti finanzjarji.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS S1 Forza tax-xogħol proprja. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra ta’ dan l-Istandard.

Objettiv

AR 1.

Minbarra l-kwistjonijiet elenkati fil-paragrafu 2, l-impriża tista’ tikkunsidra wkoll li tiddivulga informazzjoni dwar kwistjonijiet oħra rilevanti għal impatt materjali għal perjodu iqsar ta’ żmien, pereżempju inizjattivi rigward is-saħħa u s-sikurezza tal-forza tax-xogħol proprja tagħha matul pandemija.

AR 2.

Il-ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet soċjali pprovduti fil-paragrafu 2 ma hijiex maħsuba sabiex timplika li dawn il-kwistjonijiet kollha għandhom jiġu rrapportati f’kull Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni f’dan l-Istandard. Minflok, huma jipprovdu lista ta’ kwistjonijiet derivati mir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 2013/34/UE li l-impriża għandha tikkunsidra għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-ESRS 2 relatata mal-forza tax-xogħol proprja tagħha u, kif xieraq, tirrapporta bħala materjali impatti, riskji u opportunitajiet fl-ambitu ta’ dan l-Istandard.

AR 3.

Eżempji ta’ persuni li jaqgħu fl-ambitu ta’ “Forza tax-xogħol proprja” huma:

(a)

Eżempji ta’ kuntratturi (persuni li jaħdmu għal rashom) fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża jinkludu:

i.

Kuntratturi mqabbdin mill-impriża sabiex iwettqu xogħol li kieku jitwettaq minn impjegat

ii.

Kuntratturi mqabbdin mill-impriża sabiex iwettqu xogħol f’żona pubblika (eż., fi triq pubblika, fit-triq).

iii.

Kuntratturi impjegati mill-impriża sabiex iwettqu x-xogħol/is-servizz direttament fuq il-post tax-xogħol ta’ klijent tal-impriża.

(b)

Eżempji ta’ persuni impjegati minn parti terza involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” jinkludu persuni li jwettqu l-istess xogħol li jwettqu l-impjegati, bħal:

i.

persuni li jissostitwixxu impjegati li jkunu temporanjament assenti (minħabba mard, btala, liv tal-ġenituri, eċċ.);

ii.

persuni li jwettqu xogħol addizzjonali għal impjegati regolari;

iii.

persuni li jintbagħtu temporanjament minn Stat Membru ieħor tal-UE sabiex jaħdmu għall-impriża (“ħaddiema stazzjonati”)

ESRS 2 Divulgazzjonijiet Ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

AR 4.

L-ESRS 2 SBM-2 jirrikjedi li l-impriża tipprovdi fehim dwar jekk u kif tqis ir-rwol li l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha jista’ jkollhom fil-ħolqien, l-aggravar jew il-mitigazzjoni ta’ impatti materjali sinifikanti fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha, u jekk u kif il-mudell u l-istrateġija tan-negozju huma adattati biex jindirizzaw tali impatti materjali.

AR 5.

Filwaqt li l-forza tax-xogħol proprja tal-impriża tista’ ma tkunx qed tinvolvi ruħha mal-impriża fil-livell tal-istrateġija jew tal-mudell tan-negozju tagħha, il-fehmiet tagħhom jistgħu jinfurmaw il-valutazzjoni tal-impriża dwar l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha. L-impriża għandha tikkunsidra l-fehmiet tar-rappreżentanti tal-ħaddiema meta applikabbli biex twettaq din id-divulgazzjoni.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

AR 6.

L-impatti fuq il-forza tax-xogħol proprja tal-impriża jistgħu joriġinaw fl-istrateġija jew il-mudell tan-negozju tagħha b’għadd ta’ modi differenti. Pereżempju, l-impatti jistgħu jkunu relatati mal-proposta dwar il-valur tal-impriża (pereżempju, il-provvista ta’ prodotti jew ta’ servizzi bl-anqas kost, jew it-twassil b’veloċità għolja, b’modi li jagħmlu pressjoni fuq id-drittijiet tax-xogħol fl-operazzjonijiet tagħha stess), jew l-istruttura tal-kostijiet u l-mudell tad-dħul tagħha (pereżempju, it-trasferiment tar-riskju tal-inventarju lill-fornituri, b’effetti sekondarji fuq id-drittijiet tax-xogħol tal-persuni li jaħdmu għalihom).

AR 7.

L-impatti fuq il-forza tax-xogħol proprja tal-impriża li joriġinaw fl-istrateġija jew il-mudell tan-negozju jistgħu jġibu magħhom ukoll riskji materjali għall-impriża. Pereżempju, jinħolqu riskji jekk xi persuni fil-forza tax-xogħol ikunu f’riskju ta’ xogħol furzat, u l-impriża tkun qed timporta prodotti f’pajjiżi fejn il-liġi tippermetti l-konfiska ta’ oġġetti importati li huma suspettati li qed isiru b’xogħol furzat. Eżempju ta’ opportunitajiet għall-impriża jista’ jirriżulta mill-għoti ta’ opportunitajiet għall-forza tax-xogħol bħall-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib tal-ħiliet fil-kuntest ta’ “tranżizzjoni ġusta”. Eżempju ieħor, fil-kuntest ta’ pandemija jew ta’ kriżi serja oħra tas-saħħa, hija relatata mal-impriża li potenzjalment tiddependi fuq ħaddiema kontinġenti bi ftit li xejn aċċess għall-kura għall-mard u għall-benefiċċji tas-saħħa li tista’ tiffaċċja riskji operazzjonali u ta’ kontinwità tan-negozju serji peress li l-ħaddiema ma jkollhom l-ebda għażla ħlief li jibqgħu jaħdmu waqt li jkunu morda, u b’hekk ikomplu jaggravaw it-tixrid tal-marda u jikkawżaw ħsarat kbar fil-katina tal-provvista. Ir-riskji ta’ opportunitajiet għar-reputazzjoni u għan-negozju marbutin mal-isfruttament ta’ ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet u b’livell baxx ta’ paga f’żoni tal-forniment bi protezzjonijiet minimi għalihom qegħdin jiżdiedu wkoll bis-saħħa tal-agħa medjatiku u tal-preferenzi tal-konsumaturi li qegħdin jiċċaqilqu lejn oġġetti forniti b’mod aktar etiku u sostenibbli.

AR 8.

Eżempji ta’ karatteristiċi partikolari ta’ persuni fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża li jistgħu jiġu kkunsidrati mill-impriża meta twieġeb għall-paragrafu 15 huma relatati ma’ żgħażagħ li jistgħu jkunu aktar suxxettibbli għal impatti fuq l-iżvilupp fiżiku u mentali tagħhom, jew nisa f’kuntest fejn in-nisa jiġu ddiskriminati b’mod regolari fit-termini u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, jew migranti f’kuntest fejn is-suq għall-provvista ta’ ħaddiema mhuwiex regolat tajjeb u l-ħaddiema jintalbu jħallsu tariffi ta’ reklutaġġ bħala rutina. Għal xi persuni fil-forza tax-xogħol, in-natura inerenti tal-attività li huma meħtieġa jwettqu tista’ tpoġġihom f’riskju (pereżempju, persuni meħtieġa li jimmaniġġjaw is-sustanzi kimiċi jew li jħaddmu ċertu tagħmir jew impjegati b’paga baxxa li għandhom kuntratti ta’ “żero sigħat”).

AR 9.

Fir-rigward tal-paragrafu 16, jistgħu jinħolqu wkoll riskji materjali minħabba d-dipendenza tal-impriża fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha fejn avvenimenti ta’ probabbiltà baxxa iżda b’impatt għoli jistgħu jikkawżaw effetti finanzjarji; pereżempju, fejn pandemija globali twassal għal impatti severi fuq is-saħħa fuq il-forza tax-xogħol tal-impriża li jirriżultaw fi tfixkil kbir fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni. Eżempji oħra ta’ riskju relatati mad-dipendenza tal-impriża fuq il-forza tax-xogħol tagħha jinkludu nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa jew deċiżjonijiet politiċi jew leġiżlazzjoni li jaffettwaw l-operazzjonijiet tagħha stess u l-forza tax-xogħol proprja tagħha.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-1 – Politiki relatati mal-forza tax-xogħol proprja

AR 10.

L-impriża għandha tikkunsidra jekk spjegazzjonijiet ta’ bidliet sinifikanti fil-politiki adottati matul is-sena ta’ rapportar (pereżempju, aspettattivi ġodda għal sussidjarji barranin, approċċi ġodda jew addizzjonali għad-diliġenza dovuta u r-rimedju) jipprovdux informazzjoni kuntestwali għall-utenti u tista’ tiddivulga tali spjegazzjonijiet. Dan jinkludi politiki u impenji tal-impriża sabiex tipprevjeni jew ittaffi r-riskji u l-impatti negattivi fuq persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u t-tranżizzjoni lejn operazzjonijiet aktar ekoloġiċi u newtrali għall-klima fuq il-ħaddiema kif ukoll sabiex tipprovdi opportunitajiet għall-forza tax-xogħol bħall-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet, inklużi impenji espliċiti għal “tranżizzjoni ġusta”.

AR 11.

Il-politika tista’ tieħu l-forma ta’ politika awtonoma rigward il-forza tax-xogħol tal-impriża stess jew tiġi inkluża f’dokument usa’ bħal kodiċi ta’ etika jew politika ta’ sostenibbiltà ġenerali li tkun diġà ġiet iddivulgata mill-impriża bħala parti minn ESRS ieħor. F’dawk il-każijiet, l-impriża għandha tipprovdi kontroreferenza akkurata sabiex jiġu identifikati l-aspetti tal-politika li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni.

AR 12.

Meta tiddivulga l-allinjament tagħha tal-politiki tagħha mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, l-impriża għandha tikkunsidra li l-Prinċipji Gwida jirreferu għall-abbozz tal-Liġi Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li jikkonsisti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fiż-żewġ Patti li jimplimentawha, kif ukoll fid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq ix-Xogħol u fil-konvenzjonijiet ewlenin li jappoġġawha, u tista’ tirrapporta dwar l-allinjament ma’ dawn l-istrumenti.

AR 13.

Meta jispjegaw kif inhuma inkorporati l-politiki li jiffaċċjaw il-ħaddiema esterni, l-impriża tista’, pereżempju, tikkunsidra politiki interni ta’ provenjenza responsabbli, u allinjament ma’ politiki oħrajn rilevanti għall-ħaddiema proprji, pereżempju, fir-rigward tax-xogħol furzat. Fir-rigward tal-kodiċijiet ta’ kondotta tal-fornituri li l-impriża jista’ jkollha, hija għandha tindika jekk dawn jinkludux dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-sikurezza tal-ħaddiema, ix-xogħol prekarju (jiġifieri, l-użu tal-ħaddiema b’kuntratti għal terminu qasir jew għal sigħat limitati, ħaddiema impjegati permezz ta’ partijiet terzi, is-sottokuntrattar lil partijiet terzi jew l-użu ta’ ħaddiema informali), it-traffikar tal-bnedmin, l-użu ta’ xogħol furzat jew it-tħaddim tat-tfal, u jekk tali dispożizzjonijiet humiex kompletament konformi mal-istandards applikabbli tal-ILO.

AR 14.

L-impriża tista’ tipprovdi illustrazzjoni tat-tipi ta’ komunikazzjoni tal-politiki tagħha lil dawk l-individwi, grupp ta’ individwi jew entitajiet li għalihom huma rilevanti, jew minħabba li huma mistennija li jimplimentawhom (pereżempju, l-impjegati, il-kuntratturi u l-fornituri tal-impriża), jew minħabba li għandhom interess dirett fl-implimentazzjoni tagħhom (pereżempju, persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha, investituri). Tista’ tiddivulga għodod u kanali ta’ komunikazzjoni (pereżempju, fuljetti, bullettini, siti web apposta, midja soċjali, interazzjonijiet wiċċ imb’ wiċċ, rappreżentanti tal-ħaddiema), bl-għan li jiġi żgurat li l-politika tkun aċċessibbli u li udjenzi differenti jifhmu l-implikazzjonijiet tagħha. L-impriża tista’ tispjega wkoll kif tidentifika u tneħħi l-ostakli potenzjali għat-tixrid, bħal permezz tat-traduzzjoni fil-lingwi rilevanti jew l-użu ta’ rappreżentazzjonijiet grafiċi.

AR 15.

Id-diskriminazzjoni fl-impjieg u fl-okkupazzjoni sseħħ meta xi ħadd jiġi ttrattat b’mod differenti jew anqas favorevoli minħabba karatteristiċi li ma humiex relatati mal-mertu jew mar-rekwiżiti inerenti tal-impjieg. Dawn il-karatteristiċi huma definiti b’mod komuni fil-liġijiet nazzjonali. Minbarra r-raġunijiet imsemmijin fir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni, l-impriżi għandhom jikkunsidraw raġunijiet oħrajn għal diskriminazzjoni pprojbita skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

AR 16.

Id-diskriminazzjoni tista’ tirriżulta f’varjetà ta’ attivitajiet relatati max-xogħol. Dawn jinkludu l-aċċess għall-impjiegi, għal okkupazzjonijiet partikolari, għat-taħriġ u għall-gwida vokazzjonali u għas-sigurtà soċjali. Barra minn hekk, tista’ sseħħ fir-rigward tat-termini u tal-kundizzjonijiet tal-impjieg, fosthom: ir-reklutaġġ, ir-remunerazzjoni, is-sigħat tax-xogħol u tal-mistrieħ, il-vaganzi mħallsin, il-protezzjoni tal-maternità, il-garanzija taż-żamma fil-kariga, l-assenjamenti tax-xogħol, il-valutazzjoni u l-avvanzar tal-prestazzjoni, l-opportunitajiet ta’ taħriġ, il-prospetti ta’ promozzjoni, is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali, it-terminazzjoni tal-impjieg. L-impriża tista’ tindirizza dawn l-oqsma speċifikament meta tiddivulga l-politiki u l-proċeduri sottostanti tagħha sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta’ divulgazzjoni.

AR 17.

L-impriża tista’ tiddivulga jekk:

(a)

għandhiex politiki u proċeduri li jagħmlu l-kwalifiki, il-ħiliet u l-esperjenza l-bażi għar-reklutaġġ, għall-ippostjar, għat-taħriġ u għall-avvanzar fil-livelli kollha, filwaqt li jqisu l-fatt li xi individwi jista’ jkollhom aktar diffikultà minn oħrajn sabiex jiksbu tali kwalifiki, ħiliet u esperjenza;

(b)

tassenjax ir-responsabbiltà fl-ogħla livell tal-maniġment għal trattament ugwali u opportunitajiet fl-impjieg, toħroġx politiki u proċeduri ċari għall-kumpaniji kollha biex jiggwidaw prattiki ta’ impjieg ugwali, u torbotx l-avvanz mal-prestazzjoni mixtieqa f’dan il-qasam;

(c)

tipprovdix taħriġ tal-persunal dwar il-politiki u l-prattiki tan-nondiskriminazzjoni, b’enfasi partikolari fuq il-ġestjoni tal-maniġment intermedju u superjuri sabiex titqajjem kuxjenza u jiġu indirizzati strateġiji ta’ riżoluzzjoni għall-prevenzjoni u għall-indirizzar ta’ diskriminazzjoni sistemika u inċidentali;

(d)

tagħmilx aġġustamenti fl-ambjent fiżiku sabiex jiġu żgurati s-saħħa u s-sikurezza għall-ħaddiema, għall-klijenti u għal viżitaturi oħrajn b’diżabilità;

(e)

tevalwax jekk ir-rekwiżiti tal-impjiegi ġewx definiti b’mod li jista’ jkun ta’ żvantaġġ sistematiku għal ċerti gruppi;

(f)

iżżommx rekords aġġornati dwar ir-reklutaġġ, it-taħriġ u l-promozzjoni li jipprovdu perspettiva trasparenti tal-opportunitajiet għall-impjegati u tal-progressjoni tagħhom fl-impriża;

(g)

tistabbilixxix proċeduri ta’ lmentar biex tindirizza l-ilmenti, tittratta l-appelli u tipprovdi rikors għall-impjegati (speċjalment fil-kuntest ta’ negozjati u ftehimiet kollettivi) meta tiġi identifikata diskriminazzjoni, u tkunx attenta għal strutturi formali u kwistjonijiet kulturali informali li jistgħu jipprevjenu lill-impjegati milli jqajmu tħassib u lmenti; u

(h)

għandhiex programmi biex tippromwovi l-aċċess għall-iżvilupp tal-ħiliet.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-2 – Proċessi għall-involviment tal-forza tax-xogħol proprja u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar l-impatti

AR 18.

Meta tiddeskrivi liema funzjoni jew rwol għandha responsabbiltà operazzjonali għal tali involviment u/jew responsabbiltà aħħarija, l-impriża tista’ tiddivulga jekk dan huwiex rwol jew funzjoni ddedikata jew parti minn rwol jew funzjoni usa’, u jekk ġewx offruti xi attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità biex jappoġġaw lill-persunal biex iwettaq ħidma ta’ involviment. Jekk ma tkunx tista’ tidentifika tali pożizzjoni jew funzjoni, hija tista’ tiddikjara li dan huwa l-każ. Din id-divulgazzjoni tista’ tiġi ssodisfata wkoll billi ssir referenza għall-informazzjoni divulgata skont l-ESRS 2 GOV-1 Ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji.

AR 19.

Matul it-tħejjija tad-divulgazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 27 b) u c), jistgħu jitqiesu l-illustrazzjonijiet li ġejjin:

(a)

eżempji ta’ stadji li fihom iseħħ l-involviment huma i) id-determinazzjoni tal-approċċ għall-mitigazzjoni u ii) l-evalwazzjoni tal-effettività tal-mitigazzjoni;

(b)

għat-tip ta’ involviment, dawn jistgħu jkunu l-parteċipazzjoni, il-konsultazzjoni u/jew l-informazzjoni;

(c)

għall-frekwenza tal-involviment, tista’ tiġi pprovduta informazzjoni dwar jekk l-impenn iseħħx fuq bażi regolari, f’ċerti punti fi proġett jew fi proċess ta’ negozju, pereżempju, meta jibda staġun tal-ħsad ġdid jew tinfetaħ linja ta’ produzzjoni ġdida, kif ukoll jekk dan iseħħx bi tweġiba għar-rekwiżiti legali u/jew bi tweġiba għat-talbiet tal-partijiet ikkonċernati u jekk ir-riżultat tal-involviment ikunx qiegħed jiġi integrat fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-impriża; u

(d)

għar-rwol b’responsabbiltà operazzjonali, jekk l-impriża teħtieġx li l-persunal rilevanti jkollu ċerti ħiliet, jew jekk tipprovdix taħriġ jew bini ta’ kapaċità lill-persunal rilevanti biex iwettaq ħidma ta’ involviment.

AR 20.

Il-Ftehimiet Qafas Globali (GFA) iservu sabiex tiġi stabbilita relazzjoni kontinwa bejn intrapriża multinazzjonali u Federazzjoni tal-Unjoni Globali sabiex jiġi żgurat li l-impriża taderixxi mal-istess standards f’kull pajjiż li topera fih.

AR 21.

Biex turi kif il-perspettivi tal-forza tax-xogħol proprja tagħha infurmaw deċiżjonijiet jew attivitajiet speċifiċi, l-impriża tista’ tipprovdi eżempji mill-perjodu ta’ rapportar attwali.

AR 22.

Meta l-impriża jkollha ftehimiet ma’ trejdjunjins nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali jew kunsilli tax-xogħol relatati mad-drittijiet tal-persuni tal-forza tax-xogħol proprja tagħha, dan jista’ jiġi ddivulgat biex jintwera kif il-ftehim jippermetti lill-impriża tikseb għarfien dwar il-perspettivi ta’ tali persuni.

AR 23.

Fejn possibbli, l-impriża tista’ tiddivulga eżempji mill-perjodu ta’ rapportar biex turi kif il-perspettivi tal-forza tax-xogħol proprja tagħha u r-rappreżentanti tal-ħaddiema jkunu infurmaw deċiżjonijiet jew attivitajiet speċifiċi tal-impriża.

AR 24.

L-impriża għandha tikkunsidra l-aspetti li ġejjin meta tissodisfa dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni:

(a)

It-tip ta’ involviment (pereżempju informazzjoni, konsultazzjoni jew parteċipazzjoni) u l-frekwenza tiegħu (pereżempju, kontinwu, trimestrali, kull sena);

(b)

kif il-feedback jiġi rreġistrat u integrat fit-teħid tad-deċiżjonijiet, u kif in-nies fil-forza tax-xogħol jiġu infurmati dwar il-mod li bih il-feedback tagħhom influwenza d-deċiżjonijiet;

(c)

jekk l-attivitajiet ta’ involviment iseħħux fil-livell organizzazzjonali jew f’livell aktar baxx, bħal fil-livell tas-sit jew tal-proġett, u fil-każ tal-aħħar, kif l-informazzjoni mill-attivitajiet ta’ involviment hija ċentralizzata;

(d)

ir-riżorsi (pereżempju, riżorsi finanzjarji jew umani) allokati għall-involviment; u

(e)

kif tinvolvi lin-nies fil-forza tax-xogħol tagħha u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq l-impatti fuq il-forza tax-xogħol tagħha proprja li jistgħu jirriżultaw mit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u t-tranżizzjoni lejn operazzjonijiet aktar ekoloġiċi u newtrali għall-klima, b’mod partikolari r-ristrutturar, it-telf jew il-ħolqien tal-impjiegi, it-taħriġ u t-titjib/it-taħriġ mill-ġdid, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u dik soċjali, u s-saħħa u s-sikurezza.

AR 25.

L-impriża tista’ wkoll tiddivulga l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-paragrafu 24 dwar id-diversità:

(a)

kif tinvolvi lil dawk f’riskju jew persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli (pereżempju jekk tiħux approċċi speċifiċi u tagħtix attenzjoni speċjali lill-ostakli potenzjali);

(b)

kif tqis l-ostakli potenzjali għall-involviment tal-persuni fil-forza tax-xogħol tagħha (pereżempju, id-differenzi lingwistiċi u kulturali, l-iżbilanċi bejn is-sessi u l-poter, id-diviżjonijiet fi ħdan komunità jew grupp);

(c)

kif tipprovdi lill-persuni fil-forza tax-xogħol tagħha b’informazzjoni li tinftiehem u aċċessibbli permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni xierqa;

(d)

kwalunkwe interess konfliġġenti li nqala’ fost il-forza tax-xogħol tagħha u kif l-impriża solviet dawn l-interessi kunfliġġenti; u

(e)

kif tfittex li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti, pereżempju, id-drittijiet tagħhom għall-privatezza, għa-libertà tal-espressjoni, u għall-assemblea paċifika u għall-protesta.

AR 26.

L-impriża tista’ tirrapporta wkoll informazzjoni dwar l-effettività tal-proċessi għall-involviment tal-forza tax-xogħol proprja tagħha minn perjodi ta’ rapportar preċedenti. Dan japplika f’każijiet li fihom l-impriża tkun ivvalutat l-effettività ta’ dawn il-proċessi jew tat-tagħlimiet meħudin matul il-perjodu tar-rapportar kurrenti. Il-proċessi użati sabiex tiġi segwita l-effettività jistgħu jinkludu awditjar jew verifika interna jew esterna, valutazzjonijiet tal-impatt, sistemi ta’ kejl, feedback tal-partijiet ikkonċernati, mekkaniżmi ta’ lmentar, klassifikazzjonijiet tal-prestazzjoni esterna, u parametraġġ referenzjarju.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-ħaddiema proprji sabiex iqajmu tħassib

AR 27.

Fl-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti mill-kriterji ta’ divulgazzjoni tar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS S1-3, l-impriża tista’ tkun iggwidata mill-kontenut tal-prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju ffokata fuq mekkaniżmi ta’ rimedju u ta’ lmentar.

AR 28.

Mezzi biex jitqajjem tħassib jew ħtiġijiet jinkludu mekkaniżmi ta’ lmentar, hotlines, trejdjunjins (fejn in-nies fil-forza tax-xogħol huma junjonizzati), kunsilli tax-xogħol, proċessi ta’ djalogu jew mezzi oħra li permezz tagħhom il-forza tax-xogħol proprja tal-impriża jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jqajmu tħassib dwar l-impatti jew jispjegaw il-ħtiġijiet li jixtiequ li l-impriża tindirizza. Dan jista’ jinkludi kemm kanali pprovduti mill-impriża direttament kif ukoll kanali pprovduti mill-entitajiet fejn tkun qed taħdem il-forza tax-xogħol tagħhom stess, flimkien ma’ kwalunkwe mekkaniżmu ieħor li impriża tista’ tuża biex tikseb għarfien dwar il-ġestjoni tal-impatti fuq il-forza tax-xogħol tagħha stess, bħall-awditi tal-konformità. Meta l-impriża tkun qiegħda tiddependi biss fuq informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ tali kanali pprovduti mir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha sabiex twieġeb għal dan ir-rekwiżit, tista’ tiddikjara dan.

AR 29.

Il-mekkaniżmi ta’ partijiet terzi jistgħu jinkludu dawk operati mill-gvern, mill-NGOs, mill-assoċjazzjonijiet tal-industrija u minn inizjattivi kollaborattivi oħrajn. L-impriża tista’ tiżvela jekk dawn humiex aċċessibbli għall-forza tax-xogħol proprja kollha tagħha (jew rappreżentanti tal-ħaddiema jew, fin-nuqqas tagħhom, individwi jew organizzazzjonijiet li jaġixxu f’isimhom jew li b’xi mod ieħor huma f’pożizzjoni li jkunu konxji mill-impatti negattivi).

AR 30.

L-impriża għandha tikkunsidra jekk u kif il-persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha li jistgħu jiġu affettwati u r-rappreżentanti tal-ħaddiema tagħhom jistgħu jaċċessaw kanali fil-livell tal-impriża li huma impjegati minnha, jew ikkuntrattati biex jaħdmu għaliha, fir-rigward ta’ kull impatt materjali. Il-kanali rilevanti jistgħu jinkludu hotlines, trade unions (fejn in-nies fil-forza tax-xogħol huma junjonizzati) jew kunsilli tax-xogħol, jew mekkaniżmi ta’ lmentar oħra operati mill-impriża rilevanti jew minn parti terza.

AR 31.

Fl-ispjegazzjoni ta’ jekk u kif l-impriża taf li n-nies fil-forza tax-xogħol tagħha stess huma konxji u jafdaw kwalunkwe wieħed minn dawn il-kanali, l-impriża tista’ tipprovdi data rilevanti u affidabbli dwar l-effettività ta’ dawn il-kanali mill-perspettiva tal-persuni kkonċernati. Eżempji ta’ sorsi ta’ informazzjoni huma stħarriġ ta’ persuni fil-forza tax-xogħol tal-impriża li użaw tali kanali u l-livelli ta’ sodisfazzjon tagħhom bil-proċess u l-eżiti.

AR 32.

Fid-deskrizzjoni tal-effettività tal-kanali għall-forza tax-xogħol proprja tagħha u għar-rappreżentanti tal-ħaddiema biex iqajmu tħassib, l-impriża tista’ tkun iggwidata mill-mistoqsijiet li ġejjin, abbażi tal-“kriterji ta’ effettività għal mekkaniżmi ta’ lmentar mhux ġudizzjarji”, kif stabbilit fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari l-prinċipju 31. Il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn taħt jistgħu jiġu applikati għal kanali individwali jew għal sistema kollettiva ta’ kanali:

(a)

il-kanali għandhom leġittimità billi jipprovdu responsabbiltà xierqa għall-kondotta ġusta tagħhom u għall-bini tal-fiduċja fost il-partijiet ikkonċernati?

(b)

il-kanali huma magħrufin u aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati?

(c)

il-kanali għandhom proċeduri ċari u magħrufin, bi skadenzi indikattivi?

(d)

il-kanali jiżguraw aċċess raġonevoli għall-partijiet ikkonċernati għal sorsi ta’ informazzjoni, għal pariri u għal għarfien espert?

(e)

il-kanali joffru trasparenza billi jipprovdu informazzjoni suffiċjenti kemm lill-ilmentaturi kif ukoll, meta applikabbli, sabiex jissodisfaw kwalunkwe interess pubbliku?

(f)

l-eżiti miksubin permezz tal-kanali jaqblu mad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment?

(g)

l-impriża tidentifika għarfien mill-kanali li jappoġġaw l-apprendiment kontinwu kemm fit-titjib tal-kanali kif ukoll fil-prevenzjoni ta’ impatti futuri?

(h)

l-impriża tiffoka fuq id-djalogu mal-ilmentaturi bħala l-mezz sabiex jintlaħqu soluzzjonijiet miftiehma, minflok ma tfittex li tiddetermina l-eżitu b’mod unilaterali?

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti u l-approċċi materjali għall-mitigazzjoni tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja , u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet u l-approċċi

AR 33.

Jista’ jkun meħtieġ ċertu żmien sabiex jiġu mifhumin l-impatti negattivi u kif l-impriża tista’ tkun involuta magħhom permezz tal-forza tax-xogħol proprja tagħha, kif ukoll sabiex jiġu identifikati tweġibiet xierqa u jiddaħħlu fil-prattika). Għalhekk, l-impriża tista’ tiddivulga:

(a)

l-approċċi ġenerali u speċifiċi tagħha sabiex tindirizza l-impatti negattivi materjali;

(b)

l-inizjattivi tagħha kellhom l-għan li jikkontribwixxu għal impatti pożittivi materjali addizzjonali;

(c)

kemm għamlet progress fl-isforzi tagħha matul il-perjodu tar-rapportar; u

(d)

l-għanijiet tagħha għal titjib kontinwu.

AR 34.

Azzjoni xierqa tista’ tvarja skont jekk l-impriża tikkawżax jew tikkontribwixxix għal impatt materjali, jew jekk tkunx involuta minħabba li l-impatt ikun marbut direttament mal-operazzjonijiet, mal-prodotti jew mas-servizzi tagħha permezz ta’ relazzjoni kummerċjali.

AR 35.

Minħabba li l-impatti negattivi materjali li jaffettwaw il-forza tax-xogħol proprja tagħha li seħħew matul il-perjodu ta’ rapportar jistgħu jkunu konnessi wkoll ma’ entitajiet jew operazzjonijiet oħra barra mill-kontroll dirett tagħha, l-impriża tista’ tiddivulga jekk u kif tfittex li tuża l-ingranaġġ tagħha fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha biex timmaniġġja dawk l-impatti. Dan jista’ jinkludi l-użu ta’ ingranaġġ kummerċjali (pereżempju, l-infurzar ta’ rekwiżiti kuntrattwali ma’ relazzjonijiet kummerċjali jew inċentivi ta’ implimentazzjoni), forom oħra ta’ ingranaġġ fi ħdan ir-relazzjoni (bħall-għoti ta’ taħriġ jew il-bini tal-kapaċità dwar id-drittijiet tal-ħaddiema lil entitajiet li magħhom l-impriża għandha relazzjoni kummerċjali) jew ingranaġġ kollaborattiv ma’ pari jew atturi oħra (bħal inizjattivi mmirati lejn reklutaġġ responsabbli jew l-iżgurar li l-ħaddiema jirċievu paga adegwata).

AR 36.

Meta l-impriża tiddivulga l-parteċipazzjoni tagħha f’inizjattiva tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati bħala parti mill-azzjonijiet tagħha sabiex tindirizza impatti negattivi materjali, l-impriża tista’ tiddivulga kif l-inizjattiva, u l-involviment tagħha stess, qegħdin jimmiraw li jindirizzaw l-impatt materjali kkonċernat. Taħt l-ESRS S1-5 hija tista’ tirrapporta l-miri rilevanti stabbiliti mill-inizjattiva u l-progress fihom.

AR 37.

Meta tiddivulga jekk u kif l-impriża tqis l-impatti reali u potenzjali fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha fid-deċiżjonijiet sabiex ittemm relazzjonijiet kummerċjali u jekk u kif tfittex li tindirizza kwalunkwe impatt negattiv li jista’ jirriżulta mit-terminazzjoni, l-impriża tista’ tinkludi eżempji.

AR 38.

Il-proċessi użati sabiex tiġi segwita l-effettività ta’ azzjonijiet jistgħu jinkludu awditjar jew verifika interna jew esterna, proċedimenti tal-qorti u/jew deċiżjonijiet tal-qorti relatati, valutazzjonijiet tal-impatt, sistemi ta’ kejl, feedback tal-partijiet ikkonċernati, mekkaniżmi ta’ lmentar, klassifikazzjonijiet tal-prestazzjoni esterna, u parametraġġ referenzjarju.

AR 39.

Ir-rapportar dwar l-effettività għandu l-għan li jippermetti l-fehim tar-rabtiet bejn l-azzjonijiet meħudin minn impriża u l-ġestjoni effettiva tal-impatti. Informazzjoni addizzjonali li l-impriża tista’ tipprovdi tinkludi data li turi tnaqqis fin-numru ta’ inċidenti identifikati.

AR 40.

Fir-rigward ta’ inizjattivi jew proċessi li l-għan primarju tagħhom huwa li jwasslu għal impatti pożittivi għall-persuni fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża li huma bbażati fuq il-ħtiġijiet tagħhom, u fir-rigward tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ tali inizjattivi jew proċessi, l-impriża tista’ tiddivulga:

(a)

informazzjoni dwar jekk u kif in-nies fil-forza tax-xogħol tagħhom stess u r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom rwol fid-deċiżjonijiet rigward it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi jew proċessi; u

(b)

informazzjoni dwar l-eżiti pożittivi maħsubin jew miksubin għall-forza tax-xogħol tal-impriża stess ta’ dawn il-programmi jew il-proċessi.

AR 41.

L-impriża tista’ tispjega jekk kwalunkwe inizjattiva bħal din tkunx imfassla wkoll sabiex tappoġġa l-kisba ta’ Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli wieħed jew aktar. Pereżempju, impriża li tieħu impenn favur l-SDG 8 sabiex “jiġu promossi tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti għal kulħadd” tista’ tkun qiegħda taħdem b’mod attiv sabiex telimina x-xogħol furzat jew obbligatorju jew sabiex tappoġġa livelli ogħla ta’ produttività fuq attivitajiet fil-pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp permezz ta’ titjib teknoloġiku u taħriġ tal-ħaddiema lokali, li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju kemm għal persuni speċifiċi fil-forza tax-xogħol proprja tagħha mmirati mill-azzjonijiet, iżda wkoll għall-komunitajiet lokali tagħhom.

AR 42.

Meta jiġu divulgati l-eżiti pożittivi maħsuba jew miksuba tal-azzjonijiet tagħha għall-forza tax-xogħol proprja tal-impriża, għandha ssir distinzjoni bejn l-evidenza ta’ ċerti attivitajiet li seħħew (pereżempju, li għadd x ta’ persuni rċevew taħriġ fil-litteriżmu finanzjarju) minn evidenza ta’ eżiti reali għall-persuni kkonċernati (pereżempju, li x persuni jirrapportaw li huma kapaċi jimmaniġġjaw aħjar il-paga tagħhom u l-baġits tal-unitajiet domestiċi tagħhom).

AR 43.

Jekk l-impriża tkun ħadet miżuri biex ittaffi l-impatti negattivi fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika u newtrali għall-klima, bħat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid, il-garanziji tal-impjiegi, u fil-każ ta’ tnaqqis fl-iskala jew tkeċċija tal-massa, miżuri bħal konsulenza dwar l-impjiegi, ikkowċjar, kollokamenti bejn il-kumpaniji u pjanijiet ta’ rtirar bikri, l-impriża għandha tiddivulga dawk il-miżuri. Dan jinkludi miżuri għall-konformità mar-regolament prevalenti. L-impriża tista’ tenfasizza l-iżviluppi esterni preżenti u/jew mistennija li jinfluwenzaw jekk id-dipendenzi jinbidlux f’ riskji. Dan jinkludi kunsiderazzjoni tal-impatti li jistgħu jirriżultaw mit-tranżizzjoni għal operazzjonijiet aktar ekoloġiċi u newtrali għall-klima.

AR 44.

Meta tiddivulga r-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-impatti jew id-dipendenzi tagħha fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha, l-impriża tista’ tikkunsidra dan li ġej:

(a)

ir-riskji relatati mal-impatti tal-impriża fuq il-forza tax-xogħol tagħha stess jistgħu jinkludu l-esponiment għar-reputazzjoni jew legali fejn persuni fil-forza tax-xogħol tal-impriża jinstabu li huma soġġetti għal xogħol furzat jew tħaddim tat-tfal;

(b)

ir-riskji relatati mad-dipendenzi tal-impriża fuq il-forza tax-xogħol tagħha stess jistgħu jinkludu tfixkil tal-operazzjonijiet tan-negozju fejn rata ta’ bdil sinifikanti tal-impjegati jew nuqqas ta’ żvilupp ta’ ħiliet/ taħriġ jheddu n-negozju tal-impriża; u

(c)

l-opportunitajiet relatati mal-impatti tal-impriża fuq il-forza tax-xogħol proprja tagħha jistgħu jinkludu differenzjazzjoni tas-suq u appell akbar għall-klijenti mill-garanzija ta’ paga u kundizzjonijiet deċenti għal dawk li mhumiex impjegati.

AR 45.

Meta tispjega jekk id-dipendenzi jinbidlux f’riskji, l-impriża għandha tikkunsidra l-iżviluppi esterni.

AR 46.

Meta tiddivulga l-politiki, l-azzjonijiet u r-riżorsi u l-miri relatati mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali, f’każijiet li fihom ir-riskji u l-opportunitajiet jirriżultaw minn impatt materjali, l-impriża tista’ tagħmel kontroreferenza għad-divulgazzjonijiet tagħha dwar politiki, azzjonijiet u riżorsi u miri fir-rigward ta’ dak l-impatt.

AR 47.

L-impriża għandha tikkunsidra jekk u kif il-proċess(i) tagħha għall-ġestjoni tar-riskji materjali relatati mal- forza tax-xogħol proprja huma integrati fil-proċess(i) eżistenti tagħha tal-ġestjoni tar-riskju.

AR 48.

Meta tiddivulga r-riżorsi allokati għall-ġestjoni tal-impatti materjali, l-impriża tista’ tispjega liema funzjonijiet interni huma involuti fil-ġestjoni tal-impatti u liema tipi ta’ azzjoni jieħdu sabiex jindirizzaw l-impatti negattivi u javvanzaw dawk pożittivi.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, kif ukoll mar-riskji u mal-opportunitajiet

AR 49.

Meta tiddivulga informazzjoni dwar il-miri f’konformità mal-paragrafu 46, l-impriża tista’ tiddivulga:

(a)

l-eżiti maħsuba li għandhom jinkisbu fil-ħajja ta’ ċertu numru ta’ persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha;

(b)

l-istabbiltà tal-miri maż-żmien f’termini ta’ definizzjonijiet u metodoloġiji li jippermettu l-komparabbiltà maż-żmien; u/jew

(c)

l-istandards jew l-impenji li l-miri huma bbażati fuqhom (pereżempju kodiċijiet ta’ kondotta, politiki ta’ provenjenza, oqfsa globali, jew kodiċijiet tal-industrija).

AR 50.

Il-miri relatati mar-riskji u mal-opportunitajiet jistgħu jkunu l-istess bħal jew distinti minn miri relatati mal-impatti. Pereżempju, mira biex jintlaħqu pagi adegwatigħal dawk li mhumiex impjegati tista’ kemm tnaqqas l-impatti fuq dawk in-nies kif ukoll tnaqqas ir-riskji assoċjati f’termini tal-kwalità u l-affidabbiltà tal-output tagħhom.

AR 51.

L-impriża tista’ tiddistingwi wkoll bejn miri fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil li jkopru l-istess impenn ta’ politika. Pereżempju, l-impriża jista’ jkollha mira fit-tul sabiex tikseb tnaqqis ta’ 80 % fl-inċidenti tas-saħħa u tas-sikurezza li jaffettwaw lis-sewwieqa tal-konsenja tagħha sal-2030 u mira fil-qrib sabiex tnaqqas is-sigħat tas-sahra tas-sewwieqa tal-konsenja b’x % filwaqt li jżommu l-introjtu tagħhom sal-2024.

AR 52.

Meta timmodifika jew tissostitwixxi mira fil-perjodu tar-rapportar, l-impriża tista’ tispjega l-bidla permezz ta’ kontroreferenzi għaliha għal bidliet sinifikanti fil-mudell ta’ negozju jew għal bidliet usa’ fl-istandard aċċettat jew fil-leġiżlazzjoni li minnha tkun derivata l-mira sabiex tipprovdi informazzjoni kuntestwali skont l-ESRS 2 BP-2 Divulgazzjonijiet fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-6 – Karatteristiċi tal-Impjegati tal-Impriża

AR 53.

Dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jkopri l-impjegati kollha li jwettqu xogħol għal kwalunkwe waħda mill-entitajiet tal-impriża inklużi fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà tagħha.

AR 54.

L-għoti ta’ diżaggregazzjoni tal-impjegati skont il-pajjiż jagħti għarfien dwar id-distribuzzjoni tal-attività bejn il-pajjiżi. L-għadd ta’ impjegati f’kull pajjiż huwa wkoll skattatur ewlieni għal ħafna drittijiet ta’ informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni għall-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, kemm fl-acquis tal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni (pereżempju, id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (108)“Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej” u d-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (109)“Direttiva dwar l-Informazzjoni u l-Konsultazzjoni”) kif ukoll fil-liġi nazzjonali (pereżempju, id-drittijiet li jiġi stabbilit kunsill tax-xogħol jew li jkun hemm rappreżentanza tal-impjegati fil-livell tal-bord). L-għoti ta’ diżaggregazzjoni tal-impjegati skont il-ġeneru u t-tip ta’ relazzjoni ta’ impjieg jagħti għarfien dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneri madwar l-impriża. Barra minn hekk, l-għoti ta’ diżaggregazzjoni tal-impjegati skont ir-reġjun jagħti għarfien dwar il-varjazzjonijiet reġjonali. Reġjun jista’ jirreferi għal pajjiż jew postijiet ġeografiċi oħra, bħal reġjun f’pajjiż jew reġjun dinji.

AR 55.

L-impriża għandha tiddivulga d-divulgazzjonijiet mitlubin fil-formati f’tabelli li ġejjin:

Tabella 1

Mudell għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-għadd ta’ impjegati skont il-ġeneru

Ġeneru

Numru ta’ impjegati (għadd)

Maskili

 

Femminili

 

Oħrajn

 

Mhux rapportat

 

Total

Impjegati

 

F’xi Stati Membri huwa possibbli għall-persuni li jirreġistraw lilhom infushom legalment bħala li għandhom it-tielet ġeneru, ħafna drabi newtrali, li huwa kategorizzat bħala “ieħor” fit-tabella ta’ hawn fuq. Madankollu, jekk l-impriża tkun qed tiddivulga data dwar l-impjegati fejn dan ma jkunx possibbli, tista’ tispjega dan u tindika li l-kategorija “ieħor” mhijiex applikabbli.

Tabella 2

Mudell għall-preżentazzjoni tal-għadd ta’ impjegati f’pajjiżi fejn l-impriża jkollha mill-inqas 50 impjegat li jirrappreżentaw mill-inqas 10 % tal-għadd totali ta’ impjegati tagħha.

Pajjiż

Numru ta’ impjegati (għadd)

Pajjiż A

 

Pajjiż B

 

Pajjiż Ċ

 

Pajjiż D

 

Tabella 3

Mudell għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-impjegati skont it-tip ta’ kuntratt, diżaggregati skont il-ġeneru (l-għadd ta’ impjegati jew FTE) (ir-rapportar dwar l-impjegati full-time u part-time huwa volontarju)

[Perjodu tar-rapportar]

MARA

RAĠEL

IEĦOR  (*1)

MHUX DIVULGAT

TOTAL

Għadd ta’ impjegati (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

 

 

Għadd ta’ impjegati permanenti (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

 

 

Għadd ta’ impjegati temporanji (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

 

 

Għadd ta’ sigħat ta’ impjegati mhux garantiti (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

 

 

Għadd ta’ impjegati full-time (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

 

 

Għadd ta’ impjegati part-time (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

 

 

Tabella 4

Mudell għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-impjegati skont it-tip ta’ kuntratt, diżaggregati skont ir-reġjun (l-għadd ta’ impjegati jew FTE) (ir-rapportar dwar l-impjegati full-time u part-time huwa volontarju)

[Perjodu tar-rapportar]

REĠJUN A

REĠJUN B

TOTAL

Għadd ta’ impjegati (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

Għadd ta’ impjegati permanenti (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

Għadd ta’ impjegati temporanji (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

Għadd ta’ sigħat ta’ impjegati mhux garantiti (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

Għadd ta’ impjegati full-time (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

Għadd ta’ impjegati part-time (għadd ta’ impjegati/FTE)

 

 

 

AR 56.

Id-definizzjonijiet ta’ sigħat permanenti, temporanji u mhux garantiti, ta’ impjegati full-time u part-time ivarjaw bejn il-pajjiżi. Jekk l-impriża jkollha impjegati f’aktar minn pajjiż wieħed, hija għandha tuża d-definizzjonijiet skont il-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi fejn ikunu bbażati l-impjegati sabiex jikkalkolaw id-data fil-livell tal-pajjiżi. Imbagħad, id-data fil-livell tal-pajjiżi għandha tingħadd sabiex jiġu kkalkolati n-numri totali, filwaqt li jiġu injorati d-differenzi fid-definizzjonijiet legali nazzjonali. L-impjegati b’sigħat mhux garantiti huma impjegati mill-impriża mingħajr garanzija ta’ numru minimu jew fiss ta’ sigħat tax-xogħol. L-impjegat jista’ jkollu bżonn jagħmel lilu nnifsu disponibbli għax-xogħol kif meħtieġ, iżda l-impriża ma tkunx obbligata kuntrattwalment li toffri lill-impjegat numru minimu jew fiss ta’ sigħat tax-xogħol kull jum, ġimgħa jew xahar. L-impjegati każwali, l-impjegati b’kuntratti ta’ żero sigħat, u l-impjegati fuq talba huma eżempji li jaqgħu taħt din il-kategorija.

AR 57.

Id-divulgazzjoni tan-numru ta’ impjegati fi tmiem il-perjodu tar-rapportar jipprovdi informazzjoni għal dak il-mument, mingħajr ma jiġu koperti l-varjazzjonijiet matul il-perjodu tar-rapportar. Id-divulgazzjoni ta’ dawn in-numri f’medji tul il-perjodu tar-rapportar iqis il-varjazzjonijiet matul il-perjodu tar-rapportar.

AR 58.

Data kwantitattiva, bħan-numru ta’ impjegati temporanji jew part-time, x’aktarx li ma tkunx biżżejjed waħedha. Pereżempju, proporzjon għoli ta’ impjegati temporanji jew part-time jista’ jindika nuqqas ta’ sigurtà tal-impjiegi għall-impjegati, iżda jista’ jindika wkoll flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol meta jiġi offrut bħala għażla volontarja. Għal din ir-raġuni, l-impriża hija meħtieġa tiddivulga informazzjoni kuntestwali sabiex tgħin lill-utenti tal-informazzjoni jinterpretaw id-data. L-impriża tista’ tispjega r-raġunijiet għal impjieg temporanju. Eżempju ta’ tali raġuni huwa r-reklutaġġ ta’ impjegati sabiex iwettqu xogħol fuq proġett jew għal event temporanju jew staġunali. Eżempju ieħor huwa l-prattika standard li jiġi offrut kuntratt temporanju (pereżempju, sitt xhur) lil impjegati ġodda qabel ma ssir offerta ta’ impjieg permanenti. L-impriża tista’ tispjega wkoll ir-raġunijiet għal impjieg b’sigħat mhux garantiti.

AR 59.

Għall-kalkolu tad-dawran tal-impjegati proprji, l-impriża għandha tikkalkula l-aggregat tan-numru ta’ impjegati li jitilqu volontarjament jew minħabba tkeċċija, irtirar, jew mewt waqt is-servizz. L-impriża għandha tuża dan in-numru għan-numeratur tar-rata tad-dawran tal-impjegati u tista’ tiddetermina d-denominatur użat sabiex tiġi kkalkolata din ir-rata u tiddeskrivi l-metodoloġija tagħha.

AR 60.

Meta ma jkunx hemm disponibbli data għal informazzjoni dettaljata, l-impriża għandha tuża stima tan-numru jew tal-proporzjonijiet tal-impjegati, f’konformità mal-ESRS 1, u tidentifika b’mod ċar fejn ikun sar l-użu tal-istimi.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–7 — Karatteristiċi ta’ dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża

AR 61.

Din it-Talba ta’Divulgazzjoni tipprovdi għarfien dwar l-approċċ tal-impriża għall-impjiegi, kif ukoll dwar l-ambitu u n-natura tal-impatti li jirriżultaw mill-prattiki tal-impjieg tagħha. Jipprovdi wkoll informazzjoni kuntestwali li tgħin sabiex tinftiehem l-informazzjoni rrapportata f’divulgazzjonijiet oħrajn. Din id-divulgazzjoni tkopri kemm kuntratturi individwali li jipprovdu ħaddiema lill-impriża (“ħaddiema li jaħdmu għal rashom”) kif ukoll ħaddiema pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” (Kodiċi NACE N78). Jekk il-persuni kollha li jwettqu xogħol għall-impriża huma impjegati u l-impriża ma jkollha l-ebda persuna fil-forza tax-xogħol tagħha li mhumiex impjegati, dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni mhuwiex materjali għall-impriża; minkejja dan, l-impriża tista’ tiddikjara dan il-fatt meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–6 bħala informazzjoni kuntestwali peress li din l-informazzjoni tista’ tkun rilevanti għall-utenti tad-Dikjarazzjoni dwar is-Sostenibbiltà.

AR 62.

Eżempji ta’ kuntratturi (persuni li jaħdmu għal rashom) fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża jinkludu: kuntratturi mqabbdin mill-impriża sabiex iwettqu xogħol li kieku jitwettaq minn impjegat; kuntratturi mikrija mill-impriża biex iwettqu xogħol f’żona pubblika (pereżempju, fi triq); u kuntratturi mqabbda mill-impriża biex iwasslu x-xogħol/is-servizz direttament fuq il-post tax-xogħol ta’ klijent tal-organizzazzjoni. Eżempji ta’ persuni impjegati minn parti terza involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” li x-xogħol tagħhom huwa taħt id-direzzjoni tal-impriża jinkludu: persuni li jwettqu l-istess xogħol li jwettqu l-impjegati, bħal persuni li jissostitwixxu impjegati li jkunu temporanjament assenti (minħabba mard, btala, liv tal-ġenituri, eċċ.); persuni li jwettqu xogħol regolari fl-istess sit bħall-impjegati; ħaddiema li jintbagħtu temporanjament minn Stat Membru ieħor tal-UE sabiex jaħdmu għall-impriża (“ħaddiema stazzjonati”) Eżempji ta’ ħaddiema fil-katina tal-valur (u għalhekk ta’ ħaddiema mhux fil-forza tax-xogħol tal-impriża stess u rrapportati fl-ambitu tal-ESRS S2) jinkludu: ħaddiema għal fornitur kuntrattati mill-impriża li jaħdmu fil-bini tal-fornitur bl-użu tal-metodi ta’ ħidma tal-fornitur; ħaddiema għal entità “downstream” li tixtri oġġetti jew servizzi mill-impriża; u ħaddiema ta’ fornitur tat-tagħmir lill-impriża li, f’wieħed jew aktar mill-postijiet tax-xogħol tal-impriża, iwettqu manutenzjoni regolari fuq it-tagħmir tal-fornitur (pereżempju, fotokopjatur) kif stipulat fil-kuntratt bejn il-fornitur tat-tagħmir u l-impriża.

AR 63.

Jekk l-impriża ma tistax tirrapporta ċifri eżatti, hija għandha tuża stimi skont id-dispożizzjonijiet fl-ESRS 1 biex tiddivulga n-numru ta’ persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha li mhumiex impjegati sal-eqreb għaxra jew, fejn in-numru ta’ persuni fil-forza tax-xogħol tagħha stess li mhumiex impjegati huwa akbar minn 1 000, sal-eqreb 100, u tispjega dan. Barra minn hekk, għandha tidentifika b’mod ċar l-informazzjoni li tirriżulta minn data reali u minn stimi.

AR 64.

Id-divulgazzjoni tal-għadd ta’ persuni fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża li mhumiex impjegati fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar tipprovdi informazzjoni għal dak il-mument mingħajr ma jinqabdu l-fluttwazzjonijiet matul il-perjodu ta’ rapportar. Id-divulgazzjoni ta’ dan in-numru bħala medja matul il-perjodu tar-rapportar iqis il-varjazzjonijiet matul il-perjodu tar-rapportar u jista’ jipprovdi informazzjoni aktar siewja u rilevanti għall-utenti.

AR 65.

L-informazzjoni ddivulgata mill-impriża tippermetti lill-utenti jifhmu kif l-għadd ta’ dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża jvarja matul il-perjodu ta’ rapportar jew meta mqabbel mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti (jiġifieri, jekk in-numri żdidux jew naqsu). L-impriża tista’ wkoll tiżvela r-raġunijiet għall-fluttwazzjonijiet. Pereżempju, żieda fl-għadd ta’ persuni li mhumiex impjegati matul il-perjodu ta’ rapportar tista’ tkun dovuta għal avveniment staġjonali. Min-naħa l-oħra, tnaqqis fl-għadd ta’ persuni li mhumiex impjegati meta mqabbel mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti jista’ jkun dovut għat-tlestija ta’ proġett temporanju. Jekk l-impriża tiddivulga l-fluttwazzjonijiet, hija għandha tispjega wkoll il-kriterji użati biex tiddetermina liema fluttwazzjonijiet tiddivulga. Jekk ma jkun hemm l-ebda fluttwazzjoni sinifikanti fl-għadd ta’ persuni mhux impjegati matul il-perjodu ta’ rapportar jew bejn il-perjodu ta’ rapportar attwali u dak preċedenti, l-impriża tista’ tiddivulga din l-informazzjoni.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-8 – Kopertura tan-negozjar kollettiv u djalogu soċjali

Kopertura ta’ negozjar kollettiv tas-COL

AR 66.

Il-perċentwal ta’ impjegati koperti minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja:

Image 11

AR 67.

L-impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża koperti minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv huma dawk l-individwi li għalihom l-impriża hija obbligata tapplika l-ftehim. Dan ifisser li jekk l-ebda wieħed mill-impjegati ma jkun kopert minn ftehim ta’ negozjar kollettiv, il-perċentwal irrapportat ikun żero. Impjegat fil-forza tax-xogħol tal-impriża stess kopert minn aktar minn ftehim ta’ negozjar kollettiv wieħed jeħtieġ li jingħadd darba biss.

AR 68.

Dan ir-rekwiżit ma għandux l-għan li jikseb il-perċentwal ta’ impjegati rrappreżentati minn kunsill tax-xogħlijiet jew li jappartjenu għat-trade unions, li jista’ jkun differenti. Il-perċentwal ta’ impjegati koperti minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv jista’ jkun ogħla mill-perċentwal ta’ impjegati mhux impjegati meta l-ftehimiet ta’ negozjar kollettiv japplikaw kemm għall-membri f’union kif ukoll għal dawk mhux membri f’union. Inkella, il-perċentwal ta’ impjegati koperti minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv jista’ jkun anqas mill-perċentwal ta’ impjegati f’union. Dan jista’ jkun il-każ meta ma jkun hemm l-ebda ftehim ta’ negozjar kollettiv disponibbli jew meta l-ftehimiet ta’ negozjar kollettiv ma jkoprux l-impjegati kollha mhux f’union.

Djalogu Soċjali

AR 69.

Għall-kalkolu tal-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 63(a), l-impriża għandha tidentifika f’liema pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għandha impjiegi sinifikanti (jiġifieri, mill-inqas 50 impjegat li jirrappreżentaw mill-inqas 10 % tal-impjegati totali tagħha).. Għal dawn il-pajjiżi għandha tirrapporta l-persentaġġ ta’ impjegati f’dak il-pajjiż li huma impjegati fi stabbilimenti fejn l-impjegati huma rappreżentati mir-rappreżentanti tal-ħaddiema. Stabbiliment huwa definit bħala kwalunkwe post ta’ operazzjonijiet fejn l-impriża twettaq attività ekonomika mhux tranżizzjonali b’meżżi umani jew b’oġġetti. Eżempji jinkludu: fabbrika, fergħa ta’ katina tal-bejgħ bl-imnut, jew il-kwartieri ġenerali ta’ impriża. Għall-pajjiżi li fihom hemm stabbiliment wieħed biss, il-perċentwal irrapportat għandu jkun 100 % jew 0 %.

Image 12

AR 70.

L-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni għandha tiġi rrapportata kif ġej

Tabella 1

Mudell ta’ rapportar għall-kopertura tan-negozjar kollettiv u għad-djalogu soċjali

 

Kopertura tan-Negozjar Kollettiv

Djalogu soċjali

Rata ta’ Kopertura

Impjegati – ŻEE

(għal pajjiżi b’ > 50 impjegat li jirrappreżentaw > 10 % tal-impjegati totali)

Impjegati — Mhux ŻEE

(stima għal reġjuni b’ > 50 impjegat li jirrappreżentaw > 10 % tal-impjegati totali)

Rappreżentanza fuq il-post tax-xogħol (ŻEE biss)

(għal pajjiżi b’ > 50 impjegat li jirrappreżentaw > 10 % tal-impjegati totali)

0 -19 %

 

Reġjun A

 

20 -39 %

Pajjiż A

Reġjun B

 

40 -59 %

Pajjiż B

 

Pajjiż A

60 -79  %

 

 

Pajjiż B

80 -100  %

 

 

 

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–9 — Metriċi tad-diversità

AR 71.

Fit-tħejjija tad-divulgazzjoni dwar il-ġeneru fil-maniġment superjuri, l-impriża għandha tuża d-definizzjoni tal-maniġment superjuri bħala livell wieħed u żewġ livelli taħt il-korpi amministrattivi u superviżorji sakemm dan il-kunċett ma jkunx diġà ġie ddefinit mal-operazzjonijiet tal-impriża u ma jkunx ivarja mid-deskrizzjoni preċedenti. Jekk dan ikun il-każ, l-impriża tista’ tuża d-definizzjoni tagħha stess għall-maniġment superjuri u tiddivulga dak il-fatt u d-definizzjoni tagħha stess.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-10 – Pagi Adegwati

AR 72.

Il-paga l-aktar baxxa għandha tiġi kkalkulata għall-kategorija tal-paga l-aktar baxxa, esklużi l-interns u l-apprendisti. Din għandha tkun ibbażata fuq il-paga bażika flimkien ma’ kwalunkwe pagament addizzjonali fiss li jkun garantit lill-impjegati kollha. Il-paga l-aktar baxxa għandha titqies separatament għal kull pajjiż li fih l-impriża għandha operazzjonijiet, ħlief barra miż-ŻEE meta l-paga adegwata jew minima rilevanti tkun definita f’livell subnazzjonali.

AR 73.

Il-parametru referenzjarju tal-paga adegwata użat għat-tqabbil mal-paga l-aktar baxxa ma għandux ikun anqas minn:

(a)

fiż-ŻEE: il-paga minima stabbilita f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (110) dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea. Fil-perjodu sakemm tidħol fis-seħħ id-Direttiva (UE) 2022/2041, meta ma jkun hemm l-ebda paga minima applikabbli ddeterminata minn leġiżlazzjoni jew minn negozjar kollettiv f’pajjiż taż-ŻEE, l-impriża għandha tuża parametru referenzjarju tal- paga adegwata li ma jkunx inqas mill-paga minima f’pajjiż ġar bi status soċjoekonomiku simili jew mhux inqas minn norma internazzjonali b’referenza komuni bħal 60 % tal-paga medjana tal-pajjiż u 50 % tal-paga medja grossa.

(b)

barra miż-ŻEE:

i.

il-livell tal-paga stabbilit fi kwalunkwe leġiżlazzjoni internazzjonali, nazzjonali jew subnazzjonali eżistenti, normi uffiċjali jew ftehimiet kollettivi, abbażi ta’ valutazzjoni tal-livell tal-paga meħtieġ għal standard tal-għajxien deċenti;

ii.

jekk ma jeżisti l-ebda wieħed mill-istrumenti identifikati f’ (i), kwalunkwe paga minima nazzjonali jew subnazzjonali stabbilita mil-leġiżlazzjoni jew min-negozjar kollettiv; jew

iii.

jekk l-ebda wieħed mill-istrumenti identifikati f’(i) jew (ii) ma jeżisti, kwalunkwe parametru referenzjarju li jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Inizjattiva ta’ Kummerċ Sostenibbli (IDH) (“Pjan Direzzjonali dwar il-Pagi tal-Għajxien — Pjattaforma biex Jiżguraw Pagi tal-Għajxien fil-Ktajjen tal-Provvista”), inklużi parametri referenzjarji applikabbli allinjati mal-metodoloġija Anker, jew ipprovduti mill-Fondazzjoni tal-Indikaturi tal-Pagi jew min-Network tal-Pagi Ġusti, dment li tiġi żgurata s-supremazija tan-negozjar kollettiv għall-istabbiliment tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg.

AR 74.

Id-Direttiva (UE) 2022/2041 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea tirreferi għaż-żewġ valuri ta’ referenza indikattivi użati b’mod komuni fil-livell internazzjonali bħal 60 % tal-paga medjana grossa u 50 % tal-paga medja grossa, u/jew valuri ta’ referenza indikattivi użati fil-livell nazzjonali. Id-data għall-valuri indikattivi ta’ 60 % tal-paga grossa nazzjonali medjana jew ta’ 50 % tal-paga grossa medja nazzjonali tista’ tinkiseb mill-Istħarriġ Ewropew dwar il-Forza tax-Xogħol.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-11 – Protezzjoni soċjali

AR 75.

Il-protezzjoni soċjali tirreferi għall-miżuri kollha li jipprovdu aċċess għall-kura tas-saħħa u appoġġ għall-introjtu f’każijiet ta’ avvenimenti tal-ħajja diffiċli bħat-telf ta’ impjieg, il-mard u l-ħtieġa ta’ kura medika, it-twelid u t-trobbija ta’ wild, jew l-irtirar u l-ħtieġa ta’ pensjoni.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-12– Persuni b’diżabilità

AR 76.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 77 rigward il-persuni b’diżabilità, l-impriża għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni kuntestwali neċessarja sabiex jinftiehmu d-data u kif id-data tkun ġiet ikkumpilata (metodoloġija). Pereżempju, informazzjoni dwar l-impatt ta’ definizzjonijiet legali differenti ta’ persuni b’diżabilità fil-pajjiżi differenti li fihom l-impriża għandha operazzjonijiet.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–13 — Metriċi ta’ Taħriġ u Żvilupp tal-Ħiliet

AR 77.

Analiżi regolari tal-prestazzjoni hija definita bħala analiżi bbażata fuq kriterji magħrufa mill-impjegat u s-superjur tiegħu jew tagħha mwettqa bl-għarfien tal-impjegat mill-inqas darba fis-sena. Ir-rieżami jista’ jinkludi evalwazzjoni mis-superjur dirett tal-ħaddiem, mill-pari, jew minn firxa usa’ ta’ impjegati. Ir-rieżami jista’ jinvolvi wkoll lid-dipartiment tar-riżorsi umani. Sabiex tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 83(a), l-impriża għandha tuża ċ-ċifri tan-numru ta’ impjegati pprovduti fir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS S1-6 fid-denominatur sabiex tikkalkola:

(a)

in-numru/il-proporzjon ta’ rieżamijiet tal-prestazzjoni għal kull impjegat; u

(b)

in-numru ta’ rieżamijiet bi proporzjon man-numru miftiehem ta’ rieżamijiet mill-maniġment.

AR 78.

Biex tiddivulga l-medja meħtieġa skont il-paragrafu 83(b), l-impriża għandha twettaq il-kalkolu li ġej: l-għadd totali ta’ sigħat ta’ taħriġ offruti lill-impjegati u kkompletati minnhom għal kull kategorija tal-ġeneru diviż bl-għadd totali ta’ impjegati għal kull kategorija tal-ġeneru. Għall-medja totali tat-taħriġ u għall-medja skont il-ġeneru, għandhom jintużaw iċ-ċifri tan-numru ta’ impjegati għall-impjiegi totali u għall-impjiegi skont il-ġeneru rrapportati fir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS S1-6.

AR 79.

Il-kategoriji tal-impjegati huma diżaggregazzjoni tal-impjegati skont il-livell (bħall-maniġment superjuri, il-maniġment intermedju) jew il-funzjoni (bħal teknika, amministrattiva, produzzjoni). Din l-informazzjoni ġejja mis-sistema tar-riżorsi umani tal-impriża stess. Meta tikkategorizza l-forza tax-xogħol, l-impriża għandha tiddefinixxi kategoriji raġonevoli u sinifikanti ta’ impjegati li jippermettu lill-utenti tal-informazzjoni jifhmu miżuri ta’ prestazzjoni differenti bejn il-kategoriji. L-impriża tista’ tippreżenta kategorija għall-impjegati eżekuttivi u mhux eżekuttivi.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–14 — Metriċi tas-saħħa u s-sikurezza

AR 80.

Fir-rigward tal-paragrafu 88 (a), il-perċentwal tal-forza tax-xogħol proprja tagħha li hija koperta mis-sistema ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-impriża għandha tiġi ddivulgata fuq bażi ta’ għadd ta’ impjegati aktar milli fuq bażi ekwivalenti għal full-time.

AR 81.

Fir-rigward tal-paragrafu 90, meta s-sistema ta’ ġestjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-impriża, jew ċerti partijiet minnha, tkun ġiet soġġetta għal awditu intern jew għal ċertifikazzjoni esterna, l-impriża tista’ tiddikjara dan il-fatt, jew in-nuqqas tiegħu, u l-istandards sottostanti għal tali awditi/ċertifikazzjonijiet, kif ikun applikabbli.

AR 82.

Il-fatalitajiet jistgħu jiġu rrapportati separatament għal dawk li jirriżultaw minn korrimenti relatati max-xogħol u għal dawk li jirriżultaw minn saħħa batuta relatata max-xogħol.

Gwida dwar “relatati max-xogħol”

AR 83.

Korrimenti relatati max-xogħol u saħħa batuta relatata max-xogħol jirriżultaw mill-esponiment għall-perikli fuq il-post tax-xogħol. Minkejja dan, jistgħu jseħħu tipi oħrajn ta’ inċidenti li ma humiex konnessi max-xogħol innifsu. Pereżempju, l-inċidenti li ġejjin ġeneralment ma jitqisux bħala relatati max-xogħol, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli:

(a)

persuna fil-forza tax-xogħol issofri attakk tal-qalb waqt li tkun fuq il-post tax-xogħol li ma jkunx konness max-xogħol;

(b)

persuna fil-forza tax-xogħol li ssuq lejn jew mix-xogħol tindarab f’inċident tat-traffiku (meta s-sewqan ma jkunx parti mix-xogħol u fejn it-trasport ma jkunx ġie organizzat mill-impriża); u

(c)

persuna fil-forza tax-xogħol bl-epilessija jkollha attakk fuq ix-xogħol li ma jkunx marbut max-xogħol.

AR 84.

Fir-rigward tal-ivvjaġġar għal skopijiet ta’ xogħol, ta’ korrimenti u ta’ saħħa batuta li sseħħ waqt li persuna tkun qiegħda tivvjaġġa huma relatati max-xogħol jekk, fil-ħin tal-korriment jew tas-saħħa batuta, il-persuna kienet involuta f’attivitajiet tax-xogħol “fl-interess tal-impjegatur”. Eżempji ta’ attivitajiet bħal dawn jinkludu l-ivvjaġġar lejn u minn kuntatti mal-klijenti; it-twettiq ta’ kompiti ta’ impjieg; u d-divertiment jew il-parteċipazzjoni fit-tranżazzjoni, id-diskussjoni, jew il-promozzjoni tan-negozju (fuq id-direzzjoni tal-impjegatur). Jekk l-impriża tkun responsabbli għat-trasport lejn ix-xogħol, inċidenti li jseħħu waqt l-ivvjaġġar lejn ix-xogħol jitqiesu li huma relatati max-xogħol. Madankollu, inċidenti li jirriżultaw matul l-ivvjaġġar, barra mir-responsabbiltà tal-impriża (jiġifieri vjaġġar regolari lejn ix-xogħol u lura), jistgħu jiġu rrapportati separatament dment li l-impriża jkollha tali data disponibbli għall-impriża kollha.

AR 85.

Fir-rigward tax-xogħol mid-dar, il-korrimenti u l-mard li jseħħu meta wieħed jaħdem mid-dar huma relatati max-xogħol, jekk il-korriment jew il-mard iseħħ waqt li l-persuna tkun qed twettaq ix-xogħol mid-dar; u l-korriment jew il-mard huwa relatat direttament mal-prestazzjoni tax-xogħol aktar milli mal-ambjent jew l-ambjent tad-dar ġenerali.

AR 86.

Fir-rigward tal-mard mentali, jitqies bħala relatat max-xogħol, jekk ikun ġie nnotifikat volontarjament mill-persuna kkonċernata u jkun appoġġat minn opinjoni minn professjonist tal-kura tas-saħħa liċenzjat b’taħriġ u esperjenza xierqa; u jekk tali opinjoni tiddikjara li l-marda hija relatata max-xogħol.

AR 87.

Il-kwistjonijiet tas-saħħa li jirriżultaw, pereżempju, mit-tipjip, mill-abbuż tad-droga u tal-alkoħol, mill-inattività fiżika, mid-dieti mhux tajbin għas-saħħa, u mill-fatturi psikosoċjali mhux relatati max-xogħol ma jitqisux relatati max-xogħol.

AR 88.

Il-mard okkupazzjonali ma huwiex meqjus bħala korrimenti relatati max-xogħol iżda huwa kopert minn saħħa batuta relatata max-xogħol.

Gwida dwar l-informatika tar-rata ta’ korrimenti relatati max-xogħol

AR 89.

Fil-komputazzjoni tar-rata ta’ korrimenti relatati max-xogħol, l-impriża għandha taqsam in-numru rispettiv ta’ każijiet bin-numru totali ta’ sigħat maħduma minn persuni fil-forza tax-xogħol proprja tagħha u mmultiplikata b’1 000 000. B’hekk, dawn ir-rati jirrappreżentaw in-numru ta’ każijiet rispettivi għal kull miljun siegħa maħduma. Rata bbażata fuq 1 000 000 siegħa maħduma tindika l-għadd ta’ korrimenti relatati max-xogħol għal kull 500 persuna full-time fil-forza tax-xogħol fuq perjodu ta’ żmien ta’ sena. Għal finijiet ta’ komparabbiltà, rata bbażata fuq 1 000 000 siegħa maħduma għandha tintuża wkoll għal impriżi b’inqas minn 500 persuna fil-forza tax-xogħol.

AR 90.

Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tikkalkola direttament in-numru ta’ sigħat maħdumin, hija tista’ tistmah fuq il-bażi ta’ sigħat normali jew standard tax-xogħol, filwaqt li tqis l-intitolamenti għal perjodi ta’ liv imħallas mix-xogħol (pereżempju, btajjel imħallsin, liv tal-mard imħallas, vaganzi pubbliċi) u tispjega dan fid-divulgazzjonijiet tagħha.

AR 91.

Impriża għandha tinkludi l-fatalitajiet bħala riżultat ta’ korriment relatat max-xogħol fil-kalkolu tan-numru u tar-rata ta’ korrimenti relatati max-xogħol li jistgħu jiġu rreġistrati.

Gwida dwar is-saħħa batuta relatata max-xogħol li tista’ tiġi rreġistrata

AR 92.

Is-saħħa batuta relatata max-xogħol tista’ tinkludi problemi tas-saħħa akuti, rikorrenti, u kroniċi kkawżati jew aggravati mill-kundizzjonijiet jew mill-prattiki tax-xogħol. Dawn jinkludu disturbi muskoloskeletali, mard tal-ġilda u respiratorju, kanċers malinni, mard ikkawżat minn aġenti fiżiċi (pereżempju, telf ta’ smigħ ikkawżat mill-istorbju, mard ikkawżat minn vibrazzjonijiet), u mard mentali (pereżempju ansjetà, disturb minn stress postrawmatiku). Għall-finijiet tad-divulgazzjonijiet meħtieġa, l-impriża għandha, bħala minimu, tinkludi fid-divulgazzjoni tagħha dawk il-każijiet deskritti fil-lista tal-ILO tal-Mard Okkupazzjonali.

AR 93.

Fil-kuntest ta’ dan l-Istandard, id-disturbi muskoelettriċi relatati max-xogħol huma koperti taħt is-saħħa batuta relatata max-xogħol (u mhux il-korrimenti).

AR 94.

Il-każijiet li għandhom jiġu ddivulgati fil-paragrafu 88(d) huma relatati ma’ każijiet ta’ saħħa batuta relatata max-xogħol notifikati lill-impriża jew identifikati mill-impriża permezz ta’ sorveljanza medika, matul il-perjodu tar-rapportar. L-impriża tista’ tiġi nnotifikata b’każijiet ta’ saħħa batuta relatata max-xogħol permezz ta’ rapporti min-nies affettwati, minn aġenziji ta’ kumpens, jew minn professjonisti tal-kura tas-saħħa. Id-divulgazzjoni tista’ tinkludi każijiet ta’ mard relatat max-xogħol li ġew identifikati matul il-perjodu ta’ rapportar fost persuni li qabel kienu fil-forza tax-xogħol tal-impriża.

Gwida dwar in-numru ta’ jiem mitlufin

AR 95.

L-impriża għandha tgħodd in-numru ta’ jiem mitlufin b’tali mod li jiġu inklużi l-ewwel jum sħiħ u l-aħħar jum tal-assenza. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati jiem kalendarji għall-kalkolu, għalhekk il-jiem li fihom l-individwu affettwat ma jkunx skedat għax-xogħol (pereżempju, tmiem il-ġimgħa, festi pubbliċi) jgħoddu bħala jiem mitlufa.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1-15 – Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

AR 96.

Il-liv relatat mal-familja jinkludi l-liv tal-maternità, il-liv tal-paternità, il-liv tal-ġenituri, u l-liv tal-persuni li jindukraw li huwa disponibbli skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi. Għall-fini ta’ dan l-Istandard, dawn il-kunċetti huma definiti bħala:

(a)

liv tal-maternità (imsejjaħ ukoll liv għat-tqala): liv ta’ assenza protett mill-impjieg għal nisa impjegati direttament madwar iż-żmien tal-ħlas (jew, f’xi pajjiżi, l-adozzjoni);

(b)

liv tal-paternità: liv mix-xogħol għall-missirijiet jew, meta u sa fejn ikun rikonoxxut mid-dritt nazzjonali, għat-tieni ġenituri ekwivalenti, fl-okkażjoni tat-twelid jew adozzjoni ta’ wild għall-finijiet ta’ indukrar;

(c)

liv tal-ġenituri: liv mix-xogħol għall-ġenituri minħabba t-twelid jew l-adozzjoni ta’ wild biex jieħdu ħsieb dak il-wild, kif definit minn kull Stat Membru;

(d)

liv mix-xogħol tal-persuni li jindukraw: liv għall-ħaddiema sabiex jipprovdu kura personali jew appoġġ lil qarib, jew lil persuna li tgħix fl-istess unità domestika, li teħtieġ kura jew appoġġ sinifikanti għal raġuni medika serja, kif definita minn kull Stat Membru.

AR 97.

Fir-rigward tal-paragrafu 93(a), l-impjegati intitolati għal liv relatat mal-familja huma dawk li huma koperti minn regolamenti, minn politiki organizzazzjonali, minn ftehimiet, minn kuntratti jew minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv li fihom intitolamenti ta’ liv relatati mal-familja u li rrapportaw l-intitolament tagħhom għall-impriża jew li l-impriża hija konxja mill-intitolament.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–16 — Metriċi ta’ Remunerazzjoni (differenza fil-pagi u remunerazzjoni totali)

Differenzjali tal-pagi

AR 98.

Meta tiġbor l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 97(a) għad-differenza fil-pagi bejn l-impjegati nisa u rġiel tagħha (magħrufa wkoll bħala d-“differenza fil-pagi bejn il-ġeneri”), l-impriża għandha tuża l-metodoloġija li ġejja:

(a)

tinkludi l-livell tal-paga grossa fis-siegħa tal-impjegati kollha; u

(b)

tapplika l-formula li ġejja biex tikkalkula d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri:

Image 13

AR 99.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 97(a), l-impriża għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni kuntestwali neċessarja sabiex jinftiehmu d-data u kif id-data tkun ġiet ikkumpilata (metodoloġija). Informazzjoni dwar kif fatturi oġġettivi bħat-tip ta’ xogħol u l-pajjiż tal-impjieg jinfluwenzaw id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri jistgħu jiġu rrapportati.

AR 100.

Il-kejl tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri tal-impriża għandu jiġi rrapportat għall-perjodu ta’ rapportar attwali u, jekk irrapportat f’rapporti preċedenti dwar is-sostenibbiltà, għaż-żewġ perjodi ta’ rapportar preċedenti.

Proporzjon ta’ remunerazzjoni totali

AR 101.

Meta tikkompila l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 97(b), l-impriża għandha:

(a)

tinkludi lill-impjegati kollha;

(b)

tikkunsidra, skont il-politiki ta’ remunerazzjoni tal-impriża, dawn kollha li ġejjin:

i.

is-salarju bażi, li huwa s-somma ta’ kumpens fi flus garantit, għal terminu qasir, u mhux varjabbli;

ii.

benefiċċji fi flus, li hija s-somma tas-salarju bażi u allowances fi flus, bonusijiet, kummissjonijiet, qsim ta’ profitti fi flus kontanti, u forom oħra ta’ pagamenti varjabbli fi flus;

iii.

benefiċċji in natura, bħal karozzi, assigurazzjoni tas-saħħa privata, assigurazzjoni tal-ħajja, programmi tal-benessri; u

iv.

remunerazzjoni diretta, li hija s-somma tal-benefiċċji fi flus, benefiċċji in natura u l-valur ġust totali tal-inċentivi fit-tul annwali kollha (pereżempju, għotjiet ta’ opzjonijiet fuq l-ishma, ishma jew unitajiet ristretti ta’ stokk, ishma jew unitajiet ta’ stokk ta’ prestazzjoni, ishma ta’ stokk fantażma, drittijiet ta’ apprezzament tal-istokk, u għotjiet ta’ flus fit-tul).

(c)

applika l-formula li ġejja għall-proporzjon tar-remunerazzjoni totali annwali:

Image 14

AR 102.

Sabiex turi l-informazzjoni kuntestwali, l-impriża tista’ tipprovdi spjegazzjoni sabiex jinftiehmu d-data u kif id-data ġiet ikkumpilata (metodoloġija). Data kwantitattiva, bħall-proporzjon ta’ remunerazzjoni totali annwali, tista’ ma tkunx biżżejjed waħedha sabiex tifhem id-disparità fil-pagi u l-fatturi ewlenin tagħha. Pereżempju, il-proporzjonijiet tal-pagi jistgħu jiġu influwenzati mid-daqs tal-impriża (pereżempju, id-dħul, in-numru ta’ impjegati), mis-settur tagħha, mill-istrateġija tal-impjiegi tagħha (pereżempju, id-dipendenza fuq ħaddiema esternalizzati jew fuq impjegati part-time, grad għoli ta’ awtomatizzazzjoni), jew mill-volatilità tal-munita.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S1–17 — Inċidenti, ilmenti u impatti severi fuq id-drittijiet tal-bniedem

AR 103.

B’rabta mal-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 103 u 104, l-impriża tista’ tiddivulga l-istatus tal-inċidenti u/jew l-ilmenti u l-azzjonijiet meħuda b’referenza għal dan li ġej:

(a)

inċidenti rieżaminati mill-impriża;

(b)

pjanijiet ta’ rimedju li qegħdin jiġu implimentati;

(c)

pjanijiet ta’ rimedju li ġew implimentati, bir-riżultati rieżaminati permezz ta’ proċessi ta’ rieżami tal-ġestjoni interna ta’ rutina; u

(d)

inċidenti li ma għadhomx soġġetti għal azzjoni.

AR 104.

Jekk l-impriża tikkompila l-informazzjoni deskritta fl-AR 105, hija għandha tikkunsidra dan li ġej:

(a)

inċident ma għadux soġġett għal azzjoni jekk jiġi solvut, il-każ jingħalaq, jew ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri mill-impriża. Pereżempju, inċident li għalih ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri jista’ jinkludi każijiet li jiġu rtirati jew li fihom iċ-ċirkostanzi sottostanti li wasslu għall-inċident ma jibqgħux jeżistu;

(b)

l-azzjoni ta’ rimedju hija diretta lejn il-persuna allegatament responsabbli għall-fastidju u l-allegata vittma. Miżura rimedjali lejn il-vittma tista’ tinkludi l-offerta li jitħallsu l-ispejjeż tagħha għal sessjonijiet ta’ konsulenza, l-offerta lill-vittma ta’ xi liv imħallas, l-offerta li jerġgħu jingħataw il-liv tal-mard/ta’ btajjel jekk il-vittma tkun ġarrbet xi spejjeż minħabba l-fastidju (bħal jekk tkun użat liv tal-mard jew liv ta’ btajjel); u

(c)

miżura rimedjali lejn min jagħti fastidju tista’ tinkludi l-għoti ta’ twissija verbali u/jew bil-miktub lil min jagħti fastidju, l-ordni ta’ konsulenza kontra l-fastidju jew l-ordni tal-attendenza għal seminar apposta lil min jagħti fastidju, is-sensibilizzazzjoni dwar il-fastidju u t-taħriġ fil-prevenzjoni. Sospensjoni mingħajr paga tista’ tkun possibbiltà wkoll. Jekk il-fastidju jkun ġie ddixxiplinat qabel iżda l-fastidju tiegħu ma jiqafx, allura tista’ tkun meħtieġa dixxiplina aktar serja.

AR 105.

Inċidenti serji relatati mad-drittijiet tal-bniedem jinkludu każijiet ta’ kawżi legali, ta’ lmenti formali permezz ta’ mekkaniżmi ta’ lmentar tal-impriża jew ta’ partijiet terzi, ta’ allegazzjonijiet serji f’rapporti pubbliċi jew fil-media, meta dawn ikunu konnessi mal-forza tax-xogħol proprja tal-impriża, u l-fatt tal-inċidenti ma jkunx ikkontestat mill-impriża, kif ukoll kwalunkwe impatt serju ieħor li l-impriża tkun konxja tiegħu.

AR 106.

Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 104 hawn fuq, l-impriża tista’ tiddivulga n-numru ta’ inċidenti serji relatati mad-drittijiet tal-bniedem meta l-impriża kellha rwol li tiżgura rimedju għal dawk affettwati matul il-perijodu ta’ rapportar.

Appendiċi A.1

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni għal divulgazzjonijiet relatati mal-ESRS 2

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS S1 Forza tax-xogħol proprja. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni mill-ESRS 2 stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra ta’ dan l-Istandard. Jipprovdi lista mhux eżawrjenti tal-fatturi li għandhom jitqiesu mill-impriża meta tikkonforma mal-ESRS 2 SBM-2 u mal-ESRS 2 SBM-3. Dan l-appendiċi ma jipprovdix definizzjonijiet tat-termini msemmija hawn taħt. It-termini definiti kollha jistgħu jinstabu fl-Anness II: Akronimi u Glossarju tat-Termini.

Kwistjonijiet soċjali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem

Lista mhux eżawrjenti ta’ fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fil-Valutazzjoni tal-Materjalità

Impjieg sigur

% tal-impjegati b’kuntratti temporanji, il-proporzjon ta’ dawk li mhumiex impjegati mal-impjegati, il-protezzjoni soċjali

Ħin tax-xogħol

% tal-impjegati b’kuntratti part-time jew b’żero sigħat, is-sodisfazzjon tal-impjegati bil-ħin tax-xogħol

Pagi adegwati

Id-definizzjonijiet legali tal-UE, nazzjonali jew lokali ta’ pagi adegwati, ta’ pagi ġusti, u ta’ pagi minimi

Djalogu soċjali / eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħol / drittijiet ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-firxa tar-rappreżentanza fuq il-post tax-xogħol, transfruntiera u fil-livell tal-bord permezz tat-trade unions u/jew il-kunsilli tax-xogħol

Il-libertà ta’ assoċjazzjoni/in-negozjar kollettiv inkluża r-rata tal-forza tax-xogħol koperta minn ftehimiet kollettivi

% tal-forza tax-xogħol proprja koperta minn ftehimiet ta’ negozjar kollettiv, waqfiet tax-xogħol

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Liv relatat mal-familja, ħinijiet flessibbli tax-xogħol, aċċess għall-indukrar tat-tfal

Saħħa u sikurezza

Il-kopertura mis-sistema tas-saħħa u tas-sikurezza, ir-rata ta’ fatalitajiet, l-inċidenti mhux fatali, is-saħħa batuta relatata max-xogħol, il-jiem tax-xogħol mitlufin

Ugwaljanza bejn il-ġeneri u paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali

% tan-nisa fil-maniġment superjuri u fil-forza tax-xogħol, id-differenzjali tal-pagi bejn l-irġiel u n-nisa

Taħriġ u żvilupp tal-ħiliet

L-ammont u d-distribuzzjoni tat-taħriġ, % tal-impjegati b’rieżamijiet regolari tal-prestazzjoni u tal-iżvilupp

L-impjieg u l-inklużjoni ta’ nies b’diżabilità

% tal-miżuri ta’ impjieg u ta’ aċċessibbiltà għall-impjegati b’diżabilità

Miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol

Prevalenza ta’ vjolenza u ta’ fastidju

Diversità

Ir-rappreżentanza tan-nisa u/jew tal-gruppi etniċi jew tal-minoranzi fil-forza tax-xogħol proprja. Id-distribuzzjoni tal-età fil-forza tax-xogħol proprja. Il-perċentwal ta’ persuni b’diżabilità fil-forza tax-xogħol proprja.

Tħaddim tat-tfal

It-tip ta’ operazzjonijiet u ż-żoni ġeografiċi f’riskju ta’ tħaddim tat-tfal

Xogħol furzat

It-tip ta’ operazzjonijiet u ż-żoni ġeografiċi f’riskju ta’ xogħol furzat

Appendiċi A.2

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni għall-ESRS S1-1 Politiki relatati mal-forza tax-xogħol proprja

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS S1 Forza tax-xogħol proprja u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn ta’ dan l-Istandard. Jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS S1-1 għal kwistjonijiet soċjali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem b’eżempji ta’ divulgazzjonijiet.

Kwistjonijiet soċjali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem

Eżempji ta’ politiki:

Impjieg sigur

Il-politika ta’ ebda sensja, il-limiti fuq it-tiġdid ta’ kuntratti temporanji, il-forniment ta’ protezzjoni soċjali lill-impjegaturi meta l-provvediment tal-Istat ikun nieqes

Ħin tax-xogħol

Limitazzjonijiet fuq is-sahra, xiftijiet twal u maqsuma, u xogħol billejl u fi tmiem il-ġimgħa, skedar adegwat tal-ħinijiet ta’ tħejjija

Pagi adegwati

Politika biex jiġi żgurat li l-persuni kollha fil-forza tax-xogħol tagħhom jirċievu paga adegwata

Djalogu soċjali / eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħol / drittijiet ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Politika li tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet għad-djalogu soċjali, għal informazzjoni regolari u għal konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, konsultazzjoni qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet finali dwar kwistjonijiet relatati mal-impjiegi

Il-libertà ta’ assoċjazzjoni/in-negozjar kollettiv inkluża r-rata ta’ ħaddiema koperti minn ftehimiet kollettivi

Nuqqas ta’ interferenza fil-formazzjoni u r-reklutaġġ tat-trade unions (inkluż l-aċċess tat-trade unions għall-impriżi), negozjar in bona fide, ħin liberu adegwat għar-rappreżentanti tal-ħaddiema biex iwettqu dmirijiethom, il-faċilitajiet u l-protezzjoni mit-tkeċċija għar-rappreżentanti tal-ħaddiema, l-ebda diskriminazzjoni tal-membri tat-trade unions u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Il-provvista ta’ liv tal-familja, ħinijiet flessibbli tax-xogħol, aċċess għal faċilitajiet ta’ kura matul il-ġurnata għall-impjegati kollha

Saħħa u sikurezza

Il-kopertura tal-forza tax-xogħol proprja kollha fis-sistema ta’ ġestjoni tas-saħħa u tas-sikurezza

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u xogħol ugwali għal paga ugwali

Politika għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għal paga ugwali għal xogħol ugwali

Taħriġ u żvilupp tal-ħiliet

Politika għat-tisħiħ tal-ħiliet u tal-prospetti tal-karriera għall-impjegati

L-impjieg u l-inklużjoni ta’ nies b’diżabilità

Politika sabiex il-postijiet tax-xogħol isiru aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

Miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol

Politika ta’ tolleranza żero għall-vjolenza u għall-fastidju fuq il-post tax-xogħol

Diversità

Politika għall-inklużività (jiġifieri, diversità etnika jew gruppi ta’ minoranza) u azzjoni pożittiva.

Tħaddim tat-tfal

Politika għall-identifikazzjoni ta’ fejn iseħħ tħaddim tat-tfal, l-identifikazzjoni ta’ fejn ħaddiema żgħażagħ jiġu esposti għal xogħol perikoluż u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ esponiment

Xogħol furzat

Politika għall-identifikazzjoni ta’ fejn iseħħ xogħol furzat u għat-tnaqqis tar-riskju ta’ xogħol furzat

Appendiċi A.3

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni għall-ESRS S1–4 Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-forza tax-xogħol proprja, u approċċi għall-mitigazzjoni tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-forza tax-xogħol proprja, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS S1 Forza tax-xogħol proprja u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn ta’ dan l-Istandard. Jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS S1-4 għal kwistjonijiet soċjali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem b’eżempji ta’ divulgazzjonijiet:

Kwistjonijiet soċjali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem

Eżempji ta’ azzjonijiet:

Impjieg sigur

L-offerta ta’ kuntratti permanenti lill-impjegati b’kuntratti temporanji, l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet għall-protezzjoni soċjali meta jkun hemm nuqqas ta’ provvediment mill-Istat

Ħin tax-xogħol

Rotazzjoni tax-xogħol bix-xift, estensjoni tal-avviż bil-quddiem dwar l-iskedar, it-tnaqqis tas-sahra eċċessiva

Pagi adegwati

In-negozjar ta’ pagi ġusti fi ftehimiet ta’ negozjar kollettiv, il-verifika li l-aġenziji tal-impjiegi jħallsu paga ġusta

Djalogu soċjali / eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħol / drittijiet ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-ħaddiema

L-espansjoni ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà ttrattati fid-djalogu soċjali, iż-żieda fin-numru ta’ laqgħat, iż-żieda fir-riżorsi għall-kunsilli tax-xogħol

Il-libertà ta’ assoċjazzjoni/in-negozjar kollettiv inkluża r-rata ta’ ħaddiema koperti minn ftehimiet kollettivi

L-espansjoni ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà ttrattati fin-negozjar kollettiv, iż-żieda fir-riżorsi għar-rappreżentanti tal-ħaddiema

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

L-espansjoni tal-eliġibbiltà tal-liv tal-familja u tal-arranġamenti għal ħinijiet tax-xogħol flessibbli, iż-żieda fil-provvista tal-kura matul il-ġurnata

Saħħa u sikurezza

Iż-żieda tat-taħriġ dwar is-saħħa u s-sikurezza, l-investiment f’tagħmir aktar sikur

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u xogħol ugwali għal paga ugwali

Reklutaġġ u promozzjoni mmirati tan-nisa, tnaqqis fid-differenzjali tal-pagi permezz tan-negozjar ta’ ftehimiet ta’ negozjar kollettiv

Taħriġ u żvilupp tal-ħiliet

Awditi tal-ħiliet, taħriġ sabiex jitneħħew il-lakuni fil-ħiliet

L-impjieg u l-inklużjoni ta’ nies b’diżabilità

Iż-żieda tal-miżuri ta’ aċċessibbiltà

Miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol

It-titjib tal-mekkaniżmi ta’ lmentar, iż-żieda tas-sanzjonijiet kontra l-vjolenza u l-fastidju, l-għoti ta’ taħriġ għall-prevenzjoni lill-maniġment

Diversità

Taħriġ dwar id-diversità u l-inklużjoni (inklużi kunsiderazzjonijiet ta’ etniċità), reklutaġġ immirat ta’ gruppi sottorappreżentati

Tħaddim tat-tfal

Miżuri ta’ verifika tal-età, sħubijiet ma’ organizzazzjonijiet sabiex jiġi eliminat it-tħaddim tat-tfal, miżuri kontra l-agħar forom ta’ tħaddim tat-tfal

Xogħol furzat

Il-miżuri li jiżguraw il-kunsens liberu għall-impjieg mingħajr theddida ta’ penali, il-kuntratti b’lingwa li tinftiehem, il-libertà li l-impjieg jiġi tterminat mingħajr penali, il-miżuri dixxiplinari ma għandhomx jobbligaw lill-ħaddiema, il-kunsens liberu għas-sahra, il-libertà tal-moviment (inkluż għall-ħruġ mill-post tax-xogħol), it-trattament ġust għall-ħaddiema migranti, il-monitoraġġ tal-aġenziji tal-impjiegi

Appendiċi A.4

Ir-rekwiżiti ta’ applikazzjoni għall-ESRS S1–5 Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS S1 Forza tax-xogħol proprja u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn ta’ dan l-Istandard. Jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS S1-5 għal kwistjonijiet soċjali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem b’eżempji ta’ divulgazzjonijiet:

Kwistjonijiet soċjali u relatati mad-drittijiet tal-bniedem

Eżempji ta’ miri:

Impjieg sigur

Iż-żieda tal-% tal-forza tax-xogħol b’kuntratti ta’ impjieg (speċjalment kuntratti permanenti) u tal-protezzjoni soċjali

Ħin tax-xogħol

Iż-żieda tal-% tal-forza tax-xogħol b’arranġamenti għal ħinijiet tax-xogħol flessibbli

Pagi adegwati

L-iżgurar li l-persuni kollha fil-forza tax-xogħol tagħhom jirċievu paga adegwata

Djalogu soċjali / eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħol / drittijiet ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-ħaddiema

L-estensjoni tad-djalogu soċjali għal aktar stabbilimenti u/jew pajjiżi

Il-libertà ta’ assoċjazzjoni/in-negozjar kollettiv inkluża r-rata ta’ ħaddiema koperti minn ftehimiet kollettivi

Iż-żieda tal-% tal-forza tax-xogħol proprja koperta minn negozjar kollettiv, in-negozjar ta’ ftehimiet ta’ negozjar kollettiv dwar kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

L-estensjoni tal-miżuri għall-ħajja tax-xogħol għal % akbar tal-forza tax-xogħol proprja

Saħħa u sikurezza

It-tnaqqis tar-rata ta’ korrimenti u tal-ħin tax-xogħol mitluf minħabba korrimenti

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u xogħol ugwali għal paga ugwali

Iż-żieda tal-% tan-nisa fil-forza tax-xogħol u fil-maniġment superjuri, it-tnaqqis tad-differenzjali tal-pagi bejn l-irġiel u n-nisa

Taħriġ u żvilupp tal-ħiliet

Żieda fil-% tal-impjegati li jirċievu taħriġ u rieżamijiet regolari tal-iżvilupp tal-ħiliet

L-impjieg u l-inklużjoni ta’ nies b’diżabilità

Iż-żieda tal-% tal-persuni b’diżabilità fil-forza tax-xogħol proprja

Miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol

L-estensjoni tal-miżuri għall-postijiet tax-xogħol kollha

Diversità

Iż-żieda fil-perċentwal ta’ gruppi sottorappreżentati fil-forza tax-xogħol u fil-maniġment superjuri tagħhom

Tħaddim tat-tfal

L-estensjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni tal-esponiment taż-żgħażagħ għal xogħol perikoluż għal % akbar tal-operazzjonijiet

Xogħol furzat

L-estensjoni tal-miżuri għall-prevenzjoni tax-xogħol furzat għal għadd akbar ta’ operazzjonijiet

ESRS S2

ĦADDIEMA FIL-KATINA TAL-VALUR

WERREJ

Objettiv

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-1 – Politiki relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-2 – Proċessi għall-involviment ta’ ħaddiema fil-katina tal-valur dwar l-impatti

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-ħaddiema fil-katina tal-valur sabiex iqajmu tħassib

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur, u approċċi għall-immaniġġar tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Objettiv

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 - Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-1 – Politiki relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-2 – Proċessi għall-involviment ta’ ħaddiema fil-katina tal-valur dwar l-impatti

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-ħaddiema fil-katina tal-valur sabiex iqajmu tħassib

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-4 – Teħid ta’ Azzjoni dwar l-impatti materjali, u approċċi għall-mitigazzjoni tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet u l-approċċi

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

Objettiv

1.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jispeċifika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni li se jippermettu lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà jifhmu l-impatti materjali fuq il-ħaddiema tal-katina tal-valur marbuta mal-operazzjonijiet u l-katina tal-valur tal-impriża stess, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, u r-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati tagħha, inkluż:

(a)

kif l-impriża taffettwa lill-ħaddiema fil-katina tal-valur tagħha, f’termini tal-impatti materjali pożittivi u negattivi reali jew potenzjali;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet, għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni jew l-irrimedjar ta’ impatti negattivi reali jew potenzjali, u biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet;

(c)

in-natura, it-tip u l-firxa tar-riskji u l-opportunitajiet materjali tal-impriża, inklużi dawk relatati mal-impatti u d-dipendenzi tagħha fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur, u kif l-impriża timmaniġġahom; u

(d)

l-effetti finanzjarji fuq l-impriża fuq perjodu qasir, medju u twil ta’ riskji u opportunitajiet materjali, inklużi dawk li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi tal-impriża fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur.

2.

Sabiex jintlaħaq l-objettiv, dan l-Istandard jeħtieġ spjegazzjoni tal-approċċ ġenerali li l-impriża tieħu sabiex tidentifika u timmaniġġa kwalunkwe impatt materjali reali u potenzjali fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur fir-rigward ta’ dawn:

(a)

il-kundizzjonijiet tax-xogħol (pereżempju, l-impjieg sikur, il-ħin tax-xogħol, paga adegwata, djalogu soċjali, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, inkluża l-eżistenza ta’ kunsilli tax-xogħol, negozjar kollettiv, bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u s-saħħa u s-sikurezza);

(b)

it-trattament indaqs u l-opportunitajiet għal kulħadd (pereżempju, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet, l-impjieg u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità, il-miżuri kontra l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, u d-diversità);

(c)

drittijiet oħrajn relatati max-xogħol (pereżempju, it-tħaddim tat-tfal, ix-xogħol furzat, l-akkomodazzjoni adegwata, l-ilma u s-sanità u l-privatezza).

3.

Dan l-Istandard jirrikjedi wkoll spjegazzjoni ta’ kif tali impatti, kif ukoll id-dipendenzi tal-impriża fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur, jistgħu joħolqu riskji materjali jew opportunitajiet għall-impriża. Pereżempju, impatti negattivi fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet tal-impriża (permezz ta’ klijenti li jirrifjutaw li jixtru l-prodotti jew l-aġenziji tal-Istat tagħha li jissekwestraw l-oġġetti tagħha) u jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tagħha. Min-naħa l-oħra, ir-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema u għall-programmi ta’ appoġġ attiv (pereżempju permezz ta’ inizjattivi ta’ litteriżmu finanzjarju) jista’ jġib opportunitajiet kummerċjali, bħal provvista aktar affidabbli jew it-twessigħ tal-bażi futura tal-konsumatur.

4.

Dan l-Istandard ikopri l-ħaddiema kollha fil-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża li huma jew jistgħu jiġu affettwati materjalment mill-impriża, inklużi l-impatti li huma konnessi mal-operazzjonijiet u l-katina tal-valur tal-impriża stess, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Dan jinkludi l-ħaddiema kollha li ma humiex inklużi fl-ambitu ta’ “forza tax-xogħol proprja” (“forza tax-xogħol proprja” tinkludi impjegati, kuntratturi individwali, jiġifieri, ħaddiema li jaħdmu għal rashom, u ħaddiema pprovduti minn impriżi ta’ partijiet terzi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg”). Il-forza tax-xogħol proprja hija koperta fl-ESRS S1 Forza tax-xogħol proprja. Ara AR 3 għal eżempji ta’ x’inhu inkluż fl-ambitu ta’ dan l-Istandard.

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

5.

Dan l-Istandard japplika meta l-impatti materjali fuq u/jew ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur ikunu ġew identifikati permezz tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità stabbilit f’ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali.

6.

Dan l-Istandard għandu jinqara flimkien mal-ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali, u mal-ESRS 2, kif ukoll mal-ESRS S1, mal-ESRS S3 Komunitajiet affettwati u mal-ESRS S4 Konsumaturi u utenti finali.

7.

Ir-rapportar skont dan l-Istandard għandu jkun konsistenti, koerenti u meta rilevanti marbut b’mod ċar mar-rapportar dwar il-forza tax-xogħol proprja tal-impriża skont l-ESRS S1, sabiex jiġi żgurat rapportar effettiv.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

8.

Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima għandhom jinqraw flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 dwar l-Istrateġija (SBM). Id-divulgazzjonijiet li jirriżultaw għandhom jiġu ppreżentati flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2, ħlief għall-SBM-3 Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju, li għalih l-impriża għandha għażla li tippreżenta d-divulgazzjonijiet flimkien mad-divulgazzjoni topika.

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

9.

Metatwieġeb għall-paragrafu 43 tal-ESRS 2 SBM-2, l-impriża għandha tiddivulga kif l-interessi, il-fehmiet u d-drittijiet tal-ħaddiema fil-katina tal-valur tagħha jistgħu jiġu affettwati materjalment mill-impriża, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, jinformaw l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha. Il-ħaddiema fil-katina tal-valur huma grupp ewlieni ta’ partijiet ikkonċernati affettwati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

10.

Meta twieġeb għall-paragrafu 48 tal-ESRS 2 SBM-3, l-impriża għandha tiddivulga:

(a)

jekk u kif l-impatti reali u potenzjali fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur, kif identifikati fl-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali: (i) joriġinaw mill-istrateġija u mill-mudelli tan-negozju tal-impriża jew huma konnessi magħhom, u (ii) jinformaw u jikkontribwixxu għall-adattament tal-istrateġija u tal-mudell tan-negozju tal-impriża; u

(b)

ir-relazzjoni bejn, minn naħa waħda, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur, u min-naħa l-oħra l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha.

11.

Meta tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu ESRS 2 SBM-3 paragrafu 48, l-impriża għandha tiddivulga jekk il-ħaddiema fil-katina tal-valur kollha li x’aktarx jiġu affettwati materjalment mill-impriża, inklużi l-impatti li huma marbuta mal-operazzjonijiet u l-katina tal-valur tal-impriża stess, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, humiex inklużi fl-ambitu tad-divulgazzjoni tagħha skont l-ESRS 2. Barra minn hekk, l-impriża għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni qasira tat-tipi ta’ ħaddiema fil-katina tal-valur li jistgħu jiġu affettwati materjalment mill-impriża, inklużi l-impatti li huma marbuta mal-operazzjonijiet u l-katina tal-valur tal-impriża stess, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, u tispeċifika jekk humiex:

i.

ħaddiema li jaħdmu fuq is-sit tal-impriża iżda li mhumiex parti mill-forza tax-xogħol proprja tagħha, jiġifieri, li mhumiex ħaddiema li jaħdmu għal rashom jew ħaddiema pprovduti minn impriżi terzi primarjament involuti f’attivitajiet ta’ impjieg (koperti mill-ESRS S1);

ii.

ħaddiema li jaħdmu għal entitajiet fil-katina tal-valur upstream tal-impriża (eż. dawk involuti fl-estrazzjoni ta’ metalli jew ta’ minerali jew fil-ħsad ta’ komoditajiet, fir-raffinar, fil-manifattura jew f’forom oħrajn ta’ pproċessar);

iii.

ħaddiema li jaħdmu għal entitajiet fil-katina tal-valur downstream tal-impriża (eż. dawk involuti fl-attivitajiet ta’ fornituri tal-loġistika jew tad-distribuzzjoni, franchisees, bejjiegħa bl-imnut);

iv.

ħaddiema li jaħdmu fl-operazzjonijiet ta’ impriża konġunta jew ta’ veikolu bi skop speċjali li jinvolvu l-impriża li tirrapporta;

v.

ħaddiema li (fil-kategoriji preċedenti jew b’mod addizzjonali għalihom) huma partikolarment vulnerabbli għal impatti negattivi kemm jekk minħabba l-karatteristiċi inerenti kif ukoll jekk minħabba l-kuntest partikolari, bħat-trade unionisti, il-ħaddiema migranti, il-ħaddiema li jaħdmu mid-dar, in-nisa jew il-ħaddiema żgħażagħ.

(b)

kwalunkwe ġeografija, fil-livell tal-pajjiż jew livelli oħra, jew komodità li għaliha hemm riskju sinifikanti ta’ tħaddim tat-tfal, jew ta’ xogħol furzat jew xogħol obbligatorju, fost il-ħaddiema fil-katina tal-valur tal-impriża (111);

(c)

fil-każ ta’ impatti negattivi materjali, jekk humiex (i) mifruxa jew sistemiċi f’kuntesti fejn l-impriża topera jew għandha akkwisti jew relazzjonijiet kummerċjali oħra (eż. tħaddim tat-tfal jew xogħol furzat b’mod partikolari ktajjen tal-provvista ta’ komoditajiet f’pajjiżi jew reġjuni speċifiċi), jew (ii) relatati ma’ inċidenti individwali (eż. aċċident industrijali jew tixrid taż-żejt) jew ma’ relazzjonijiet kummerċjali speċifiċi. Dan jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-impatti fuq il-ħaddiema tal-katina tal-valur li jistgħu jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn operazzjonijiet aktar ekoloġiċi u newtrali għall-klima. L-impatti potenzjali jinkludu l-impatti assoċjati mal-innovazzjoni u r-ristrutturar, l-għeluq tal-minjieri, iż-żieda fil-minjieri tal-minerali meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, u l-produzzjoni tal-pannelli solari;

(d)

fil-każ ta’ impatti materjali pożittivi, deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet li jirriżultaw fl-impatti pożittivi (eż., prattiki ta’ xiri aġġornati, bini tal-kapaċitajiet għall-ħaddiema fil-katina tal-provvista), inkluż l-għoti ta’ opportunitajiet għall-forza tax-xogħol bħall-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet fil-kuntest ta’ “tranżizzjoni ġusta”, u t-tipi ta’ ħaddiema fil-katina tal-valur li huma affettwati b’mod pożittiv jew li jistgħu jiġu affettwati b’mod pożittiv; l-impriża tista’ tiddivulga wkoll jekk l-impatti pożittivi jseħħux f’pajjiżi jew f’reġjuni speċifiċi; u

(e)

kwalunkwe riskju u opportunità materjali għall-impriża li jirriżultaw minn impatti u minn dipendenzi fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur.

12.

Fid-deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta’ ħaddiema fil-katina tal-valur li huma jew li jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-materjalità stabbilita fl-ESRS 2 IRO-1, l-impriża għandha tiddivulga jekk u kif żviluppat fehim ta’ kif il-ħaddiema b’karatteristiċi partikolari, dawk li jaħdmu f’kuntesti partikolari, jew dawk li jwettqu attivitajiet partikolari jistgħu jkunu f’riskju akbar ta’ ħsara.

13.

L-impriża għandha tiddivulga liema, jekk ikun hemm, mir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi fuq il-ħaddiema tal-katina tal-valur tagħha huma relatati ma’ gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema tal-katina tal-valur (pereżempju, gruppi ta’ età partikolari, ħaddiema f’fabbrika jew pajjiż partikolari) aktar milli għall-ħaddiema kollha fil-katina tal-valur.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-1 – Politiki relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur

14.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-politiki tagħha adottati biex timmaniġġa l-impatti materjali tagħha fuq il-ħaddiema tal-katina tal-valur, kif ukoll ir-riskji u l-opportunitajiet materjali assoċjati.

15.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża jkollha politiki li jindirizzaw l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u/jew ir-rimedju ta’ impatti materjali fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur speċifikament, kif ukoll politiki li jkopru riskji jew opportunitajiet materjali relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur.

16.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 14 għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar il-politiki tal-impriża biex timmaniġġa l-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur f’konformità mal-ESRS 2 MDR-P Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà. Barra minn hekk, l-impriża għandha tispeċifika jekk tali politiki jkoprux gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema fil-katina tal-valur jew il-ħaddiema kollha fil-katina tal-valur.

17.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-impenji tal-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem (112) li huma rilevanti għall-ħaddiema fil-katina tal-valur tagħha, inklużi dawk il-proċessi u l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol jew il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (113). Fid-divulgazzjoni tagħha għandha tiffoka fuq dawk il-kwistjonijiet li huma materjali fir-rigward ta’ dawn, kif ukoll l-approċċ ġenerali għalihom:

(a)

ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tax-xogħol, tal-ħaddiema;

(b)

l-involviment tal-ħaddiema fil-katina tal-valur; u

(c)

miżuri li jipprovdu u/jew jippermettu rimedju għall-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem.

18.

L-impriża għandha tiddikjara jekk il-politiki tagħha fir-rigward tal-ħaddiema fil-katina tal-valur jindirizzawx b’mod espliċitu t-traffikar tal-bnedmin (114), ix-xogħol furzat jew it-tħaddim obbligatorju u t-tħaddim tat-tfal. Għandha tiddikjara wkoll jekk l-impriża għandhiex kodiċi ta’ kondotta tal-fornitur (115).

19.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif il-politiki tagħha fir-rigward tal-ħaddiema fil-katina tal-valur huma allinjati ma’ strumenti rikonoxxuti internazzjonalment rilevanti għall-ħaddiema fil-katina tal-valur, inklużi l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (116). L-impriża għandha tiddivulga wkoll sa liema punt il-każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol jew il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali li jinvolvu ħaddiema fil-katina tal-valur ġew irrapportati fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha u, jekk applikabbli, indikazzjoni tan-natura ta’ każijiet bħal dawn (117).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-2 – Proċessi għall-involviment ta’ ħaddiema fil-katina tal-valur dwar l-impatti

20.

L-impriża għandha tiddivulga l-proċessi ġenerali tagħha għall-involviment tal-ħaddiema fil-katina tal-valur u tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-impatti reali u potenzjali fuqhom.

21.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim ta’ jekk u kif l-impriża twettaq ħidma ta’ involviment, bħala parti mill-proċess ta’ diliġenza dovuta kontinwu tagħha, ma’ ħaddiema fil-katina tal-valur u r-rappreżentanti leġittimi tagħhom, jew sostituti kredibbli, dwar impatti materjali reali u potenzjali pożittivi u/jew negattivi li jaffettwawhom jew li x’aktarx jaffettwawhom, u jekk u kif il-perspettivi tal-ħaddiema fil-katina tal-valur jitqiesu fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-impriża.

22.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif il-perspettivi tal-ħaddiema fil-katina tal-valur jinfurmaw id-deċiżjonijiet jew l-attivitajiet tagħha mmirati lejn il-ġestjoni tal-impatti reali u potenzjali fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur. Dan għandu jinkludi, meta rilevanti, spjegazzjoni ta’:

(a)

jekk il-ħidma ta’ involviment isseħħx direttament mal-ħaddiema fil-katina tal-valur jew mar-rappreżentanti leġittimi tagħhom, jew ma’ sostituti kredibbli li għandhom għarfien dwar is-sitwazzjoni tagħhom;

(b)

l-istadju/i li fih(om) iseħħ l-involviment, it-tip ta’ involviment , u l-frekwenza tal-involviment;

(c)

il-funzjoni u r-rwol l-aktar anzjan fl-impriża li għandhom responsabbiltà operazzjonali sabiex jiġi żgurat li dan l-involviment iseħħ, u li r-riżultati jinformaw l-approċċ tal-impriża;

(d)

meta applikabbli, Ftehimiet Qafas Globali jew għal ftehimiet li l-impriża jkollha mal-federazzjonijiet tal-unions globali relatati mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-ħaddiema fil-katina tal-valur, inkluż id-dritt tagħhom għan-negozjar kollettiv, u inkluża spjegazzjoni ta’ kif il-ftehim jippermetti lill-impriża tikseb għarfien dwar il-perspettivi ta’ dawk il-ħaddiema; u

(e)

meta applikabbli, kif l-impriża tivvaluta l-effettività tal-involviment minnha tal-ħaddiema fil-katina tal-valur, inkluż, fejn rilevanti, kwalunkwe ftehim jew eżitu li jirriżulta.

23.

Meta applikabbli, l-impriża għandha tiddivulga l-passi li tieħu sabiex tikseb għarfien dwar il-perspettivi tal-ħaddiema li jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli għall-impatti u/jew emarġinati (pereżempju, ħaddiema nisa, ħaddiema migranti, ħaddiema b’diżabilità).

24.

Jekk l-impriża ma tistax tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa hawn fuq minħabba li ma tkunx adottat proċess ġenerali sabiex tinvolvi lill-ħaddiema fil-katina tal-valur, hija għandha tiddivulga li dan ikun il-każ. Hija tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih ikollha l-għan li jkollha fis-seħħ proċess bħal dan.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-ħaddiema fil-katina tal-valur sabiex iqajmu tħassib

25.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-proċessi li jkollha fis-seħħ biex tipprevedi jew tikkoopera fir-rimedju tal-impatti negattivi fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur li l-impriża tkun konnessa magħhom, kif ukoll il-mezzi disponibbli għall-ħaddiema fil-katina tal-valur biex iqajmu tħassib u jaraw li dawn jiġu indirizzati.

26.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-mezzi formali li bihom il-ħaddiema fil-katina tal-valur jistgħu jqajmu t-tħassib u l-ħtiġijiet tagħhom sabiex jgħarrfu direttament lill-impriża u/jew li permezz tagħhom l-impriża tappoġġa d-disponibbiltà ta’ tali kanali (pereżempju, mekkaniżmi għall-ilmenti) fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema fil-katina tal-valur, kif isir is-segwitu ma’ dawn il-ħaddiema fir-rigward tal-kwistjonijiet imqajmin , u l-effettività ta’ dawn il-kanali.

27.

L-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

l-approċċ ġenerali tagħha u l-proċessi għall-provvediment jew il-kontribuzzjoni għal rimedju fejn tkun ikkawżat jew ikkontribwiet għal impatt negattiv materjali fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur, inkluż jekk u kif l-impriża tivvaluta li r-rimedju pprovdut huwa effettiv;

(b)

kwalunkwe kanal speċifiku li għandha fis-seħħ għall-ħaddiema fil-katina tal-valur sabiex iqajmu t-tħassib jew il-ħtiġijiet tagħhom direttament mal-impriża u sabiex jitolbu li dawn jiġu indirizzati, inkluż jekk dawn ikunux stabbiliti mill-impriża nnifisha u/jew jekk ikunux mekkaniżmi ta’ partijiet terzi;

(c)

il-proċessi li permezz tagħhom tappoġġa jew teħtieġ id-disponibbiltà ta’ tali kanali fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema fil-katina tal-valur; u

(d)

kif issegwi u timmonitorja l-kwistjonijiet imqajmin u indirizzati, u kif tiżgura l-effettività tal-kanali, inkluż permezz tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati li jkunu l-utenti maħsubin.

28.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif tivvaluta li l-ħaddiema fil-katina tal-valur jkunu konxji ta dawn l-istrutturi jew il-proċessi, u jafdawhom, bħala mod sabiex iqajmu t-tħassib jew il-ħtiġijiet tagħhom u jitolbu li jiġu indirizzati. Barra minn hekk, l-impriża għandha tiddivulga jekk għandhiex fis-seħħ politiki rigward il-protezzjoni ta’ individwi li jużawhom kontra ritaljazzjoni. Jekk tali informazzjoni tkun ġiet divulgata f’konformità mal-ESRS G1–1, l-impriża tista’ tirreferi għal dik l-informazzjoni.

29.

Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa hawn fuq minħabba li ma tkunx adottat kanal fejn jitqajjem it-tħassib u/jew ma tappoġġax id-disponibbiltà ta’ tali kanal fil-post tax-xogħol għall-ħaddiema fil-katina tal-valur, hija għandha tiddivulga li dan ikun il-każ. Hija tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih ikollha l-għan li jkollha fis-seħħ kanal jew proċessi bħal dawn.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur, u approċċi għall-immaniġġar tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

30.

L-impriża għandha tiddivulga kif tista’ tieħuazzjoni biex tindirizza l-impatti materjali fuq il-ħaddiema tal-katina tal-valur, u biex timmaniġġa r-riskji materjali u ssegwi opportunitajiet materjali relatati mal-ħaddiema tal-katina tal-valur u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet.

31.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa doppju. L-ewwel nett, dan għandu jippermetti fehim ta’ kwalunkwe azzjoni jew inizjattiva li permezz tagħha l-impriża tfittex li:

(a)

tipprevjeni, timmitiga u tirrimedja l-impatti materjali negattivi fuq il-ħaddiema tal-katina tal-valur; u/jew

(b)

tikseb impatti materjali pożittivi għall-ħaddiema fil-katina tal-valur.

It-tieni nett, dan għandu jippermetti fehim tal-modi li bihom l-impriża qed tindirizza r-riskji materjali u ssegwi l-opportunitajiet materjali relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur.

L-impriża għandha tipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-pjanijiet ta’ azzjoni u r-riżorsi għall-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur skont l-ESRS 2 MDR-A Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

32.

Fir-rigward tal-impatti materjali, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

l-azzjonijiet meħuda, ippjanati jew li għaddejjin għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-impatti negattivi materjali fuq il-ħaddiema tal-katina tal-valur;

(b)

jekk u kif ħadet azzjoni biex tipprovdi jew tippermetti rimedju fir-rigward ta’ impatt materjali reali;

(c)

kwalunkwe azzjoni jew inizjattiva addizzjonali li jkollha fis-seħħ bl-għan primarju li twassal impatti pożittivi għall-ħaddiema fil-katina tal-valur; u

(d)

kif issegwi u tivvaluta l-effettività ta’ tali azzjonijiet u inizjattivi fit-twassil tal-eżiti intenzjonati għall-ħaddiema fil-katina tal-valur.

33.

Fir-rigward tal-paragrafu 30, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

il-proċessi li permezz tagħhom tidentifika liema azzjoni hija meħtieġa u xierqa b’reazzjoni għal impatt negattiv reali jew potenzjali partikolari fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur;

(b)

L-approċċ tagħha biex tieħu azzjoni fir-rigward ta’ impatti negattivi materjali speċifiċi fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur, inkluża kwalunkwe azzjoni fir-rigward tax-xiri jew ta’ prattiki interni oħrajn tagħha stess, kif ukoll il-bini tal-kapaċitajiet jew forom oħrajn ta’ involviment ta’ entitajiet fil-katina tal-valur, jew forom ta’ azzjoni kollaborattiva ma’ pari industrijali jew ma’ partijiet rilevanti oħrajn; u

(c)

kif tiżgura li l-proċessi li jipprovdu jew jippermettu rimedju fil-każ ta’ impatti negattivi materjali jkunu disponibbli u effettivi fl-implimentazzjoni u fl-eżiti tagħhom.

34.

Fir-rigward tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

x’azzjoni hija ppjanata jew għaddejja sabiex jiġu mmitigati r-riskji materjali għall-impriża li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi tagħha fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur u kif hija ssegwi l-effettività fil-prattika; u

(b)

x’azzjoni hija ppjanata jew għaddejja sabiex jiġu segwiti l-opportunitajiet materjali għall-impriża fir-rigward tal-ħaddiema fil-katina tal-valur.

35.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif tieħu azzjoni biex tevita li tikkawża jew tikkontribwixxi għal impatti negattivi materjali fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur permezz tal-prattiki tagħha stess, inkluż, fejn rilevanti, fir-rigward tal-akkwist, il-bejgħ u l-użu tad-data. Dan jista’ jinkludi d-divulgazzjoni ta’ liema approċċ jittieħed meta jinqalgħu tensjonijiet bejn il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta’ impatti negattivi materjali u ta’ pressjonijiet kummerċjali oħrajn.

36.

L-impriża għandha tiddivulga wkoll jekk ġewx irrapportati kwistjonijiet u inċidenti serji tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-katina tal-valur upstream u downstream tagħha u, jekk applikabbli, tiddivulgahom (118).

37.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 32(c), l-impriża għandha tikkunsidra l- ESRS 2 (ESRS 2 MDR-T Traċċar tal-effettività tal-politiki u l-azzjonijiet permezz ta’ miri jekk tevalwa l-effettività ta’ azzjoni billi tistabbilixxi mira.

38.

L-impriża għandha tiddivulga liema riżorsi huma allokati għall-ġestjoni tal-impatti materjali tagħha, b’informazzjoni li tippermetti lill-utenti jiksbu fehim ta’ kif jiġu ġestiti l-impatti materjali.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

39.

L-impriża għandha tiddivulga l-miri marbutin maż-żmien u orjentati lejn l-eżiti li tista’ tkun stabbiliet b’rabta ma’ dawn:

(a)

it-tnaqqis tal-impatti negattivi fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur; u/jew

(b)

l-avvanzar tal-impatti pożittivi fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur; u/jew

(c)

il-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur.

40.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża qiegħda tuża miri marbutin biż-żmien u orjentati lejn l-eżiti sabiex tixpruna u tkejjel il-progress tagħha fl-indirizzar tal-impatti negattivi materjali tagħha u/jew fl-avvanzar ta’ impatti pożittivi fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur tax-xogħol proprja tagħha, u/jew fil-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur.

41.

Id-deskrizzjoni fil-qosor tal-miri għall-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur għandha tinkludi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni definiti fl-ESRS 2 MDR-T.

42.

L-impriża għandha tiddivulga l-proċess għall-istabbiliment tal-miri, inkluż jekk u kif l-impriża involviet direttament lill-ħaddiema fil-katina tal-valur, lir-rappreżentanti leġittimi tagħhom, jew lil sostituti kredibbli li għandhom għarfien dwar is-sitwazzjoni tagħhom f’dawn:

(a)

l-istabbiliment ta’ kwalunkwe mira bħal din;

(b)

it-traċċar tal-prestazzjoni tal-impriża b’referenza għalihom; u

(c)

l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe tagħlimiet jew ta’ titjib bħala riżultat tal-prestazzjoni tal-impriża.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS S2 Ħaddiema fil-katina tal-valur. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-ESRS S2.

Objettiv

AR 1.

Minbarra l-kwistjonijiet elenkati fil-paragrafu 2, l-impriża tista’ tikkunsidra wkoll li tiddivulga informazzjoni dwar kwistjonijiet oħra rilevanti għal impatt materjali għal perjodu iqsar ta’ żmien, pereżempju inizjattivi rigward is-saħħa u s-sikurezza tal- ħaddiema fil-katina tal-valur matul pandemija.

AR 2.

Il-ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet soċjali u marbutin mad-drittijiet tal-bniedem ipprovduti fil-paragrafu 2 ma hijiex maħsuba sabiex timplika li dawn il-kwistjonijiet kollha għandhom jiġu ddivulgati f’kull Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni f’dan l-Istandard. Minflok, hija tipprovdi lista ta’ kwistjonijiet li l-impriża għandha tikkunsidra fil-valutazzjoni tal-materjalità tagħha (referenza għall-Kapitolu 3 tal-ESRS 1 Materjalità doppja bħala l-bażi għad-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà u l-ESRS 2 IRO-1) relatata mal-ħaddiema fil-katina tal-valur u, kif xieraq, tiddivulga bħala materjali impatti, riskji u opportunitajiet fl-ambitu ta’ dan l-Istandard.

AR 3.

Eżempji ta’ ħaddiema li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan l-Istandard huma:

(a)

ħaddiema ta’ servizzi esternalizzati li jaħdmu fil-post tax-xogħol tal-impriża (eż., catering minn partijiet terzi jew ħaddiema tas-sigurtà);

(b)

ħaddiema ta’ fornitur kuntrattati mill-impriża li jaħdmu fil-bini tal-fornitur bl-użu tal-metodi ta’ ħidma tal-fornitur;

(c)

ħaddiema għal entità “downstream” li tixtri oġġetti jew servizzi mill-impriża;

(d)

ħaddiema ta’ fornitur ta’ tagħmir lill-impriża li, fuq post tax-xogħol ikkontrollat mill-impriża, iwettqu manutenzjoni regolari fuq it-tagħmir tal-fornitur (eż., fotokopjatriċi) kif stipulat fil-kuntratt bejn il-fornitur tat-tagħmir u l-impriża; u

(e)

il-ħaddiema aktar fil-fond fil-katina tal-provvista li jestrattaw komoditajiet li mbagħad jiġu pproċessati f’komponenti li jidħlu fil-prodotti tal-impriża.

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 - Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

AR 4.

Ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS 2 SBM-2 jirrikjedi li l-impriża tipprovdi fehim dwar jekk u kif tqis ir-rwol li l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha jista’ jkollhom fil-ħolqien, l-aggravar jew il-mitigazzjoni tal-impatti materjali sinifikanti fuq il-ħaddiema tal-katina tal-valur, u jekk u kif il-mudell u l-istrateġija tan-negozju huma adattati biex jindirizzaw tali impatti materjali.

AR 5.

Filwaqt li l-ħaddiema fil-katina tal-valur jistgħu ma jkunux involuti mal-impriża fil-livell tal-istrateġija jew tal-mudell tan-negozju tagħha, il-fehmiet tagħhom jistgħu jinformaw il-valutazzjoni tal-impriża dwar l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha. L-impriża tista’ tiddivulga l-fehmiet tal-ħaddiema fil-katina tal-valur u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-katina tal-valur.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

AR 6.

L-impatti fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur jistgħu joriġinaw mill-istrateġija jew mill-mudell tan-negozju tal-impriża b’numru ta’ modi differenti. Pereżempju, l-impatti jistgħu jkunu relatati mal-proposta ta’ valur tal-impriża (bħall-provvista ta’ prodotti jew servizzi bl-irħas kost, jew konsenja b’veloċità għolja, b’modi li jagħmlu pressjoni fuq id-drittijiet tax-xogħol fil-ktajjen tal-valur upstream u downstream), il-katina tal-valur tagħha (bħad-dipendenza fuq komoditajiet ta’ provenjenza mhux ċara, mingħajr viżibbiltà fuq l-impatti fuq il-ħaddiema), jew l-istruttura tal-kostijiet tagħha u l-mudell tad-dħul (eż. it-trasferiment tar-riskju tal-inventarju lill-fornituri, b’effetti indiretti fuq id-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħhom).

AR 7.

L-impatti fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur li joriġinaw fl-istrateġija jew fil-mudell tan-negozju jistgħu jġibu magħhom ukoll riskji materjali għall-impriża. Pereżempju, fil-kuntest ta’ pandemija jew ta’ kriżi serja oħra tas-saħħa, l-impriżi li jiddependu fuq ħaddiema kontinġenti bi ftit li xejn aċċess għall-kura għall-mard u għall-benefiċċji tas-saħħa jistgħu jiffaċċjaw riskji operazzjonali u ta’ kontinwità tan-negozju serji peress li l-ħaddiema ma jkollhom l-ebda għażla ħlief li jibqgħu jaħdmu waqt li jkunu morda, u b’hekk ikomplu jaggravaw it-tixrid tal-marda u jikkawżaw ħsarat kbar fil-katina tal-provvista. Eżempju ieħor huwa meta l-bejgħ ta’ oġġetti prezzati bl-orħos prezzijiet għall-klijenti joħloq riskji operazzjonali peress li l-fornituri taħt pressjoni estrema tal-prezzijiet jistgħu jissottokuntrattaw il-produzzjoni, li twassal għal kwalità aktar baxxa, u għal katina tal-provvista itwal, anqas trasparenti, u anqas kontrollabbli. Ir-riskji ta’ opportunitajiet għar-reputazzjoni u għan-negozju marbutin mal-isfruttament ta’ ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet u b’livell baxx ta’ paga f’żoni tal-forniment bi protezzjonijiet minimi għalihom qegħdin jiżdiedu wkoll bis-saħħa tal-agħa medjatiku u tal-preferenzi tal-konsumaturi li qegħdin jiċċaqilqu lejn oġġetti forniti b’mod aktar etiku u sostenibbli.

AR 8.

Eżempji ta’ karatteristiċi partikolari tal-ħaddiema fil-katina tal-valur li jistgħu jitqiesu mill-impriża meta twieġeb għall-paragrafu 12 huma relatati ma’ ħaddiema żgħażagħ li jistgħu jkunu aktar suxxettibbli għal impatti fuq l-iżvilupp fiżiku u mentali tagħhom, jew ma’ ħaddiema nisa f’kuntest li fih in-nisa jiġu ddiskriminati regolarment fit-termini u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, jew ma’ ħaddiema migranti f’kuntest li fih is-suq għall-provvista tal-ħaddiema ma jkunx regolat tajjeb u l-ħaddiema jintalbu jħallsu t-tariffi ta’ reklutaġġ b’mod regolari. Għal xi ħaddiema, in-natura inerenti tal-attività li huma meħtieġa jwettqu tista’ tpoġġihom f’riskju (eż., il-ħaddiema meħtieġa jqandlu sustanzi kimiċi jew joperaw ċertu tagħmir jew ħaddiema b’paga baxxa li jkunu b’kuntratti ta’ “żero sigħat”).

AR 9.

Fir-rigward tal-paragrafu 13, jistgħu jinħolqu wkoll riskji materjali minħabba d-dipendenza tal-impriża fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur fejn avvenimenti bi probabbiltà baxxa iżda b’impatt għoli jistgħu jwasslu għal effetti finanzjarji; pereżempju, fejn pandemija globali twassal għal impatti severi fuq is-saħħa tal-ħaddiema fl-istadji kollha tal-katina tal-valur li jirriżultaw fi tfixkil kbir fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni. Eżempji oħrajn ta’ riskju relatati mad-dipendenza tal-impriża fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur jinkludu nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa jew deċiżjonijiet politiċi jew leġiżlazzjoni li jaffettwaw il-ħaddiema fil-katina tal-valur li jaħdmu għall-fornituri tal-loġistika. Pereżempju, jekk xi ħaddiema fil-katina tal-valur tal-impriża jkunu f’riskju ta’ xogħol furzat, u l-impriża tkun qiegħda timporta prodotti f’pajjiżi fejn il-liġi tippermetti l-konfiska ta’ oġġetti importati li jkunu ssuspettati li jkunu qegħdin isiru b’xogħol furzat.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-1 – Politiki relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur

AR 10.

Jekk il-politiki jkunu limitati għall-forza tax-xogħol proprja tal-impriża u ma jkoprux ħaddiema f’entitajiet u f’relazzjonijiet upstream u downstream, dawn għandhom jiġu ddivulgati taħt l-ESRS S1 u mhux fir-rigward ta’ dan ir-rekwiżit.

AR 11.

Jekk id-divulgazzjonijiet skont l-ESRS S1 jinkludu informazzjoni rilevanti għall-ħaddiema fil-katina tal-valur, hawnhekk tista’ ssir referenza għal dan; id-divulgazzjonijiet dwar l-elementi li jifdal għandhom imbagħad jiġu ssodisfati skont dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni.

AR 12.

L-impriża tista’ tiddivulga spjegazzjonijiet ta’ bidliet sinifikanti fil-politiki adottati matul is-sena ta’ rapportar (eż. aspettattivi ġodda għall-fornituri, approċċi ġodda jew addizzjonali għad-diliġenza dovuta u r-rimedju).

AR 13.

Il-politika tista’ tieħu l-forma ta’ politika awtonoma fir-rigward tal-ħaddiema fil-katina tal-valur jew tiġi inkluża f’dokument usa’ bħal kodiċi ta’ etika jew politika ġenerali ta’ sostenibbiltà li diġà tkun ġiet iddivulgata mill-impriża bħala parti minn ieħor tal-ESRS. F’dawk il-każijiet, l-impriża għandha tipprovdi kontroreferenza akkurata sabiex jiġu identifikati l-aspetti tal-politika li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni.

AR 14.

Meta tiddivulga l-allinjament tagħha tal-politiki tagħha mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, l-impriża għandha tikkunsidra li l-Prinċipji Gwida jirreferu għall-abbozz tal-Liġi Internazzjonali tad-Drittijiet, li jikkonsisti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fiż-żewġ Patti li jimplimentawha, kif ukoll fid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq ix-Xogħol u fil-konvenzjonijiet ewlenin li jappoġġawha, u tista’ tiddivulga l-allinjament tagħha ma’ dawn l-istrumenti.

AR 15.

Meta tiddivulga kif inhuma inkorporati l-politiki li jiffaċċjaw il-ħaddiema esterni, l-impriża tista’, pereżempju, tikkunsidra politiki interni ta’ provenjenza responsabbli, u allinjament ma’ politiki oħrajn rilevanti għall-ħaddiema fil- katina tal-valur , pereżempju, fir-rigward tax-xogħol furzat. Fir-rigward tal-kodiċijiet ta’ kondotta tal-fornituri li l-impriża jista’ jkollha, is-sommarju għandu jindika jekk dawn jinkludux dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-sikurezza tal-ħaddiema, ix-xogħol prekarju (pereżempju l-użu tal-ħaddiema b’kuntratti għal terminu qasir jew għal sigħat limitati, ħaddiema impjegati permezz ta’ partijiet terzi, is-sottokuntrattar lil partijiet terzi jew l-użu ta’ ħaddiema informali), it-traffikar tal-bnedmin, l-użu ta’ xogħol furzat jew it-tħaddim tat-tfal, u jekk tali dispożizzjonijiet humiex kompletament konformi mal-istandards applikabbli tal-ILO.

AR 16.

L-impriża tista’ tipprovdi illustrazzjoni tat-tipi ta’ komunikazzjoni tal-politiki tagħha lil dawk l-individwi, grupp ta’ individwi jew entitajiet li għalihom huma rilevanti, jew minħabba li huma mistennija li jimplimentawhom (pereżempju, l-impjegati, il-kuntratturi u l-fornituri tal-impriża), jew minħabba li għandhom interess dirett fl-implimentazzjoni tagħhom (pereżempju, ħaddiema proprji, investituri). Tista’ tiddivulga għodod u kanali ta’ komunikazzjoni (pereżempju, fuljetti, bullettini, siti web apposta, midja soċjali, interazzjonijiet wiċċ imb’ wiċċ, rappreżentanti tal-ħaddiema), bl-għan li jiġi żgurat li l-politika tkun aċċessibbli u li udjenzi differenti jifhmu l-implikazzjonijiet tagħha. L-impriża tista’ tispjega wkoll kif tidentifika u tneħħi l-ostakli potenzjali għat-tixrid, bħal permezz tat-traduzzjoni fil-lingwi rilevanti jew l-użu ta’ rappreżentazzjonijiet grafiċi.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-2 – Proċessi għall-involviment ta’ ħaddiema fil-katina tal-valur dwar l-impatti

AR 17.

Meta tiddeskrivi liema funzjoni jew rwol għandha responsabbiltà operazzjonali għal tali involviment u/jew responsabbiltà aħħarija, l-impriża tista’ tiddivulga jekk dan huwiex rwol jew funzjoni ddedikata jew parti minn rwol jew funzjoni usa’, u jekk ġewx offruti xi attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità biex jappoġġaw lill-persunal biex iwettaq ħidma ta’ involviment. Jekk ma tkunx tista’ tidentifika tali pożizzjoni jew funzjoni, hija tista’ tiddikjara li dan huwa l-każ. Din id-divulgazzjoni tista’ tiġi ssodisfata wkoll billi ssir referenza għall-informazzjoni divulgata skont l-ESRS 2 GOV-1 Rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji.

AR 18.

Matul it-tħejjija tad-divulgazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 22 b) u c), jistgħu jitqiesu l-illustrazzjonijiet li ġejjin:

(a)

eżempji ta’ stadji li fihom iseħħ l-involviment huma i) id-determinazzjoni tal-approċċ għall-mitigazzjoni u ii) l-evalwazzjoni tal-effettività tal-mitigazzjoni;

(b)

għat-tip ta’ involviment, dawn jistgħu jkunu l-parteċipazzjoni, il-konsultazzjoni u/jew l-informazzjoni;

(c)

għall-frekwenza tal-involviment, tista’ tiġi pprovduta informazzjoni dwar jekk l-involviment iseħħx fuq bażi regolari, f’ċerti punti fi proġett jew fi proċess ta’ negozju, pereżempju, meta jibda staġun tal-ħsad ġdid jew tinfetaħ linja ta’ produzzjoni ġdida, kif ukoll jekk dan iseħħx bi tweġiba għar-rekwiżiti legali u/jew bi tweġiba għat-talbiet tal-partijiet ikkonċernati u jekk ir-riżultat tal-involviment ikunx qiegħed jiġi integrat fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-impriża; u

(d)

għar-rwol b’responsabbiltà operazzjonali, jekk l-impriża teħtieġx li l-persunal rilevanti jkollu ċerti ħiliet, jew jekk tipprovdix taħriġ jew bini ta’ kapaċità lill-persunal rilevanti biex iwettaq ħidma ta’ involviment.

AR 19.

Il-Ftehimiet Qafas Globali (GFA) iservu sabiex tiġi stabbilita relazzjoni kontinwa bejn intrapriża multinazzjonali u Federazzjoni tal-Unjoni Globali sabiex jiġi żgurat li l-impriża taderixxi mal-istess standards f’kull pajjiż li topera fih.

AR 20.

Sabiex turi kif il-perspettivi tal-ħaddiema fil-katina tal-valur jkunu informaw deċiżjonijiet jew attivitajiet speċifiċi tal-impriża, l-impriża tista’ tipprovdi eżempji mill-perjodu tar-rapportar kurrenti.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-ħaddiema fil-katina tal-valur sabiex iqajmu tħassib

AR 21.

Fl-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS S2-3, l-impriża tista’ tkun iggwidata mill-kontenut tal-prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali ffokati fuq mekkaniżmi ta’ rimedju u ta’ lmentar.

AR 22.

Il-kanali sabiex jitqajjem tħassib jew jissemmew il-ħtiġijiet jinkludu mekkaniżmi ta’ lmentar, hotlines, trade unions (fejn il-ħaddiema jkunu organizzati f’union), proċessi ta’ djalogu jew mezzi oħrajn li permezz tagħhom il-ħaddiema fil-katina tal-valur jew ir-rappreżentanti leġittimi tagħhom jistgħu jqajmu tħassib dwar l-impatti jew jispjegaw il-ħtiġijiet li jixtiequ li l-impriża tindirizza. Dan jista’ jinkludi kemm kanali pprovduti mill-impriża direttament kif ukoll mezzi pprovduti mill-entitajiet meta l-ħaddiema fil-katina tal-valur qegħdin jaħdmu, flimkien ma’ kwalunkwe mekkaniżmu ieħor li l-impriża tista’ tuża sabiex tikseb għarfien dwar il-ġestjoni tal-impatti fuq il-ħaddiema, bħall-awditi tal-konformità. Meta l-impriża tkun qiegħda tiddependi biss fuq informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ tali kanali pprovduti mir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha sabiex twieġeb għal dan ir-rekwiżit, tista’ tiddikjara dan.

AR 23.

Sabiex tipprovdi għarfien akbar dwar l-informazzjoni koperta fir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS S2-3, l-impriża tista’ tispjega jekk u kif il-ħaddiema fil-katina tal-valur li jistgħu jiġu affettwati jistgħu jaċċessaw il-kanali fil-livell tal-impriża li huma impjegati minnha, jew ikkuntrattat għax-xogħol magħha, fir-rigward ta’ kull impatt materjali.

AR 24.

Il-mekkaniżmi ta’ partijiet terzi jistgħu jinkludu dawk operati mill-gvern, mill-NGOs, mill-assoċjazzjonijiet tal-industrija u minn inizjattivi kollaborattivi oħrajn. L-impriża tista’ tiddivulga jekk dawn humiex aċċessibbli għall-ħaddiema kollha li jistgħu jkunu potenzjalment jew effettivament affettwati materjalment mill-impriża, jew individwi jew organizzazzjonijiet li jaġixxu f’isimhom jew li b’xi mod ieħor ikunu f’pożizzjoni li jkunu konxji mill-impatti negattivi.

AR 25.

Fir-rigward tal-protezzjoni ta’ individwi li jużaw il-mekkaniżmi kontra r-ritaljazzjoni, l-impriża tista’ tiddeskrivi jekk tittrattax l-ilmenti b’mod kunfidenzjali u fir-rigward tad-drittijiet tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data; u jekk il-mekkaniżmi jippermettux lill-ħaddiema jużawhom b’mod anonimu (pereżempju, permezz ta’ rappreżentanza minn parti terza).

AR 26.

Meta tiddivulga jekk u kif l-impriża taf li ħaddiema fil-katina tal-valur huma konxji ta’ u jafdaw kwalunkwe wieħed minn dawn il-kanali, l-impriża tista’ tipprovdi data rilevanti u affidabbli dwar l-effettività ta’ dawn il-kanali mill-perspettiva tal-ħaddiema fil-katina tal-valur stess. Eżempji ta’ sorsi ta’ informazzjoni huma stħarriġijiet fost il-ħaddiema li użaw dawn il-kanali u l-livelli ta’ sodisfazzjon tagħhom bil-proċess u bl-eżiti.

AR 27.

Fid-deskrizzjoni tal-effettività tal-kanali għall-ħaddiema fil-katina tal-valur sabiex iqajmu tħassib, l-impriża tista’ tkun iggwidata mill-mistoqsijiet li ġejjin, fuq il-bażi tal-“kriterji tal-effettività għall-mekkaniżmi ta’ lmentar mhux ġudizzjarji, kif stabbilit fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari l-Prinċipju 31. Il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn taħt jistgħu jiġu applikati għal kanali individwali jew għal sistema kollettiva ta’ kanali:

(a)

il-kanali għandhom leġittimità billi jipprovdu responsabbiltà xierqa għall-kondotta ġusta tagħhom u għall-bini tal-fiduċja fost il-partijiet ikkonċernati?

(b)

il-kanali huma magħrufin u aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati?

(c)

il-kanali għandhom proċeduri ċari u magħrufin, bi skadenzi indikattivi?

(d)

il-kanali jiżguraw aċċess raġonevoli għall-partijiet ikkonċernati għal sorsi ta’ informazzjoni, għal pariri u għal għarfien espert?

(e)

il-kanali joffru trasparenza billi jipprovdu informazzjoni suffiċjenti kemm lill-ilmentaturi kif ukoll, meta applikabbli, sabiex jissodisfaw kwalunkwe interess pubbliku?

(f)

l-eżiti miksubin permezz tal-kanali jaqblu mad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment?

(g)

l-impriża tidentifika għarfien mill-kanali li jappoġġaw l-apprendiment kontinwu kemm fit-titjib tal-kanali kif ukoll fil-prevenzjoni ta’ impatti futuri?

(h)

l-impriża tiffoka fuq id-djalogu mal-ilmentaturi bħala l-mezz sabiex jintlaħqu soluzzjonijiet miftiehma, minflok ma tfittex li tiddetermina l-eżitu b’mod unilaterali?

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur, u approċċi għall-immaniġġar tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-ħaddiema fil-katina tal-valur, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

AR 28.

Jista’ jkun meħtieġ ċertu żmien sabiex jiġu mifhumin l-impatti negattivi u kif l-impriża tista’ tkun involuta magħhom permezz tal-katina tal-valur downstream tagħha, kif ukoll sabiex jiġu identifikati tweġibiet xierqa u jiddaħħlu fil-prattika. Għalhekk, l-impriża għandha tikkunsidra:

(a)

l-approċċi ġenerali u speċifiċi tagħha sabiex tindirizza l-impatti negattivi materjali;

(b)

l-inizjattivi tagħha kellhom l-għan li jikkontribwixxu għal impatti pożittivi materjali addizzjonali;

(c)

kemm għamlet progress fl-isforzi tagħha matul il-perjodu tar-rapportar; u

(d)

l-għanijiet tagħha għal titjib kontinwu.

AR 29.

Azzjoni xierqa tista’ tvarja skont jekk l-impriża tikkawżax jew tikkontribwixxix għal impatt materjali jew jekk l-impatt materjali jkunx marbut direttament mal-operazzjonijiet, mal-prodotti jew mas-servizzi proprji tagħha permezz ta’ relazzjoni kummerċjali.

AR 30.

Minħabba li l-impatti negattivi materjali li jaffettwaw lill-ħaddiema fil-katina tal-valur li seħħew matul il-perjodu ta’ rapportar jistgħu jkunu marbuta wkoll ma’ entitajiet jew operazzjonijiet barra mill-kontroll dirett tagħha, l-impriża tista’ tiddivulga jekk u kif tfittex li tuża l-ingranaġġ tagħha fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha biex timmaniġġa dawk l-impatti. Dan jista’ jinkludi l-użu ta’ ingranaġġ kummerċjali (pereżempju, l-infurzar ta’ rekwiżiti kuntrattwali ma’ relazzjonijiet kummerċjali jew inċentivi ta’ implimentazzjoni), forom oħra ta’ ingranaġġ fi ħdan ir-relazzjoni (bħall-għoti ta’ taħriġ jew il-bini tal-kapaċità dwar id-drittijiet tal-ħaddiema lil entitajiet li magħhom l-impriża għandha relazzjonijiet kummerċjali) jew ingranaġġ kollaborattiv ma’ pari jew atturi oħra (bħal inizjattivi mmirati lejn reklutaġġ responsabbli jew l-iżgurar li l-ħaddiema jirċievu paga adegwata).

AR 31.

Meta l-impriża tiddivulga l-parteċipazzjoni tagħha f’inizjattiva tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati bħala parti mill-azzjonijiet tagħha sabiex tindirizza impatti negattivi materjali, l-impriża tista’ tiddivulga kif l-inizjattiva, u l-involviment tagħha stess, qegħdin jimmiraw li jindirizzaw l-impatt materjali kkonċernat. Taħt l-ESRS S2-5 hija tista’ tiddivulga l-miri rilevanti stabbiliti mill-inizjattiva u l-progress fihom.

AR 32.

Meta tiddivulga jekk u kif l-impriża tqis l-impatti reali u potenzjali fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur fid-deċiżjonijiet sabiex ittemm relazzjonijiet kummerċjali u jekk u kif tfittex li tindirizza kwalunkwe impatt negattiv li jista’ jirriżulta mit-terminazzjoni, l-impriża tista’ tinkludi eżempji.

AR 33.

Fid-divulgazzjoni ta’ kif hija ssegwi l-effettività tal-azzjonijiet tagħha sabiex timmaniġġa l-impatti materjali matul il-perjodu tar-rapportar, l-impriża tista’ tiddivulga kwalunkwe tagħlimiet meħudin mill-perjodi tar-rapportar preċedenti u kurrenti.

AR 34.

Il-proċessi użati sabiex tiġi segwita l-effettività ta’ azzjonijiet jistgħu jinkludu awditjar jew verifika interna jew esterna, proċedimenti tal-qorti u/jew deċiżjonijiet tal-qorti relatati, valutazzjonijiet tal-impatt, sistemi ta’ kejl, feedback tal-partijiet ikkonċernati, mekkaniżmi ta’ lmentar, klassifikazzjonijiet tal-prestazzjoni esterna, u parametraġġ referenzjarju.

AR 35.

Ir-rapportar dwar l-effettività għandu l-għan li jippermetti l-fehim tar-rabtiet bejn l-azzjonijiet meħudin mill-impriża u l-ġestjoni effettiva tal-impatti. Pereżempju, sabiex turi l-effettività tal-azzjonijiet tagħha sabiex tappoġġa lill-fornituri tagħha bit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, l-impriża tista’ tiddivulga feedback mill-istħarriġiet mill-ħaddiema tal-fornituri li juru li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tjiebu minn meta l-impriża bdiet taħdem ma’ dawk il-fornituri. Informazzjoni addizzjonali li l-impriża tista’ tipprovdi tinkludi data li turi tnaqqis fin-numru ta’ inċidenti identifikati permezz ta’ awditi , indipendenti, pereżempju.

AR 36.

Fir-rigward ta’ inizjattivi jew proċessi li l-impriża għandha fis-seħħ li huma bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-ħaddiema affettwati u fir-rigward tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ tali inizjattivi jew proċessi, l-impriża tista’ tiddivulga:

(a)

informazzjoni dwar jekk u kif il-ħaddiema fil-katina tal-valur u r-rappreżentanti leġittimi jew sostituti kredibbli tagħhom li jidhru għan-nom tal-ħaddiema għandhom rwol fid-deċiżjonijiet rigward it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi jew il-proċessi; u

(b)

informazzjoni dwar l-eżiti pożittivi maħsubin jew miksubin għall-ħaddiema fil-katina tal-valur ta’ dawn l-inizjattivi jew il-proċessi.

AR 37.

L-impriża tista’ tiddivulga jekk kwalunkwe inizjattiva jew proċess li l-għan primarju tiegħu huwa li jwassal impatti pożittivi għall-ħaddiema fil-katina tal-valur huwiex imfassal ukoll sabiex jappoġġa l-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU. Pereżempju, permezz ta’ impenn sabiex jiġi avvanzat l-SDG 8 tan-NU sabiex “jiġu promossi tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti għal kulħadd” l-impriża tista’ tkun qiegħda tipprovdi bini tal-kapaċitajiet lil bdiewa b’azjenda agrikola żgħira fil-katina tal-provvista tagħha, li jirriżulta f’żidiet fl-introjtu tagħhom; jew tista’ tkun qiegħda tappoġġa t-taħriġ sabiex jiżdied il-proporzjon ta’ nisa li jistgħu jieħdu impjiegi ta’ servizzi ta’ konsenja fil-katina tal-valur downstream tagħha.

AR 38.

Meta tiddivulga l-eżiti pożittivi maħsubin jew miksubin tal-azzjonijiet tagħha għall-ħaddiema fil-katina tal-valur, għandha ssir distinzjoni bejn l-evidenza ta’ ċerti attivitajiet li jkunu seħħew (eż., li numru x ta’ ħaddiema jkunu rċivew taħriġ fil-litteriżmu finanzjarju) minn evidenza ta’ eżiti reali għall-ħaddiema (eż., li x ħaddiema jirrapportaw li huma kapaċi jimmaniġġaw aħjar il-baġits tal-unitajiet domestiċi tagħhom sabiex jilħqu l-għanijiet tagħhom ta’ tfaddil).

AR 39.

Meta tiddivulga jekk l-inizjattivi jew il-proċessi għandhomx ukoll rwol fil-mitigazzjoni tal-impatti negattivi materjali, l-impriża tista’, pereżempju, tikkunsidra programmi li għandhom l-għan li javvanzaw il-litteriżmu finanzjarju tal-ħaddiema nisa li rriżultaw fil-promozzjoni ta’ aktar nisa kif ukoll f’rapporti ta’ tnaqqis ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol.

AR 40.

Meta tiddivulga r-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-impatti jew mad-dipendenzi tal-impriża fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur, l-impriża tista’ tikkunsidra dan li ġej:

(a)

ir-riskji relatati mal-impatti tal-impriża fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur jistgħu jinkludu l-iskopertura reputazzjonali jew legali meta jinstab li l-ħaddiema fil-katina tal-valur huma soġġetti għal xogħol furzat jew għal tħaddim tat-tfal;

(b)

ir-riskji relatati mad-dipendenzi tal-impriża fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur jistgħu jinkludu t-tfixkil tal-operat tan-negozju meta pandemija tagħlaq partijiet sinifikanti tal-katina tal-provvista jew tan-network ta’ distribuzzjoni tagħha;

(c)

l-opportunitajiet relatati mal-impatti tal-impriża fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur jistgħu jinkludu differenzjazzjoni tas-suq u appell akbar għall-klijenti mill-garanzija ta’ paga u kundizzjonijiet deċenti għall-ħaddiema mhux impjegati; u

(d)

l-opportunitajiet ta’ negozju relatati mad-dipendenzi tal-impriża fuq il-ħaddiema fil-katina tal-valur jistgħu jinkludu l-kisba ta’ provvista sostenibbli futura ta’ komodità billi jiġi żgurat li l-bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar jaqilgħu biżżejjed sabiex jipperswadu lill-ġenerazzjonijiet futuri sabiex iżommu l-kultivazzjoni ta’ dik l-għalla.

AR 41.

Meta tiddivulga jekk id-dipendenzi jinbidlux f’riskji, l-impriża għandha tikkunsidra l-iżviluppi esterni.

AR 42.

Meta tiddivulga l-politiki, l-azzjonijiet u r-riżorsi u l-miri relatati mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali, f’każijiet li fihom ir-riskji u l-opportunitajiet jirriżultaw minn impatt materjali, l-impriża tista’ tagħmel kontroreferenza għad-divulgazzjonijiet tagħha dwar politiki, azzjoni u riżorsi u miri fir-rigward ta’ dak l-impatt.

AR 43.

L-impriża għandha tikkunsidra jekk u kif il-proċess(i) tagħha għall-ġestjoni tar-riskji materjali relatati mal-ħaddiema tal-katina tal-valur huma integrati fil-proċess(i) eżistenti tagħha tal-ġestjoni tar-riskju.

AR 44.

Meta tiddivulga r-riżorsi allokati għall-ġestjoni tal-impatti materjali, l-impriża tista’ tiddivulga liema funzjonijiet interni huma involuti fil-ġestjoni tal-impatti u liema tipi ta’ azzjoni jieħdu sabiex jindirizzaw l-impatti negattivi u javvanzaw dawk pożittivi.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S2-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

AR 45.

Meta tiddivulga informazzjoni dwar il-miri f’konformità mal-paragrafu 39, l-impriża tista’ tiddivulga:

(a)

l-eżiti maħsubin li għandhom jinkisbu fil-ħajja tal-ħaddiema fil-katina tal-valur, filwaqt li tkun speċifika kemm jista’ jkun;

(b)

l-istabbiltà tal-miri maż-żmien f’termini ta’ definizzjonijiet u metodoloġiji li jippermettu l-komparabbiltà maż-żmien;

(c)

l-istandards jew l-impenji li l-miri huma bbażati fuqhom (pereżempju kodiċijiet ta’ kondotta, politiki ta’ provenjenza, oqfsa globali, jew kodiċijiet tal-industrija).

AR 46.

Il-miri relatati mar-riskji u mal-opportunitajiet materjali jistgħu jkunu l-istess bħal jew distinti minn miri marbutin mal-impatti materjali. Pereżempju, mira sabiex jintlaħqu pagi li jiggarantixxu l-għajxien għall-ħaddiema fil-katina tal-provvista tista’ tnaqqas kemm l-impatti fuq dawk il-ħaddiema kif ukoll tnaqqas ir-riskji assoċjati f’termini tal-kwalità u tal-affidabbiltà tal-provvista.

AR 47.

L-impriża tista’ tiddistingwi wkoll bejn miri fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil li jkopru l-istess impenn ta’ politika. Pereżempju, l-impriża jista’ jkollha mira fit-tul biex tikseb tnaqqis ta’ 80 % f’inċidenti tas-saħħa u s-sikurezza li jaffettwaw lill-ħaddiema ta’ fornitur partikolari sal-2030 u mira fuq terminu qasir biex tnaqqas is-sigħat ta’ sahra tas-sewwieqa tal-konsenja b’x % filwaqt li żżomm l-introjtu tagħhom sal-2024.

AR 48.

Meta timmodifika jew tissostitwixxi mira fil-perjodu tar-rapportar, l-impriża tista’ tispjega l-bidla permezz ta’ kontroreferenzi għaliha għal bidliet sinifikanti fil-mudell ta’ negozju jew għal bidliet usa’ fl-istandard aċċettat jew fil-leġiżlazzjoni li minnha tkun derivata l-mira sabiex tipprovdi informazzjoni kuntestwali skont l-ESRS 2 BP-2 Divulgazzjonijiet fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi.

ESRS S3

KOMUNITAJIET AFFETTWATI

WERREJ

Objettiv

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-1 – Politiki relatati mal-komunitajiet affettwati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-2 – Proċessi għall-involviment ta’ komunitajiet affettwati dwar l-impatti

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-komunitajiet affettwati sabiex iqajmu tħassib

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-komunitajiet affettwati, u approċċi għall-immaniġġar tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-komunitajiet affettwati, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Objettiv

ESRS 2 Divulgazzjonijiet Ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-1 – Politiki relatati mal-komunitajiet affettwati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-2 – Proċessi għall-involviment ta’ komunitajiet affettwati dwar l-impatti

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-komunitajiet affettwati sabiex iqajmu tħassib

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali, u approċċi għall-mitigazzjoni tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-komunitajiet affettwati, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet u l-approċċi

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

Objettiv

1.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jispeċifika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni li se jippermettu lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà jifhmu l-impatti materjali fuq il-komunitajiet affettwati marbuta mal-operazzjonijiet u l-katina tal-valur tal-impriża stess, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, u r-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati tagħha, inkluż:

(a)

kif l-impriża taffettwa lill-komunitajiet, f’żoni fejn l-impatti x’aktarx ikunu preżenti u severi, f’termini ta’ impatti materjali pożittivi u negattivi reali jew potenzjali;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet, għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni jew l-irrimedjar ta’ impatti negattivi reali jew potenzjali, u biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet;

(c)

in-natura, it-tip u l-firxa tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tal-impriża relatati mal-impatti u mad-dipendenzi tagħha fuq il-komunitajiet affettwati, u kif l-impriża timmaniġġahom; u

(d)

l-effetti finanzjarji fuq l-impriża fuq terminu qasir, medju u twil tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi tal-komunitajiet affettwati.

2.

Sabiex jintlaħaq l-objettiv, dan l-Istandard jeħtieġ spjegazzjoni tal-approċċ ġenerali li l-impriża tieħu sabiex tidentifika u timmaniġġa kwalunkwe impatt materjali reali u potenzjali fuq il-komunitajiet affettwati fir-rigward ta’ dawn:

(a)

id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-komunitajiet (pereżempju, akkomodazzjoni adegwata, ikel adegwat, ilma u sanità, impatti relatati mal-art u relatati mas-sigurtà);

(b)

id-drittijiet ċivili u politiċi tal-komunitajiet (pereżempju, il-libertà ta’ espressjoni, il-libertà ta’ assemblea, l-impatti fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem); u

(c)

id-drittijiet partikolari tal-popli indiġeni (pereżempju, kunsens liberu, minn qabel u informat, awtodeterminazzjoni, drittijiet kulturali).

3.

Dan l-Istandard jirrikjedi wkoll spjegazzjoni ta’ kif tali impatti, kif ukoll id-dipendenzi tal-impriża fuq il-komunitajiet affettwati, jistgħu joħolqu riskji materjali jew opportunitajiet għall-impriża. Pereżempju, ir-relazzjonijiet negattivi mal-komunitajiet affettwati jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet proprji tal-impriża jew jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tagħha, filwaqt li relazzjonijiet kostruttivi jistgħu jġibu benefiċċji għan-negozju, bħal operazzjonijiet stabbli u ħielsa mill-kunflitti u faċilità akbar ta’ reklutaġġ lokalment.

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

4.

Dan l-istandard japplika meta l-impatti materjali fuq u/jew ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-komunitajiet affettwati ikunu ġew identifikati permezz tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità stabbilit fl-ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali.

5.

Dan l-Istandard għandu jinqara flimkien mal-ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali, u mal-ESRS 2, kif ukoll mal-ESRS S1 Forza tax-xogħol proprja, mal-ESRS S2 Ħaddiema fil-katina tal-valur u mal-ESRS S4 Konsumaturi u utenti finali.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

6.

Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima għandhom jinqraw flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 dwar l-Istrateġija (SBM). Id-divulgazzjonijiet li jirriżultaw għandhom jiġu ppreżentati flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2, ħlief għall-SBM-3 Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju, li għalih l-impriża għandha għażla li tippreżenta d-divulgazzjonijiet flimkien mad-divulgazzjoni topika.

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

7.

Meta twieġeb għall-paragrafu 43 tal-SBM-2 tal-ESRS 2, l-impriża għandha tiddivulga kif il-fehmiet, l-interessi u d-drittijiet tal-komunitajiet affettwati, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tagħhom (u d-drittijiet tagħhom bħala popli indiġeni, fejn applikabbli), jinfurmaw l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha. Il-komunitajiet affettwati huma grupp ewlieni ta’ partijiet ikkonċernati affettwati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

8.

Meta twieġeb għall-ESRS 2 SBM-3 paragrafu 48, l-impriża għandha tiddivulga:

(a)

jekk u kif l-impatti reali u potenzjali fuq il-komunitajiet affettwati kif identifikati fl-ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali: (i) joriġinaw mill-istrateġija u mill-mudelli tan-negozju tal-impriża jew huma konnessi magħhom, u (ii) jinformaw u jikkontribwixxu għall-adattament tal-istrateġija u tal-mudell tan-negozju tal-impriża; u

(b)

ir-relazzjoni bejn ir-riskji u l-opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi fuq il-komunitajiet affettwati u l-istrateġija u l-mudell ta’ negozju tagħha.

9.

Meta tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 48, l-impriża għandha tiddivulga jekk il-komunitajiet affettwati kollha li x’aktarx jiġu affettwati materjalment mill-impriża, inklużi l-impatti li huma marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża stess u l-katina tal-valur, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, humiex inklużi fl-ambitu tad-divulgazzjoni tagħha skont l-ESRS 2. Barra minn hekk, l-impriża għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni qasira tat-tipi ta’ komunitajiet soġġetti għal impatti materjali mill-operazzjonijiet tagħha stess jew permezz tal-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, u tispeċifika jekk humiex:

i.

komunitajiet li jgħixu jew jaħdmu direttament madwar is-siti operazzjonali, il-fabbriki, il-faċilitajiet jew operazzjonijiet fiżiċi oħrajn tal-impriża, jew komunitajiet aktar imbegħdin affettwati minn attivitajiet f’dawk is-siti (pereżempju mit-tniġġis tal-ilma fid-direzzjoni tax-xmara);

ii.

komunitajiet tul il-katina tal-valur tal-impriża (pereżempju, dawk affettwati mill-operazzjonijiet tal-faċilitajiet tal-fornituri jew mill-attivitajiet tal-fornituri tal-loġistika jew tad-distribuzzjoni);

iii.

komunitajiet f’punt tat-tmiem wieħed jew fiż-żewġ punti tat-tmiem tal-katina tal-valur (pereżempju, fil-punt tal-estrazzjoni tal-metalli jew tal-minerali jew fil-ħsad ta’ komoditajiet, jew komunitajiet madwar siti tal-iskart jew tar-riċiklaġġ);

iv.

komunitajiet ta’ popli indiġeni.

(b)

fil-każ ta’ impatti negattivi materjali, kemm jekk huma (i) mifruxa jew sistemiċi f’kuntesti fejn l-impriża topera jew għandha relazzjonijiet ta’ akkwist jew relazzjonijiet kummerċjali oħra (pereżempju, popolazzjonijiet emarġinati li jsofru impatti fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tagħhom f’żona industrijalizzata ħafna), jew (ii) relatati ma’ inċidenti individwali fl-operazzjonijiet tal-impriża stess (eż. tixrid ta’ skart tossiku li jaffettwa l-aċċess ta’ komunità għal ilma tajjeb għax-xorb) jew f’relazzjoni kummerċjali speċifika (eż. protesta paċifika minn komunitajiet kontra operazzjonijiet kummerċjali li ntlaqgħu b’rispons vjolenti mis-servizzi tas-sigurtà tal-impriża). Dan jinkludi kunsiderazzjoni tal-impatti fuq il-komunitajiet affettwati li jistgħu jirriżultaw mit-tranżizzjoni għal operazzjonijiet aktar ekoloġiċi u newtrali għall-klima. L-impatti potenzjali jinkludu l-impatti assoċjati mal-innovazzjoni u r-ristrutturar, l-għeluq tal-minjieri, iż-żieda fil-minjieri tal-minerali meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u l-produzzjoni tal-pannelli solari;

(c)

fil-każ ta’ impatti materjali pożittivi, deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet li jirriżultaw fl-impatti pożittivi (pereżempju, il-bini tal-kapaċitajiet b’appoġġ ta’ aktar forom u ta’ forom ġodda ta’ sorsi tal-għajxien lokali) u tat-tipi ta’ komunitajiet li huma affettwati b’mod pożittiv jew li jistgħu jiġu affettwati b’mod pożittiv; l-impriża tista’ tiddivulga wkoll jekk l-impatti pożittivi jseħħux f’pajjiżi jew f’reġjuni speċifiċi; u

(d)

kwalunkwe riskju u opportunità materjali għan-negozju li tirriżulta mill-impatti u mid-dipendenzi fuq il-komunitajiet affettwati.

10.

Fid-deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta’ komunitajiet li huma jew li jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-materjalità stabbilita fir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS 2 IRO-1, l-impriża għandha tiddivulga jekk u kif żviluppat fehim ta’ kif il-komunitajiet affettwati b’karatteristiċi partikolari jew dawk li jgħixu f’kuntesti partikolari, jew dawk li jwettqu attivitajiet partikolari jistgħu jkunu f’riskju akbar ta’ ħsara.

11.

L-impriża għandha tiddivulga liema, jekk ikun hemm, mir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi fuq il-komunitajiet affettwati huma relatati ma’ gruppi speċifiċi ta’ komunitajiet affettwati aktar milli mal-komunitajiet affettwati kollha.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-1 – Politiki relatati mal-komunitajiet affettwati

12.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-politiki tagħha adottati biex timmaniġġja l-impatti materjali tagħha fuq il-komunitajiet affettwati, kif ukoll ir-riskji u l-opportunitajiet materjali assoċjati.

13.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża jkollha politiki li jindirizzaw l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u/jew ir-rimedju ta’ impatti materjali fuq il-komunitajiet affettwati speċifikament, kif ukoll politiki li jkopru riskji jew opportunitajiet materjali relatati mal-komunitajiet affettwati.

14.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 12 għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar il-politiki tal-impriża biex timmaniġġja l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-komunitajiet affettwati f’konformità mal-ESRS 2 MDR-P Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà. Barra minn hekk, l-impriża għandha tispeċifika jekk tali politiki jkoprux komunitajiet affettwati speċifiċi jew il-komunitajiet affettwati kollha.

15.

L-impriża għandha tiddivulga kwalunkwe dispożizzjoni ta’ politika partikolari għall-prevenzjoni u għall-indirizzar tal-impatti fuq il- popli indiġeni .

16.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-impenji tal-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem (119) li huma rilevanti għall-komunitajiet affettwati, inklużi dawk il-proċessi u l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol jew il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali. Fid-divulgazzjoni tagħha għandha tiffoka fuq dawk il-kwistjonijiet li huma materjali fir-rigward ta’ dawn (120), kif ukoll l-approċċ ġenerali tagħha għalihom:

(a)

ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tal-komunitajiet, u tal-popli indiġeni speċifikament;

(b)

l-involviment tal-komunitajiet affettwati; u

(c)

miżuri li jipprovdu u/jew jippermettu rimedju għall-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem.

17.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif il-politiki tagħha fir-rigward tal-komunitajiet affettwati humiex allinjati ma’ standards rikonoxxuti internazzjonalment rilevanti għall-komunitajiet u għall-popli indiġeni speċifikament, inklużi l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem. L-impriża għandha tiddivulga wkoll sa liema punt il-każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol jew il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali li jinvolvu l-komunitajiet affettwati ġew irrapportati fl-operazzjonijiet tagħha stess jew fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha u, jekk applikabbli, indikazzjoni tan-natura ta’ tali każijiet (121).

18.

Il-politika tista’ tieħu l-forma ta’ politika awtonoma fir-rigward tal-komunitajiet jew tiġi inkluża f’dokument usa’ bħal kodiċi ta’ etika jew politika ġenerali ta’ sostenibbiltà li diġà tkun ġiet iddivulgata mill-impriża bħala parti minn ESRS ieħor. F’dawk il-każijiet, l-impriża għandha tipprovdi kontroreferenza akkurata sabiex jiġu identifikati l-aspetti tal-politika li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-2 – Proċessi għall-involviment ta’ komunitajiet affettwati dwar l-impatti

19.

L-impriża għandha tiddivulga l-proċessi ġenerali tagħha għall-involviment tal-komunitajiet affettwati u tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-impatti reali u potenzjali fuqhom.

20.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim dwar jekk l-impriża tinvolvix, bħala parti mill-proċess ta’ diliġenza dovuta li għaddej bħalissa, lill-komunitajiet affettwati, lir-rappreżentanti leġittimi tagħhom, jew lil sostituti kredibbli, dwar impatti materjali reali u potenzjali pożittivi u/jew negattivi li jaffettwawhom jew li huwa probabbli li jaffettwawhom, u jekk u kif il-perspettivi tal-komunitajiet affettwati jitqiesu fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-impriża.

21.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif il-perspettivi tal-komunitajiet affettwati jinformaw id-deċiżjonijiet jew l-attivitajiet tagħha mmirati lejn il-ġestjoni tal-impatti reali u potenzjali fuq il-komunitajiet. Dan għandu jinkludi, meta rilevanti, spjegazzjoni ta’:

(a)

jekk l-involviment iseħħx direttament mal-komunitajiet affettwati jew mar-rappreżentanti leġittimi tagħhom, jew ma’ sostituti kredibbli li għandhom għarfien dwar is-sitwazzjoni tagħhom;

(b)

l-istadju/i li fih(om) iseħħ l-involviment, it-tip ta’ involviment, u l-frekwenza tal-involviment;

(c)

il-funzjoni u r-rwol l-aktar anzjan fl-impriża li għandhom responsabbiltà operazzjonali sabiex jiġi żgurat li dan l-involviment iseħħ, u li r-riżultati jinformaw l-approċċ tal-impriża;

(d)

meta applikabbli, kif l-impriża tivvaluta l-effettività tal-involviment minnha tal-komunitajiet affettwati, inkluż, meta rilevanti, kwalunkwe ftehim jew eżitu li jirriżulta.

22.

Meta applikabbli, l-impriża għandha tiddivulga l-passi li tieħu sabiex tikseb għarfien dwar il-perspettivi tal-komunitajiet affettwati li jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli għall-impatti u/jew emarġinati, u fil-perspettiva ta’ gruppi speċifiċi fi ħdan il-komunitajiet affettwati, bħan-nisa u l-bniet.

23.

Meta l-komunitajiet affettwati jkunu popli indiġeni, l-impriża għandha tiżvela wkoll kif tqis u tiżgura r-rispett tad-drittijiet partikolari tagħhom fl-approċċ tagħha ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati, inkluż id-dritt tagħhom għal kunsens liberu, minn qabel u infurmat fir-rigward ta’: (i) il-proprjetà kulturali, intellettwali, reliġjuża u spiritwali tagħhom; (ii) attivitajiet li jaffettwaw l-artijiet u t-territorji tagħhom; u (iii) miżuri leġiżlattivi jew amministrattivi li jaffettwawhom. B’mod partikolari, meta tinvolvi popli indiġeni, l-impriża għandha tiddivulga wkoll jekk u kif il-popli indiġeni ġew ikkonsultati dwar il-mod u l-parametri tal-involviment (pereżempju, fit-tfassil tal-aġenda, tan-natura, u tat-tempestività tal-involviment).

24.

Jekk l-impriża ma tistax tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa hawn fuq minħabba li ma tkunx adottat proċess ġenerali sabiex tinvolvi lill-komunitajiet affettwati, hija għandha tiddivulga li dan ikun il-każ. Hija tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih ikollha l-għan li jkollha fis-seħħ proċess bħal dan.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-komunitajiet affettwati sabiex iqajmu tħassib

25.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-proċessi li jkollha fis-seħħ biex tipprevedi jew tikkoopera fir-rimedju tal-impatti negattivi fuq il-komunitajiet affettwati li l-impriża hija konnessa magħhom, kif ukoll il-mezzi disponibbli għall-komunitajiet affettwati biex jissinjalaw tħassib u jaraw li dawn jiġu indirizzati.

26.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-mezzi formali li bihom il-komunitajiet affettwati proprji jistgħu jqajmu t-tħassib u l-ħtiġijiet tagħhom sabiex jgħarrfu direttament lill-impriża , u/jew li permezz tagħhom l-impriża tappoġġa d-disponibbiltà ta’ tali kanali (pereżempju, mekkaniżmi għall-ilmenti) mir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, u kif jingħata segwitu ma’ dawn il-komunitajiet fir-rigward tal-kwistjonijiet imqajmin, u l-effettività ta’ dawn il-kanali.

27.

L-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

l-approċċ ġenerali tagħha u l-proċessi sabiex tipprovdi jew tikkontribwixxi għal rimedju meta tkun identifikat li hija kkawżat jew ikkontribwiet għal impatt negattiv materjali fuq il-komunitajiet affettwati, inkluż jekk u kif l-impriża tivvaluta jekk dak ir-rimedju pprovdut ikunx effettiv;

(b)

kwalunkwe kanal speċifiku li għandha fis-seħħ għall-komunitajiet affettwati sabiex iqajmu t-tħassib jew il-ħtiġijiet tagħhom direttament mal-impriża u sabiex jitolbu li dawn jiġu indirizzati, inkluż jekk dawn ikunux stabbiliti mill-impriża nnifisha u/jew permezz tal-parteċipazzjoni f’mekkaniżmi ta’ partijiet terzi;

(c)

il-proċessi tagħha li permezz tagħhom l-impriża tappoġġa d-disponibbiltà ta’ tali kanali mir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha; u

(d)

kif issegwi u timmonitorja l-kwistjonijiet imqajmin u indirizzati, u kif tiżgura l-effettività tal-kanali, inkluż permezz tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati li jkunu l-utenti maħsubin ta’ dawk il-kanali.

28.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif tivvaluta li l-komunitajiet affettwati jkunu konxji ta dawn l-istrutturi jew il-proċessi, u jafdawhom, bħala mod sabiex iqajmu t-tħassib jew il-ħtiġijiet tagħhom u jitolbu li jiġu indirizzati. Barra minn hekk, l-impriża għandha tiddivulga jekk għandhiex fis-seħħ politiki rigward il-protezzjoni ta’ individwi li jużawhom kontra ritaljazzjoni. Jekk tali informazzjoni tkun ġiet divulgata f’konformità mal-ESRS G1–1, l-impriża tista’ tirreferi għal dik l-informazzjoni.

29.

Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa hawn fuq minħabba li ma tkunx adottat kanal fejn jitqajjem it-tħassib u/jew ma tappoġġax id-disponibbiltà ta’ dan il-kanal bir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, hija għandha tiddivulga li dan ikun il-każ. Hija tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih ikollha l-għan li jkollha fis-seħħ kanal jew proċessi bħal dawn.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-komunitajiet affettwati, u approċċi għall-immaniġġar tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-komunitajiet affettwati, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

30.

L-impriża għandha tiżvela kif tieħu azzjoni biex tindirizza l-impatti materjali fuq il-komunitajiet affettwati, u biex timmaniġġa r-riskji materjali u ssegwi opportunitajiet materjali relatati mal-komunitajiet affettwati u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet.

31.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa doppju. L-ewwel nett, għandu jipprovdi fehim ta’ kwalunkwe azzjoni u inizjattiva li permezz tagħhom l-impriża tfittex li:

(a)

tipprevjeni, timmitiga u tirrimedja l-impatti materjali negattivi fuq il-komunitajiet affettwati; u/jew

(b)

tikseb impatti materjali pożittivi għall-komunitajiet affettwati.

It-tieni, li jippermetti fehim tal-modi li bihom l-impriża qiegħda tindirizza r-riskji materjali u tfittex l-opportunitajiet materjali relatati mal-komunitajiet affettwati.

L-impriża għandha tipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-pjanijiet ta’ azzjoni u tar-riżorsi għall-ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-komunitajiet affettwati skont l-ESRS 2 MDR-A Azzjonijiet u riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

32.

Fir-rigward tal-impatti materjali, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

l-azzjonijiet meħuda, ippjanati jew li għaddejjin għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-impatti negattivi materjali fuq il-komunitajiet affettwati;

(b)

jekk u kif ħadet azzjoni biex tipprovdi jew tippermetti rimedju fir-rigward ta’ impatt materjali reali;

(c)

kwalunkwe azzjoni jew inizjattiva addizzjonali li għandha fis-seħħ bl-għan primarju li twassal impatti pożittivi għall-komunitajiet affettwati; u

(d)

kif hija ssegwi u tivvaluta l-effettività ta’ dawn l-azzjonijiet u l-inizjattivi fit-twassil tal-eżiti maħsubin għall-komunitajiet affettwati.

33.

Fir-rigward tal-paragrafu 29, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

il-proċessi li permezz tagħhom tidentifika liema azzjoni tkun meħtieġa u xierqa b’reazzjoni għal impatt reali jew potenzjali partikolari fuq il-komunitajiet affettwati;

(b)

l-approċċ tagħha lejn it-teħid ta’ azzjoni fir-rigward ta’ impatti negattivi materjali speċifiċi fuq il-komunitajiet, inkluża kwalunkwe azzjoni fir-rigward tal-prattiki tagħha stess fir-rigward tal-akkwist tal-art, tal-ippjanar u tal-kostruzzjoni, tal-prattiki tal-operat jew tal-għeluq, kif ukoll jekk hijiex se tkun meħtieġa industrija usa’ jew azzjoni kollaborattiva ma’ partijiet rilevanti oħrajn; u

(c)

kif tiżgura li l-proċessi li jipprovdu jew jippermettu rimedju fil-każ ta’ impatti negattivi materjali jkunu disponibbli u effettivi fl-implimentazzjoni u fl-eżiti tagħhom.

34.

Fir-rigward tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

x’azzjoni hija ppjanata jew għaddejja sabiex jiġu mmitigati r-riskji materjali għall-impriża li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi tagħha fuq il-komunitajiet affettwati u kif hija ssegwi l-effettività fil-prattika; u

(b)

x’azzjoni hija ppjanata jew għaddejja sabiex jiġu segwiti l-opportunitajiet materjali għall-impriża fir-rigward tal-komunitajiet affettwati.

35.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif tieħu azzjoni biex tevita li tikkawża jew tikkontribwixxi għal impatti negattivi materjali fuq il-komunitajiet affettwati permezz tal-prattiki tagħha stess, inkluż, fejn rilevanti, fir-rigward tal-ippjanar, l-akkwist u l-isfruttament tal-art, il-finanzjament, l-estrazzjoni jew il-produzzjoni ta’ materja prima, l-użu ta’ riżorsi naturali, u l-ġestjoni tal-impatti ambjentali. Dan jista’ jinkludi d-divulgazzjoni ta’ liema approċċ jittieħed meta jinqalgħu tensjonijiet bejn il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta’ impatti negattivi materjali u ta’ pressjonijiet kummerċjali oħrajn.

36.

L-impriża għandha tiddivulga wkoll jekk ġewx irrapportati kwistjonijiet u inċidenti serji tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-komunitajiet affettwati u, jekk applikabbli, tiddivulgahom (122).

37.

Meta tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 31(c), l-impriża għandha tikkunsidra l-ESRS 2 MDR-T Traċċar tal-effettività tal-politiki u l-azzjonijiet permezz ta’ miri jekk tevalwa l-effettività ta’ azzjoni billi tistabbilixxi mira.

38.

L-impriża għandha tiddivulga liema riżorsi huma allokati għall-ġestjoni tal-impatti materjali tagħha, b’informazzjoni li tippermetti lill-utenti jiksbu fehim ta’ kif jiġu ġestiti l-impatti materjali.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

39.

L-impriża għandha tiddivulga l-miri marbutin maż-żmien u orjentati lejn l-eżiti li tista’ tkun stabbiliet b’rabta ma’ dawn:

(a)

it-tnaqqis tal-impatti negattivi fuq il-komunitajiet affettwati; u/jew

(b)

l-avvanz tal-impatti pożittivi fuq il-komunitajiet affettwati; u/jew

(c)

il-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali relatati mal-komunitajiet affettwati.

40.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża qiegħda tuża miri marbutin biż-żmien u orjentati lejn l-eżiti sabiex tixpruna u tkejjel il-progress tagħha fl-indirizzar tal-impatti negattivi materjali tagħha u/jew fl-avvanzar ta’ impatti pożittivi fuq il-komunitajiet affettwati, u/jew fil-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali relatati mal-komunitajiet affettwati.

41.

Id-deskrizzjoni fil-qosor tal-miri għall-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-komunitajiet affettwati għandha tinkludi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni definiti fl-ESRS 2 MDR-T.

42.

L-impriża għandha tiddivulga l-proċess għall-istabbiliment tal-miri, inkluż jekk u kif l-impriża involviet direttament lill-komunitajiet affettwati, lir-rappreżentanti leġittimi tagħhom, jew lil sostituti kredibbli li għandhom għarfien dwar is-sitwazzjoni tagħhom f’dawn:

(a)

l-istabbiliment ta’ kwalunkwe mira bħal din;

(b)

it-traċċar tal-prestazzjoni tal-impriża b’referenza għalihom; u

(c)

l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe tagħlimiet jew ta’ titjib bħala riżultat tal-prestazzjoni tal-impriża.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali minn ESRS S3 Komunitajiet affettwati. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-istandard.

Objettiv

AR 1.

Il-ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet soċjali u marbutin mad-drittijiet tal-bniedem ipprovduti fil-paragrafu 2 ma hijiex maħsuba sabiex timplika li dawn il-kwistjonijiet kollha għandhom jiġu ddivulgati f’kull Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni f’dan l-Istandard. Minflok, tipprovdi lista ta’ kwistjonijiet li l-impriża għandha tikkunsidra fil-valutazzjoni tal-materjalità tagħha (ref. għall-kapitolu 3 tal-ESRS 1 Materjalità doppja bħala l-bażi għad-divulgazzjonijiet ta’ sostenibbiltà u l-ESRS 2 IRO-1) relatati mal-komunitajiet affettwati u, kif xieraq, tiddivulga bħala impatti, riskji u opportunitajiet materjali fi ħdan l-ambitu ta’ dan l-Istandard.

AR 2.

Minbarra l-kwistjonijiet elenkati fil-paragrafu 2, l-impriża tista’ tikkunsidra wkoll id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet oħra rilevanti għal impatt materjali għal perjodu iqsar ta’ żmien, pereżempju inizjattivi rigward l-impatti fuq il-komunitajiet relatati mal-operazzjonijiet tal-impriża minħabba kundizzjonijiet estremi u f’daqqa tat-temp.

ESRS 2 Divulgazzjonijiet Ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

AR 3.

Ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS 2 SBM-2 jirrikjedi li l-impriża tipprovdi fehim ta’ jekk u kif tqis ir-rwol li l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha jista’ jkollhom fil-ħolqien, l-aggravar jew il-mitigazzjoni tal-impatti materjali sinifikanti fuq il-komunitajiet affettwati, u jekk u kif il-mudell u l-istrateġija tan-negozju huma adattati biex jindirizzaw tali impatti materjali.

AR 4.

Filwaqt li l-komunitajiet affettwati jistgħu ma jkunux involuti mal-impriża fil-livell tal-istrateġija jew tal-mudell ta’ negozju tagħha, il-fehmiet tagħhom jistgħu jinformaw il-valutazzjoni tal-impriża dwar l-istrateġija u l-mudell ta’ negozju tagħha. L-impriża tista’ tiddivulga l-fehmiet tal-komunitajiet affettwati u tar-rappreżentanti tal-komunitajiet affettwati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

AR 5.

L-impatti fuq il-komunitajiet affettwati jistgħu joriġinaw mill-istrateġija jew mill-mudell ta’ negozju tal-impriża b’numru ta’ modi differenti. Pereżempju, l-impatti jistgħu jkunu relatati mal-proposta ta’ valur tal-impriża (bħall-kostruzzjoni jew il-bidu ta’ proġetti bi skedi ta’ żmien li ma jippermettux biżżejjed żmien għal konsultazzjoni ma’ gruppi affettwati mill-proġetti), il-katina tal-valur tagħha (pereżempju, l-użu tal-art f’pajjiżi fejn is-sjieda hija ta’ spiss ikkontestata jew ir-rekords mhumiex affidabbli jew li fihom l-utenti tal-art bħall-popli indiġeni mhumiex rikonoxxuti), jew l-istruttura tal-kostijiet tagħha u l-mudell tad-dħul (bħal strateġiji aggressivi biex tiġi minimizzata t-tassazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ operazzjonijiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw).

AR 6.

L-impatti fuq il-komunitajiet affettwati li joriġinaw fl-istrateġija jew fil-mudell ta’ negozju jistgħu jġibu wkoll riskji materjali għall-impriża. Pereżempju, jekk l-istrateġija tal-impriża tinvolvi l-bidla f’ġeografija ta’ riskju ogħla fit-twettiq ta’ ċerti komoditajiet, u jekk il-komunitajiet affettwati jirreżistu l-preżenza tagħha jew joġġezzjonaw għall-prattiki lokali tagħha, dan jista’ joħloq dewmien estensiv u għali, u jaffettwa l-kapaċità tal-impriża li tiżgura konċessjonijiet jew permessi futuri tal-art. Bl-istess mod, jekk il-mudell tan-negozju tal-impriża jiddependi fuq estrazzjoni intensiva tal-ilma fl-impjanti tagħha, sal-punt li jaffettwa l-aċċess għall-ilma għall-konsum, l-iġjene u l-għajxien tal-komunitajiet, dan jista’ jirriżulta f’bojkotts, ilmenti u kawżi ta’ ħsara għar-reputazzjoni.

AR 7.

Eżempji ta’ karatteristiċi partikolari tal-komunitajiet affettwati li jistgħu jitqiesu mill-impriża meta twieġeb għall-paragrafu 10 jistgħu jkunu komunità affettwata li tkun iżolata fiżikament jew ekonomikament u li tkun partikolarment suxxettibbli għall-introduzzjoni ta’ mard jew li jkollha aċċess limitat għas-servizzi soċjali u għalhekk tiddependi fuq infrastruttura stabbilita mill-impriża. Dan jista’ jkun minħabba li meta l-art maħduma min-nisa tinxtara mill-impriża u l-pagamenti jmorru għand l-irġiel li jkunu l-kapijiet tal-unitajiet domestiċi, in-nisa jkomplu jiġu mċaħħdin mid-drittijiet fil-komunità. Dan jista’ jkun ukoll minħabba li l-komunità hija indiġena, u l-membri tagħha jfittxu li jeżerċitaw drittijiet kulturali jew ekonomiċi għall-art li hija proprjetà tal-impriża jew użata minnha — jew minn waħda mill-entitajiet li magħha għandha relazzjoni kummerċjali — f’kuntest fejn id-drittijiet tagħhom mhumiex protetti mill-Istat. Barra minn hekk, l-impriża għandha tikkunsidra jekk karatteristiċi differenti jikkoinċidux. Pereżempju, karatteristiċi bħall-etniċità, l-istatus soċjoekonomiku, l-istatus ta’ migranti u l-ġeneru jistgħu joħolqu riskji ta’ ħsara li jikkoinċidu għal ċerti komunitajiet affettwati, jew għal partijiet distinti ta’ dawk il-komunitajiet affettwati, peress li l-komunitajiet affettwati spiss ikunu ta’ natura eteroġenja.

AR 8.

Fir-rigward tal-paragrafu 11, jistgħu jinħolqu wkoll riskji materjali minħabba d-dipendenza tal-impriża fuq komunitajiet affettwati fejn avvenimenti ta’ probabbiltà baxxa iżda b’impatt għoli jistgħu jikkawżaw effetti finanzjarji; pereżempju, meta diżastru naturali jwassal għal inċident industrijali katastrofiku li jinvolvi l-operazzjonijiet tal-impriża, li jirriżulta fi ħsara serja lill-komunitajiet affettwati.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-1 – Politiki relatati mal-komunitajiet affettwati

AR 9.

Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni ewlenija neċessarja sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni leali tal-politiki fir-rigward tal-komunitajiet affettwati u, għalhekk, l-impriża għandha tikkunsidra li tispjega l-bidliet sinifikanti fil-politiki adottati matul is-sena ta’ rapportar (pereżempju, approċċi ġodda jew addizzjonali għall-involviment, id-diliġenza dovuta u r-rimedju).

AR 10.

Meta tiddivulga l-allinjament tagħha tal-politiki tagħha mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, l-impriża għandha tikkunsidra li l-Prinċipji Gwida jirreferu għall-abbozz tal-Liġi Internazzjonali tad-Drittijiet, li jikkonsisti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fiż-żewġ Patti li jimplimentawha, kif ukoll fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, fil-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Popli Indiġeni u Tribali (ILO Nru 169) u fil-konvenzjonijiet ewlenin li jappoġġawha, u tista’ tiddivulga l-allinjament ma’ dawn l-istrumenti.

AR 11.

L-impriża tista’ tipprovdi illustrazzjoni tat-tipi ta’ komunikazzjoni tal-politiki tagħha lil dawk l-individwi, grupp ta’ individwi jew entitajiet li għalihom huma rilevanti, jew minħabba li huma mistennija li jimplimentawhom (pereżempju, l-impjegati, il-kuntratturi u l-fornituri tal-impriża), jew minħabba li għandhom interess dirett fl-implimentazzjoni tagħhom (pereżempju, ħaddiema proprji, investituri). Tista’ tiddivulga għodod u kanali ta’ komunikazzjoni (pereżempju, fuljetti, bullettini, siti web apposta, midja soċjali, interazzjonijiet wiċċ imb’ wiċċ, rappreżentanti tal-ħaddiema), bl-għan li jiġi żgurat li l-politika tkun aċċessibbli u li udjenzi differenti jifhmu l-implikazzjonijiet tagħha. L-impriża tista’ tispjega wkoll kif tidentifika u tneħħi l-ostakli potenzjali għat-tixrid, bħal permezz tat-traduzzjoni fil-lingwi rilevanti jew l-użu ta’ rappreżentazzjonijiet grafiċi.

AR 12.

Meta tiddivulga kwistjonijiet u inċidenti serji dwar id-drittijiet tal-bniedem relatati mal-komunitajiet affettwati, l-impriża għandha tikkunsidra kwalunkwe tilwim legali relatat mad-drittijiet tal-art u mal-kunsens liberu minn qabel u informat tal-popli indiġeni.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-2 – Proċessi għall-involviment ta’ komunitajiet affettwati dwar l-impatti

AR 13.

Spjegazzjonijiet dwar kif l-impriża tqis u tiżgura r-rispett tad-dritt tal-popli indiġeni għal kunsens liberu, minn qabel u infurmat jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il-proċessi ta’ konsultazzjoni mal-popli indiġeni biex jinkiseb tali kunsens. L-impriża għandha tikkunsidra kif il-konsultazzjoni tinkludi negozjati bona fide mal-popli indiġeni affettwati biex jinkiseb il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom meta l-impriża taffettwa l-artijiet, it-territorji jew ir-riżorsi li l-popli indiġeni normalment ikunu proprjetarji tagħhom, jokkupawhom jew jużawhom b’xi mod ieħor; jew tirrilokahom minn art jew territorji soġġetti għal sjieda tradizzjonali jew taħt użu jew okkupazzjoni abitwali; jew taffettwa jew tisfrutta l-proprjetà kulturali, intellettwali, reliġjuża u spiritwali tagħhom.

AR 14.

Meta tiddeskrivi liema funzjoni jew rwol għandha responsabbiltà operazzjonali għal tali involviment u/jew responsabbiltà aħħarija, l-impriża tista’ tiddivulga jekk dan huwiex rwol jew funzjoni ddedikata jew parti minn rwol jew funzjoni usa’, u jekk ġewx offruti xi attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità biex jappoġġaw lill-persunal biex iwettaq ħidma ta’ involviment. Jekk ma tkunx tista’ tidentifika tali pożizzjoni jew funzjoni, hija tista’ tiddikjara li dan huwa l-każ. Din id-divulgazzjoni tista’ tiġi ssodisfata wkoll billi ssir referenza għall-informazzjoni divulgata skont l-ESRS 2 GOV-1 Rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji.

AR 15.

Matul it-tħejjija tad-divulgazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 20 b) u c), jistgħu jitqiesu l-illustrazzjonijiet li ġejjin:

(a)

eżempji ta’ stadji li fihom iseħħ l-involviment huma i) id-determinazzjoni tal-approċċ għall-mitigazzjoni u ii) l-evalwazzjoni tal-effettività tal-mitigazzjoni;

(b)

għat-tip ta’ involviment, dawn jistgħu jkunu l-parteċipazzjoni, il-konsultazzjoni u/jew l-informazzjoni;

(c)

għall-frekwenza tal-involviment, tista’ tiġi pprovduta informazzjoni dwar jekk l-involviment iseħħx fuq bażi regolari, f’ċerti punti fi proġett jew fi proċess tan-negozju; u

(d)

għar-rwol b’responsabbiltà operazzjonali, jekk l-impriża teħtieġx li l-persunal rilevanti jkollu ċerti ħiliet, jew jekk tipprovdix taħriġ jew bini ta’ kapaċità lill-persunal rilevanti biex iwettaq ħidma ta’ involviment. Fil-każ ta’ impatti, ta’ riskji u ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-popli indiġeni, dan jinkludi taħriġ dwar id-drittijiet tal-persuni indiġeni, inkluż b’kunsens liberu, minn qabel u informat.

AR 16.

Sabiex turi kif il-perspettivi tal-komunitajiet ikunu informaw deċiżjonijiet jew attivitajiet speċifiċi tal-impriża, l-impriża tista’ tipprovdi eżempji mill-perjodu tar-rapportar kurrenti.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-komunitajiet affettwati sabiex iqajmu tħassib

AR 17.

Fl-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti mir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ESRS S3-3, l-impriża tista’ tkun iggwidata mill-kontenut tal-prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali ffokati fuq mekkaniżmi ta’ rimedju u ta’ lmentar.

AR 18.

Il-kanali sabiex jitqajjem tħassib jew jissemmew il-ħtiġijiet jinkludu mekkaniżmi ta’ lmentar, hotlines, proċessi ta’ djalogu jew mezzi oħrajn li permezz tagħhom il-komunitajiet affettwati jew ir-rappreżentanti leġittimi tagħhom jistgħu jqajmu tħassib dwar l-impatti jew jispjegaw il-ħtiġijiet li jixtiequ li l-impriża tindirizza. Dan jista’ jinkludi kanali pprovduti mill-impriża direttament, flimkien ma’ kwalunkwe mekkaniżmu ieħor li l-impriża tista’ tuża sabiex tikseb għarfien dwar il-ġestjoni tal-impatti fuq il-komunitajiet, bħall-awditi tal-konformità. Meta l-impriża tkun qiegħda tiddependi biss fuq informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ tali kanali pprovduti mir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha sabiex twieġeb għal dan ir-rekwiżit, tista’ tiddikjara dan.

AR 19.

Sabiex tipprovdi għarfien akbar dwar l-informazzjoni koperta fl-ESRS S3-3, l-impriża tista’ tispjega jekk u kif il-komunitajiet li jistgħu jiġu affettwati jistgħu jaċċessaw il-kanali fil-livell tal-impriża li huma affettwati minnha, fir-rigward ta’ kull impatt materjali. Għarfien rilevanti jinkludi informazzjoni dwar jekk il-komunitajiet affettwati jistgħux jaċċessaw il-kanali b’lingwa li jifhmu, u jekk ġewx ikkonsultati fit-tfassil ta’ tali kanali.

AR 20.

Il-mekkaniżmi ta’ partijiet terzi jistgħu jinkludu dawk operati mill-gvern, mill-NGOs, mill-assoċjazzjonijiet tal-industrija u minn inizjattivi kollaborattivi oħrajn. L-impriża tista’ tiddivulga jekk dawn ikunux aċċessibbli għall-komunitajiet affettwati kollha li jistgħu jkunu potenzjalment jew fil-fatt affettwati materjalment mill-impriża, jew l-individwi jew l-organizzazzjonijiet li jaġixxu f’isimhom jew li b’xi mod ieħor ikunu f’pożizzjoni li jkunu konxji mill-impatti negattivi.

AR 21.

Fir-rigward tal-protezzjoni ta’ individwi li jużaw il-mekkaniżmi kontra r-ritaljazzjoni, l-impriża tista’ tiddeskrivi jekk tittrattax l-ilmenti b’mod kunfidenzjali u fir-rigward tad-drittijiet tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data; u jekk tippermettix lill-komunitajiet jużawhom b’mod anonimu (pereżempju, permezz ta’ rappreżentanza minn parti terza).

AR 22.

Meta jiġu ddivulgati l-proċessi relatati mal-forniment u mal-abilitazzjoni ta’ rimedju għall-popli indiġeni, l-informazzjoni rilevanti tinkludi jekk u kif l-impriża qisitx id-drawwiet, it-tradizzjonijiet, ir-regoli u l-ordinamenti ġuridiċi tagħhom.

AR 23.

Meta tiddivulga jekk u kif l-impriża taf li l-komunitajiet affettwati huma konxji ta’ u jafdaw kwalunkwe wieħed minn dawn il-kanali, l-impriża tista’ tipprovdi data rilevanti u affidabbli dwar l-effettività ta’ dawn il-kanali mill-perspettiva tal-komunitajiet affettwati stess. Eżempji ta’ sorsi ta’ informazzjoni huma stħarriġijiet fost il-membri tal-komunità li użaw dawn il-kanali u l-livelli ta’ sodisfazzjon tagħhom bil-proċess u bl-eżiti.

AR 24.

Fid-deskrizzjoni tal-effettività tal-kanali għall-komunitajiet affettwati sabiex iqajmu tħassib, l-impriża tista’ tkun iggwidata mill-mistoqsijiet li ġejjin, fuq il-bażi tal-“kriterji tal-effettività għall-mekkaniżmi ta’ lmentar mhux ġudizzjarji, kif stabbilit fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari l-Prinċipju 31. Il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn taħt jistgħu jiġu applikati fuq bażi ta’ kanal individwali jew għas-sistema kollettiva ta’ kanali:

(a)

il-kanali għandhom leġittimità billi jipprovdu responsabbiltà xierqa għall-kondotta ġusta tagħhom u għall-bini tal-fiduċja fost il-partijiet ikkonċernati?

(b)

il-kanali huma magħrufin u aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati?

(c)

il-kanali għandhom proċeduri ċari u magħrufin, jistabbilixxu perjodi ta’ żmien u ċarezza dwar il-proċessi?

(d)

il-kanali jiżguraw aċċess raġonevoli għas-sorsi ta’ informazzjoni, għal pariri u għal għarfien espert?

(e)

il-kanali joffru trasparenza billi jipprovdu informazzjoni suffiċjenti kemm lill-ilmentaturi kif ukoll, meta applikabbli, sabiex jissodisfaw kwalunkwe interess pubbliku inkwistjoni?

(f)

l-eżiti miksubin permezz tal-kanali jaqblu mad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment?

(g)

l-impriża tidentifika għarfien mill-kanali li jappoġġaw l-apprendiment kontinwu kemm fit-titjib tal-kanali kif ukoll fil-prevenzjoni ta’ impatti futuri?

(h)

l-impriża tiffoka fuq id-djalogu mal-ilmentaturi bħala l-mezz sabiex jintlaħqu soluzzjonijiet miftiehma, minflok ma tfittex li tiddetermina l-eżitu b’mod unilaterali?

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-komunitajiet affettwati, u approċċi għall-immaniġġar tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-komunitajiet affettwati, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

AR 25.

Jista’ jkun meħtieġ ċertu żmien sabiex jiġu mifhumin l-impatti negattivi u kif l-impriża tista’ tkun involuta magħhom permezz tal-katina tal-valur downstream tagħha, kif ukoll sabiex jiġu identifikati tweġibiet xierqa u jiddaħħlu fil-prattika. Għalhekk, l-impriża għandha tikkunsidra:

(a)

l-approċċi ġenerali u speċifiċi tagħha sabiex tindirizza l-impatti negattivi materjali;

(b)

l-investiment soċjali tagħha jew programmi oħrajn tagħha ta’ żvilupp immirati sabiex jikkontribwixxu għal impatti materjali pożittivi addizzjonali;

(c)

kemm għamlet progress fl-isforzi tagħha matul il-perjodu tar-rapportar; u

(d)

l-għanijiet tagħha għal titjib kontinwu.

AR 26.

Azzjoni xierqa tista’ tvarja skont jekk l-impriża tikkawżax jew tikkontribwixxix għal impatt , materjali jew jekk l-impatt materjali jkunx marbut direttament mal-operazzjonijiet, mal-prodotti jew mas-servizzi proprji tagħha permezz ta’ relazzjoni kummerċjali.

AR 27.

Minħabba li l-impatti negattivi materjali li jaffettwaw il-komunitajiet li seħħew matul il-perjodu ta’ rapportar jistgħu jkunu marbuta wkoll ma’ entitajiet jew operazzjonijiet barra mill-kontroll dirett tagħha, l-impriża tista’ tiddivulga jekk u kif tfittex li tuża l-ingranaġġ tagħha fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha biex timmaniġġa dawk l-impatti. Dan jista’ jinkludi l-użu ta’ ingranaġġ kummerċjali (pereżempju, l-infurzar ta’ rekwiżiti kuntrattwali ma’ relazzjonijiet kummerċjali jew inċentivi ta’ implimentazzjoni), forom oħra ta’ ingranaġġ fi ħdan ir-relazzjoni (bħall-għoti ta’ taħriġ jew il-bini tal-kapaċità dwar id-drittijiet ta’ popli indiġeni lil entitajiet li magħhom l-impriża għandha relazzjonijiet kummerċjali) jew ingranaġġ kollaborattiv ma’ pari jew atturi oħra (bħal inizjattivi mmirati biex jiġu mminimizzati l-impatti relatati mas-sigurtà fuq il-komunitajiet jew il-parteċipazzjoni fi sħubijiet bejn il-kumpanija u l-komunità).

AR 28.

L-impatti fuq il-komunitajiet jistgħu jirriżultaw minn kwistjonijiet ambjentali li jiġu ddivulgati mill-impriża skont l-ESRS E1 sa E5. L-eżempji jinkludu:

(a)

ESRS E1 Tibdil fil-Klima: L-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tista’ tirrikjedi li l-impriża tinvesti fi proġetti tal-enerġija rinnovabbli li jistgħu jaffettwaw l-artijiet, it-territorji u r-riżorsi naturali tal-popli indiġeni. Jekk l-impriża ma tikkonsultax mal-popli indiġeni affettwati, din jista’ jkollha impatt negattiv fuq id-dritt tal-komunitajiet affettwati għal kunsens liberu, minn qabel u infurmat;

(b)

ESRS E2 Tniġġis: L-impriża jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-komunitajiet affettwati billi tonqos milli tipproteġihom mit-tniġġis minn faċilità ta’ produzzjoni partikolari li tikkawżalhom kwistjonijiet relatati mas-saħħa;

(c)

ESRs E3 Sorsi tal-ilma u tal-baħar: L-impriża jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-komunitajiet għal ilma tax-xorb nadif meta tieħu l-ilma f’żoni taħt stress idriku;

(d)

ESRS E4 Bijodiversità u ekosistemi: L-impriża tista’ taffettwa b’mod negattiv l-għajxien tal-bdiewa lokali permezz ta’ operazzjonijiet li jikkontaminaw il-ħamrija. Eżempji addizzjonali jinkludu l-issiġillar tal-art permezz tal-bini ta’ infrastruttura ġdida, li tista’ teqred l-ispeċijiet tal-pjanti li huma kritiċi, pereżempju, għall-bijodiversità lokali jew għall-iffiltrar tal-ilma għall-komunitajiet; jew l-introduzzjoni ta’ speċijiet invażivi (kemm jekk pjanti kif ukoll jekk annimali) li jista’ jkollhom impatt fuq l-ekosistemi u jikkawżaw ħsara sussegwenti;

(e)

ESRS E5 Użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari: L-impriża jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-ħajja tal-komunitajiet billi taffettwa s-saħħa tagħhom permezz tal-immaniġġar ħażin tal-iskart perikoluż.

Meta l-konnessjoni bejn l-impatti ambjentali u l-komunitajiet lokali tiġi indirizzata fid-divulgazzjonijiet fi ħdan ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni ESRS E1-E5, l-impriża tista’ tagħmel kontroreferenza għalihom u tidentifika b’mod ċar dawn id-divulgazzjonijiet.

AR 29.

Meta l-impriża tiddivulga l-parteċipazzjoni tagħha f’inizjattiva tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati bħala parti mill-azzjonijiet tagħha sabiex tindirizza impatti negattivi materjali, l-impriża tista’ tiddivulga kif l-inizjattiva, u l-involviment tagħha stess, qegħdin jimmiraw li jindirizzaw l-impatt materjali kkonċernat. Taħt l-ESRS S3-5 hija tista’ tiddivulga l-miri rilevanti stabbiliti mill-inizjattiva u l-progress fihom.

AR 30.

Meta tiddivulga jekk u kif l-impriża tqis l-impatti reali u potenzjali fuq il-komunitajiet affettwati fid-deċiżjonijiet sabiex ittemm relazzjonijiet kummerċjali u jekk u kif tfittex li tindirizza kwalunkwe impatt negattiv li jista’ jirriżulta mit-terminazzjoni, l-impriża tista’ tinkludi eżempji.

AR 31.

Fid-divulgazzjoni ta’ kif hija ssegwi l-effettività tal-azzjonijiet sabiex timmaniġġa l-impatti materjali matul il-perjodu tar-rapportar, l-impriża tista’ tiddivulga kwalunkwe tagħlimiet meħudin mill-perjodi tar-rapportar preċedenti u kurrenti.

AR 32.

Il-proċessi użati sabiex tiġi segwita l-effettività ta’ azzjonijiet jistgħu jinkludu awditjar jew verifika interna jew esterna, proċedimenti tal-qorti u/jew deċiżjonijiet tal-qorti relatati, valutazzjonijiet tal-impatt, sistemi ta’ kejl, feedback tal-partijiet ikkonċernati, mekkaniżmi ta’ lmentar, klassifikazzjonijiet tal-prestazzjoni esterna, u parametraġġ referenzjarju.

AR 33.

Ir-rapportar dwar l-effettività għandu l-għan li jippermetti l-fehim tar-rabtiet bejn l-azzjonijiet meħudin minn impriża u l-ġestjoni effettiva tal-impatti.

AR 34.

Fir-rigward ta’ inizjattivi jew proċessi li l-għan primarju tagħhom huwa li jwasslu għal impatti pożittivi għall-komunitajiet affettwati li huma bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-komunitajiet affettwati, u fir-rigward tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ tali inizjattivi jew proċessi, l-impriża tista’ tiddivulga:

(a)

informazzjoni dwar jekk u kif il- komunitajiet affettwati r- rappreżentanti leġittimi jew sostituti kredibbli għandhom rwol fid-deċiżjonijiet rigward it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn l-investimenti jew il-programmi; u

(b)

informazzjoni dwar l-eżiti pożittivi maħsubin jew miksubin għall-komunitajiet affettwati ta’ dawn l-investimenti jew il-programmi.

(c)

spjegazzjoni tal-ambitu approssimattiv tal-komunitajiet affettwati koperti mill-programmi ta’ investiment jew ta’ żvilupp soċjali deskritti, u, meta applikabbli, ir-raġuni għaliex il-komunitajiet magħżulin intgħażlu għall-implimentazzjoni ta’ programm ta’ investiment soċjali jew ta’ żvilupp partikolari.

AR 35.

L-impriża tista’ tiddivulga jekk kwalunkwe inizjattiva jew proċess li l-għan primarju tiegħu huwa li jwassal impatti pożittivi għall-komunitajiet affettwati huwiex imfassal ukoll sabiex jappoġġa l-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU. Pereżempju, permezz ta’ impenn sabiex l-SDG 5 tan-NU jiġi avvanzat bl-għan li “tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġu emanċipati n-nisa u l-bniet kollha”, l-impriża tista’ tieħu miżuri maħsubin sabiex jinkludu lin-nisa fil-proċess ta’ konsultazzjoni ma’ komunità affettwata sabiex jissodisfaw l-istandards ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati effettiv, li jista’ jgħin sabiex tingħata s-setgħa lin-nisa fil-proċess innifsu, iżda potenzjalment ukoll fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

AR 36.

Meta jiġu ddivulgati l-eżiti pożittivi maħsubin jew miksubin tal-azzjonijiet tagħha għall-komunitajiet affettwati, għandha ssir distinzjoni bejn l-evidenza ta’ ċerti attivitajiet li jkunu seħħew (pereżempju, li numru x ta’ membri nisa tal-komunità ġew ipprovduti b’taħriġ dwar kif isiru fornituri lokali għall-impriża,) minn evidenza ta’ eżiti reali għall-komunitajiet affettwati (pereżempju, li x nisa membri tal-komunità waqqfu negozji żgħar u ġġeddewlhom il-kuntratti tagħhom mal-impriża sena wara sena).

AR 37.

Meta tiddivulga jekk l-inizjattivi jew il-proċessi għandhomx ukoll rwol fil-mitigazzjoni tal-impatti negattivi materjali, l-impriża tista’ pereżempju tikkunsidra programmi li għandhom l-għan li jtejbu l-infrastruttura lokali madwar l-operazzjonijiet ta’ impriża, bħat-titjib fit-toroq li wassal għal tnaqqis fin-numru ta’ aċċidenti serji tat-traffiku li jinvolvu membri tal-komunità.

AR 38.

Meta tiddivulga r-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-impatti jew mad-dipendenzi tal-impriża fuq il-komunitajiet affettwati, l-impriża tista’ tikkunsidra dan li ġej:

(a)

ir-riskji relatati mal-impatti tal-impriża fuq il-komunitajiet affettwati jistgħu jinkludu l-iskopertura għar-reputazzjoni jew legali, kif ukoll ir-riskji operazzjonali, meta l-komunitajiet affettwati jipprotestaw kontra r-risistemazzjonijiet jew it-telf ta’ aċċess għall-artijiet, li jwassal għal dewmien, għal bojkotts, jew għal kawżi legali għaljin;

(b)

ir-riskji relatati mad-dipendenzi tal-impriża fuq il-komunitajiet affettwati jistgħu jinkludu tfixkil tal-operazzjonijiet kummerċjali fejn il-popli indiġeni jiddeċiedu li jirtiraw il-kunsens tagħhom għal proġett fuq l-artijiet tagħhom, li jġiegħel lill-impriża tabbanduna jew timmodifika b’mod sinifikanti l-proġett;

(c)

l-opportunitajiet ta’ negozju relatati mal-impatti tal-impriża fuq il-komunitajiet affettwati jistgħu jinkludu finanzjament aktar faċli tal-proġetti u li ssir sieħeb tal-għażla għall-komunitajiet, għall-gvernijiet u għal negozji oħrajn; u

(d)

l-opportunitajiet relatati mad-dipendenzi tal-impriża fuq il-komunitajiet affettwati jistgħu jinkludu l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet pożittivi bejn l-impriża u l-popli indiġeni li jippermettu lill-proġetti eżistenti jespandu b’appoġġ b’saħħtu.

AR 39.

Meta tiddivulga l-informazzjoni f’AR 41, l-impriża tista’ tikkunsidra spjegazzjonijiet tar-riskji u tal-opportunitajiet li jirriżultaw mill-impatti jew mid-dipendenzi ambjentali (jekk jogħġbok irreferi għall-AR 31 għal aktar dettalji), inklużi l-impatti relatati mad-drittijiet tal-bniedem (jew soċjali). Eżempji jinkludu riskji għar-reputazzjoni li jirriżultaw mill-impatt fuq is-saħħa tal-komunitajiet ta’ skariki niġġiesa mhux ġestiti; jew l-effetti finanzjarji ta’ protesti li jistgħu jfixklu jew jinterrompu l-attivitajiet ta’ impriża, pereżempju, b’reazzjoni għall-operazzjonijiet f’żoni ta’ stress idriku li jistgħu jħallu impatt fuq il-ħajja tal-komunitajiet affettwati.

AR 40.

Meta tiddivulga jekk id-dipendenzi jinbidlux f’riskji, l-impriża għandha tikkunsidra l-iżviluppi esterni.

AR 41.

Meta tiddivulga l-politiki, l-azzjoni u r-riżorsi u l-miri relatati mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali, f’każijiet li fihom ir-riskji u l-opportunitajiet jirriżultaw minn impatt materjali, l-impriża tista’ tagħmel kontroreferenza għad-divulgazzjonijiet tagħha dwar politiki, azzjonijiet u riżorsi u miri fir-rigward ta’ dak l-impatt.

AR 42.

L-impriża għandha tikkunsidra jekk u kif il-proċessi tagħha għall-ġestjoni tar-riskji materjali relatati mal-komunitajiet affettwati huma integrati fil-proċessi eżistenti tagħha tal-ġestjoni tar-riskju.

AR 43.

Meta tiddivulga r-riżorsi allokati għall-ġestjoni tal-impatti materjali, l-impriża tista’ tiddivulga liema funzjonijiet interni huma involuti fil-ġestjoni tal-impatti u liema tipi ta’ azzjoni jieħdu sabiex jindirizzaw l-impatti negattivi u javvanzaw dawk pożittivi.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S3-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

AR 44.

Meta tiddivulga informazzjoni dwar il-miri f’konformità mal-paragrafu 38, l-impriża tista’ tiddivulga:

(a)

l-eżiti maħsubin li għandhom jinkisbu fil-ħajja tal-komunitajiet affettwati, filwaqt li tkun speċifika kemm jista’ jkun;

(b)

l-istabbiltà tal-miri maż-żmien f’termini ta’ definizzjonijiet u metodoloġiji li jippermettu l-komparabbiltà maż-żmien;

(c)

l-istandards jew l-impenji li l-miri huma bbażati fuqhom (pereżempju kodiċijiet ta’ kondotta, politiki ta’ provenjenza, oqfsa globali, jew kodiċijiet tal-industrija).

AR 45.

Il-miri relatati mar-riskji u mal-opportunitajiet materjali jistgħu jkunu l-istess bħal jew distinti minn miri marbutin mal-impatti materjali. Pereżempju, mira sabiex jiġi rrestawrat bis-sħiħ l-għajxien tal-komunitajiet affettwati wara r-risistemazzjoni tista’ tnaqqas kemm l-impatti fuq dawk il-komunitajiet kif ukoll tnaqqas ir-riskji assoċjati bħall-protesti tal-komunità.

AR 46.

L-impriża tista’ tiddistingwi wkoll bejn miri fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil li jkopru l-istess impenn ta’ politika. Pereżempju, l-impriża jista’ jkollha bħala objettiv ewlieni li timpjega membri tal-komunità f’sit lokali tal-estrazzjoni, bl-għan fit-tul li l-persunal ikun 100 % lokali sal-2025, u bl-objettiv ta’ terminu qasir li żżid x fil-mija ta’ impjegati lokali kull sena u sal-2025.

AR 47.

Meta timmodifika jew tissostitwixxi mira fil-perjodu tar-rapportar, l-impriża tista’ tispjega l-bidla billi torbotha ma’ bidliet sinifikanti fil-mudell ta’ negozju jew ma’ bidliet usa’ fl-istandard aċċettat jew fil-leġiżlazzjoni li minnha tkun derivata l-mira sabiex tipprovdi informazzjoni kuntestwali skont l-ESRS 2 BP-2 Divulgazzjonijiet fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi.

ESRS S4

KONSUMATURI U UTENTI FINALI

WERREJ

Objettiv

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet Ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell ta’ negozju

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-1 – Politiki relatati mal-konsumaturi u mal-utenti finali

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-2 – Proċessi għall-involviment tal-konsumaturi u tal-utenti finali dwar l-impatti

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-konsumaturi u għall-utenti finali sabiex iqajmu tħassib

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-konsumaturi u l-utenti finali, u approċċi għall-immaniġġar tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-konsumaturi u mal-utenti finali, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Objettiv

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-1 – Politiki relatati mal-konsumaturi u mal-utenti finali

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-2 – Proċessi għall-involviment tal-konsumaturi u tal-utenti finali dwar l-impatti

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-konsumaturi u għall-utenti finali sabiex iqajmu tħassib

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali, u approċċi għall-mitigazzjoni tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-konsumaturi u mal-utenti finali u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet u l-approċċi

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

Objettiv

1.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jispeċifika r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni li se jippermettu lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà jifhmu l-impatti materjali fuq il-konsumaturi u l-utenti finali marbuta mal-operazzjonijiet u l-katina tal-valur tal-impriża stess, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, u r-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati tagħha, inkluż:

(a)

kif l-impriża taffettwa lill-konsumaturi u/jew lill-utenti finali tal-prodotti u/jew tas-servizzi tagħha (imsejħin f’dan l-Istandard bħala “konsumaturi u utenti finali”), f’termini ta’ impatti materjali pożittivi u negattivi reali jew potenzjali;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda, u r-riżultat ta’ tali azzjonijiet, għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni jew l-irrimedjar ta’ impatti negattivi reali jew potenzjali, u biex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet;

(c)

in-natura, it-tip u l-firxa tar-riskji materjali u l-opportunitajiet tal-impriża relatati mal-impatti u d-dipendenzi tagħha fuq il-konsumaturi u l-utenti finali, u kif l-impriża timmaniġġa tali riskji u opportunitajiet; u

(d)

l-effetti finanzjarji fuq l-impriża fuq it-terminu qasir, medju u twil tar- materjali riskji u tal-opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi tal-impriża fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali.

2.

Sabiex jintlaħaq l-objettiv, dan l-Istandard jeħtieġ spjegazzjoni tal-approċċ ġenerali li l-impriża tieħu sabiex tidentifika u timmaniġġa kwalunkwe impatt materjali reali u potenzjali fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali relatat mal-prodotti u/jew mas-servizzi tagħha fir-rigward ta’ dawn:

(a)

impatti relatati mal-informazzjoni dwar il-konsumaturi u/jew dwar l-utenti finali (pereżempju, il-privatezza, il-libertà tal-espressjoni u l-aċċess għal informazzjoni (ta’ kwalità);

(b)

is-sikurezza personali tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali (pereżempju, is-saħħa u s-sikurezza, is-sigurtà ta’ persuna u l-protezzjoni tat-tfal);

(c)

l-inklużjoni soċjali tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali (pereżempju, in-nondiskriminazzjoni, l-aċċess għall-prodotti u għas-servizzi u l-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni responsabbli).

3.

Dan l-Istandard jirrikjedi wkoll spjegazzjoni ta’ kif tali impatti, kif ukoll id-dipendenzi tal-impriża fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali, jistgħu joħolqu riskji materjali jew opportunitajiet għall-impriża. Pereżempju, l-impatti negattivi fuq ir-reputazzjoni tal-prodotti u/jew tas-servizzi tal-impriża jistgħu jkunu ta’ detriment għall-prestazzjoni tan-negozju tagħha, filwaqt li l-fiduċja fil-prodotti u/jew fis-servizzi tista’ ġġib benefiċċji għan-negozju, bħal żieda fil-bejgħ jew twessigħ tal-bażi futura tal-konsumaturi.

4.

L-użu illegali jew l-użu ħażin tal-prodotti u s-servizzi tal-impriża mill-konsumaturi u l-utenti finali jaqgħu barra mill-ambitu ta’ dan l-istandard.

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

5.

Dan l-Istandard japplika meta l-impatti materjali fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finaliu/jew ir-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati magħhom ikunu ġew identifikati permezz tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità stabbilit fl-ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali.

6.

Dan l-Istandard għandu jinqara flimkien mal-ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali, u mal-ESRS 2, kif ukoll mal-ESRS S1 Forza tax-xogħol proprja, mal-ESRS S2 Ħaddiema fil-katina tal-valur u mal-ESRS S3 Komunitajiet affettwati.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet Ġenerali

7.

Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima għandhom jinqraw flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 dwar l-Istrateġija (SBM). Id-divulgazzjonijiet li jirriżultaw għandhom jiġu ppreżentati flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2, ħlief għall-SBM-3 Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju, li għalih l-impriża għandha għażla li tippreżenta d-divulgazzjonijiet flimkien mad-divulgazzjoni topika.

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

8.

Meta twieġeb għall-ESRS 2 SBM-2, il-paragrafu 43, l-impriża għandha tiddivulga kif l-interessi, il-fehmiet u d-drittijiet tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali tagħha, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, jinformaw l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha. Il-konsumaturi u/jew l-utenti finali huma grupp ewlieni ta’ partijiet ikkonċernati affettwati.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

9.

Meta twieġeb għall-paragrafu 48 tal-ESRS 2 SBM-3, l-impriża għandha tiddivulga:

(a)

jekk u kif l-impatti reali u potenzjali fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali kif identifikati fir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni ESRS 2 IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali: (i) joriġinaw mill-istrateġija u mill-mudelli tan-negozju tal-impriża jew huma konnessi magħhom, u (ii) jinformaw u jikkontribwixxu għall-adattament tal-istrateġija u tal-mudell tan-negozju tal-impriża, u

(b)

r-relazzjoni bejn ir-riskji u l-opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-impatti u mid-dipendenzi fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali u l-istrateġija u l-mudell ta’ negozju tagħha.

10.

Meta tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 48, l-impriża għandha tiddivulga jekk il-konsumaturi u/jew utenti finali kollha li x’aktarx jiġu affettwati materjalment mill-impriża, inklużi l-impatti marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża stess u l-katina tal-valur, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, humiex inklużi fl-ambitu tad-divulgazzjoni tagħha skont l-ESRS 2. Barra minn hekk, l-impriża għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni qasira tat-tipi ta’ konsumaturi u/jew ta’ utenti finali soġġetti għal impatti materjali mill-operazzjonijiet tagħha stess jew permezz tal-katina tal-valur tagħha, u tispeċifika jekk humiex:

i.

il-konsumaturi u/jew l-utenti finali ta’ prodotti li huma ta’ ħsara inerenti għan-nies u/jew li jżidu r-riskji għall-mard kroniku;

ii.

il-konsumaturi u/jew l-utenti finali ta’ servizzi li potenzjalment ikollhom impatt negattiv fuq id-drittijiet tagħhom għall-privatezza, għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom, għal-libertà tal-espressjoni u għan-nondiskriminazzjoni;

iii.

il-konsumaturi u/jew l-utenti finali li jiddependu fuq informazzjoni akkurata u aċċessibbli relatata mal-prodott jew mas-servizz, bħal manwali u tikketti tal-prodott, sabiex jevitaw użu potenzjalment dannuż ta’ prodott jew ta’ servizz;

iv.

il-konsumaturi u/jew l-utenti finali li huma partikolarment vulnerabbli għall-impatti jew l-impatti fuq is-saħħa jew fuq il-privatezza mill-istrateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-bejgħ, bħat-tfal jew l-individwi finanzjarjament vulnerabbli;

(b)

fil-każ ta’ impatti negattivi materjali, jekk humiex jew (i) mifruxin jew sistemiċi f’kuntesti li fihom l-impriża tbigħ jew tipprovdi l-prodotti jew is-servizzi tagħha (pereżempju, sorveljanza mill-Istat li taffettwa l-privatezza tal-utenti tas-servizz), jew (ii) relatati ma’ inċidenti individwali (pereżempju, difett marbut ma’ prodott partikolari) jew ma’ relazzjonijiet kummerċjali speċifiċi (pereżempju, sieħeb kummerċjali juża kummerċjalizzazzjoni li tkun immirata b’mod mhux xieraq lejn konsumaturi li għadhom żgħar);

(c)

fil-każ ta’ impatti materjali pożittivi, deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet li jirriżultaw fl-impatti pożittivi (pereżempju, disinn tal-prodott li jtejjeb l-aċċessibbiltà tiegħu għal persuni b’diżabilità) u tat-tipi ta’ konsumaturi u/jew ta’ utenti finali li huma affettwati b’mod pożittiv jew li jistgħu jiġu affettwati b’mod pożittiv; l-impriża tista’ tiddivulga wkoll jekk l-impatti pożittivi jseħħux f’pajjiżi jew f’reġjuni speċifiċi; u

(d)

kwalunkwe riskju u opportunità materjali għan-negozju li tirriżulta mill-impatti u mid-dipendenzi fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali.

11.

Meta tiddeskrivi t-tipi ewlenin ta’ konsumaturi u/jew utenti finali li huma jew li jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv, abbażi tal-valutazzjoni tal-materjalità stabbilita fl-ESRS 2 IRO-1, l-impriża għandha tiddivulga jekk u kif żviluppat fehim ta’ kif il-konsumaturi u/jew l-utenti finali b’karatteristiċi partikolari, jew dawk li jużaw prodotti jew servizzi partikolari, jistgħu jkunu f’riskju akbar ta’ ħsara.

12.

L-impriża għandha tiddivulga liema, jekk ikun hemm, mir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali, huma relatati ma’ gruppi speċifiċi ta’ konsumaturi u/jew utenti finali (pereżempju, gruppi ta’ età partikolari) aktar milli mal-konsumaturi u/jew l-utenti finali kollha.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-1 – Politiki relatati mal-konsumaturi u mal-utenti finali

13.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-politiki tagħha adottati biex timmaniġġa l-impatti materjali tagħha tal-prodotti u/jew is-servizzi tagħha fuq il-konsumaturi u l-utenti finali, kif ukoll ir-riskji u l-opportunitajiet materjali assoċjati.

14.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża jkollha politiki li jindirizzaw l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u/jew ir-rimedju ta’ impatti materjali fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali speċifikament, kif ukoll politiki li jkopru riskji jew opportunitajiet materjali relatati mal-konsumaturi u/jew mal-utenti finali.

15.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 13 għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar il-politiki tal-impriża biex timmaniġġa l-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha relatati mal-konsumaturi u/jew l-utenti finali f’konformità mal-ESRS 2 MDR-P Politiki adottati għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà. Barra minn hekk, l-impriża għandha tispeċifika jekk tali politiki jkoprux gruppi speċifiċi jew il-konsumaturi u/jew l-utenti finali kollha.

16.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-impenji tal-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem (123) li huma rilevanti għall-konsumaturi u/jew l-utenti finali, inklużi dawk il-proċessi u l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol jew il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali. Fid-divulgazzjoni tagħha, hija għandha tiffoka fuq dawk il-kwistjonijiet li jkunu materjali, kif ukoll fuq l-approċċ ġenerali fir-rigward ta’ dawn (124):

(a)

ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali;

(b)

l-involviment mal-konsumaturi u/jew l-utenti finali; u

(c)

miżuri li jipprovdu u/jew jippermettu rimedju għall-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem.

17.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif il-politiki tagħha fir-rigward tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali huma allinjati ma’ strumenti rikonoxxuti internazzjonalment rilevanti għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali, inklużi l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem. L-impriża għandha tiddivulga wkoll sa liema punt il-każijiet ta’ nuqqas ta’ rispett tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol jew il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali li jinvolvu lill-konsumaturi u/jew lill-utenti finali ġew irrapportati fil-katina tal-valur downstream tagħha u, jekk applikabbli, indikazzjoni tan-natura ta’ tali każijiet (125).

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-2 – Proċessi għall-involviment tal-konsumaturi u tal-utenti finali dwar l-impatti

18.

L-impriża għandha tiddivulga l-proċessi ġenerali tagħha għall-involviment tal-konsumaturi u tal-utenti finali u tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-impatti reali u potenzjali fuqhom.

19.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim dwar jekk l-impriża tinvolvix, bħala parti mill-proċess ta’ diliġenza dovuta li għaddej bħalissa, lill-konsumaturi u/jew lill-utenti finali, lir-rappreżentanti leġittimi tagħhom, jew lil sostituti kredibbli, dwar impatti materjali reali u potenzjali pożittivi u/jew negattivi li jaffettwawhom jew li hu probabbli li jaffettwawhom, u jekk u kif il-perspettivi tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali jitqiesu fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-impriża.

20.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif il-perspettivi tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali jinformaw id-deċiżjonijiet jew l-attivitajiet tagħha mmirati lejn il-ġestjoni tal-impatti reali u potenzjali fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali. Dan għandu jinkludi, meta rilevanti, spjegazzjoni ta’:

(a)

jekk l-involviment iseħħx direttament mal-konsumaturi u/jew mal-utenti finali affettwati jew mar-rappreżentanti leġittimi tagħhom, jew ma’ sostituti kredibbli li għandhom għarfien dwar is-sitwazzjoni tagħhom;

(b)

l-istadju/i li fih(om) iseħħ l-involviment, it-tip ta’ involviment , u l-frekwenza tal-involviment;

(c)

il-funzjoni u r-rwol l-aktar anzjan fl-impriża li għandhom responsabbiltà operazzjonali sabiex jiġi żgurat li dan l-involviment iseħħ u li r-riżultati jinformaw l-approċċ tal-impriża; u

(d)

fejn applikabbli, kif l-impriża tivvaluta l-effettività tal-involviment tagħha mal-konsumaturi u/jew l-utenti finali, u, fejn rilevanti, kwalunkwe ftehim jew eżitu li jirriżulta minn tali involviment.

21.

Meta applikabbli, l-impriża għandha tiddivulga l-passi li tieħu sabiex tikseb għarfien dwar il-perspettivi tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali li jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli għall-impatti u/jew emarġinati (pereżempju, nies b’diżabilità, tfal, eċċ.).

22.

Jekk l-impriża ma tistax tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa hawn fuq minħabba li ma tkunx adottat proċess ġenerali sabiex tinvolvi lill-konsumaturi u/jew lill-utenti finali, hija għandha tiddivulga li dan ikun il-każ. Hija tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih ikollha l-għan li jkollha fis-seħħ proċess bħal dan.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-konsumaturi u għall-utenti finali sabiex iqajmu tħassib

23.

L-impriża għandha tiddeskrivi l-proċessi li għandha fis-seħħ biex tipprevedi jew tikkoopera fir-rimedju tal-impatti negattivi fuq il-konsumaturi u l-utenti finali li l-impriża hija konnessa magħhom, kif ukoll il-kanali disponibbli għall-konsumaturi u l-utenti finali biex tqajjem tħassib u tara li dawn jiġu indirizzati.

24.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-mezzi formali li bihom il-konsumaturi u/jew l-utenti finali jistgħu jgħarrfu t-tħassib u l-ħtiġijiet tagħhom direttament lill-impriża, u/jew li permezz tagħhom l-impriża tappoġġa d-disponibbiltà ta’ tali kanali (pereżempju, mekkaniżmi għall-ilmenti) mir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, u kif jingħata segwitu ma’ dawn il-konsumaturi u/jew l-utenti finali fir-rigward tal-kwistjonijiet imqajmin, u l-effettività ta’ dawn il-kanali.

25.

L-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

l-approċċ ġenerali tagħha u l-proċessi għall-provvediment jew il-kontribuzzjoni għal rimedju fejn tkun identifikat li dan ikkawża jew ikkontribwixxa għal impatt negattiv materjali fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali, inkluż jekk u kif l-impriża tivvaluta li r-rimedju pprovdut huwa effettiv;

(b)

kwalunkwe kanal speċifiku li għandha fis-seħħ għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali sabiex iqajmu t-tħassib jew il-ħtiġijiet tagħhom direttament mal-impriża u sabiex jitolbu li dawn jiġu indirizzati, inkluż jekk dawn ikunux stabbiliti mill-impriża nnifisha u/jew permezz tal-parteċipazzjoni f’mekkaniżmi ta’ partijiet terzi;

(c)

il-proċessi li permezz tagħhom l-impriża tappoġġa jew teħtieġ id-disponibbiltà ta’ tali kanali permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha; u

(d)

kif issegwi u timmonitorja l-kwistjonijiet imqajmin u indirizzati, u kif tiżgura l-effettività tal-kanali, inkluż permezz tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati li jkunu l-utenti maħsubin.

26.

L-impriża għandha tiddivulga jekk u kif tivvaluta li l-konsumaturi u/jew l-utenti finali jkunu konxji ta dawn l-istrutturi jew il-proċessi, u jafdawhom, bħala mod sabiex iqajmu t-tħassib jew il-ħtiġijiet tagħhom u jaraw li jiġu indirizzati. Barra minn hekk, l-impriża għandha tiddivulga jekk għandhiex fis-seħħ politiki li jipproteġu lill-individwi minn ritaljazzjoni meta jużaw tali strutturi jew proċessi. Jekk tali informazzjoni tkun ġiet divulgata f’konformità mal-ESRS G1–1, l-impriża tista’ tirreferi għal dik l-informazzjoni.

27.

Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa hawn fuq minħabba li ma tkunx adottat kanal fejn jitqajjem it-tħassib u/jew ma tappoġġax id-disponibbiltà ta’ mekkaniżmi bir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, hija għandha tiddivulga li dan ikun il-każ. Hija tista’ tiddivulga perjodu ta’ żmien li fih ikollha l-għan li jkollha fis-seħħ kanal jew proċessi bħal dawn.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-konsumaturi u l-utenti finali, u approċċi għall-immaniġġar tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-konsumaturi u mal-utenti finali, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

28.

L-impriża għandha tiżvela kif tieħu azzjoni biex tindirizza l-impatti materjali fuq il-konsumaturi u l-utenti finali, u biex timmaniġġa r-riskji materjali u ssegwi opportunitajiet materjali relatati mal-konsumaturi u l-utenti finali, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet.

29.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa doppju. L-ewwel nett, għandu jipprovdi fehim ta’ kwalunkwe azzjoni u inizjattiva li permezz tagħhom l-impriża tfittex li:

(a)

tipprevjeni, timmitiga u tirrimedja l-impatti materjali negattivi fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali, u/jew

(b)

tikseb impatti materjali pożittivi għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali.

It-tieni nett, għandu jippermetti fehim tal-modi li bihom l-impriża tindirizza r-riskji materjali u ssegwi l-opportunitajiet materjali relatati mal-konsumaturi u/jew l-utenti finali.

30.

L-impriża għandha tipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-pjanijiet ta’ azzjoni u r-riżorsi għall-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati mal-konsumaturi u l-utenti finali skont l-ESRS 2 MDR-A Azzjonijiet u r-riżorsi fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mas-sostenibbiltà.

31.

Fir-rigward tal-impatti materjali, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

l-azzjonijiet meħuda, ippjanati jew li għaddejjin biex jipprevjenu, jimmitigaw jew jirrimedjaw l-impatti negattivi materjali fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali;

(b)

jekk u kif ħadet azzjoni biex tipprovdi jew tippermetti rimedju fir-rigward ta’ impatt materjali reali;

(c)

kwalunkwe azzjoni jew inizjattiva addizzjonali li għandha fis-seħħ bl-għan primarju li tikkontribwixxi b’mod pożittiv għal riżultati soċjali mtejba għall-konsumaturi u/jew l-utenti finali; u

(d)

kif issegwi u tivvaluta l-effettività ta’ dawn l-azzjonijiet u l-inizjattivi fit-twassil tar-riżultati intenzjonati għall-konsumaturi u/jew l-utenti finali.

32.

Fir-rigward tal-paragrafu 28, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

il-proċessi li permezz tagħhom tidentifika liema azzjoni hija meħtieġa u xierqa b’reazzjoni għal impatt negattiv reali jew potenzjali partikolari fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali;

(b)

L-approċċi tagħha għat-teħid ta’ azzjoni fir-rigward ta’ impatti negattivi materjali speċifiċi fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti, inkluża kwalunkwe azzjoni fir-rigward tal-prattiki tagħha stess fir-rigward tad-disinn, tal-kummerċjalizzazzjoni jew tal-bejgħ tal-prodotti, kif ukoll jekk hijiex se tkun meħtieġa industrija usa’ jew azzjoni kollaborattiva ma’ partijiet rilevanti oħrajn; u

(c)

kif tiżgura li l-proċessi li jipprovdu jew jippermettu rimedju fil-każ ta’ impatti negattivi materjali jkunu disponibbli u effettivi fl-implimentazzjoni u fl-eżiti tagħhom.

33.

Fir-rigward tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali, l-impriża għandha tiddeskrivi:

(a)

liema azzjoni hija ppjanata jew għaddejja biex ittaffi r-riskji materjali għall-impriża li jirriżultaw mill-impatti u d-dipendenzi tagħha fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali u kif issegwi l-effettività fil-prattika; u

(b)

x’azzjoni hija ppjanata jew għaddejja sabiex jiġu segwiti l-opportunitajiet materjali għall-impriża fir-rigward tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali.

34.

L-impriża għandha tiżvela jekk u kif tieħu azzjoni biex tevita li tikkawża jew tikkontribwixxi għal impatti negattivi materjali fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali permezz tal-prattiki tagħha stess, inkluż, fejn rilevanti, fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u l-użu tad-data. Dan jista’ jinkludi d-divulgazzjoni ta’ liema approċċ jittieħed meta jinqalgħu tensjonijiet bejn il-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta’ impatti negattivi materjali u ta’ pressjonijiet kummerċjali oħrajn.

35.

Meta tkun qiegħda tħejji din id-divulgazzjoni, l-impriża għandha tikkunsidra jekk ġewx irrapportati kwistjonijiet u inċidenti serji dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-konsumaturi u/jew mal-utenti finali tagħha u, jekk applikabbli, tiddivulgahom (126).

36.

Meta l-impriża tevalwa l-effettività ta’ azzjoni billi tistabbilixxi mira, fid-divulgazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 32 (c), l-impriża għandha tikkunsidra l-ESRS 2 MDR-T Effettività tat-traċċar tal-politiki u l-azzjonijiet permezz ta’ miri.

37.

L-impriża għandha tiddivulga liema riżorsi huma allokati għall-ġestjoni tal-impatti materjali tagħha b’informazzjoni li tippermetti lill-utenti jiksbu fehim ta’ kif jiġu ġestiti l-impatti materjali.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

38.

L-impriża għandha tiddivulga l-miri marbuta biż-żmien u orjentati lejn il-ħruġ li setgħet stabbiliet relatati ma’:

(a)

it-tnaqqis tal-impatti negattivi fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali; u/jew

(b)

l-avvanzar tal-impatti pożittivi fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali; u/jew

(c)

il-ġestjoni tar-riskji materjali u tal-opportunitajiet relatati mal-konsumaturi u/jew mal-utenti finali.

39.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim tal-punt sa fejn l-impriża qiegħda tuża miri marbutin biż-żmien u orjentati lejn l-eżiti sabiex tixpruna u tkejjel il-progress tagħha fl-indirizzar tal-impatti negattivi materjali tagħha u/jew fl-avvanzar ta’ impatti pożittivi fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali, u/jew fil-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali relatati mal-konsumaturi u/jew mal-utenti finali.

40.

Id-deskrizzjoni fil-qosor tal-miri għall-ġestjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjalitagħha relatati mal-konsumaturi u/jew l-utenti finali għandha tinkludi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni definiti fl-ESRS 2 MDR-T.

41.

L-impriża għandha tiddivulga l-proċess għall-istabbiliment tal-miri, inkluż jekk u kif l-impriża involviet direttament lill-konsumaturi u/jew lill-utenti finali, lir-rappreżentanti leġittimi tagħhom, jew lil sostituti kredibbli li għandhom għarfien dwar is-sitwazzjoni tagħhom f’dawn:

(a)

l-istabbiliment ta’ kwalunkwe mira bħal din;

(b)

it-traċċar tal-prestazzjoni tal-impriża b’referenza għalihom; u

(c)

l-identifikazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ tagħlimiet jew ta’ titjib bħala riżultat tal-prestazzjoni tal-impriża.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS S4 Konsumaturi u utenti aħħarin. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-istandard.

Objettiv

AR 1.

L-impriża tista’ tenfasizza kwistjonijiet speċjali rilevanti għal impatt materjali għal perjodu ta’ żmien iqsar, pereżempju inizjattivi dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali fir-rigward tal-kontaminazzjoni ta’ prodott jew ta’ ksur serju tal-privatezza minħabba leak kbira ta’ data.

AR 2.

Il-ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet soċjali u marbutin mad-drittijiet tal-bniedem ipprovduti fil-paragrafu 2 ma hijiex maħsuba sabiex timplika li dawn il-kwistjonijiet kollha għandhom jiġu ddivulgati f’kull Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni f’dan l-Istandard. Minflok, tipprovdi lista ta’ kwistjonijiet li l-impriża għandha tikkunsidra fil-valutazzjoni tal-materjalità tagħha (ref. għall-kapitolu 3 tal-ESRS 1 Materjalità doppja bħala l-bażi għad-divulgazzjonijiet ta’ sostenibbiltà u l-ESRS 2 IRO-1) relatati mal-konsumaturi u/jew mal-utenti finali u, sussegwentement, tiddivulga bħala impatti, riskji u opportunitajiet materjali fi ħdan l-ambitu ta’ dan l-Istandard.

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Strateġija

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-2 – Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

AR 3.

L-ESRS 2 SBM-2 jirrikjedi li l-impriża tipprovdi fehim ta’ jekk u kif tqis jekk l-istrateġija u l-mudell ta’ negozju tagħha għandhomx rwol fil-ħolqien, fl-aggravar jew (min-naħa l-oħra) fil-mitigazzjoni ta’ impatti materjali sinifikanti fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali, u jekk u kif il-mudell ta’ negozju u l-istrateġija huma adattati sabiex jindirizzaw dawn l-impatti materjali.

AR 4.

Filwaqt li l-konsumaturi u/jew l-utenti finali jistgħu ma jkunux qed jinvolvu ruħhom mal-impriża fil-livell tal-istrateġija jew tal-mudell tan-negozju tagħha, il-fehmiet tagħhom jistgħu jinfurmaw il-valutazzjoni tal-impriża dwar l-istrateġija u l-mudell tan-negozju tagħha. L-impriża tista’ tiżvela l-fehmiet tal-konsumaturi (reali jew potenzjali) affettwati materjalment u/jew tar-rappreżentanti leġittimi tal-utenti finali jew dawk ta’ sostituti kredibbli li għandhom għarfien tas-sitwazzjoni tagħhom.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 SBM-3 – Impatti, riskji u opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell(i) ta’ negozju

AR 5.

L-impatti fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali jistgħu joriġinaw fil-mudell jew l-istrateġija tan-negozju tal-impriża b’għadd ta’ modi differenti. Pereżempju, l-impatti jistgħu jkunu relatati mal-proposta ta’ valur tal-impriża (pereżempju, il-forniment lill-pjattaformi online b’potenzjal ta’ ħsara online u offline), il-katina tal-valur tagħha (pereżempju, il-veloċità fl-iżvilupp ta’ prodotti jew servizzi, jew it-twassil ta’ proġetti, b’riskji għas-saħħa u s-sikurezza), jew l-istruttura tal-kostijiet tagħha u l-mudell tad-dħul (pereżempju, inċentivi li jimmassimizzaw il-bejgħ li jqiegħdu lill-konsumaturi f’riskju).

AR 6.

L-impatti fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali li joriġinaw fl-istrateġija jew il-mudell tan-negozju jistgħu jġibu magħhom ukoll riskji materjali għall-impriża. Pereżempju, jekk il-mudell tan-negozju tal-impriża huwa bbażat fuq l-inċentivar tal-forza tal-bejgħ tagħha biex tbigħ volumi kbar ta’ prodott jew servizz (pereżempju, karti tal-kreditu jew mediċina tal-uġigħ) b’mod rapidu, u dan jirriżulta fi ħsara fuq skala kbira għall-konsumaturi, l-impriża tista’ tiffaċċja kawżi u ħsara għar-reputazzjoni li jaffettwaw in-negozju u l-kredibbiltà futuri tagħha.

AR 7.

Eżempji ta’ karatteristiċi partikolari tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali li jistgħu jitqiesu mill-impriża meta twieġeb għall-paragrafu 11 jinkludu konsumaturi żgħażagħ u/jew utenti finali li jistgħu jkunu aktar suxxettibbli għal impatti fuq l-iżvilupp fiżiku u mentali tagħhom, jew li ma jkollhomx litteriżmu finanzjarju u li jistgħu jkunu aktar suxxettibbli għal prattiki ta’ bejgħ jew kummerċjalizzazzjoni ta’ sfruttament. Dawn jistgħu jinkludu wkoll nisa f’kuntest fejn in-nisa jiġu diskriminati regolarment fl-aċċess tagħhom għal servizzi partikolari jew fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti partikolari.

AR 8.

Fir-rigward tal-paragrafu 12, ir-riskji jistgħu jinħolqu minħabba d-dipendenza tal-impriża fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali fejn avvenimenti bi probabbiltà baxxa iżda b’impatt għoli jistgħu jikkawżaw effetti finanzjarji, pereżempju, fejn pandemija globali twassal għal impatti severi fuq l-għajxien ta’ ċerti konsumaturi li jirriżultaw f’bidliet kbar fix-xejriet tal-konsum.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-1 – Politiki relatati mal-konsumaturi u mal-utenti finali

AR 9.

Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni ewlenija neċessarja sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni leali tal-politiki fir-rigward tal-konsumaturi u tal-utenti finali, u għalhekk, l-impriża għandha tikkunsidra li tispjega l-bidliet sinifikanti fil-politiki adottati matul is-sena ta’ rapportar (pereżempju, aspettattivi ġodda għal klijenti kummerċjali, approċċi ġodda jew addizzjonali għad-diliġenza dovuta u għar-rimedju).

AR 10.

Il-politika tista’ tieħu l-forma ta’ politika awtonoma fir-rigward tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali jew tiġi inkluża f’dokument usa’ bħal kodiċi ta’ etika jew politika ġenerali ta’ sostenibbiltà li diġà tkun ġiet iddivulgata mill-impriża bħala parti minn ESRS ieħor. F’dawk il-każijiet, l-impriża għandha tipprovdi kontroreferenza akkurata sabiex jiġu identifikati l-aspetti tal-politika li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni.

AR 11.

Meta tiddivulga l-allinjament tagħha tal-politiki tagħha mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, l-impriża għandha tikkunsidra li l-Prinċipji Gwida jirreferu għall-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tikkonsisti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fiż-żewġ Patti li jimplimentawha, u tista’ tiddivulga l-allinjament tagħha ma’ dawn l-istrumenti.

AR 12.

Meta tiddivulga kif jiġu inkorporati l-politiki li jħarsu ’l barra, l-impriża tista’, pereżempju, tikkunsidra l-politiki ta’ bejgħ u ta’ distribuzzjoni li jħarsu ’l ġewwa u l-allinjament ma’ politiki oħrajn rilevanti għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali. L-impriża għandha tikkunsidra wkoll il-politiki tagħha għas-salvagwardja tal-veraċità u tal-utilità tal-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi u/jew lill-utenti finali potenzjali u reali, kemm qabel kif ukoll wara l-bejgħ.

AR 13.

L-impriża tista’ tipprovdi illustrazzjoni tat-tipi ta’ komunikazzjoni tal-politiki tagħha lil dawk l-individwi, grupp ta’ individwi jew entitajiet li għalihom huma rilevanti, jew minħabba li huma mistennija li jimplimentawhom (pereżempju, l-impjegati, il-kuntratturi u l-fornituri tal-impriża), jew minħabba li għandhom interess dirett fl-implimentazzjoni tagħhom (pereżempju, ħaddiema proprji, investituri). Tista’ tiddivulga għodod u kanali ta’ komunikazzjoni (pereżempju, fuljetti, bullettini, siti web apposta, midja soċjali, interazzjonijiet wiċċ imb’ wiċċ, rappreżentanti tal-ħaddiema), bl-għan li jiġi żgurat li l-politika tkun aċċessibbli u li udjenzi differenti jifhmu l-implikazzjonijiet tagħha. L-impriża tista’ tispjega wkoll kif tidentifika u tneħħi l-ostakli potenzjali għat-tixrid, bħal permezz tat-traduzzjoni fil-lingwi rilevanti jew l-użu ta’ rappreżentazzjonijiet grafiċi.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-2 – Proċessi għall-involviment tal-konsumaturi u tal-utenti finali dwar l-impatti

AR 14.

Sostituti kredibbli li jidhru għan-nom tal-konsumaturi u tal-utenti finali li għandhom għarfien tal-interessi, tal-esperjenzi jew tal-perspettivi tal-konsumaturi u tal-utenti finali jistgħu jinkludu korpi nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur għal xi konsumaturi.

AR 15.

Meta tiddeskrivi liema funzjoni jew rwol għandha responsabbiltà operazzjonali għal tali involviment u/jew responsabbiltà aħħarija, l-impriża tista’ tiddivulga jekk dan huwiex rwol jew funzjoni ddedikata jew parti minn rwol jew funzjoni usa’, u jekk ġewx offruti xi attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità biex jappoġġaw lill-persunal biex iwettaq ħidma ta’ involviment. Jekk ma tkunx tista’ tidentifika tali pożizzjoni jew funzjoni, hija tista’ tiddikjara li dan huwa l-każ. Din id-divulgazzjoni tista’ tiġi ssodisfata wkoll billi ssir referenza għall-informazzjoni divulgata skont l-ESRS 2 GOV-1 Rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji.

AR 16.

Matul it-tħejjija tad-divulgazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 20 b) u c), jistgħu jitqiesu l-illustrazzjonijiet li ġejjin:

(a)

għall-istadju/i li fih(om) iseħħ l-involviment, eżempji jistgħu jkunu fid-determinazzjoni tal-approċċi ta’ mitigazzjoni jew fl-evalwazzjoni tal-effettività tagħhom;

(b)

għat-tip ta’ involviment, dawn jistgħu jkunu l-parteċipazzjoni, il-konsultazzjoni u/jew l-informazzjoni;

(c)

għall-frekwenza tal-involviment, tista’ tiġi pprovduta informazzjoni dwar jekk l-impenn iseħħx fuq bażi regolari, f’ċerti punti fi proġett jew fi proċess ta’ negozju, if ukoll jekk dan iseħħx bi tweġiba għar-rekwiżiti legali u/jew bi tweġiba għat-talbiet tal-partijiet ikkonċernati u jekk ir-riżultat tal-involviment ikunx qiegħed jiġi integrat fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-impriża; u

(d)

għar-rwol b’responsabbiltà operazzjonali, jekk l-impriża teħtieġx li l-persunal rilevanti jkollu ċerti ħiliet, jew jekk tipprovdix taħriġ jew bini ta’ kapaċità lill-persunal rilevanti biex iwettaq ħidma ta’ involviment.

AR 17.

Sabiex turi kif il-perspettivi tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali jkunu informaw deċiżjonijiet jew attivitajiet speċifiċi tal-impriża, l-impriża tista’ tipprovdi eżempji mill-perjodu tar-rapportar kurrenti.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-3 – Proċessi sabiex jiġu rrimedjati l-impatti negattivi u l-kanali għall-konsumaturi u għall-utenti finali sabiex iqajmu tħassib

AR 18.

Fl-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti mill-kriterji ta’ divulgazzjoni tal-ESRS S4-3, l-impriża tista’ tkun iggwidata mill-kontenut tal-prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali ffokati fuq mekkaniżmi ta’ rimedju u ta’ lmentar.

AR 19.

Mezzi biex jitqajjem tħassib jew ħtiġijiet, jinkludu mekkaniżmi ta’ lmentar, hotlines, proċessi ta’ djalogu jew mezzi oħra li permezz tagħhom il-konsumaturi u/jew l-utenti finali jew ir-rappreżentanti leġittimi tagħhom jistgħu jqajmu tħassib dwar l-impatti jew jispjegaw il-ħtiġijiet li jixtiequ li l-impriża tindirizza. Dan jista’ jinkludi kanali pprovduti mill-impriża direttament u għandu jiġu ddivulgati flimkien ma’ kwalunkwe mekkaniżmu ieħor li l-impriża tista’ tuża sabiex tikseb għarfien dwar il-ġestjoni tal-impatti fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali, bħall-awditi tal-konformità. Meta l-impriża tkun qiegħda tiddependi biss fuq informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ tali kanali pprovduti mir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha sabiex twieġeb għal dan ir-rekwiżit, tista’ tiddikjara dan.

AR 20.

Sabiex tipprovdi għarfien akbar dwar l-informazzjoni koperta fl-ESRS S4-3, l-impriża tista’ tipprovdi għarfien dwar jekk u kif il-konsumaturi u/jew l-utenti finali li jistgħu jiġu affettwati jistgħu jaċċessaw il-kanali fil-livell tal-impriża li huma affettwati minnha, fir-rigward ta’ kull impatt materjali.

AR 21.

Il-mekkaniżmi ta’ partijiet terzi jistgħu jinkludu dawk operati mill-gvern, mill-NGOs, mill-assoċjazzjonijiet tal-industrija u minn inizjattivi kollaborattivi oħrajn. Fir-rigward tal-ambitu ta’ dawn il-mekkaniżmi, l-impriża tista’ tiddivulga jekk dawn ikunux aċċessibbli għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali kollha li jistgħu jkunu potenzjalment jew fil-fatt affettwati materjalment mill-impriża, jew l-individwi jew l-organizzazzjonijiet li jaġixxu f’isimhom jew li b’xi mod ieħor ikunu f’pożizzjoni li jkunu konxji mill-impatti negattivi, u li permezz tagħhom il-konsumaturi u/jew l-utenti finali (jew l-individwi jew l-organizzazzjonijiet li jaġixxu f’isimhom jew li b’xi mod ieħor ikunu f’pożizzjoni li jkunu konxji mill-impatti negattivi), jistgħu jqajmu lmenti jew tħassib relatat mal-attivitajiet proprji tal-impriża.

AR 22.

Fir-rigward tal-protezzjoni ta’ individwi li jużaw il-mekkaniżmi kontra r-ritaljazzjoni, l-impriża tista’ tiddeskrivi jekk tittrattax l-ilmenti b’mod kunfidenzjali u fir-rigward tad-drittijiet tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data; u jekk jippermettux li l-konsumatur u/jew l-utenti finali jużawhom b’mod anonimu (pereżempju, permezz ta’ rappreżentazzjoni minn parti terza).

AR 23.

Meta tiddivulga jekk u kif l-impriża taf li l-konsumaturi u/jew l-utenti finali huma konxji ta’ u jafdaw kwalunkwe wieħed minn dawn il-kanali, l-impriża tista’ tipprovdi data rilevanti u affidabbli dwar l-effettività ta’ dawn il-kanali mill-perspettiva tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali stess. Eżempji ta’ sorsi ta’ informazzjoni huma stħarriġijiet fost il-konsumaturi u/jew l-utenti finali li użaw dawn il-kanali u l-livelli ta’ sodisfazzjon tagħhom bil-proċess u bl-eżiti. Sabiex jintwera l-livell tal-użu ta’ tali kanali, l-impriża tista’ tiddivulga n-numru ta’ lmenti riċevuti mill-konsumaturi u/jew mill-utenti finali matul il-perjodu tar-rapportar.

AR 24.

Fid-deskrizzjoni tal-effettività tal-kanali għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali sabiex iqajmu tħassib, l-impriża tista’ tkun iggwidata mill-mistoqsijiet li ġejjin, fuq il-bażi tal-“kriterji tal-effettività għall-mekkaniżmi ta’ lmentar mhux ġudizzjarji”, kif stabbilit fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem. Il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn taħt jistgħu jiġu applikati fuq bażi ta’ kanal individwali jew għas-sistema kollettiva ta’ kanali:

(a)

il-kanali għandhom leġittimità billi jipprovdu responsabbiltà xierqa għall-kondotta ġusta tagħhom u għall-bini tal-fiduċja fost il-partijiet ikkonċernati?

(b)

il-kanali huma magħrufin u aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati?

(c)

il-kanali għandhom proċeduri magħrufin, jistabbilixxu perjodi ta’ żmien u ċarezza dwar il-proċessi?

(d)

il-kanali jiżguraw aċċess raġonevoli għas-sorsi ta’ informazzjoni, għal pariri u għal għarfien espert?

(e)

il-kanali joffru trasparenza billi jipprovdu informazzjoni suffiċjenti kemm lill-ilmentaturi kif ukoll meta applikabbli, sabiex jissodisfaw kwalunkwe interess pubbliku inkwistjoni?

(f)

l-eżiti miksubin permezz tal-kanali jaqblu mad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment?

(g)

l-impriża tidentifika għarfien mill-kanali li jappoġġaw l-apprendiment kontinwu kemm fit-titjib tal-kanali kif ukoll fil-prevenzjoni ta’ impatti futuri?

(h)

l-impriża tiffoka fuq id-djalogu mal-ilmentaturi bħala l-mezz sabiex jintlaħqu soluzzjonijiet miftiehma, minflok ma tfittex li tiddetermina l-eżitu b’mod unilaterali?

Għal aktar informazzjoni, ara l-Prinċipju 31 tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-4 – Teħid ta’ azzjoni dwar l-impatti materjali fuq il-konsumaturi u l-utenti finali, u approċċi għall-immaniġġar tar-riskji materjali u għat-tiftix ta’ opportunitajiet materjali relatati mal-konsumaturi u mal-utenti finali, u l-effettività ta’ dawk l-azzjonijiet

AR 25.

Jista’ jkun meħtieġ ċertu żmien sabiex jiġu mifhumin l-impatti negattivi u kif l-impriża tista’ tkun involuta magħhom permezz tal-katina tal-valur downstream tagħha, kif ukoll sabiex jiġu identifikati tweġibiet xierqa u jiddaħħlu fil-prattika). Għalhekk, l-impriża għandha tikkunsidra:

(a)

L-approċċi ġenerali u speċifiċi tagħha sabiex tindirizza l-impatti negattivi materjali;

(b)

l-inizjattivi tagħha kellhom l-għan li jikkontribwixxu għal impatti pożittivi materjali addizzjonali;

(c)

kemm għamlet progress fl-isforzi tagħha matul il-perjodu tar-rapportar; u

(d)

l-għanijiet tagħha għal titjib kontinwu.

AR 26.

Azzjoni xierqa tista’ tvarja skont jekk l-impriża tikkawżax jew tikkontribwixxix għal impatt , materjali jew jekk l-impatt materjali jkunx marbut direttament mal-operazzjonijiet, mal-prodotti jew mas-servizzi proprji tagħha permezz ta’ relazzjoni kummerċjali.

AR 27.

Minħabba li l-impatti negattivi materjali li jaffettwaw lill-konsumaturi u/jew lill-utenti finali li seħħew matul il-perjodu ta’ rapportar jistgħu jkunu marbuta wkoll ma’ entitajiet jew operazzjonijiet barra mill-kontroll dirett tagħha, l-impriża tista’ tiddivulga jekk u kif tfittex li tuża ingranaġġ ma’ relazzjonijiet kummerċjali rilevanti biex timmaniġġa dawk l-impatti. Dan jista’ jinkludi l-użu ta’ ingranaġġ kummerċjali (pereżempju, l-infurzar ta’ rekwiżiti kuntrattwali mar-relazzjonijiet kummerċjali jew l-implimentazzjoni ta’ inċentivi), ta’ forom oħrajn ta’ ingranaġġ fi ħdan ir-relazzjoni (bħall-għoti ta’ taħriġ jew il-bini tal-kapaċitajiet dwar prattiki xierqa dwar l-użu jew il-bejgħ tal-prodotti għal relazzjonijiet kummerċjali) jew ta’ ingranaġġ kollaborattiv mal-pari jew ma’ atturi oħrajn (bħal inizjattivi mmirati lejn kummerċjalizzazzjoni responsabbli jew is-sikurezza tal-prodotti).

AR 28.

Meta l-impriża tiddivulga l-parteċipazzjoni tagħha f’inizjattiva tal-industrija jew ta’ diversi partijiet ikkonċernati bħala parti mill-azzjonijiet tagħha sabiex tindirizza impatti negattivi materjali, l-impriża tista’ tiddivulga kif l-inizjattiva, u l-involviment tagħha stess, qegħdin jimmiraw li jindirizzaw l-impatt materjali kkonċernat. Taħt l-ESRS S4-5 hija tista’ tiddivulga l-miri rilevanti stabbiliti mill-inizjattiva u l-progress fihom.

AR 29.

Meta tiddivulga jekk u kif hija tqis l-impatti reali u potenzjali fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali fid-deċiżjonijiet sabiex ittemm relazzjonijiet kummerċjali u jekk u kif tfittex li tindirizza kwalunkwe impatt negattiv li jista’ jirriżulta mit-terminazzjoni, l-impriża tista’ tinkludi eżempji.

AR 30.

Fid-divulgazzjoni ta’ kif hija ssegwi l-effettività tal-azzjonijiet sabiex timmaniġġa l-impatti materjali matul il-perjodu tar-rapportar, l-impriża tista’ tiddivulga kwalunkwe tagħlimiet meħudin mill-perjodi tar-rapportar preċedenti u kurrenti.

AR 31.

Il-proċessi użati sabiex tiġi segwita l-effettività ta’ azzjonijiet jistgħu jinkludu awditjar jew verifika interna jew esterna, proċedimenti tal-qorti u/jew deċiżjonijiet tal-qorti relatati, valutazzjonijiet tal-impatt, sistemi ta’ kejl, feedback tal-partijiet ikkonċernati, mekkaniżmi ta’ lmentar, klassifikazzjonijiet tal-prestazzjoni esterna, u parametraġġ referenzjarju.

AR 32.

Ir-rapportar dwar l-effettività għandu l-għan li jippermetti l-fehim tar-rabtiet bejn l-azzjonijiet meħudin mill-impriża u l-ġestjoni effettiva tal-impatti.

AR 33.

Fir-rigward ta’ inizjattivi jew ta’ proċessi li l-impriża għandha fis-seħħ li huma bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali affettwati u tal-livell ta’ implimentazzjoni tagħhom, l-impriża tista’ tiddivulga:

(a)

informazzjoni dwar jekk u kif il-konsumaturi u/jew l-utenti finali u r-rappreżentanti leġittimi jew sostituti kredibbli tagħhom għandhom rwol fid-deċiżjonijiet rigward it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi jew il-proċessi; u

(b)

informazzjoni dwar l-eżiti pożittivi maħsubin jew miksubin għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali ta’ dawn il-programmi jew il-proċessi.

AR 34.

L-impriża tista’ tiddivulga jekk kwalunkwe inizjattiva jew proċess li l-għan primarju tiegħu huwa li jwassal impatti pożittivi għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali huwiex imfassal sabiex jappoġġa wkoll il-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU. Pereżempju, permezz ta’ impenn sabiex tavvanza l-SDG 3 tan-NU sabiex “jiġu żgurati ħajjiet f’saħħithom u jiġi promoss il-benessri għal kulħadd f’kull età”, l-impriża tista’ tkun qiegħda taħdem b’mod attiv sabiex tara li l-prodotti tagħha joħolqu anqas dipendenza u jagħmlu anqas ħsara għas-saħħa fiżika u psikoloġika.

AR 35.

Meta jiġu ddivulgati l-eżiti pożittivi maħsubin tal-azzjonijiet tagħha għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali, għandha ssir distinzjoni bejn l-evidenza li jkunu seħħew ċerti attivitajiet (pereżempju, li numru x ta’ konsumaturi rċivew informazzjoni dwar drawwiet tal-ikel tajbin għas-saħħa) minn evidenza ta’ eżiti reali għall-konsumaturi u/jew għall-utenti finali (pereżempju, li numru x ta’ konsumaturi adottaw drawwiet tal-ikel aktar sani).

AR 36.

Meta tiddivulga jekk l-inizjattivi jew il-proċessi għandhomx ukoll rwol fil-mitigazzjoni tal-impatti negattivi materjali, l-impriża tista’, pereżempju, tikkunsidra programmi li għandhom l-għan li jappoġġaw sensibilizzazzjoni akbar tar-riskju ta’ scams online, li jwasslu għal tnaqqis fl-għadd ta’ każijiet ta’ utenti finali li jesperjenzaw ksur tal-privatezza tad-data.

AR 37.

Meta tiddivulga r-riskji u l-opportunitajiet materjali relatati mal-impatti jew id-dipendenzi tal-impriża fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali, l-impriża tista’ tikkunsidra dan li ġej:

(a)

ir-riskji relatati mal-impatti tal-impriża fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali jistgħu jinkludu l-iskopertura għar-reputazzjoni jew legali meta prodotti ddisinjati ħażin jew difettużi jirriżultaw f’korrimenti jew fi mwiet;

(b)

ir-riskji relatati mad-dipendenzi tal-impriża fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali jistgħu jinkludu t-telf tal-kontinwità tal-operat meta minħabba kriżi ekonomika l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jaffordjaw ċerti prodotti jew servizzi;

(c)

l-opportunitajiet ta’ negozju relatati mal-impatti tal-impriża fuq il-konsumaturi u/jew fuq l-utenti finali jistgħu jinkludu d-differenzjazzjoni tas-suq u attraenza akbar għall-klijent bl-offerta ta’ prodotti sikuri jew ta’ servizzi li jirrispettaw il-privatezza; u

(d)

l-opportunitajiet ta’ negozju relatati mad-dipendenzi tal-impriża fuq il-konsumaturi u/jew l-utenti finali jistgħu jinkludu l-kisba ta’ bażi ta’ konsumaturi futura leali billi jiġi żgurat, pereżempju, li l-persuni LGBTQI jiġu rispettati u li l-prattiki tal-bejgħ tal-impriża ma jeskludux lil tali persuni mill-prodotti jew is-servizzi li toffri.

AR 38.

Meta tiddivulga jekk id-dipendenzi jinbidlux f’riskji, l-impriża għandha tikkunsidra l-iżviluppi esterni.

AR 39.

Meta tiddivulga l-politiki, l-azzjoni u r-riżorsi u l-miri relatati mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali, f’każijiet li fihom ir-riskji u l-opportunitajiet jirriżultaw minn impatt materjali, l-impriża tista’ tagħmel kontroreferenza għad-divulgazzjonijiet tagħha dwar politiki, azzjoni u riżorsi u miri fir-rigward ta’ dak l-impatt.

AR 40.

L-impriża għandha tikkunsidra sa liema punt il-proċessi tagħha għall-ġestjoni tar-riskji materjali relatati mal-konsumaturi u/jew mal-utenti finali jkunu integrati fil-proċessi eżistenti tagħha tal-ġestjoni tar-riskji u kif.

AR 41.

Meta tiddivulga r-riżorsi allokati għall-ġestjoni tal-impatti materjali, l-impriża tista’ tiddivulga liema funzjonijiet interni huma involuti fil-ġestjoni tal-impatti u liema tipi ta’ azzjoni jieħdu sabiex jindirizzaw l-impatti negattivi u javvanzaw dawk pożittivi.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni S4-5 – Miri relatati mal-ġestjoni tal-impatti negattivi materjali, mal-avvanzar tal-impatti pożittivi, u mal-ġestjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali

AR 42.

Meta jiġu żvelati l-miri fir-rigward tal-konsumaturi u/jew l-utenti finali, l-impriża tista’ tiddivulga:

(a)

l-eżiti maħsubin li għandhom jinkisbu fil-ħajja tal-konsumaturi u/jew tal-utenti finali, filwaqt li tkun speċifika kemm jista’ jkun;

(b)

l-istabbiltà tagħhom maż-żmien f’termini ta’ definizzjonijiet u metodoloġiji li jippermettu l-komparabbiltà; u/jew

(c)

ir-referenzi għall-istandards jew għall-impenji li fuqhom ikunu bbażati l-miri għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar fir-rapportar (pereżempju l-kodiċijiet ta’ kondotta, il-politiki tal-akkwist, l-oqfsa globali, jew il-kodiċijiet tal-industrija).

AR 43.

Il-miri relatati mar-riskji u mal-opportunitajiet materjali jistgħu jkunu l-istess bħal jew distinti minn miri marbutin mal-impatti materjali. Pereżempju, mira li jiġi żgurat aċċess ugwali għal finanzjament għall-konsumaturi li ma humiex moqdijin biżżejjed tista’ tnaqqas kemm l-impatti ta’ diskriminazzjoni fuq dawk il-konsumaturi kif ukoll tkabbar il-klijentela tal-impriża.

AR 44.

L-impriża tista’ tiddistingwi wkoll bejn miri fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil li jkopru l-istess impenn ta’ politika. Pereżempju, l-impriża jista’ jkollha bħala objettiv ewlieni li tagħmel is-servizzi online tagħha aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, bl-għan fit-tul li tkun adattat 100 % tas-servizzi online tagħha sal-2025, u bl-objettiv ta’ terminu qasir li żżid numru x ta’ funzjonijiet aċċessibbli kull sena u sal-2025.

AR 45.

Meta timmodifika jew tissostitwixxi mira fil-perjodu tar-rapportar, l-impriża tista’ tispjega l-bidla permezz ta’ kontroreferenzi għaliha għal bidliet sinifikanti fil-mudell ta’ negozju jew għal bidliet usa’ fl-istandard aċċettat jew fil-leġiżlazzjoni li minnha tkun derivata l-mira sabiex tipprovdi informazzjoni kuntestwali skont l-ESRS 2 BP-2 Divulgazzjonijiet fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi.

ESRS G1

IMĠIBA KUMMERĊJALI

WERREJ

Objettiv

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

Governanza

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 GOV-1 – Ir-rwol tal-korpi amministrattivi, superviżorji u maniġerjali

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 – Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1–1 — Politiki dwar il-kultura korporattiva u l-imġiba kummerċjali u l-kultura korporattiva

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-2 – Ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-fornituri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-3 – Prevenzjoni u detezzjoni ta’ korruzzjoni u ta’ tixħim

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-4 – Inċidenti kkonfermati ta’ korruzzjoni jew ta’ tixħim

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-5 – Influwenza politika u l-attivitajiet ta’ lobbjar

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-6 – Prattiki ta’ pagament

Appendiċi A:

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-1 – Kultura korporattiva u l-politiki ta’ kondotta kummerċjali

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-2 – Ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-fornituri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-3 – Prevenzjoni u detezzjoni ta’ korruzzjoni u ta’ tixħim

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-5 – Influwenza politika u l-attivitajiet ta’ lobbjar

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-6 – Prattiki ta’ pagament

Objettiv

1.

L-objettiv ta’ dan l-Istandard huwa li jiġu speċifikati r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li se jippermettu lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-impriża jifhmu l-istrateġija u l-approċċ, il-proċessi u l-proċeduri tal-impriża kif ukoll il-prestazzjoni tagħha fir-rigward tal-kondotta kummerċjali.

2.

Dan l-Istandard jiffoka fuq il-kwistjonijiet li ġejjin, kollettivament imsemmija f’dan l-Istandard bħala “kondotta tan-negozju jew kwistjonijiet tal-kondotta tan-negozju”:

(a)

l-etika tan-negozju u l-kultura korporattiva, inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġlieda kontra t-tixħim, il-protezzjoni tal-informaturi, u l-benessri tal-annimali;

(b)

il-ġestjoni ta’ relazzjonijiet mal-fornituri, inklużi prattiki ta’ ħlas, speċjalment fir-rigward ta’ ħlas tard lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(c)

attivitajiet u impenji tal-impriża relatati mal-eżerċizzju tal-influwenza politika tagħha, inklużi l-attivitajiet ta’ lobbying tagħha;

Interazzjoni ma’ ESRS oħrajn

3.

Il-kontenut ta’ dan l-Istandard dwar id-divulgazzjonijiet ġenerali kif ukoll il-ġestjoni tal-impatt, tar-riskju u tal-opportunità u l-metrika u l-miri għandhom jinqraw flimkien rispettivament mal-ESRS 1 prinċipji ġenerali u l-ESRS 2 Rekwiżiti ġenerali.

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

ESRS 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

4.

Ir-rekwiżiti ta’ din it-taqsima għandhom jinqraw u jiġu rrapportati flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 dwar il-Governanza (GOV), l-Istrateġija (SBM) u l-Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet (IRO).

Governanza

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 GOV-1 — Ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji

5.

Meta tiddivulga informazzjoni dwar ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, l-impriża għandha tkopri l-aspetti li ġejjin:

(a)

ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji relatati mal-imġiba kummerċjali; u

(b)

l-għarfien espert tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji dwar kwistjonijiet ta’ kondotta kummerċjali.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni relatat mal-ESRS 2 IRO-1 – Deskrizzjoni tal-proċessi sabiex jiġu identifikati u vvalutati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali

6.

Meta tiddeskrivi l-proċess biex jiġu identifikati l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-kondotta tan-negozju, l-impriża għandha tiddivulga l-kriterji rilevanti kollha użati fil-proċess, inklużi l-post, l-attività, is-settur u l-istruttura tat-tranżazzjoni.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1–1 — Politiki ta’ kondotta kummerċjali u kultura korporattiva

7.

L-impriża għandha tiddivulga l-politiki tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ kondotta kummerċjali u kif trawwem il-kultura korporattiva tagħha.

8.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jippermetti fehim ta’ kemm l-impriża għandha politiki li jindirizzaw l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u/jew ir-rimedju tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha relatati ma’ kwistjonijiet ta’ kondotta kummerċjali. Għandha wkoll l-għan li tipprovdi fehim tal-approċċ tal-impriża għall-kultura korporattiva.

9.

Id-divulgazzjonijiet meħtieġa skont il-paragrafu 7 għandhom jinkludu kif l-impriża tistabbilixxi, tiżviluppa, tippromwovi u tevalwa l-kultura korporattiva tagħha.

10.

Id-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 7 għandhom ikopru l-aspetti li ġejjin relatati mal-politiki tal-impriża dwar kwistjonijiet ta’ kondotta kummerċjali:

(a)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi għall-identifikazzjoni, ir-rappurtar u l-investigazzjoni tat-tħassib dwar imġiba illegali jew imġiba li tmur kontra l-kodiċi ta’ kondotta tagħha jew regoli interni simili; u jekk jakkomodax ir-rappurtar minn partijiet ikkonċernati interni u/jew esterni;

(b)

meta l-impriża ma jkollha l-ebda politika dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni jew kontra t-tixħim konsistenti mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (127), hija għandha tiddikjara dan u jekk għandhiex pjanijiet sabiex timplimentahom u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni;

(c)

kif l-impriża tipproteġi lill-informaturi, inklużi:

i.

dettalji dwar l-istabbiliment ta’ kanali interni ta’ rapportar tal-informaturi, inkluż jekk l-impriża tipprovdix informazzjoni u taħriġ lill-ħaddiema tagħha stess u informazzjoni dwar il-ħatra u t-taħriġ tal-persunal li jirċievi r-rapporti; u

ii.

miżuri ta’ protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni tal-ħaddiema tagħha stess li huma informaturi skont il-liġi applikabbli li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (128);

(d)

meta l-impriża ma jkollha l-ebda politika dwar il-protezzjoni tal-informaturi (129), hija għandha tiddikjara dan u jekk għandhiex pjanijiet sabiex timplimentahom u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni;

(e)

lil hinn mill-proċeduri għas-segwitu tar-rapporti mill-informaturi f’konformità mal-liġi applikabbli li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2019/1937, jekk l-impriża għandhiex proċeduri biex tinvestiga inċidenti ta’ mġiba kummerċjali, inklużi inċidenti ta’ korruzzjoni u tixħim, fil-pront, indipendentement u oġġettivament;

(f)

meta applikabbli, jekk l-impriża għandhiex fis-seħħ politiki fir-rigward tat-trattament xieraq tal-annimali;

(g)

il-politika tal-impriża għat-taħriġ fi ħdan l-organizzazzjoni dwar l-imġiba kummerċjali, inkluż l-udjenza fil-mira, il-frekwenza u l-profondità tal-kopertura; u

(h)

il-funzjonijiet fl-impriża li huma l-aktar f’riskju fir-rigward tal-korruzzjoni u t-tixħim.

11.

L-impriżi li huma soġġetti għal rekwiżiti legali skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2019/1937, jew għal rekwiżiti legali ekwivalenti fir-rigward tal-protezzjoni tal-informaturi, jistgħu jikkonformaw mad-divulgazzjoni speċifikata fil-paragrafu 10(d) billi jiddikjaraw li huma soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti legali.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-2 – Ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-fornituri

12.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-relazzjonijiet tagħha mal-fornituri tagħha u tal-impatti tagħha fuq il-katina tal-provvista tagħha.

13.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi fehim tal-ġestjoni tal-impriża tal-proċess ta’ akkwist tagħha inkluża mġiba ġusta mal-fornituri.

14.

L-impriża għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-politika tagħha biex tipprevjeni ħlasijiet tard, speċifikament lill-SMEs.

15.

Id-divulgazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 12 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-approċċ tal-impriża għar-relazzjonijiet tagħha mal-fornituri tagħha, filwaqt li jitqiesu r-riskji għall-impriża relatati mal-katina tal-provvista tagħha u l-impatti fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà; u

(b)

jekk u kif tqis il-kriterji soċjali u ambjentali għall-għażla tal-fornituri tagħha.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-3 – Prevenzjoni u detezzjoni ta’ korruzzjoni u ta’ tixħim

16.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar is-sistema tagħha għall-prevenzjoni u għall-identifikazzjoni, għall-investigazzjoni u għat-tweġib għal allegazzjonijiet jew għal inċidenti relatati ma’ korruzzjoni u ma’ tixħim, inkluż it-taħriġ relatat.

17.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi trasparenza dwar il-proċeduri ewlenin tal-impriża sabiex tipprevjeni, tidentifika u tindirizza l-allegazzjonijiet dwar il-korruzzjoni u t-tixħim. Dan jinkludi t-taħriġ ipprovdut lill-ħaddiema proprji u/jew l-informazzjoni pprovduta internament jew lill-fornituri.

18.

Id-divulgazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 16 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri fis-seħħ għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-indirizzar ta’ allegazzjonijiet jew inċidenti ta’ korruzzjoni u tixħim;

(b)

jekk l-investigaturi jew il-kumitat investigattiv humiex separati mill-katina ta’ ġestjoni involuta fil-kwistjoni; u

(c)

il-proċess, jekk ikun hemm, biex jiġu rrapportati l-eżiti lill-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji.

19.

Meta l-impriża ma jkollha l-ebda proċedura bħal din fis-seħħ, hija għandha tiddivulga dan il-fatt u, meta applikabbli, il-pjanijiet tagħha li tadottahom.

20.

Id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 16 għandhom jinkludu informazzjoni dwar kif l-impriża tikkomunika l-politiki tagħha lil dawk li għalihom ikunu rilevanti biex jiġi żgurat li l-politika tkun aċċessibbli u li jifhmu l-implikazzjonijiet tagħha.

21.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 16 għandha tinkludi informazzjoni dwar dawn li ġejjin fir-rigward tat-taħriġ:

(a)

in-natura, l-ambitu u l-profondità tal-programmi ta’ taħriġ kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim offruti jew meħtieġa mill-impriża;

(b)

il-perċentwal ta’ funzjonijiet f’riskju koperti minn programmi ta’ taħriġ; u

(c)

il-punt sa fejn it-taħriġ jingħata lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji.

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1–4 — Inċidenti ta’ korruzzjoni jew tixħim

22.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar inċidenti ta’ korruzzjoni jew tixħim matul il-perjodu ta’ rapportar.

23.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi trasparenza dwar l-inċidenti relatati mal-korruzzjoni jew it-tixħim matul il-perjodu ta’ rapportar u l-eżiti relatati.

24.

L-impriża għandha tiddivulga:

(a)

l-għadd ta’ kundanni u l-ammont ta’ multi għall-ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim (130); u

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġi indirizzat ksur fi proċeduri u standards ta’ kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim (131).

25.

L-impriża tista’ tiżvela:

(a)

in-numru totali u n-natura tal-inċidenti kkonfermati ta’ korruzzjoni jew ta’ tixħim;

(b)

l-għadd ta’ inċidenti kkonfermati li fihom il-ħaddiema proprji ngħataw is-sensja jew ġew iddixxiplinati għal korruzzjoni jew inċidenti relatati mat-tixħim;

(c)

in-numru ta’ inċidenti kkonfermati relatati ma’ kuntratti ma’ sħab kummerċjali li ġew itterminati jew li ma ġġeddewx minħabba ksur relatat ma’ korruzzjoni jew ma’ tixħim; u

(d)

dettalji ta’ każijiet legali pubbliċi rigward korruzzjoni jew tixħim miġjuba kontra l-impriża u l-ħaddiema tagħha stess matul il-perjodu ta’ rapportar u l-eżiti ta’ każijiet bħal dawn. Dan jinkludi każijiet li nbdew fis-snin preċedenti fejn l-eżitu ġie stabbilit biss fil-perjodu ta’ rapportar attwali.

26.

Id-divulgazzjonijiet meħtieġa għandhom jinkludu inċidenti li jinvolvu atturi fil-katina tal-valur tagħha biss meta l-impriża jew l-impjegati tagħha jkunu involuti direttament.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-5 – Influwenza politika u l-attivitajiet ta’ lobbjar

27.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-impenji relatati mal-eżerċizzju tal-influwenza politika tagħha, inklużi l-attivitajiet ta’ lobbying tagħha relatati mal-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha.

28.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi trasparenza dwar l-attivitajiet u l-impenji tal-impriża relatati mal-eżerċizzju tal-influwenza politika tagħha b’kontribuzzjonijiet politiċi, inklużi t-tipi u l-iskop tal-attivitajiet ta’ lobbying.

29.

Id-divulgazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 27 għandha tinkludi:

(a)

jekk applikabbli, ir-rappreżentant(i) responsabbli fil-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji għas-sorveljanza ta’ dawn l-attivitajiet;

(b)

għal kontribuzzjonijiet finanzjarji jew politiċi in natura:

i.

il-valur monetarju totali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura magħmulin direttament u indirettament mill-impriża aggregata skont il-pajjiż jew iż-żona ġeografika fejn rilevanti, kif ukoll it-tip ta’ riċevitur/benefiċjarju; u u

ii.

fejn xieraq, kif jiġi stmat il-valur monetarju tal-kontribuzzjonijiet in natura.

(c)

is-suġġetti ewlenin koperti mill- attivitajiet ta’ lobbjar tagħha u l-pożizzjonijiet ewlenin tal-impriża dwar dawn fil-qosor. Dan għandu jinkludi spjegazzjonijiet dwar kif dan jinteraġixxi mal-impatti materjali, mar-riskji u mal-opportunitajiet identifikati fil-valutazzjoni tal-materjalità tagħha skont l-ESRS 2; u

(d)

jekk l-impriża tkunx irreġistrata fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE jew f’reġistru ta’ trasparenza ekwivalenti fi Stat Membru, l-isem ta’ tali reġistru u n-numru ta’ identifikazzjoni tagħha fir-reġistru.

30.

Id-divulgazzjoni għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-ħatra ta’ kwalunkwe membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji li kellu kariga komparabbli fl-amministrazzjoni pubblika (inklużi regolaturi) fis-sentejn ta’ qabel tali ħatra fil-perjodu tar-rapportar kurrenti.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-6 – Prattiki ta’ pagament

31.

L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-prattiki ta’ pagament tagħha, speċjalment fir-rigward ta’ pagamenti tard lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

32.

L-objettiv ta’ dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni huwa li jipprovdi għarfien dwar it-termini ta’ pagament kuntrattwali u dwar il-prestazzjoni tiegħu fir-rigward tal-pagament, speċjalment dwar kif dawn jaffettwaw lill-SMEs u speċifikament fir-rigward ta’ pagamenti tard lill-SMEs.

33.

Id-divulgazzjoni skont il-paragrafu 31 għandha tinkludi:

(a)

iż-żmien medju li l-impriża tieħu sabiex tħallas fattura mid-data meta jibda jiġi kkalkolat it-terminu kuntrattwali jew statutorju tal-pagament, f’numru ta’ jiem;

(b)

deskrizzjoni tat-termini standard ta’ pagament tal-impriża f’numru ta’ jiem skont il-kategorija ewlenija ta’ fornituri u l-perċentwal tal-pagamenti tagħha allinjati ma’ dawn it-termini standard;

(c)

l-għadd ta’ proċedimenti legali li bħalissa għadhom pendenti għal pagamenti tard; u

(d)

informazzjoni komplementari neċessarja sabiex jiġi pprovdut kuntest suffiċjenti. Jekk l-impriża tkun użat kampjunar rappreżentattiv biex tikkalkula l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (a), hija għandha tiddikjara dak il-fatt u tiddeskrivi fil-qosor il-metodoloġija użata.

Appendiċi A

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS G1 Imġiba tan-Negozju. Huwa jappoġġa l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan l-istandard u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.

Ġestjoni tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1–1 — Politiki ta’ kondotta kummerċjali u kultura korporattiva

AR 1.

L-impriża tista’ tikkunsidra l-aspetti li ġejjin meta tiddetermina d-divulgazzjoni tagħha skont il-paragrafu 7:

(a)

l-aspetti tal-kultura korporattiva li jitqiesu u jiġu diskussi mill-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji u b’liema frekwenza;

(b)

it-temi prinċipali li huma promossi u kkomunikati bħala parti mill-kultura korporattiva;

(c)

kif il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża jipprovdu direzzjoni għall-promozzjoni ta’ kultura korporattiva; u

(d)

inċentivi jew għodod speċifiċi għall-ħaddiema proprji tagħha sabiex iħaddnu u jħeġġu l-kultura korporattiva tagħha.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-2 – Ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-fornituri

AR 2.

Għall-finijiet ta’ dan l-istandard, il-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-fornituri tal-impriża tista’ tinkludi dan li ġej:

(a)

kif il-prattiki tal-impriża, inklużi attivitajiet biex jiġu evitati jew minimizzati l-impatti tat-tfixkil fil-katina tal-provvista tagħha, jappoġġaw l-istrateġija u l-ġestjoni tar-riskju tagħha;

(b)

it-taħriġ tal-forza tax-xogħol tal-akkwist/tal-katina tal-provvista tal-impriża dwar l-involviment u d-djalogu mal-fornituri kif ukoll l-inċentivi tal-forza tax-xogħol tal-akkwist tagħha inkluż jekk tali inċentivi jirreferux għal fatturi ta’ prezz, kwalità jew sostenibbiltà;

(c)

l-iskrinjar u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni soċjali u ambjentali tal-fornituri;

(d)

l-inklużjoni ta’ fornituri bbażati lokalment fil-katina tal-provvista u/jew fornituri tagħha b’ċertifikazzjoni;

(e)

kif il-prattiki tal-impriża jittrattaw ma’ fornituri vulnerabbli;

(f)

il-miri u l-azzjonijiet tal-impriża fir-rigward tal-komunikazzjoni u l-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-fornituri; u

(g)

kif jiġu evalwati l-eżiti ta’ dawn il-prattiki, inklużi ż-żjarat, l-awditi jew l-istħarriġijiet tal-fornituri.

AR 3.

“Fornituri vulnerabbli” tinkludi fornituri li huma esposti għal riskji ekonomiċi, ambjentali u/jew soċjali sinifikanti.

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-3 – Prevenzjoni u detezzjoni ta’ korruzzjoni u ta’ tixħim

AR 4.

“Funzjonijiet f’riskju” tfisser dawk il-funzjonijiet meqjusin li huma f’riskju ta’ korruzzjoni u ta’ tixħim bħala riżultat tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet tagħhom.

AR 5.

Id-divulgazzjonijiet jistgħu jinkludu dettalji dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju u/jew l-immappjar, kif ukoll il-programmi ta’ monitoraġġ u/jew il-proċeduri ta’ kontroll intern imwettqa mill-impriża biex tidentifika l-korruzzjoni u t-tixħim.

AR 6.

Il-politiki tal-impriża dwar il-korruzzjoni u t-tixħim jistgħu jkunu rilevanti għal gruppi speċifiċi ta’ persuni, jew minħabba li huma mistennija jimplimentawhom (pereżempju, l-impjegati, il-kuntratturi u l-fornituri tal-impriża), jew minħabba li għandhom interess dirett fl-implimentazzjoni tagħhom (pereżempju, ħaddiema tal-katina tal-valur, investituri). L-impriża tista’ tiżvela l-għodod u l-mezzi ta’ komunikazzjoni (eż., fuljetti, bullettini, siti web iddedikati, midja soċjali, interazzjonijiet wiċċ imb’ wiċċ, unions u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema) biex tikkomunika l-politiki lil tali gruppi. Dan jista’ jinkludi wkoll l-identifikazzjoni u/jew it-tneħħija ta’ ostakli potenzjali għat-tixrid, bħal permezz tat-traduzzjoni fil-lingwi rilevanti jew l-użu ta’ rappreżentazzjonijiet grafiċi.

AR 7.

L-impriża tista’ tiddivulga analiżi tal-attivitajiet ta’ taħriġ tagħha skont, pereżempju, ir-reġjun tat-taħriġ jew skont il-kategorija tal-forza tax-xogħol proprja tagħha meta l-programmi tagħha jvarjaw b’mod sinifikanti fuq il-bażi ta’ fatturi bħal dawn u tali informazzjoni tkun utli għall-utenti.

AR 8.

L-impriża tista’ tippreżenta l-informazzjoni meħtieġa dwar it-taħriġ billi tuża t-tabella li ġejja:

Eżempju illustrattiv ta’ taħriġ kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim

Matul is-sena finanzjarja 20XY, ABC ipprovdiet taħriġ lill-ħaddiema f’riskju tagħha stess f’termini tal-politika tagħha (ara n-nota x). Għal dawk il-funzjonijiet f’riskju, it-taħriġ huwa obbligatorju, iżda ABC għamlet it-taħriġ volontarju disponibbli għal ħaddiema oħrajn tagħha wkoll. Id-dettalji tat-taħriġ tagħha matul is-sena huma kif ġejjin:

 

Funzjonijiet f’riskju

Maniġers

AMSB  (132)

Ħaddiema oħra tagħha

Kopertura tat-taħriġ

 

 

 

 

Total

20 000

200

16

70 000

Total li rċivew taħriġ

19 500

150

8

5 000

Metodu ta’ għoti u

durata

 

 

 

 

Taħriġ fil-klassi

5 sigħat

 

 

 

Taħriġ ibbażat fuq il-kompjuter

Siegħa

Sagħtejn

Siegħa

 

Taħriġ volontarju bbażat fuq

il-kompjuter

 

 

 

Siegħa

Frekwenza

 

 

 

 

Kemm spiss ikun meħtieġ it-taħriġ

Darba fis-sena

Darba fis-sena

Darbtejn fis-sena

-

Suġġetti koperti

 

 

 

 

Definizzjoni ta’ korruzzjoni

X

X

X

X

Politika

X

X

X

X

Proċeduri dwar suspett/detezzjoni

X

X

 

 

Eċċ.

X

 

 

 

Metriċi u miri

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-5 – Influwenza politika u l-attivitajiet ta’ lobbjar

AR 9.

Għall-finijiet ta’ dan l-Istandard “kontribuzzjoni politika” tfisser appoġġ finanzjarju jew in natura pprovdut direttament lil partiti politiċi, lir-rappreżentanti eletti tagħhom jew lill-persuni li jfittxu kariga f’uffiċċju politiku. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu jinkludu donazzjonijiet, self, sponsorizzazzjonijiet, pagamenti bil-quddiem għal servizzi, jew ix-xiri ta’ biljetti għal avvenimenti ta’ ġbir ta’ fondi u prattiki simili oħra. Il-kontribuzzjonijiet in natura jistgħu jinkludu reklamar, użu ta’ faċilitajiet, disinn u stampar, donazzjoni ta’ tagħmir, forniment ta’ sħubija f’bord, impjieg jew xogħol ta’ konsulenza għal politiċi jew għal kandidati eletti għal kariga uffiċjali.

AR 10.

“Kontribut politiku indirett” tirreferi għal dawk il-kontributi politiċi li jsiru permezz ta’ organizzazzjoni intermedjarja bħal pereżempju lobbist jew karità, jew appoġġ mogħti lil organizzazzjoni bħal grupp ta’ riflessjoni jew korp kummerċjali marbut ma’ partiti politiċi jew ma’ kawżi partikolari jew li jappoġġahom.

AR 11.

Meta tiddetermina “pożizzjoni komparabbli” f’dan l-istandard, l-impriża għandha tikkunsidra diversi fatturi, inkluż il-livell ta’ responsabbiltà u l-ambitu tal-attivitajiet imwettqin.

AR 12.

L-impriża tista’ tipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jew in natura tagħha fir-rigward tal-ispejjeż tal-lobbying tagħha:

(a)

l-ammont monetarju totali ta’ dawn l-ispejjeż interni u esterni; u

(b)

l-ammont totali mħallas għas-sħubija lill-assoċjazzjonijiet tal-lobbjar.

AR 13.

Jekk l-impriża hija legalment obbligata li tkun membru ta’ kamra tal-kummerċ jew organizzazzjoni oħra li tirrappreżenta l-interessi tagħha, tista’ tiddivulga li dan huwa l-każ.

AR 14.

Biex tissodisfa r-rekwiżit fil-paragrafu 29(c), l-impriża għandha tikkunsidra l-allinjament bejn id-dikjarazzjonijiet pubbliċi tagħha dwar l-impatti materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha u l-attivitajiet ta’ lobbying tagħha.

AR 15.

Eżempju ta’ kif jistgħu jidhru divulgazzjonijiet bħal dawn:

Eżempju illustrattiv ta’ involviment politiku (inklużi attivitajiet ta’ lobbjar)

Matul is-sena finanzjarja 20XY, ABC kienet involuta f’attivitajiet rigward ir-regolament propost XXX li jista’ jkollu impatti negattivi sinifikanti fuq il- mudell ta’ negozju tagħha jekk jiġi implimentat fil-format attwali. ABC tqis li filwaqt li r-regolament propost se jikseb xi titjib fir-reġim regolatorju bħal xxx, fil-format kurrenti tiegħu, il-kostijiet relatati ma’ xxx se jisbqu l-benefiċċji. ABC u l-pari tagħha jkomplu jaħdmu ma’ XXX (ir-regolatur) sabiex itejbu dan il-bilanċ.

ABC appoġġat ukoll il-partit politiku QRP fil-Pajjiż X u l-partit EFG fil-Pajjiż Y billi t-tnejn …. ABC hija reġistrata fir-reġistru lokali tat-trasparenza tagħha, jiġifieri XYZ, u n-numru tar-reġistrazzjoni tagħha huwa 987234.

Ammonti f’eluf ta’ EUR.

 

2023

2022 [GĦAD IRID JIĠI KKONFERMAT]

Finanzjament politiku pprovdut

100

 

Finanzjament għal QRP

75

 

Finanzjament għal EFG

25

 

 

100

 

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni G1-6 – Prattiki ta’ pagament

AR 16.

F’xi każijiet, it-termini kuntrattwali standard tal-pagamenti tal-impriża jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti skont il-pajjiż jew it-tip ta’ fornitur. F’każijiet bħal dawn, l-informazzjoni dwar it-termini standard għal kull kategorija ewlenija ta’ fornituri jew ta’ pajjiż jew ta’ reġjun ġeografiku tista’ tkun eżempju ta’ informazzjoni kuntestwali addizzjonali sabiex jiġu spjegati d-divulgazzjonijiet fil-paragrafu 33(b).

AR 17.

Eżempju ta’ kif tista’ tidher id-deskrizzjoni tad-divulgazzjonijiet ta’ termini kuntrattwali standard fil-paragrafu 33(b):

Il-kundizzjonijiet standard ta’ ħlas kuntrattwali ta’ ABC huma l-ħlas mal-irċevuta tal-fattura għall-grossisti li jinkludu madwar 80 % tal-fatturi annwali tagħha skont il-valur. Hija tħallas għas-servizzi riċevuti fi żmien 30 jum wara li tirċievi l-fattura li huma madwar 5 % tal-fatturi annwali tagħha. Il-bqija tal-fatturi tagħha jitħallsu fi żmien 60 jum mill-wasla ħlief għal dawk fil-pajjiż X li f’konformità mal-istandards tas-suq jitħallsu fi żmien 90 jum mill-wasla tagħhom.


(1)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(2)  Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).

(3)  Il-Prinċipju ta’ Gwida 16 tan-NU u l-kummentarju tiegħu; Il-Gwida Interpretattiva tan-NU, il-Mistoqsijiet 21 u 25 kif ukoll il-Linji Gwida tal-OECD, il-Kapitolu II dwar il-Politiki Ġenerali (il-paragrafu A.10), u l-Kapitolu IV dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (il-paragrafu 4; u l-paragrafu 44 tal-Kummentarju); u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, it-Taqsima II (1.1 u 1.2) u l-Anness, il-Mistoqsijiet 14 u 15.

(4)  Il-Prinċipju Gwida 18 tan-NU u fil-Kummentarju tiegħu, il-Prinċipju Gwida 20 tan-NU, il-Kummentarju għall-Prinċipji Gwida 21 u 29 tan-NU, u l-Prinċipju Gwida 31(h) tan-NU u l-Kummentarju tiegħu; u l-Gwida Interpretattiva tan-NU, il-Mistoqsijiet 30, 33, 42 u 76 kif ukoll il-Linji Gwida tal-OECD Kapitolu II dwar il-Politiki Ġenerali (il-paragrafu A.14 u l-paragrafu 25 tal-Kummentarju); u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, it-Taqsima II (2.1.c, 2.3. 2.4.a, 3.1.b u 3.1.f) u l-Mistoqsijiet 8- 11 tal-Anness.

(5)  Il-Prinċipji Gwida 17, 18 u 24 tan-NU u fil-Kummentarji tagħhom, u fil-Kummentarju dwar il-Prinċipju Gwida 29 tan-NU; u l-Gwida Interpretattiva tan-NU, Mistoqsijiet 9, 12-13, 27-28, 36-42, u 85-89 u l-Linji Gwida tal-OECD Kapitolu II dwar Politiki Ġenerali (il-paragrafi A.10-11 u l-paragrafu 14 tal-Kummentarju), u l-Kapitolu IV dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (il-paragrafi 1-2 u l-paragrafi 41-43 tal-Kummentarju); u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, it-Taqsima II (2.1-2.4) u l-Mistoqsijiet tal-Anness 3-5, u 19-31).

(6)  Il-Prinċipji Gwida 19, 22 u 23 tan-NU u l-Kummentarji tagħhom; u l-Gwida Interpretattiva tan-NU, il-Mistoqsijiet 11, 32, 46-47, 64-68 u 82-83 u l-Linji Gwida tal-OECD, il-Kapitolu II dwar il-Politiki Ġenerali (il-paragrafi A.12 u l-paragrafi 18-22 tal-Kummentarju), u l-Kapitolu IV dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (il-paragrafi 3 u 42-43 tal-Kummentarju); u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, it-Taqsima II (3.1-3.2) u l-Mistoqsijiet 32-40 tal-Anness).

(7)  Il-Prinċipji Gwida 20 u 31(g) tan-NU u l-Kummentarji tagħhom; u l-Gwida Interpretattiva tan-NU, il-Mistoqsijiet 49-53 u 80 u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, it-Taqsima II (4.1 u 5.1) u l-Mistoqsijiet 41-47 tal-Anness.

(8)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(9)  Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

(13)  Din l-informazzjoni tappoġġja l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni ta’: parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija dderivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali stabbiliti mill-indikatur #13 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“diversità tal-ġeneru tal-Bord”) u amministraturi tal-parametri referenzjarji biex jiddivulgaw fatturi ESG soġġetti għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif stabbilit mill-indikatur “Proporzjon medju ponderat ta’ membri tal-bord bejn nisa u rġiel” fit-Taqsima 1 u 2 tal-Anness II.

(14)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji sabiex jiddivulgaw il-fatturi tal-ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbiliti mill-indikatur “Perċentwal medju ponderat ta’ membri tal-bord li huma indipendenti” fit-taqsima 1 tal-Anness II.

(15)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #10 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ diliġenza dovuta”).

(16)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija dderivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali stabbilit mill-indikatur # 4 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli dwar id-divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Skopertura għal kumpaniji attivi fis-settur tal-fjuwils fossili”).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2013/30/UE u 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(18)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).

(19)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali stabbiliti mill-indikatur #9 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Investiment f’kumpaniji li jipproduċu sustanzi kimiċi”).

(20)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija dderivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali stabbilit mill-indikatur #14 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli dwar id-divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Espożizzjoni għal armi kontroversjali (mini kontra l-persunal, munizzjon dispersiv, armi kimiċi u armi bijoloġiċi)”).

(21)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jiddivulgaw il-fatturi tal-ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1818 kif stabbiliti fil-paragrafu b) tal-artikolu 12.1.

(22)  L-Artikolu 18, il-paragrafu 1, is-sottopunt (a) tad-Direttiva 2013/34/UE: “ il-fatturat nett imqassam skont il-kategoriji ta’ attività u fi swieq ġeografiċi, sa fejn dawk il-kategoriji u swieq ivarjaw sostanzjalment minn xulxin, b’kont meħud tal-mod li bih il-bejgħ ta’ prodotti u l-provvista ta’ servizzi huma organizzati.

(23)  Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (Regolament dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji Sostenibbli) (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital “CRR”) (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

(26)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(27)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispjegazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi f’kull parametru referenzjarju pprovdut u ppubblikat (ĠU L 406, 3.12.2020, p. 1).

(28)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 tat-30 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 fir-rigward tad-divulgazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ĠU L 324, 19.12.2022, p. 1.).

(29)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 406, 3.12.2020, p. 17).

(30)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(31)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u l-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 406, 3.12.2020, p. 17).

(32)  Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (Regolament dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji Sostenibbli) (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).

(33)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(34)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 tat-30 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/637 fir-rigward tad-divulgazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ĠU L 324, 19.12.2022, p. 1.).

(35)  Din l-informazzjoni hija allinjata mar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-Liġi tal-UE dwar il-Klima), l-Artikolu 2(1). u mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji għall-Klima), l-Artikolu 2.

(36)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).

(37)  L-ammonti tal-CapEx ikkunsidrati huma relatati mal-kodiċijiet NACE li ġejjin:

(a)

B.05 Estrazzjoni ta’ faħam u linjite, B.06 Estrazzjoni ta’ żejt mhux raffinat u gass naturali (limitat għal żejt mhux raffinat), B.09.1 Attivitajiet ta’ appoġġ għall-estrazzjoni ta’ żejt mhux raffinat u gass naturali (limitat għal żejt mhux raffinat),

(b)

C.19 Manifattura tal-kokk u ta’ prodotti tal-petroleum raffinat,

(c)

D.35.1 — Ġenerazzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija elettrika,

(d)

D.35.3 - Provvista ta’ fwar u tal-arja kondizzjonata (limitata għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew tas-sħana bil-faħam u biż-żejt),

(e)

G.46.71 - Bejgħ bl-ingrossa ta’ fjuwils solidi, likwidi u gassużi u prodotti relatati (limitati għal fjuwils solidi u likwidi).

Għall-attivitajiet relatati mal-gass, id-definizzjoni tal-kodiċi tal-NACE tindirizza attivitajiet b’emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra li huma ogħla minn 270 gCO2/kWh.

(38)  Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa inkluż b’mod konsistenti mar-rekwiżiti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 mudell I riskju tat-tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima; u huwa allinjat mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji tal-Klima), l-Artikoli 12.1 (d) sa (g) u 12.2.

(39)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 (SFDR) minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #4 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Investiment f’kumpaniji mingħajr inizjattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju”); u hija allinjata mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (ir-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji tal-Klima).

(40)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #5 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Sehem tal-konsum u l-produzzjoni tal-enerġija mhux rinnovabbli”). Id-diżaggregazzjoni sservi bħala referenza għal indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #5 fit-Tabella II tal-istess Anness (“Diżaggregazzjoni tal-konsum tal-enerġija skont it-tip ta’ sorsi ta’ enerġija mhux rinnovabbli”).

(41)  Konformi mar-rekwiżiti fl-atti delegati għall-idroġenu minn sorsi rinnovabbli: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-produzzjoni ta’ karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika; u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi livell limitu minimu għall-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-karburanti tal-karbonju riċiklat u billi jispeċifika metodoloġija għall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika u minn karburanti tal-karbonju riċiklat.

(42)  Is-setturi b’impatt qawwi fuq il-klima huma dawk elenkati fit-Taqsimiet A sa H u fit-Taqsima L tal-NACE, (kif definiti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288).

(43)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #5 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Sehem tal-konsum u l-produzzjoni tal-enerġija mhux rinnovabbli”).

(44)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #6 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Intensità tal-konsum tal-enerġija għal kull settur b’impatt klimatiku għoli”).

(45)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikaturi #1 u #2 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“emissjonijiet ta’ gassijiet serra” u “Impronta tal-karbonju”). Din l-informazzjoni hija allinjata mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji Klimatiċi), l-Artikoli 5(1), 6 u 8(1).

(46)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #3 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“intensità ta’ gassijiet serra tal-kumpaniji destinatarji ta’ investiment”). Din l-informazzjoni hija allinjata mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji Klimatiċi), l-Artikolu 8(1).

(47)  Din l-informazzjoni hija allinjata mar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-Liġi tal-UE dwar il-Klima), l-Artikolu 2(1).

(48)  Din l-informazzjoni hija allinjata mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji Klimatiċi).

(49)  Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa konsistenti mar-rekwiżiti inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 — Mudell 5: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju fiżiku tat-tibdil fil-klima: Skoperturi soġġetti għal riskju fiżiku.

(50)  Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa konsistenti mar-rekwiżiti inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 — Mudell 5: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju fiżiku tat-tibdil fil-klima: Skoperturi soġġetti għal riskju fiżiku.

(51)  Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa konsistenti mar-rekwiżiti inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 — Mudell 2: Portafoll mhux tan-negozjar - Riskju ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima: Self kollateralizzat minn proprjetà immobbli - Effiċjenza enerġetika tal-kollateral.

(52)  Din l-informazzjoni hija allinjata mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 (Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji Klimatiċi).

(53)  L-Artikolu 12.1 tar-Regolament dwar l-Istandards tal-Parametri Referenzjarji Klimatiċi jiddikjara li “ [l-]amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jeskludu l-kumpaniji kollha li ġejjin minn dawn il-parametri referenzjarji:

a)

il-kumpaniji li jiksbu 1 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-attivitajiet tal-minjieri, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni jew ir-raffinar tal-faħam u tal-linjite; jew

b)

il-kumpaniji li jiksbu 10 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni jew ir-raffinar tal-karburanti taż-żejt kombustibbli; jew

c)

il-kumpaniji li jiksbu 50 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, il-manifattura jew id-distribuzzjoni ta’ fjuwils gassużi; jew

d)

il-kumpaniji li jiksbu 50 % jew aktar tad-dħul tagħhom mill-ġenerazzjoni tal-elettriku b’intensità tal-GHG ta’ aktar minn 100 g CO2 e/kWh.

L-Artikolu 12.2 jiddikjara li “ L-amministraturi tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi għandhom jeskludu minn dawn il-parametri referenzjarji kwalunkwe kumpanija li tinstab jew li hija kkunsidrata minnhom jew mill-fornituri tad-data esterni bħala ta’ ħsara sinifikanti għal wieħed jew għal uħud mill-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, f’konformità mar-regoli dwar l-istimi stabbiliti fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament.”.

(54)  Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa konsistenti mar-rekwiżiti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 — il-mudell 1 riskju tat-tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima.

(55)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(56)  Konformi mar-rekwiżiti fl-atti delegati għall-idroġenu minn sorsi rinnovabbli: Ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-produzzjoni ta’ karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika; u r-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi livell limitu minimu għall-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-karburanti tal-karbonju riċiklat u billi jispeċifika metodoloġija għall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika u minn karburanti tal-karbonju riċiklat.

(57)  Abbażi tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(58)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 471, 30.12.2021, p. 1).

(59)  Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa konsistenti mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 — Skoperturi tal-Formola 5 soġġetti għar-riskju fiżiku.

(60)  Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa konsistenti mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 — Skoperturi tal-Formola 5 soġġetti għar-riskju fiżiku.

(61)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(62)  Dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni huwa konsistenti mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2453 — Formola 2 proprjetà immobbli, effiċjenza enerġetika tal-kollateral.

(63)  Ir-rata tal-kostijiet hija l-fattur użat sabiex jiġu kkonvertiti l-impatti mhux monetarji bħal tunnellati, ettari, m3 eċċ. f’unitajiet monetarji. Ir-rati tal-kostijiet għandhom ikunu bbażati fuq studji ta’ valwazzjoni monetarja, jeħtieġ li jkunu bbażati fuq ix-xjenza u l-metodi użati sabiex jinkisbu għandhom ikunu trasparenti. Tista’ tinkiseb gwida dwar dawn il-metodi, pereżempju, mill-proġett TRANSPARENT iffinanzjat mill-EU-LIFE.

(64)  Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 033 , 4.2.2006, p. 1)

(65)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 għaliex hija dderivata minn: (a) indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #2 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli tad-divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja”); (b) l-indikatur #8 fit-Tabella I tal-Anness I (“Emissjonijiet fl-ilma); (c) l-indikatur #1 fit-Tabella II tal-Anness I (“Emissjonijiet ta’ pollutanti inorganiċi”); u (d) l-indikatur #3 fit-Tabella II tal-Anness I (“Emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu”).

(66)  Skont l-Eurostat, il-grad ta’ urbanizzazzjoni (DEGURBA) huwa klassifikazzjoni li tindika l-karattru ta’ żona. Abbażi tas-sehem tal-popolazzjoni lokali li tgħix f’raggruppamenti urbani u f’ċentri urbani, hija tikklassifika l-Unitajiet Amministrattivi Lokali (LAU jew muniċipalitajiet) fi tliet tipi ta’ żoni: i) Bliet (żoni b’popolazzjoni densa), ii) Bliet u subborgi (żoni b’densità intermedja), u iii) Żoni rurali (żoni b’popolazzjoni baxxa).

(67)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(68)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (Direttiva Qafas dwar l-Ilma) (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(69)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(70)  Id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135).

(71)  Sors: L-istandard ta’ Prestazzjoni 6, 2012 tal-IFC.

(72)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #7 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Investiment f’kumpaniji mingħajr politiki dwar il-ġestjoni tal-ilma”).

(73)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #8 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Esponiment għal żoni ta’ stress idriku qawwi”).

(74)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #12 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Investiment f’kumpaniji mingħajr prattiki sostenibbli tal-oċeani/tal-ibħra”).

(75)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #6.2 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Użu tal-ilma u riċiklaġġ”, 2. Perċentwal medju ponderat tal-ilma riċiklat u użat mill-ġdid mill-kumpaniji destinatarji ta’ investiment).

(76)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #6.1 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Użu tal-ilma u riċiklaġġ”, 1. L-ammont medju ta’ ilma kkonsmat mill-kumpaniji destinatarji ta’ investiment (f’metri kubi) għal kull miljun EUR ta’ dħul tal-kumpaniji destinatarji ta’ investiment).

(77)  Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 — Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM/2020/380 final.

(78)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ( ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7 ) u d-Direttiva tal-Kunsill92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7 ).

(79)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) ( ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19 ).

(80)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li ġejja minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #7 fit-Tabella 1 tal-Anness 1 tar-Regolament Delegat relatat fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Attivitajiet li jaffettwaw b’mod negattiv l-oqsma sensittivi mil-lat tal-bijodiversità”).

(81)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li ġejja minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatt avvers ewlieni kif stabbiliti mill-indikatur #10 fit-Tabella 2 tal-Anness 1 tar-Regolament Delegat relatat fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar l-investimenti sostenibbli (“Degradazzjoni tal-art, deżertifikazzjoni, issiġġillar tal-ħamrija”).

(82)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li ġejja minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatt avvers prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #14 fit-Tabella 2 tal-Anness 1 tar-Regolament Delegat relatat rigward ir-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Speċijiet naturali u żoni protetti”).

(83)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(84)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatt avvers prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #11 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Investiment f’kumpaniji mingħajr prattiki sostenibbli tal-art/l-agrikoltura”).

(85)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatt avvers prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #12 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Investiment f’kumpaniji mingħajr prattiki sostenibbli tal-oċeani/tal-ibħra”).

(86)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatt avvers prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #15 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Deforestazzjoni”).

(87)  Kif indikat fil-Lista l-Ħamra tal-IUCN ta’ Speċijiet Mhedda u l-Lista l-Ħamra Ewropea ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea.

(88)  L-ixprun dirett tat-tibdil fil-klima għandu jiġi rrapportat taħt l-ESRS E1 Tibdil fil-Klima u tniġġis taħt l-ESRS E2 Tniġġis.

(89)  Kif propost mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2026 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 18).

(90)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(91)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #13 fit-Tabella II tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Proporzjon ta’ skart mhux riċiklat”).

(92)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48). Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #9 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Proporzjon ta’ skart perikoluż u skart radjuattiv”).

(93)  Kif stabbilit bid-Direttiva 2009/125/KE. Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(94)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija dderivata minn indikaturi addizzjonali relatati mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #13 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Operazzjonijiet u fornituri f’riskju sinifikanti ta’ inċidenti ta’ xogħol furzat jew obbligatorju”).

(95)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija dderivata minn indikaturi addizzjonali relatati mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #12 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Operazzjonijiet u fornituri f’riskju sinifikanti ta’ inċidenti ta’ tħaddim tat-tfal”).

(96)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #9 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ politika tad-drittijiet tal-bniedem”).

(97)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur mandatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #11 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli.

(98)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jiddivulgaw il-fatturi tal-ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbiliti mill-indikatur “Skopertura tal-portafoll tal-parametri referenzjarji għal kumpaniji mingħajr politiki ta’ diliġenza dovuta dwar kwistjonijiet indirizzati mill-Konvenzjonijiet fundamentali 1 sa 8 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol” fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II.

(99)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #11 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ proċessi u miżuri għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin”).

(100)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatt avvers prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #1 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Investimenti f’kumpaniji mingħajr politiki ta’ prevenzjoni tal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol”).

(101)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #5 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ mekkaniżmi għat-trattament tal-ilmenti relatati ma’ kwistjonijiet tal-impjegati).

(102)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji sabiex jiddivulgaw il-fatturi tal-ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbiliti mill-indikatur “Proporzjon medju ponderat ta’ aċċidenti, ta’ korrimenti, ta’ fatalitajiet” fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II. Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija dderivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #2 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Rata ta’ aċċidenti”) u l-amministraturi tal-parametri referenzjarji biex jiddivulgaw fatturi ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbilit mill-indikatur “Proporzjon medju ponderat ta’ aċċidenti, korrimenti, fatalitajiet” fit-Taqsima 1 u 2 tal-Anness II.

(103)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #3 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Għadd ta’ jiem mitlufa minħabba korrimenti, aċċidenti, fatalitajiet jew mard”).

(104)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni ta’: parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #12 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Differenza fil-pagi bejn il-ġeneri mhux aġġustata”); u l-amministraturi tal-parametri referenzjarji biex jiddivulgaw il-fatturi ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbilit mill-indikatur “Differenza medja ponderata fil-pagi bejn il-ġeneri” fit-Taqsima 1 u 2 tal-Anness II.

(105)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #8 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Proporzjon ta’ ħlas eċċessiv tas-CEO”).

(106)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #7 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Inċidenti ta’ diskriminazzjoni”).

(107)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija dderivata minn indikatur obbligatorju u addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #10 fit-Tabella I tal-Anness I u mill-indikatur #14 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar l-investimenti sostenibbli (“Ksur tal-prinċipji tal-UNGC u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali” u “Għadd ta’ każijiet identifikati ta’ kwistjonijiet u inċidenti severi tad-drittijiet tal-bniedem”); u l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji biex jiddivulgaw il-fatturi ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbilit mill-indikatur “Numru ta’ kostitwenti ta’ parametri referenzjarji soġġetti għal ksur soċjali (għadd assolut u relattiv diviż bil-kostitwenti kollha tal-parametru referenzjarju), kif imsemmi fit-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn applikabbli, il-liġi nazzjonali” fit-Taqsima 1 u 2 tal-Anness II.

(108)  Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).

(109)  Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea — Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentanza tal-ħaddiema (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29).

(*1)   Ġeneru kif speċifikat mill-impjegati nfushom.

(110)  Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).

(111)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija dderivata minn indikaturi addizzjonali relatati mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikaturi numru 12 u numru 13 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Operazzjonijiet u fornituri f’riskju sinifikanti ta’ inċidenti ta’ tħaddim tat-tfal” u “Operazzjonijiet u fornituri f’riskju sinifikanti ta’ inċidenti ta’ xogħol furzat jew obbligatorju”).

(112)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #9 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ politika tad-drittijiet tal-bniedem”).

(113)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #11 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ proċessi u mekkaniżmi ta’ konformità għall-monitoraġġ tal-konformità mal-prinċipji tal-Patt Globali tan-NU u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali”).

(114)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #11 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ proċessi u miżuri għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin”).

(115)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #4 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ kodiċi ta’ kondotta tal-fornitur”).

(116)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jiddivulgaw il-fatturi tal-ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbiliti mill-indikatur “Skopertura tal-portafoll tal-parametri referenzjarji għal kumpaniji mingħajr politiki ta’ diliġenza dovuta dwar kwistjonijiet indirizzati mill-Konvenzjonijiet fundamentali 1 sa 8 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol” fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II.

(117)  Din l-informazzjoni tappoġġja l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni ta’: parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #10 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli; u l-amministraturi tal-parametri referenzjarji biex jiddivulgaw il-fatturi ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbilit mill-indikaturi “Għadd ta’ kostitwenti tal-parametri referenzjarji soġġetti għal ksur soċjali (għadd assolut u relattiv diviżi mill-kostitwenti kollha tal-parametri referenzjarji), kif imsemmi fit-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn applikabbli, il-liġi nazzjonali” u “L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju lill-kumpaniji mingħajr politiki ta’ diliġenza dovuta dwar kwistjonijiet indirizzati mill-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol 1 sa 8” fit-Taqsima 1 u 2 tal-Anness II.

(118)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #14 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Numru ta’ każijiet identifikati ta’ kwistjonijiet u inċidenti severi tad-drittijiet tal-bniedem”).

(119)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #9 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ politika tad-drittijiet tal-bniedem”).

(120)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #11 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ proċessi u mekkaniżmi ta’ konformità għall-monitoraġġ tal-konformità mal-prinċipji tal-Patt Globali tan-NU u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali”).

(121)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni ta’: parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #10 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Ksur tal-prinċipji tal-Patt Globali tan-NU u l-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-Intrapriżi Multinazzjonali”); u l-amministraturi tal-parametri referenzjarji biex jiddivulgaw il-fatturi ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbilit mill-indikatur “Numru ta’ kostitwenti ta’ parametri referenzjarji soġġetti għal ksur soċjali (għadd assolut u relattiv diviż bil-kostitwenti kollha tal-parametru referenzjarju), kif imsemmi fit-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn applikabbli, il-liġi nazzjonali” fit-Taqsima 1 u 2 tal-Anness II.

(122)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #14 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Numru ta’ każijiet identifikati ta’ kwistjonijiet u inċidenti severi tad-drittijiet tal-bniedem”).

(123)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #9 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ politika tad-drittijiet tal-bniedem”).

(124)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur mandatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #11 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli.

(125)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni ta’: parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur obbligatorju relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #10 fit-Tabella I tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Ksur tal-prinċipji tal-Patt Globali tan-NU u l-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-Intrapriżi Multinazzjonali”); u l-amministraturi tal-parametri referenzjarji biex jiddivulgaw il-fatturi ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbilit mill-indikatur “Numru ta’ kostitwenti ta’ parametri referenzjarji soġġetti għal ksur soċjali (għadd assolut u relattiv diviż bil-kostitwenti kollha tal-parametru referenzjarju), kif imsemmi fit-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn applikabbli, il-liġi nazzjonali” fit-Taqsima 1 u 2 tal-Anness II.

(126)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #14 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjoni dwar investimenti sostenibbli (“Numru ta’ każijiet identifikati ta’ kwistjonijiet u inċidenti severi tad-drittijiet tal-bniedem”).

(127)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #15 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Nuqqas ta’ politiki kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim”).

(128)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

(129)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali kif stabbilit mill-indikatur #6 fit-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli ta’ divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Protezzjoni mhux suffiċjenti tal-informaturi”).

(130)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni ta’: parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija derivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali stabbiliti fl-indikatur #17 tat-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli dwar id-divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Numru ta’ kundanni u ammont ta’ multi għall-ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim”); u l-amministraturi tal-parametri referenzjarji biex jiddivulgaw il-fatturi ESG soġġetti għar-Regolament (UE) 2020/1816 kif stabbilit mill-indikatur “Numri ta’ kundanni u ammont ta’ multi għall-ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim” fit-Taqsima 1 u 2 tal-Anness II.

(131)  Din l-informazzjoni tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-Regolament (UE) 2019/2088 minħabba li hija dderivata minn indikatur addizzjonali relatat mal-impatti avversi prinċipali stabbilit fl-indikatur #16 tat-Tabella III tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 fir-rigward tar-regoli dwar id-divulgazzjonijiet dwar investimenti sostenibbli (“Każijiet ta’ azzjoni insuffiċjenti meħuda biex jiġi indirizzat il-ksur tal-istandards kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim”).

(132)  Korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji.


ANNESS II

AKRONIMI U GLOSSARJU TAT-TERMINI

Dan l-Anness jippreżenta l-akronimi kollha li jinsabu fl-ESRS (Tabella 1) kif ukoll it-termini kollha definiti fl-ESRS (Tabella 2).

Tabella 1

Akronimi

AMS

Sistemi Awtomatizzati tal-Kejl

AQI

Indiċijiet tal-Kwalità tal-Arja

AR

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

AWS

Alleanza għall-Ġestjoni tal-Ilma

BAT

L-aqwa Tekniki Disponibbli

BAT-AEL

Livell ta’ Emissjonijiet Assoċjat mal-Aħjar Tekniki Disponibbli

BAT-AEPL

Livell ta’ Prestazzjoni Ambjentali Assoċjat mal-Aħjar Metodi Tekniċi Disponibbli

BREFs

Dokumenti ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli

Btu

Unitajiet Termali Brittaniċi

CapEx

Nefqa Kapitali

CBD

Konvenzjoni għad-Diversità Bijoloġika

CDDA

Bażi ta’ Data Komuni dwar Żoni Maħtura

CEN

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni

CENELEC

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika

CH4

Metan

CICES

Klassifikazzjoni Internazzjonali Komuni tas-Servizzi tal-Ekosistema

C02

Diossidu tal-Karbonju

CRR

Ir-Regolament (UE) Nru 757/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital)

DEGURBA

Grad ta’ Urbanizzazzjoni

DR BP-1

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Bażi ġenerali għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà

DR BP-2

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Divulgazzjonijiet fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi

DR GOV-1

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji

DR GOV-2

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Informazzjoni pprovduta lill-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża u kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà indirizzati minnhom

DR GOV-3

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Integrazzjoni tal-prestazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi

DR GOV-4

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Dikjarazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għas-sostenibbiltà

DR GOV-5

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni fuq ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà

DR SBM-1

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Il-pożizzjoni tas-suq, l-istrateġija, il-mudell(i) tan-negozju u l-katina tal-valur

DR SBM-2

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

DR SBM-3

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Impatti materjali, riskji u opportunitajiet u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u l-mudell(i) tan-negozju

DR IRO-1

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali

DR IRO-2

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà tal-impriża

DNSH

Tagħmilx Ħsara Sinifikanti

DR

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

EBA

L-Awtorità Bankarja Ewropea

KE

Il-Kummissjoni Ewropea

ŻEE

Iż-Żona Ekonomika Ewropea

EFRAG

Il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju

EFRAG SRB

Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju dwar is-Sostenibbiltà

Il-Bord tar-Rappurtar

EIA

Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali

EMAS

Skema ta’ Ġestjoni u Awditjar Ambjentali

EPC

Ċertifikat tal-Prestazzjoni tal-Enerġija

E-PRTR

Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti

ESA

Awtoritajiet Superviżorji Ewropej

ESMA

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

ESRS topiċi

Standards Ewropej ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà

ESRS 1

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà 1 Rekwiżiti ġenerali

ESRS 2

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

ESRS E1

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà E1 Tibdil fil-klima

ESRS E2

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà E2 Tniġġis

ESRS E3

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà E3 Riżorsi tal-ilma u tal-baħar

ESRS E4

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà E4 Bijodiversità u ekosistemi

ESRS E5

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà E5 Użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari

ESRS G1

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà G1 Imġiba kummerċjali

ESRS S1

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà S1 Forza tax-Xogħol Proprja

ESRS S2

Standard Ewropew għar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà S2 Ħaddiema fil-katina tal-valur

ESRS S3

Standard Ewropew tar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà S3 Komunitajiet affettwati

ESRS S4

Standard Ewropew għar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà S4 Konsumaturi u Utenti aħħarin

Referenza għal-

L-Unjoni Ewropea

EU ETS

Skema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

EWC

Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew

FPIC

Kunsens Liberu, Minn Qabel u Informat

FTE

Ekwivalenti ta’ full-time

GAAP

Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati b’mod Ġenerali

GHG

Gass serra

GJ

Giga-Joules

GRI

Inizjattiva Globali ta’ Rappurtar

GWP

Potenzjal għat-Tisħin Globali

HFCs

Idrofluworokarburi

IED

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali)

IFC

Il-Korporazzjoni Internazzjonali tal-Finanzi

IFRS

Standards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju

ILO

Organizzazzjonijiet Internazzjonali tax-Xogħol

IPBES

Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi

IPCC

Il-grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima

ISEAL

Alleanza għall-Akkreditazzjoni u t-Tikkettar Internazzjonali Soċjali u Ambjentali

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

ISSB

Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tas-Sostenibbiltà

ITS

Standards Tekniċi ta’ Implimentazzjoni

IUCN

Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura

KBA

Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità

Kg

Kilogrammi

lb

Libbri

LEAP

Sib Evalwa Ivvaluta Prepara

LGBTQI

Lesbjani, Gay, Bisesswali, Transġeneru, Queer, Intersess

MDR

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni

MWh

Mega-Watt-siegħa

N2O

Ossidu nitruż

NACE

Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea

NF3

Trifluworur tan-nitroġenu

NGOs

Organizzazzjonijiet Nongovernattivi

NH3

Ammonijaka

NOX

Ossidi tan-nitroġenu

NUTS

Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali tal-Istatistika

O3

Ożonu

ODS

Sustanzi li jnaqqsu l-ożonu

OECD

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku

OECM

Mudell wieħed tal-Klima tad-Dinja

OpEX

Nefqa tat-tħaddim

PBTS

Sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi

PCAF

Sħubija għall-Finanzjament tal-Kontabilità tal-Karbonju

PCFs

Perfluworokarburi

PM

Materja Partikulata

PMTs

Sustanzi Persistenti, Mobbli u Tossiċi

POPs

Pollutanti organiċi persistenti

REACH

Ir-reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi

SBTi

Inizjattiva dwar il-Miri Bbażati fuq ix-Xjenza

SBTN

Netwerk tal-Miri Bbażati fuq ix-Xjenza

SCE

Societas Cooperativa Europaea

SDA

Approċċ ta’ Dekarbonizzazzjoni Settorjali

SDGs

Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

SDPI

Indikatur tal-Prestazzjoni tal-Iżvilupp Sostenibbli

SE

Societas Europaea

SEEA

Sistema ta’ Kontabilità Ekonomika tal-Ambjent

SEEA EA

Sistema ta’ Kontabilità tal-Ekosistema Kontabbli Ambjentali-Ekonomika

SFDR

Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-Regolament dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji Sostenibbli)

SOX

Ossidi ta’ kubrit

SVHC

Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna

TCFD

Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji Relatati mal-Klima

TNFD

Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati man-Natura

NU

Nazzjonijiet Uniti

UNEP

Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent

UNESCO

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura

vPvBs

Sustanzi persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna

vPvMs

Sustanzi persistenti ħafna u mobbli ħafna

WDPA

Bażi ta’ Data Dinjija ta’ Żoni Protetti

WRI

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi

WWF

Il-Fond Dinji għan-Natura


Tabella 2

Termini definiti fl-ESRS

Din it-tabella tiddefinixxi t-termini li għandhom jintużaw bħala referenza għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà f’konformità mal-ESRS.


Termini definiti

Definizzjoni

Azzjonijiet

Azzjonijiet jirreferu għal:

i.

azzjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni (inklużi l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni) li jitwettqu sabiex jiġi żgurat li l-impriża tilħaq il-miri stabbiliti u li permezz tagħhom l-impriża tfittex li tindirizza l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali; u

ii.

deċiżjonijiet biex dawn jiġu appoġġati b’riżorsi finanzjarji, umani jew teknoloġiċi.

Attur fil-katina tal-valur

Individwi jew entitajiet fil-katina tal-valur upstream jew downstream. L-attur jitqies downstream mill-impriża (eż. distributuri, klijenti) meta jirċievi prodotti jew servizzi mill-impriża; huwa kkunsidratat upstream mill-impriża (eż. fornituri) meta jipprovdi prodotti jew servizzi li jintużaw fil-produzzjoni tal-prodotti jew is-servizzi tal-impriża stess.

Paga adegwata

Paga li tipprovdi għas-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet tal-ħaddiem u tal-familja tiegħu fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali nazzjonali.

Korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji

Il-korpi ta’ governanza bl-ogħla awtorità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-impriża, inklużi l-kumitati tagħha. Jekk fl-istruttura ta’ governanza ma jkun hemm l-ebda membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriża, is-CEO, u jekk tali funzjoni teżisti, id-deputat CEO, jenħtieġ li jiġu inklużi. F’xi ġuriżdizzjonijiet, is-sistemi ta’ governanza jikkonsistu f’żewġ livelli, li fihom is-superviżjoni u l-ġestjoni huma separati. F’każijiet bħal dawn, iż-żewġ livelli huma inklużi taħt id-definizzjoni ta’ korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji.

Komunitajiet Affettwati

Persuni jew grupp(i) li jgħixu jew jaħdmu fl-istess żona li kienu jew jistgħu jiġu affettwati mill-operazzjonijiet ta’ impriża li tirrapporta jew permezz tal-katina tal-valur upstream u downstream tagħha. Il-komunitajiet affettwati jistgħu jvarjaw minn dawk li jgħixu qrib l-operazzjonijiet tal-impriża (komunitajiet lokali) għal dawk li jgħixu l-bogħod. Il-komunitajiet affettwati jinkludu popli indiġeni attwalment u potenzjalment affettwati.

Remunerazzjoni totali annwali

Ir-remunerazzjoni totali annwali għall-forza tax-xogħol proprja tinkludi salarju, bonus, għotjiet ta’ stokk, għotjiet ta’ opzjonijiet, kumpens għal pjan ta’ inċentiv mhux tal-ekwità, bidla fil-valur tal-pensjoni, u qligħ ta’ kumpens differit mhux kwalifikat ipprovdut matul sena.

Effetti finanzjarji antiċipati

Effetti finanzjarji li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ rikonoxximent għall-inklużjoni fl-entrati inklużi fir-rapporti finanzjarji fil-perjodu ta’ rapportar u li mhumiex koperti mill-effetti finanzjarji attwali.

Żona f’riskju idriku

Baċir fejn jinġabar l-ilma, fejn diversi aspetti fiżiċi kienu relatati mal-ilma:

i.

iwasslu biex korp tal-ilma wieħed jew aktar ikunu fi stat inqas minn tajjeb u/jew jiddeterjoraw fl-istat (kif definit fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)), u b’hekk jindikaw kwistjonijiet sinifikanti fir-rigward tad-disponibbiltà, il-kwalità, il-kwantità tal-ilma (inkluż l-istress idriku qawwi); u/jew

ii.

iwasslu għal kwistjonijiet fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-ilma, kwistjonijiet regolatorji jew ta’ reputazzjoni (inkluż l-użu kondiviż tal-ilma mal-komunitajiet u l-affordabbiltà tal-ilma) għall-faċilitajiet tiegħu u għall-faċilitajiet ta’ fornitur(i) ewlieni/ewlenin.

Żona ta’ stress idriku qawwi

Reġjuni fejn il-perċentwal tal-ilma totali rtirat huwa għoli (40-80 %) jew estremament għoli (aktar minn 80 %) fl-għodda tal-Aqueduct Water Risk Atlas tal-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI). Ara wkoll l-iskarsezza tal-ilma.

Materjali ta’ proċess assoċjati

Materjali li huma meħtieġa għall-proċess tal-manifattura iżda li ma humiex parti mill-prodott finali, bħal lubrikanti għall-manifattura tal-makkinarju.

Konklużjonijiet tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT)

Dokument li fih il-partijiet ta’ dokument ta’ referenza tal-BAT li jistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni biex tiġi vvalutata l-applikabbiltà tagħhom, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-kontenut minimu ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali inklużi l-parametri referenzjarji assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta’ konsum assoċjati u, fejn xieraq, il-miżuri rilevanti ta’ rimedju tas-sit  (5).

Livell ta’ Emissjonijiet Assoċjat mal-Aħjar Tekniki Disponibbli (BAT-AEL)

Il-firxa ta’ livelli ta’ emissjonijiet miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu tal-aħjar teknika disponibbli jew kombinazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli, kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT, espressa bħala medja fuq perjodu ta’ żmien partikolari, f’kundizzjonijiet ta’ referenza speċifikati, jiġifieri l-livell ta’ emissjonijiet li huwa assoċjat ma’ BAT.

Livell ta’ Prestazzjoni Ambjentali Assoċjat mal-Aħjar Metodi Tekniċi Disponibbli (BAT-AEPL)

Il-firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni ambjentali, ħlief il-livelli ta’ emissjonijiet, miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu ta’ BAT jew kombinazzjoni ta’ BATs (6).

L-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT)  (7)

L-istadju l-aktar effettiv u avvanzat fl-iżvilupp tal-attivitajiet u l-metodi ta’ tħaddim tagħhom li jindika l-adegwatezza prattika ta’ tekniki partikolari biex jipprovdu l-bażi għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u kundizzjonijiet oħra tal-permessi mfassla biex jipprevjenu u, fejn dan ma jkunx prattikabbli, inaqqsu l-emissjonijiet u l-impatt fuq l-ambjent kollu kemm hu:

i.

“metodi tekniċi” tinkludi kemm it-teknoloġija użata kif ukoll il-mod li bih l-installazzjoni tkun iddisinjata, mibnija, imħaddma u dekummissjonata;

ii.

“metodi tekniċi disponibbli” tfisser dawk żviluppati fuq skala li tkun tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur rilevanti industrijali, taħt kondizzjonijiet ekonomikament u teknikament vijabbli, waqt li jitqiesu l-kostijiet u l-vantaġġi, sew jekk il-metodi tekniċi jkunu użati u prodotti ġewwa l-Istat Membru inkwistjoni sew jekk le, sakemm dawn ikunu raġonevolment aċċessibbli għall-operatur; u

iii.

“l-aħjar” tfisser l-aktar effettiv biex jintlaħaq livell ġenerali għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent fl-intier tiegħu.

Telfien tal-bijodiversità

It-tnaqqis ta’ kwalunkwe aspett tad-diversità bijoloġika (jiġifieri d-diversità fil-livelli ġenetiċi, tal-ispeċijiet u tal-ekosistema) f’żona partikolari permezz ta’ mewt (inkluża l-estinzjoni), qerda jew tneħħija fiżika manwali; jista’ jirreferi għal ħafna skali, mill-estinzjonijiet globali sal-estinzjonijiet tal-popolazzjoni, li jirriżultaw fi tnaqqis fid-diversità totali fuq l-istess skala.

Bijodiversità jew diversità bijoloġika

Il-varjabbiltà fost organiżmi ħajjin mis-sorsi kollha, inklużi ekosistemi terrestri, marini u ekosistemi akkwatiċi oħrajn u l-kumplessi ekoloġiċi li minnhom jagħmlu parti. Dan jinkludi varjazzjoni fl-attributi ġenetiċi, fenotipiċi, filoġenetiċi u funzjonali, kif ukoll bidliet fl-abbundanza u d-distribuzzjoni matul iż-żmien u l-ispazju fi ħdan u fost l-ispeċijiet, il-komunitajiet bijoloġiċi u l-ekosistemi.

Żona sensittiva għall-bijodiversità

In-network Natura 2000 ta’ żoni protetti, is-siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO u ż-Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità (“KBAs”), kif ukoll żoni protetti oħra, kif imsemmi fl-Appendiċi D tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 (8).

L-integrità tal-bijosfera jew l-integrità ekoloġika

Il-kapaċità ta’ ekosistema li tappoġġa u żżomm proċessi ekoloġiċi u komunità varjata ta’ organiżmi.

Ekonomija blu

L-ekonomija blu tinkludi l-industriji u s-setturi kollha relatati mal-oċeani, l-ibħra u l-kosti, kemm jekk huma bbażati fl-ambjent tal-baħar (eż. tbaħħir, sajd, ġenerazzjoni tal-enerġija) kif ukoll fuq l-art (eż. portijiet, tarzni, akkwakultura bbażata fuq l-art u produzzjoni tal-alka, turiżmu kostali).

Dokumenti ta’ referenza tal-BREF jew tal-UE dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli

Dokument, li jirriżulta mill-iskambju ta’ informazzjoni organizzat skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) dwar l-emissjonijiet industrijali, imfassal għal attivitajiet definiti u li jiddeskrivi, b’mod partikolari, tekniki applikati, livelli attwali ta’ emissjonijiet u konsum, tekniki kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli kif ukoll il-konklużjonijiet tal-BAT u kwalunkwe teknika emerġenti, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-kriterji elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2010/75/UE.

Tixħim

Persważjoni b’mod diżonest lil xi ħadd sabiex jaġixxi favur tiegħek billi tagħtihom rigal ta’ flus jew inċentiv ieħor.

Mudell tan-negozju

Is-sistema tal-impriża li tittrasforma l-inputs permezz tal-attivitajiet tagħha f’outputs u f’eżiti li għandha l-għan li tilħaq l-għanijiet strateġiċi tal-impriża u li toħloq valur fil-perjodu ta’ żmien ta’ żmien qasir, medju u twil. L-ESRs jużaw it-terminu “mudell tan-negozju” fis-singular, għalkemm huwa rikonoxxut li l-impriżi jista’ jkollhom aktar minn mudell tan-negozju wieħed.

Relazzjonijiet kummerċjali

Ir-relazzjonijiet li l-impriża għandha mas-sħab kummerċjali, mal-entitajiet fil-katina tal-valur tagħha, u ma’ kwalunkwe entità oħra mhux Statali jew Statali marbuta direttament mal-operazzjonijiet, mal-prodotti jew mas-servizzi kummerċjali tagħha. Ir-relazzjonijiet kummerċjali ma humiex limitati għal relazzjonijiet kuntrattwali diretti. Dawn jinkludu relazzjonijiet ta’ negozju indiretti fil-katina tal-valur tal-impriża lil hinn mill-ewwel livell, u pożizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja f’impriżi konġunti jew investimenti.

Prodott inċidentali

Sustanza jew oġġett li jirriżulta minn proċess tal-produzzjoni, li l-għan ewlieni tiegħu ma huwiex il-produzzjoni ta’ dik is-sustanza jew ta’ dak il-prodott, jitqies li ma huwiex skart, iżda prodott inċidentali jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

i.

l-użu ulterjuri tas-sustanza jew tal-oġġett ikun ċert;

ii.

is-sustanza jew l-oġġett jista’ jintuża direttament mingħajr kwalunkwe proċessar ulterjuri ħlief prattika industrijali normali;

iii.

is-sustanza jew l-oġġett huma prodotti bħala parti integrali ta’ proċess ta’ produzzjoni; u

iv.

l-użu ulterjuri jkun skont il-liġi, jiġifieri s-sustanza jew l-oġġett jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha dwar il-prodotti, dwar l-ambjent u dwar il-protezzjoni tas-saħħa għall-użu speċifiku u ma jwassalx għal impatti ġenerali li jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem.

Kreditu ta’ karbonju

Strument trasferibbli jew kummerċjabbli li jirrappreżenta tunnellata metrika ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ Co2eq jew tnħħija tagħhom u jinħareġ u jiġi vverifikat skont standards ta’ kwalità rikonoxxuti.

Ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (CO2) (eq)

L-unità universali ta’ kejl li tindika l-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) ta’ kull gass serra, espressa f’termini tal-GWP ta’ unità waħda ta’ diossidu tal-karbonju. Tintuża biex jiġi evalwat ir-rilaxx (jew l-evitar tar-rilaxx) ta’ gassijiet serra differenti fuq bażi komuni.

Tħaddim tat-tfal

Xogħol li jċaħħad lit-tfal minn tfulithom, mill-potenzjal tagħhom u mid-dinjità tagħhom, u li huwa ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku u mentali. Jirreferi għal xogħol li:

i.

huwa mentalment, fiżikament, soċjalment jew moralment perikoluż u ta’ ħsara għat-tfal; u/jew

ii.

jinterferixxi mal-iskola tagħhom billi jċaħħadhom mill-opportunità li jattendu l-iskola; jobbligahom li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien; jew jeħtiġilhom jippruvaw jikkombinaw l-attendenza tal-iskola ma’ xogħol eċċessivament twil u tqil.

Wild huwa definit bħala persuna taħt l-età ta’ 18-il sena. Jekk forom partikolari ta’ “xogħol” jistgħux jissejħu “tħaddim tat-tfal” jiddependi mill-età tal-wild, mit-tip u mis-sigħat tax-xogħol imwettaq u mill-kundizzjonijiet li taħthom jitwettaq. It-tweġiba tvarja minn pajjiż għal ieħor, kif ukoll bejn is-setturi fi ħdan il-pajjiżi.

L-età minima tax-xogħol ma għandhiex tkun inqas mill-età minima għat-tlestija tal-edukazzjoni obbligatorja, u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun inqas minn 15-il sena skont il-Konvenzjoni Nru 138 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-Età Minima. Jistgħu jseħħu eċċezzjonijiet f’ċerti pajjiżi fejn l-ekonomiji u l-faċilitajiet edukattivi ma jkunux żviluppati biżżejjed, u tapplika età minima ta’ 14-il sena.

Dawn il-pajjiżi ta’ eċċezzjoni huma speċifikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) bħala rispons għal applikazzjoni speċjali mill-pajjiż ikkonċernat u f’konsultazzjoni ma’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-impjegaturi u tal-ħaddiema.

Il-liġijiet nazzjonali jistgħu jippermettu l-impjieg ta’ persuni ta’ bejn 13 u 15 sena f’xogħol ħafif sakemm dan ma jkunx probabbli li jkun ta’ ħsara għal saħħithom jew għall-iżvilupp tagħhom u ma jippreġudikax l-attendenza tagħhom fl-iskola jew il-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi vokazzjonali jew ta’ taħriġ. L-età minima għad-dħul fix-xogħol li min-natura tiegħu jew miċ-ċirkostanzi li fihom jitwettaq x’aktarx jipperikola s-saħħa, is-sikurezza jew il-morali taż-żgħażagħ ma għandhiex tkun inqas minn 18-il sena.

Ekonomija ċirkolari

Sistema ekonomika li fiha l-valur ta’ prodotti, materjali u riżorsi oħra fl-ekonomija jinżamm għall-itwal żmien possibbli, li ttejjeb l-użu effiċjenti tagħhom fil-produzzjoni u l-konsum, biex b’hekk jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-użu tagħhom, jiġi minimizzat l-iskart u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart.

Prinċipji tal-ekonomija ċirkolari

Il-prinċipji Ewropej tal-ekonomija ċirkolari huma:

i.

l-użabbiltà;

ii.

l-użu mill-ġdid;

iii.

il-kapaċità ta’ tiswija;

iv.

iż-żarmar;

v.

il-manifattura mill-ġdid jew ir-rinnovazzjoni;

vi.

ir- riċiklaġġ ;

vii.

ir-riċirkolazzjoni permezz taċ-ċiklu bijoloġiku;

viii.

ottimizzazzjoni potenzjali oħra tal-użu tal-prodott u tal-materjal.

Rata tal-użu ta’ materjal ċirkolari

Ir-riċirkolazzjoni tal-materjali, tal-komponenti u tal-prodotti fil-prattika wara l-ewwel użu permezz tal-istrateġiji li ġejjin (f’ordni ta’ preferenza):

i.

manutenzjoni/użu fit-tul;

ii.

użu mill-ġdid/ridistribuzzjoni;

iii.

rikondizzjonar/manifattura mill-ġdid;

iv.

riċiklaġġ, kompostjar, jew diġestjoni anaerobika.

Ir-rata ta’ użu hija definita bħala l-proporzjon tal-użu ċirkolari tal-materjali għall-użu ġenerali tal-materjali.

Informazzjoni klassifikata

Informazzjoni klassifikata tal-UE kif definita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (10) dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE jew klassifikata minn wieħed mill-Istati Membri u mmarkata skont l-Appendiċi B ta’ dik id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Adattament għat-tibdil fil-klima

Il-proċess ta’ aġġustament għat-tibdil fil-klima attwali u mistenni u l-impatti tiegħu.

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-proċess ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ż-żamma taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi.

Reżiljenza għall-klima

Il-kapaċità ta’ impriża li taġġusta għat-tibdil fil-klima, u għall-iżviluppi jew l-inċertezzi relatati mat-tibdil fil-klima. Ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tinvolvi l-kapaċità li jiġi ġestit l-Ambitu 1 relatat mal-klima u li wieħed jibbenefika minn opportunitajiet relatati mal-klima, inkluża l-kapaċità ta’ rispons u ta’ adattament għar-riskji ta’ tranżizzjoni u għar-riskji fiżiċi. Ir-reżiljenza klimatika ta’ impriża tinkludi kemm ir-reżiljenza strateġika tagħha kif ukoll ir-reżiljenza operazzjonali tagħha għal bidliet, żviluppi jew inċertezzi relatati mal-klima assoċjati mat-tibdil fil-klima.

Opportunità relatata mal-klima

Effetti pożittivi potenzjali relatati mat-tibdil fil-klima għall-impriża. L-isforzi biex jittaffa u jsir adattament għat-tibdil fil-klima jistgħu jipproduċu opportunitajiet għall-impriżi. L-opportunitajiet relatati mal-klima se jvarjaw skont ir-reġjun, is-suq u l-industrija fejn topera l-impriża.

Riskju fiżiku relatat mal-klima (Riskju fiżiku mit-tibdil fil-klima)

Riskji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima li jistgħu jkunu xprunati minn avvenimenti (akuti) jew minn bidliet fit-tul (kroniċi) fix-xejriet klimatiċi.

Riskji fiżiċi akuti jirriżultaw minn perikli partikolari, speċjalment avvenimenti relatati mat-temp bħal maltempati, għargħar, nirien jew mewġiet ta’ sħana. Ir-riskji fiżiċi kroniċi jirriżultaw minn bidliet fit-tul fil-klima, bħal bidliet fit-temperatura, u l-effetti tagħhom fuq il-livelli tal-baħar li qed jogħlew, id-disponibbiltà mnaqqsa tal-ilma, it-telf tal-bijodiversità u l-bidliet fil-produttività tal-art u tal-ħamrija.

Riskju ta’ tranżizzjoni relatat mal-klima

Riskji li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Dawn tipikament jinkludu riskji ta’ politika, riskji legali, riskji teknoloġiċi, riskji tas-suq u riskji għar-reputazzjoni.

Negozjar kollettiv

In-negozjati kollha li jseħħu bejn impjegatur, grupp ta’ impjegaturi jew organizzazzjoni waħda jew aktar tal-impjegaturi, minn naħa waħda, u trade unions waħda jew aktar jew, fin-nuqqas tagħhom, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema eletti u awtorizzati kif xieraq minnhom f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali, min-naħa l-oħra, għal dawn:

i.

id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg; u/jew

ii.

ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema; u/jew ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi jew l-organizzazzjonijiet tagħhom u organizzazzjoni tal-ħaddiema jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema.

Inċident ikkonfermat (tħaddim tat-tfal jew xogħol furzat jew traffikar tal-bnedmin)

Inċident ta’ tħaddim tat-tfal jew ta’ xogħol furzat jew ta’ traffikar tal-bnedmin misjub bħala sostanzjat. L-inċidenti kkonfermati ma jinkludux inċidenti ta’ tħaddim tat-tfal jew ta’ xogħol furzat jew ta’ traffikar tal-bnedmin li għadhom qegħdin jiġu investigati fil-perjodu tar-rapportar.

Inċident ikkonfermat ta’ korruzzjoni jew ta’ tixħim

Inċident ta’ korruzzjoni jew ta’ tixħim li nstab li huwa sostanzjat. L-inċidenti kkonfermati ta’ korruzzjoni jew ta’ tixħim ma jinkludux inċidenti ta’ korruzzjoni jew ta’ tixħim li għadhom qegħdin jiġu investigati fi tmiem il-perjodu tar-rapportar. Id-determinazzjoni ta’ każijiet potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità kif sostanzjati tista’ ssir jew mill-uffiċjal tal-konformità tal-impriża jew minn kariga simili jew minn awtorità. Mhijiex meħtieġa determinazzjoni kif issostanzjata minn qorti tal-ġustizzja.

Konsumatur

Individwi li jakkwistaw, jikkunsmaw jew jużaw oġġetti u servizzi għall-użu personali, jew għalihom infushom jew għal oħrajn, u mhux għal skopijiet ta’ bejgħ mill-ġdid, kummerċ jew kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni.

Kultura korporattiva

Il-kultura korporattiva tesprimi l-għanijiet permezz ta’ valuri u twemmin. Tiggwida l-attivitajiet tal-impriża permezz ta’ suppożizzjonijiet kondiviżi u normi tal-grupp bħal valuri jew dikjarazzjonijiet tal-missjoni jew kodiċi ta’ kondotta.

Korruzzjoni

L-abbuż tas-setgħa fdata għal gwadann privat, li jista’ jiġi instigat minn individwi jew minn organizzazzjonijiet. Jinkludi prattiki bħal pagamenti ta’ faċilitazzjoni, frodi, estorsjoni, kollużjoni, u ħasil tal-flus. Jinkludi wkoll offerta jew riċevuta ta’ kwalunkwe rigal, self, tariffa, premju, jew vantaġġ ieħor lil jew minn kwalunkwe persuna bħala inċentiv sabiex tagħmel xi ħaġa li tkun diżonesta, illegali, jew ksur ta’ fiduċja fil-kondotta kummerċjali tal-impriża. Dan jista’ jinkludi benefiċċji fi flus jew f’oġġetti, bħal oġġetti, rigali, u btajjel mingħajr ħlas, jew servizzi personali speċjali pprovduti għall-finijiet ta’ vantaġġ mhux xieraq, jew li jistgħu jirriżultaw fi pressjoni morali sabiex jiġi riċevut vantaġġ bħal dan.

Entitajiet kredibbli li jidhru għan-nom tal-ħaddiema

Individwi b’esperjenza profonda biżżejjed fl-involviment tal-partijiet ikkonċernati affettwati minn reġjun jew minn kuntest partikolari (pereżempju, ħaddiema nisa fil-farms, popli indiġeni jew ħaddiema migranti) li jistgħu jgħinu sabiex iwasslu b’mod effettiv it-tħassib probabbli tagħhom. Fil-prattika, dawn jistgħu jinkludu NGOs tal-iżvilupp u tad-drittijiet tal-bniedem, trade unions internazzjonali u soċjetà ċivili lokali, inklużi organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-fidi.

Effetti finanzjarji attwali

L-effetti finanzjarji għall-perjodu ta’ rapportar attwali li huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji primarji.

Ingranaġġi tad-dekarbonizzazzjoni

Tipi aggregati ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni bħall-effiċjenza enerġetika, l-elettrifikazzjoni, il-bdil tal-fjuwil, l-użu tal-enerġija rinnovabbli, it-tibdil tal-prodotti, u d-dekarbonizzazzjoni tal-katina tal-provvista li jaqblu mal-azzjonijiet speċifiċi tal-impriżi.

Deforestazzjoni

Konverżjoni temporanja jew permanenti indotta mill-bniedem ta’ art forestali għal art mhux forestali (11).

Degradazzjoni jew ekosistema degradata

Impatti umani kroniċi li jirriżultaw fit-telf tal-bijodiversità u t-tfixkil tal-istruttura, il-kompożizzjoni u l-funzjonalità ta’ ekosistema.

Dipendenzi

Is-sitwazzjoni ta’ impriża li tkun dipendenti fuq riżorsi naturali, umani u/jew soċjali għall-proċessi tan-negozju tagħha.

Depożitu fl-ilma u fil-ħamrija

Ammont ta’ sustanza li tkun akkumulat fl-ambjent, jew fl-ilma jew fil-ħamrija, u jew bħala konsegwenza ta’ attivitajiet regolari jew minn inċidenti jew minn disponimenti ta’ impriżi, indipendentement minn jekk dik l-akkumulazzjoni sseħħx fis-sit tal-produzzjoni ta’ impriża jew barra minnu.

Deżertifikazzjoni

Id-degradazzjoni tal-art f’żoni niexfa, semi-aridi u xotti subumdi li tirriżulta minn diversi fatturi, inklużi varjazzjonijiet klimatiċi u attivitajiet tal-bniedem. Id-deżertifikazzjoni ma tirreferix għall-espansjoni naturali tad-deżerti eżistenti.

Skariku

Skariku ta’ ilma mormi tfisser l-ammont ta’ ilma (f’m3) jew sustanza (f’kg BOD/d jew komparabbli) miżjuda/mnixxija f’korp tal-ilma minn punt jew sors mhux punt. Effluwent (jew skariku) tad-drenaġġ tfisser dranaġġ ittrattat skarikat minn impjant tat-trattament tad-drenaġġ.

Diskriminazzjoni

Id-diskriminazzjoni tista’ sseħħ direttament jew indirettament. Diskriminazzjoni diretta sseħħ meta individwu jiġi ttrattat b’mod inqas favorevoli meta mqabbel ma’ kif persuni oħra, li jinsabu f’sitwazzjoni simili, ikunu ġew jew kienu jiġu ttrattati, u r-raġuni għal dan hija karatteristika partikolari li għandhom, li taqa’ taħt “raġuni protetta”. Diskriminazzjoni indiretta sseħħ meta regola li tidher newtrali tkun ta’ żvantaġġ għal persuna jew għal grupp li jkollu l-istess karatteristiċi. Irid jintwera li grupp ikun żvantaġġat minn deċiżjoni meta mqabbel ma’ grupp komparatur.

Materjalità doppja

Il-materjalità doppja għandha żewġ dimensjonijiet: il-materjalità tal-impatt u l-materjalità finanzjarja. Kwistjoni ta’ sostenibbiltà tissodisfa l-kriterju ta’ materjalità doppja jekk tkun materjali mill-perspettiva tal-impatt jew mill-perspettiva finanzjarja jew mit-tnejn li huma.

Durabbiltà ta’ prodott, komponent jew materjal

Il-kapaċità ta’ prodott, komponent jew materjal li jibqa’ funzjonali u rilevanti meta jintuża kif maħsub.

Limitu ekoloġiku

Il-punt li fih bidla relattivament żgħira fil-kundizzjonijiet esterni tikkawża bidla rapida f’ekosistema. Meta jinqabeż limitu ekoloġiku, l-ekosistema tista’ ma tkunx tista’ terġa’ lura għall-istat tagħha permezz tar-reżiljenza inerenti tagħha.

Firxa tal-ekosistema

Id-daqs ta’ assi tal-ekosistema, filwaqt li assi tal-ekosistema huwa l-ispazju kontigwu ta’ tip speċifiku ta’ ekosistema kkaratterizzat minn sett distint ta’ komponenti bijotiċi u abijotiċi u l-interazzjonijiet tagħhom.

Restawr tal-ekosistema

Kwalunkwe attività intenzjonata li tibda jew taċċellera l-irkupru ta’ ekosistema minn stat degradat.

Servizzi tal-ekosistema

Tirreferi għall-kontributi tal-ekosistemi għall-benefiċċji li jintużaw f’attività ekonomika u f’attività umana oħra, rispettivament il-benefiċċji li n-nies jiksbu mill-ekosistemi. Fil-valutazzjoni tal-Ekosistema għall-Millenju, is-servizzi tal-ekosistema jistgħu jinqasmu f’appoġġ, f’regolamentazzjoni, fi proviżjonament u f’kulturali. Il-klassifikazzjoni Internazzjonali Komuni tas-Servizzi Ekosistemiċi (CICES) tikklassifika t-tipi ta’ servizzi tal-ekosistemi.

Ekosistema/i

Kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, ta’ annimali u ta’ mikroorganiżmi u tal-ambjent abijotiku tagħhom li jinteraġixxu bħala unità funzjonali. Tipoloġija ta’ ekosistemi hija pprovduta mit-Tipoloġija Globali tal-Ekosistema tal-IUCN 2.0.

Emissjoni

Ir-rilaxx dirett jew indirett ta’ sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana jew storbju minn sorsi individwali jew diffużi fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija  (12).

Impjegat

Individwu li jkun f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali.

Utenti finali

Individwi li fl-aħħar mill-aħħar jużaw jew li huma maħsubin li fl-aħħar mill-aħħar jużaw prodott jew servizz partikolari.

Opportunitajiet indaqs

Aċċess ugwali u mhux diskriminatorju għal, fost l-individwi, opportunitajiet għall-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjieg, l-iżvilupp tal-karriera u l-eżerċizzju tal-poter mingħajr ma jkunu żvantaġġati abbażi ta’ kriterji bħas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, in-nazzjonalità, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Trattament ugwali

Il-prinċipju ta’ trattament ugwali huwa prinċipju ġenerali tad-dritt Ewropew li jippresupponi li sitwazzjonijiet komparabbli jew partijiet f’sitwazzjonijiet komparabbli jiġu ttrattati bl-istess mod. Fil-kuntest tal-ESRS S1, it-terminu “trattament ugwali” jirreferi wkoll għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, li skontu ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Effetti finanzjarji

L-effetti mir-riskji u l-opportunitajiet li jaffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-impriża fuq terminu qasir, medju jew twil.

Materjalità finanzjarja

Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali minn perspettiva finanzjarja jekk tiġġenera riskji jew opportunitajiet li jaffettwaw (jew jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jaffettwaw) il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, il-flussi tal-flus, l-aċċess għall-finanzjament jew il-kost tal-kapital tal-impriża fuq terminu qasir, medju jew twil.

Xogħol furzat

Kull xogħol jew servizz li jitwettaq minn kwalunkwe persuna taħt it-theddida ta’ xi penali u li l-persuna msemmija ma tkunx offriet li tagħmlu hija stess minn jeddha. It-terminu jinkludi s-sitwazzjonijiet kollha li fihom il-persuni jiġu mġegħlin bi kwalunkwe mezz sabiex jagħmlu xogħol u jinkludi kemm prattiki tradizzjonali “simili għall-iskjavitù” kif ukoll forom kontemporanji ta’ koerċizzjoni li fihom ikun involut l-isfruttament ta’ ħaddiema, li jistgħu jinkludu t-traffikar tal-bnedmin u l-iskjavitù moderna.

Fjuwils fossili

Sorsi ta’ enerġija mhux rinnovabbli bbażati fuq il-karbonju bħall-fjuwils solidi, il-gass naturali u ż-żejt.

Kunsens Liberu, Minn Qabel u Infurmat (FPIC)

Manifestazzjoni tad-dritt tal-popli indiġeni li jiddeterminaw huma stess il-prijoritajiet politiċi, soċjali, ekonomiċi u kulturali tagħhom. Dan jikkostitwixxi tliet drittijiet interrelatati u kumulattivi tal-popli indiġeni: id-dritt li wieħed jiġi kkonsultat; id-dritt ta’ parteċipazzjoni; u d-dritt għall-artijiet, it-territorji u r-riżorsi tagħhom. Il-FPIC jappartjeni għall-popli indiġeni u huwa rikonoxxut skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP).

Ilma ħelu

L-ilma ta’ taħt l-art u l-ilma tal-wiċċ, b’salinità annwali medja ta’ < 0,5 ‰ (il-limitu msemmi fl-Anness II tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma).

Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Żieda fl-Ambiti 1, 2, 3 jew l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-impriża fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, meta mqabbla mal-emissjonijiet fis-sena bażi. It-tnaqqis tal-emissjonijiet jista’ jirriżulta minn, fost l-oħrajn, l-effiċjenza enerġetika, l-elettrifikazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni tal-fornituri, id-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-elettriku, l-iżvilupp ta’ prodotti sostenibbli jew il-bidliet fil-konfini jew fl-attivitajiet tar-rapportar (eż. l-esternalizzazzjoni, il-kapaċitajiet imnaqqsa.), dment li dawn jinkisbu fl-operazzjonijiet tal-impriża stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha. L-assorbimenti u l-emissjonijiet evitati ma jingħaddux bħala tnaqqis tal-emissjonijiet.

Assorbiment u ħżin ta’ gassijiet serra

L-assorbimenti (antropoġeniċi) jirreferu għall-irtirar tal-gassijiet serra mill-atmosfera bħala riżultat ta’ attivitajiet intenzjonati tal-bniedem. Dawn jinkludu t-titjib ta’ bjar bijoloġiċi antropoġeniċi tas-CO2 u l-użu tal-inġinerija kimika biex jinkisbu t-tneħħija u l-ħżin fit-tul. Il-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS) minn sorsi industrijali u relatati mal-enerġija, li waħedhom ma jneħħux is-CO2 mill-atmosfera, jistgħu jneħħu s-CO2 atmosferiku jekk jiġu kkombinati mal-produzzjoni tal-bijoenerġija (Bijoenerġija (Bijoenerġija bil-Qbid u l-Ħżin tal-karbonju - BECCS). L-assorbimenti jistgħu jkunu soġġetti għal treġġigħ lura, li huma kwalunkwe moviment ta’ gassijiet serra maħżuna barra mill-ħżin maħsub li jerġgħu jidħlu fl-atmosfera. Pereżempju, jekk foresta li tkun tkabbret biex jitneħħa ammont speċifiku ta’ CO2 tkun soġġetta għal nirien fil-foresti, l-emissjonijiet maqbuda fis-siġar jitreġġgħu lura.

Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP)

Fattur li jiddeskrivi l-impatt ta’ forza radjattiva (grad ta’ ħsara lill-atmosfera) ta’ unità waħda ta’ gass serra partikolari meta mqabbel ma’ unità waħda ta’ CO2.

Gassijiet Serra (GHG)

Il-gassijiet elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Dawn jinkludu d-diossidu tal-karbonju (CO2), il-Metan (CH4), l-Ossidu Nitruż (N2O), l-eżafluworur tal-kubrit (SF6), it-trifluworur tan-nitroġenu (NF3), l-Idrofluworokarburi (HFCs), il-Perfluworokarburi (PFCs).

Mekkaniżmu ta’ lmentar

Kwalunkwe proċess ta’ rutina, ibbażat fuq l-istat jew mhux ibbażat fuq l-Istat, ġudizzjarju jew mhux ġudizzjarju li permezz tiegħu l-partijiet ikkonċernati jistgħu jqajmu lmenti u jfittxu rimedju. Eżempji ta’ mekkaniżmi ta’ lmentar ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji ibbażati fuq l-Istat jinkludu qrati, tribunali industrijali, istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali skont il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, l-uffiċċji tal-ombudsperson, l-aġenziji għall-protezzjoni tal-konsumatur, il-korpi regolatorji ta’ sorveljanza, u l-uffiċċji tal-ilmenti mmexxijin mill-gvern. Il-mekkaniżmi ta’ lmentar mhux ibbażati fuq l-Istat jinkludu dawk amministrati mill-impriża, jew waħedha jew flimkien ma’ partijiet ikkonċernati, bħal mekkaniżmi ta’ lmentar fil-livell operazzjonali u n-negozjar kollettiv, inklużi l-mekkaniżmi stabbiliti min-negozjar kollettiv. Dawn jinkludu wkoll mekkaniżmi amministrati minn assoċjazzjonijiet tal-industrija, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew minn gruppi b’diversi partijiet ikkonċernati.

Il-mekkaniżmi ta’ lmentar fil-livell operazzjonali huma amministrati mill-organizzazzjoni waħedha jew inkella f’kollaborazzjoni ma’ partijiet oħrajn u huma direttament aċċessibbli mill-partijiet ikkonċernati tal-organizzazzjoni. Jippermettu li l-ilmenti jiġu identifikati u indirizzati kmieni u direttament, u b’hekk jipprevjenu kemm il-ħsara kif ukoll l-ilmenti milli jikbru. Huma jipprovdu wkoll feedback importanti dwar l-effettività tad-diliġenza dovuta tal-organizzazzjoni minn dawk li huma affettwati direttament.

Skont il-Prinċipju Gwida 31 tan-NU, mekkaniżmi ta’ lmentar effettivi huma leġittimi, aċċessibbli, prevedibbli, ekwi, trasparenti, kompatibbli mad-drittijiet, u sors ta’ apprendiment kontinwu. Minbarra dawn il-kriterji, mekkaniżmi ta’ lmentar effettivi fil-livell operazzjonali huma bbażati wkoll fuq l-involviment u fuq id-djalogu. Jista’ jkun aktar diffiċli għall-organizzazzjoni li tivvaluta l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ lmentar li hija tipparteċipa fihom meta mqabbla ma’ dawk li tkun stabbiliet hija stess.

Ilma ta’ taħt l-art

L-ilma kollu li huwa taħt il-wiċċ tal-art fiż-żona ta’ saturazzjoni u f’kuntatt dirett mal-art jew mas-sottoswol (14).

Ħabitat

Il-post jew it-tip ta’ sit fejn organiżmu jew popolazzjoni tgħix b’mod naturali. Użata wkoll biex tfisser l-attributi ambjentali meħtieġa minn speċi partikolari jew in-niċċa ekoloġika tagħha.

Frammentazzjoni tal-ħabitats

Terminu ġenerali li jiddeskrivi s-sett ta’ proċessi li bihom it-telf tal-ħabitat jirriżulta fid-diviżjoni tal-ħabitats kontinwi f’numru akbar ta’ rqajja’ iżgħar ta’ daqs totali iżgħar u iżolati minn xulxin b’matriċi ta’ ħabitats mhux simili. Il-frammentazzjoni tal-ħabitat tista’ sseħħ permezz ta’ proċessi naturali (eż. nirien fil-foresti u fil-mergħat, għargħar) u permezz ta’ attivitajiet tal-bniedem (forestrija, agrikoltura, urbanizzazzjoni).

Fastidju

Sitwazzjoni “fejn imġiba mhux mixtieqa relatata ma’ raġuni protetta ta’ diskriminazzjoni (pereżempju, ġeneru skont id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), jew reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (16)) isseħħ bl-għan jew bl-effett li tikser id-dinjità ta’ persuna, u li toħloq ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.

Skart perikoluż

Skart li juri waħda jew aktar mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) dwar l-iskart.

Setturi b’impatt klimatiku għoli

Is-setturi li huma elenkati fit-Taqsimiet A sa H u fit-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) (kif definit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 (19)).

L-impatti

L-effett li l-impriża jkollha jew jista’ jkollha fuq l-ambjent u n-nies, inklużi l-effetti fuq id-drittijiet tal-bniedem tagħhom, marbuta mal-operazzjonijiet tagħha stess u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, inkluż permezz tal-prodotti u s-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. L-impatti jistgħu jkunu attwali jew potenzjali, negattivi jew pożittivi intenzjonati jew mhux intenzjonati, u riversibbli jew irriversibbli. Dawn jistgħu jinqalgħu fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju jew twil. L-impatti jindikaw il-kontribut tal-impriża, negattiv jew pożittiv, għall-iżvilupp sostenibbli.

Fatturi ewlenin tal-impatt

Il-fatturi kollha li jikkawżaw bidliet fin-natura, fl-assi antropoġeniċi, fil-kontributi tan-natura għan-nies u għal kwalità tajba tal-ħajja. L-ixprunaturi diretti tal-bidla jistgħu jkunu kemm naturali kif ukoll antropoġeniċi. Dawn għandhom impatti fiżiċi diretti (mekkaniċi, kimiċi, storbju, dawl, eċċ.) u li jaffettwaw l-imġiba fuq in-natura. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, it-tibdil fil-klima, it-tniġġis, tipi differenti ta’ tibdil fl-użu tal-art, speċijiet aljeni invażivi u żoonożi, u l-isfruttament. Il-fatturi ewlenin tal-impatt indiretti joperaw b’mod diffuż billi jbiddlu u jinfluwenzaw il-fatturi ewlenin diretti (billi jaffettwaw il-livell, id-direzzjoni jew ir-rata tagħhom) kif ukoll fatturi ewlenin indiretti oħrajn. L-interazzjonijiet bejn il-fatturi ewlenin indiretti u diretti joħolqu ktajjen differenti ta’ relazzjoni, ta’ attribuzzjoni u ta’ impatti, li jistgħu jvarjaw skont it-tip, l-intensità, id-durata u d-distanza. Dawn ir-relazzjonijiet jistgħu jwasslu wkoll għal tipi differenti ta’ effetti kollaterali. Il-fatturi ewlenin indiretti globali jinkludu fatturi ekonomiċi, demografiċi, ta’ governanza, teknoloġiċi u kulturali. Tingħata attenzjoni speċjali, fost fatturi indiretti, lir-rwol tal-istituzzjonijiet (kemm formali kif ukoll informali) u lill-impatti tax-xejriet tal-produzzjoni, il-provvista u l-konsum fuq in-natura, il-kontribuzzjonijiet tan-natura lin-nies u l-kwalità tajba tal-ħajja.

Materjalità tal-impatt

Kwistjoni ta’ sostenibbiltà tkun materjali minn perspettiva tal-impatt meta tirrigwarda l-impatti materjali attwali jew potenzjali, pożittivi jew negattivi tal-impriża fuq in-nies jew fuq l-ambjent fuq terminu qasir, medju u fit-tul. Kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali minn perspettiva tal-impatt tinkludi impatti marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża stess u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, inkluż permezz tal-prodotti u s-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha.

Inċident

Azzjoni legali jew ilment irreġistrat mal-impriża jew mal-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ proċess formali, jew ta’ każ ta’ nuqqas ta’ konformità identifikat mill-impriża permezz ta’ proċeduri stabbiliti. Proċeduri stabbiliti sabiex jiġu identifikati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jistgħu jinkludu awditi tas-sistemi ta’ ġestjoni, programmi ta’ monitoraġġ formali, jew mekkaniżmi ta’ lmentar.

Inċinerazzjoni

Il-ħruq ikkontrollat tal-iskart f’temperatura għolja bl-irkupru tal-enerġija jew mingħajru.

Membru tal-bord indipendenti

Membri tal-bord li jeżerċitaw ġudizzju indipendenti ħieles minn kwalunkwe influwenza esterna jew kunflitt ta’ interess. L-indipendenza ġeneralment tfisser l-eżerċizzju ta’ ġudizzju oġġettiv u bla xkiel. Meta jintuża bħala l-kejl li bih tiġi ġġudikata d-dehra ta’ indipendenza, jew biex jiġi kkategorizzat membru mhux eżekuttiv tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jew tal-kumitati tagħhom bħala indipendenti, dan ifisser in-nuqqas ta’ interess, pożizzjoni, assoċjazzjoni jew relazzjoni li, meta ġġudikata mill-perspettiva ta’ parti terza raġonevoli u infurmata, x’aktarx tinfluwenza b’mod mhux xieraq jew tikkawża preġudizzju fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Popli indiġeni

Ma hemm l-ebda definizzjoni unika għall-popli indiġeni maqbula fil-livell internazzjonali. Fil-prattika, hemm konverġenza fost l-aġenziji internazzjonali dwar liema gruppi jistgħu jitqiesu bħala popli indiġeni u jenħtieġ li jgawdu minn protezzjoni speċjali bħala tali. Kriterju importanti għad-definizzjoni tal-popli indiġeni huwa relatat mal-konnessjoni tagħhom ma’ żona tradizzjonali, kif definita fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO, li jiddikjara li l-konvenzjoni tapplika għal: “(a) popli tribali f’pajjiżi indipendenti li l-kundizzjonijiet soċjali, kulturali u ekonomiċi tagħhom jiddistingwuhom minn taqsimiet oħra tal-komunità nazzjonali, u li l-istatus tagħhom huwa rregolat kompletament jew parzjalment mid-drawwiet jew it-tradizzjonijiet tagħhom stess jew minn liġijiet jew regolamenti speċjali; (b) popli f’pajjiżi indipendenti li huma meqjusa bħala indiġeni minħabba d-dixxendenza tagħhom mill-popolazzjonijiet li kienu jgħixu fil-pajjiż, jew reġjun ġeografiku li għalih jappartjeni l-pajjiż, fiż-żmien tal-konkwista jew il-kolonizzazzjoni jew l-istabbiliment tal-konfini attwali tal-istat u li, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, iżommu xi wħud mill-istituzzjonijiet soċjali, ekonomiċi, kulturali u politiċi tagħhom jew kollha kemm huma”. Il-Konvenzjoni 169 tal-ILO tiddikjara wkoll fl-Artikolu 1(2) li: “l-identifikazzjoni bħala indiġena jew tribali għandha titqies bħala kriterju fundamentali għad-determinazzjoni tal-gruppi li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni”.

Emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra li huma konsegwenza tal-attivitajiet ta’ entità iżda li jseħħu f’sorsi li huma proprjetà ta’ entità oħra jew li huma kkontrollati minnha. L-emissjonijiet indiretti huma l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Ambitu 2 u l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 flimkien.

Installazzjoni

Unità teknika stazzjonarja li fiha titwettaq attività waħda jew aktar li jista’ jkollha effett fuq l-emissjonijiet u fuq it-tniġġis.

Prezz intern tal-karbonju

Il-prezz użat minn impriża biex tivvaluta l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-bidliet fl-investiment, fil-produzzjoni u fix-xejriet tal-konsum, u tal-progress teknoloġiku potenzjali u tal-kostijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-ġejjieni.

Skema interna tal-ipprezzar tal-karbonju

Arranġament organizzazzjonali li jippermetti lill-impriża tapplika l-prezzijiet tal-karbonju fit-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi u operazzjonali. Hemm żewġ tipi ta’ prezzijiet interni tal-karbonju użati b’mod komuni mill-impriżi. L-ewwel tip huwa prezz parallel, li huwa kost teoretiku jew ammont nozzjonali li l-impriża ma titlobx iżda li jista’ jintuża fil-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet ekonomiċi jew tal-kompromessi għal affarijiet bħall-impatti fuq ir-riskju, investimenti ġodda, il-valur preżenti nett tal-proġetti, u l-kostijiet-benefiċċji ta’ diversi inizjattivi. It-tieni tip huwa taxxa jew tariffa interna, li hija prezz tal-karbonju impost fuq attività kummerċjali, linja ta’ prodott, jew unità operatorja oħra abbażi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha (dawn it-taxxi jew it-tariffi interni huma simili għall-ipprezzar ta’ trasferiment fi ħdan kumpanija).

Speċijiet invażivi jew aljeni

L-ispeċijiet li l-introduzzjoni u/jew it-tixrid tagħhom permezz ta’ azzjoni tal-bniedem barra mid-distribuzzjoni naturali tagħhom jhedded id-diversità bijoloġika, is-sigurtà tal-ikel, u s-saħħa u l-benessri tal-bniedem. “Aljena” tirreferi għall-ispeċi li ġiet introdotta barra mid-distribuzzjoni naturali tagħha (“eżotika”, “mhux nattiva” u “mhux indiġena” huma sinonimi għal “aljena”). “Invażiva” tfisser “li għandha tendenza li tespandi fl-ekosistemi u timmodifika l-ekosistemi li fihom ġiet introdotta”. Għalhekk, speċi tista’ tkun aljena mingħajr ma tkun invażiva, jew, fil-każ ta’ speċi indiġena għal reġjun, tista’ tiżdied u ssir invażiva, mingħajr ma fil-fatt tkun speċi aljena.

Żona Ewlenija tal-Bijodiversità (KBA)

Siti li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-persistenza globali tal-bijodiversità”, f’ekosistemi terrestri, tal-ilma ħelu u tal-baħar. Is-siti jikkwalifikaw bħala KBAs globali jekk jissodisfaw kriterju wieħed jew aktar minn 11, miġbura f’ħames kategoriji: bijodiversità mhedda; bijodiversità ġeografikament ristretta; integrità ekoloġika; proċessi bijoloġiċi; u, l-insostitwibbiltà. Il-Bażi tad-Data Dinjija ta’ KBAs hija ġestita minn BirdLife International f’isem is-Sħubija tal-KBA.

Degradazzjoni tal-art

Il-ħafna proċessi li jixprunaw it-tnaqqis jew it-telf fil-bijodiversità, il-funzjonijiet tal-ekosistema jew il-benefiċċji tagħhom għan-nies u tinkludi d- degradazzjoni tal-ekosistemi terrestri kollha.

Landfill

Sit għar-rimi tal-iskart għad-depożitu tal-iskart fuq jew fl-art (20).

(Bidla fis-)Sistema tal-art

Il-komponent terrestri tas-sistema tad-Dinja, li jinkludi l-proċessi u l-attivitajiet kollha relatati mal-użu tal-art mill-bniedem. Dawn jinkludu inputs u arranġamenti soċjoekonomiċi, teknoloġiċi u organizzazzjonali, kif ukoll il-benefiċċji miksubin mill-art u l-eżiti soċjali u ekoloġiċi mhux intenzjonati tal-attivitajiet tas-soċjetà. Il-kunċett tas-sistemi tal-art jgħaqqad l-użu tal-art (l-attivitajiet, l-arranġamenti u l-inputs assoċjati mal-użu tal-art) mal-kopertura tal-art (l-aggregazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-art dixxernibbli bl-Osservazzjoni tad-Dinja).

(Bidla fl-)Użu tal-art

L-użu mill-bniedem ta’ żona speċifika għal ċertu skop (bħal residenzjali; l-agrikoltura; rikreazzjoni; industrijali, eċċ.). Influwenzat minn, iżda mhux sinonimu ma’, kopertura tal-art. It-tibdil fl-użu tal-art jirreferi għal bidla fl-użu jew fil-ġestjoni tal-art mill-bnedmin, li tista’ twassal għal bidla fil-kopertura tal-art.

Rappreżentanti leġittimi

Individwi rikonoxxuti bħala leġittimi skont il-liġi jew il-prattika, bħal rappreżentanti eletti tat-trade unions fil-każ ta’ ħaddiema, jew rappreżentanti oħrajn magħżulin b’mod liberu mill-partijiet ikkonċernati affettwati.

Ingranaġġ

Il-kapaċità tal-impriża li twettaq bidla fil-prattiki ħżiena ta’ parti oħra li jkunu marbuta ma’ impatt negattiv relatat mas-sostenibbiltà.

Attivitajiet ta’ lobbjar

Attivitajiet imwettqin bl-objettiv li jinfluwenzaw il-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-politika jew tal-leġiżlazzjoni, jew il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-gvernijiet, tal-istituzzjonijiet governattivi, tar-regolaturi, tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tal-korpi, uffiċċji u aġenziji jew ta’ dawk li jistabbilixxu l-istandards. Tali attivitajiet jinkludu (lista mhux eżawrjenti):

i.

l-organizzazzjoni jew il-parteċipazzjoni f’laqgħat, f’konferenzi, f’eventi;

ii.

il-kontribut għal konsultazzjonijiet, għal seduti ta’ smigħ jew għal inizjattivi simili oħrajn jew il-parteċipazzjoni fihom;

iii.

l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni, ta’ pjattaformi, ta’ networks, ta’ inizjattivi fil-livell lokali;

iv.

it-tħejjija/l-ikkummissjonar ta’ dokumenti ta’ politika u ta’ pożizzjoni, stħarriġ tal-opinjoni pubblika, stħarriġ, ittri miftuħa, xogħol ta’ riċerka skont l-attivitajiet koperti mir-regoli tar-reġistru ta’ trasparenza.

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra impenjati

Stimi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra futuri li x’aktarx jiġu kkawżati mill-assi jew mill-prodotti ewlenin ta’ impriża mibjugħa matul il-ħajja operattiva tagħhom.

Lonġevità

Imfassla għall-manutenzjoni u għad-durabbiltà b’tali mod li jitħeġġeġ użu aktar fit-tul mill-istandard tal-industrija fil-prattika u fuq skala u b’tali mod li ma jkunx kompromess it-trattament ċirkolari fi tmiem il-ħajja funzjonali.

Riżorsi tal-baħar

Riżorsi bijoloġiċi u mhux bijoloġiċi li jinsabu fl-ibħra u l-oċeani. Eżempji jinkludu iżda mhumiex limitati għal minerali tal-baħar fond, gravels, u prodotti tal-frott tal-baħar

Opportunitajiet materjali

Opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà b’ effetti finanzjarji pożittivi li jaffettwaw materjalment, (jew jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jaffettwaw) il-flussi tal-flus tal-impriża, l-aċċess għall-finanzi, jew il-kost tal-kapital fuq terminu qasir, medju jew twil.

Riskji materjali

Riskji relatati mas-sostenibbiltà b’effetti finanzjarji negattivi li jaffettwaw materjalment (jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jaffettwaw) il-flussi tal-flus tal-impriża, l-aċċess għall-finanzjament, jew il-kost tal-kapital fuq terminu qasir, medju jew twil.

Materjalità

Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali jekk tissodisfa d-definizzjoni ta’ materjalità tal-impatt, materjalità finanzjarja, jew it-tnejn li huma.

Metriċi

L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi li l-impriża tuża sabiex tkejjel u tirrapporta dwar l-effettività tat-twettiq tal-politiki tagħha relatati mas-sostenibbiltà u mal-miri tagħha maż-żmien. Il-metriċi jappoġġaw ukoll il-kejl tar-riżultati tal-impriża fir-rigward tal-persuni affettwati, tal-ambjent u tal-impriża.

Mikroplastiċi

Biċċiet żgħar tal-plastik, normalment iżgħar minn 5 mm. Volum dejjem jikber ta’ mikroplastiċi jinsab fl-ambjent, inkluż fil-baħar, u fl-ikel u fl-ilma tax-xorb. Ladarba jkunu fl-ambjent, il-mikroplastiċi ma jiddegradawx u għandhom it-tendenza li jakkumulaw - sakemm ma jkunux iddisinjati speċifikament biex jiddegradaw fl-ambjent miftuħ. Il-bijodegradabbiltà hija fenomenu kumpless, speċjalment fl-ambjent tal-baħar. Hemm tħassib dejjem akbar dwar il-preżenza ta’ mikroplastiċi f’kompartimenti ambjentali differenti (bħall-ilma), l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u potenzjalment is-saħħa tal-bniedem.

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni

Rekwiżit minimu ta’ divulgazzjoni jistabbilixxi l-kontenut meħtieġ tal-informazzjoni li l-impriża tinkludi meta tirrapporta dwar politiki, azzjonijiet, metriċi jew miri, jew skont Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni f’ESRS jew fuq bażi speċifika għall-entità.

Riżorsi naturali

Assi naturali (materja prima) li jseħħu fin-natura tagħhom li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni jew għall-konsum ekonomiku.

Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura

Azzjonijiet għall-protezzjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr, l-użu sostenibbli u l-ġestjoni tal-ekosistemi naturali jew modifikati terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar li jindirizzaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali b’mod effettiv u adattiv, filwaqt li fl-istess ħin jipprovdu l-benesseri tal-bniedem, is-servizzi tal-ekosistema, ir-reżiljenza u l-benefiċċji tal-bijodiversità.

Mira netta-żero

L-istabbiliment ta’ mira ta’ emissjonijiet żero netti fil-livell ta’ impriża allinjata mal-ilħuq tal-għanijiet klimatiċi tas-soċjetà jfisser:

i.

il-kisba ta’ skala ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fil-katina tal-valur konsistenti mat-tnaqqis meħtieġ biex jintlaħaq livell globali ta’ emissjonijiet netti żero f’perkorsi ta’ 1,5 °C; u

ii.

in-newtralizzazzjoni tal-impatt ta’ kwalunkwe emissjoni residwa (wara tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ madwar 90-95 % bil-possibbiltà għal varjazzjonijiet settorjali ġustifikati f’konformità ma’ perkors settorjali rikonoxxut) billi jitneħħa b’mod permanenti volum ekwivalenti ta’ CO2.

Persuni mhux impjegati

Dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża jinkludu kemm kuntratturi individwali li jfornu xogħol lill-impriża (“persuni li jaħdmu għal rashom”) kif ukoll persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” (Kodiċi N78 tan-NACE).

Enerġija mhux rinnovabbli

Enerġija li ma tistax tiġi identifikata bħala li ġejja minn sorsi rinnovabbli.

Kontroll operazzjonali

Il-kontroll operazzjonali (fuq entità, sit, operazzjoni jew assi) huwa s-sitwazzjoni fejn l-impriża jkollha l-kapaċità li tidderieġi l-attivitajiet operazzjonali u r-relazzjonijiet tal-entità, tas-sit, tal-operazzjoni jew tal-assi.

Inħarsu ’l quddiem

Opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà b’effetti finanzjarji pożittivi.

Sahra

In-numru ta’ sigħat effettivament maħduma minn ħaddiem li jaqbeż is-sigħat kuntrattwali tax-xogħol tiegħu.

Forza tax-xogħol proprja/ħaddiema proprji

Impjegati li huma f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża (“impjegati”) u persuni mhux impjegati li jew huma kuntratturi individwali li jfornu xogħol lill-impriża (“persuni li jaħdmu għal rashom”) jew persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” (Kodiċi N78 tan-NACE).

Sustanzi li jnaqqsu l-ożonu

Sustanzi elenkati fil-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu.

Imballaġġ

Prodotti magħmula minn kwalunkwe materjal ta’ kwalunkwe natura li għandu jintuża għaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġjar, il-kunsinna, il-ħżin, it-trasport u l-preżentazzjoni ta’ oġġetti, minn materja prima sa oġġetti pproċessati, mill-produttur sal-utent jew il-konsumatur  (21).

Paga

Il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe remunerazzjoni oħra, kemm jekk fi flus kif ukoll jekk in natura li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament (“komponenti komplementari jew varjabbli”), fir-rigward tal-impjieg tiegħu minn min iħaddmu. “Livell tal-paga” tfisser il-paga annwali grossa u l-paga grossa fis-siegħa korrispondenti. “Livell tal-paga medjana” tfisser il-paga tal- impjegat li nofs l-impjegati jaqilgħu aktar minnha filwaqt li nofs jaqilgħu inqas.

Persuni b’diżabilità

Persuni li għandhom indebolimenti fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji fit-tul li flimkien ma’ diversi ostakli jistgħu jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.

Riskji fiżiċi

L-intrapriża ekonomika globali kollha tiddependi fuq il-funzjonament tas-sistemi dinjin, bħal klima stabbli u servizzi tal-ekosistema, bħall-provvista tal-bijomassa (materja prima). Ir- riskji fiżiċi relatati man-natura huma riżultat dirett tad-dipendenza ta’ organizzazzjoni fuq in-natura. Ir-riskji fiżiċi jinħolqu meta jiġu kompromessi s-sistemi naturali, minħabba l-impatt ta’ eventi klimatiċi (eż., estremitajiet tat-temp bħal nixfa), avvenimenti ġeoloġiċi (eż. eventi sismiċi bħal terremot) jew bidliet fl-ekwilibriji tal-ekosistema, bħall-kwalità tal-ħamrija jew l-ekoloġija tal-baħar, li jaffettwaw is- servizzi tal-ekosistema li l-organizzazzjonijiet jiddependu fuqhom. Dawn jistgħu jkunu akuti, kroniċi, jew it-tnejn. Ir-riskji fiżiċi relatati man-natura jirriżultaw bħala riżultat tal-bidliet fil-kundizzjonijiet bijotiċi (tal-għajxien) u abijotiċi (mhux tal-għajxien) li jappoġġaw ekosistemi f’saħħithom u li jiffunzjonaw. Ir-riskji fiżiċi normalment ikunu speċifiċi għall-post. Ir-riskji fiżiċi relatati man-natura spiss ikunu assoċjati ma’ riskji fiżiċi relatati mal-klima.

Limiti planetarji

Dan il-kunċett jippermetti li jiġi stmat spazju operatorju sikur għall-umanità fir-rigward tal-funzjonament tad-Dinja. Il-livell tal-konfini għal kull proċess ewlieni tas-Sistema tad-Dinja li ma għandux jinqabeż jekk irridu nevitaw bidla ambjentali globali inaċċettabbli, huwa kkwantifikat.

Politika

Sett jew qafas ta’ objettivi ġenerali u prinċipji ta’ ġestjoni li l-impriża tuża għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Politika timplimenta l-istrateġija jew id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal-impriża relatati ma’ kwistjoni materjali ta’ sostenibbiltà. Kull politika taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ persuna/i definita/i, tispeċifika l-perimetru tal-applikazzjoni tagħha, u tinkludi objettiv wieħed jew aktar (marbut, meta applikabbli, ma’ miri li jistgħu jitkejlu). Politika tiġi vvalidata u rieżaminata skont ir-regoli ta’ governanza applikabbli tal-impriża. Politika tiġi implimentata permezz ta’ azzjonijiet jew pjanijiet ta’ azzjoni.

Sustanza Niġġiesa

Sustanza, vibrazzjoni, sħana, ħoss, dawl jew kontaminant ieħor preżenti fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, li jistgħu jirriżultaw fi ħsara għal proprjetà materjali, jew li jistgħu jgħarrqu jew ifixklu faċilitajiet u użi leġittimi oħrajn tal-ambjent (22).

Tniġġis

L-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat tal-attività tal-bniedem, ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent, li jistgħu jirriżultaw fi ħsara għall-proprjetà materjali, jew li jistgħu jfixklu jew jinterferixxu mal-amenitajiet u ma’ użi leġittimi oħrajn tal-ambjent (23).

Tniġġis tal-ħamrija

L-introduzzjoni fil-ħamrija – indipendentement minn jekk dik l-introduzzjoni sseħħx fis-sit tal-produzzjoni ta’ impriża jew barra jew permezz tal-użu tal-prodotti u/jew tas-servizzi tal-impriża – bħala riżultat tal-attività tal-bniedem, ta’ sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana jew storbju li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, tirriżulta fi ħsara għall-proprjetà materjali, jew tfixkel jew tinterferixxi mal-faċilitajiet u użi leġittimi oħra tal-ambjent (24). Is-sustanzi niġġiesa tal-ħamrija jinkludu sustanzi niġġiesa inorganiċi, sustanzi niġġiesa organiċi persistenti (POPs), pestiċidi, komposti tan-nitroġenu u tal-fosforu, eċċ.

Żona protetta

Spazju ġeografiku definit b’mod ċar, rikonoxxut, iddedikat u ġestit, permezz ta’ mezzi legali jew mezzi effettivi oħra, biex tinkiseb il-konservazzjoni fit-tul tan-natura b’servizzi tal-ekosistema u valuri kulturali assoċjati.

Elettriku, sħana, fwar, jew tkessiħ mixtrija jew akkwistati

Meta l-impriża tkun irċeviet l-elettriku, is-sħana, il-fwar, jew it-tkessiħ tagħha minn parti terza. It-terminu “miksub” jirrifletti ċirkostanzi li fihom kumpanija ma tistax tixtri direttament l-elettriku (eż., inkwilin f’bini), iżda fejn l-enerġija tiddaħħal fil-faċilità tal-impriża għall-użu.

Materja prima

Materjal primarju jew sekondarju li jintuża għall-produzzjoni ta’ prodott.

Standards ta’ kwalità rikonoxxuti għall-krediti ta’ karbonju

L-istandards tal-kwalità għall-krediti tal-karbonju li huma verifikabbli minn partijiet terzi indipendenti, jagħmlu r-rekwiżiti u r-rapporti tal-proġetti disponibbli għall-pubbliku u bħala minimu jiżguraw l-addizzjonalità, il-permanenza, l-evitar tal-għadd doppju u jipprovdu regoli għall-kalkolu, il-monitoraġġ u l-verifika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra tal-proġett.

Korriment jew mard relatat max-xogħol li jista’ jiġi rreġistrat

Korriment jew mard relatat max-xogħol li jirriżulta f’xi waħda minn dawn li ġejjin:

i.

mewt, ġranet ’il bogħod mix-xogħol, xogħol ristrett jew trasferiment għal impjieg ieħor, trattament mediku lil hinn mill-ewwel għajnuna, jew telf tas-sensi; jew

ii.

korriment sinifikanti jew mard dijanjostikat minn tabib jew professjonist ieħor fil-kura tas-saħħa liċenzjat, anke jekk ma jirriżultax f’mewt, jiem ’il bogħod mix-xogħol, xogħol ristrett jew trasferiment tal-impjieg, trattament mediku lil hinn mill-ewwel għajnuna, jew telf tas-sensi.

Rkupru

Kwalunkwe operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha huwa skart li jservi skop utli billi jissostitwixxi materjali oħra li kieku kienu jintużaw biex jissodisfaw funzjoni partikolari, jew skart li qed jiġi ppreparat biex jissodisfa dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija usa’ (25).

Riċiklaġġ

Kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, f’materjali jew f’sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħrajn. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix l-irkupru ta’ enerġija, jew l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ rdim mill-ġdid;

Riġenerazzjoni tar-riżorsi

Il-promozzjoni tal-kapaċità tal-awtotiġdid tas-sistemi naturali bl-għan li jiġu attivati mill-ġdid il-proċessi ekoloġiċi danneġġati jew sfruttati żżejjed mill-azzjoni tal-bniedem.

Rimedju

Biex jikkontrobattu jew jagħmlu tajjeb għal impatt negattiv. Eżempji: apoloġiji, kumpens finanzjarju jew mhux finanzjarju, prevenzjoni tal-ħsara permezz ta’ inġunzjonijiet jew garanziji ta’ nuqqas ta’ ripetizzjoni, sanzjonijiet punittivi (kemm jekk kriminali kif ukoll amministrattivi, bħal multi), restituzzjoni, restawr, riabilitazzjoni.

Enerġija rinnovabbli

Enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija mir-riħ, solari (solari termali u solari fotovoltajka) u ġeotermali, enerġija ambjentali, marea, mewġ u enerġija oċeanika oħra, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbliet, gass minn impjanti għat-trattament tad-drenaġġ, u bijogass (26).

Materjali rinnovabbli

Materjali li huma derivati minn riżorsi li jiġu riforniti malajr minn ċikli ekoloġiċi jew proċessi agrikoli, sabiex is-servizzi pprovduti minn dawn ir-riżorsi u riżorsi relatati oħra ma jiġux ipperikolati u jibqgħu disponibbli għall-ġenerazzjoni li jmiss.

Influssi ta’ riżorsi

Riżorsa li tidħol fil-faċilitajiet tal-impriża.

Flussi ta’ ħruġ ta’ riżorsi

Riżorsa li tħalli l-faċilitajiet tal-impriża.

Ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi

Id-disinn, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-materjali u tal-prodotti bl-objettiv li dawn jinżammu fl-użu fl-ogħla valur tagħhom. L-ekodisinn u d-disinn għal-lonġevità, it-tiswija, l-użu mill-ġdid, l-għoti ta’ skop ġdid, iż-żarmar u l-manifattura mill-ġdid huma eżempji ta’ għodod biex jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi.

Użu mill-ġdid

Kull operazzjoni li biha l-prodotti u l-komponenti li mhumiex skart jerġgħu jintużaw għall-istess skop li għalih kienu maħsuba. Dan jista’ jinvolvi tindif jew aġġustamenti żgħar sabiex ikunu lesti għall-użu li jmiss mingħajr modifika sinifikanti.

Baċin tax-xmara

Iż-żona ta’ art li minnha l-iskol kollu tal-wiċċ jgħaddi minn sekwenza ta’ nixxigħat, xmajjar u, possibbilment, lagi għal punt partikolari fil-baħar f’ħalq xmara waħda, estwarju jew delta.

Riskji

Riskji relatati mas-sostenibbiltà b’effetti finanzjarji negattivi li jirriżultaw minn kwistjonijiet ambjentali, soċjali jew ta’ governanza li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, il-flussi tal-flus, l-aċċess għall-finanzjament jew il-kost tal-kapital tal-impriża fuq terminu qasir, medju jew twil.

Xenarju

Deskrizzjoni plawżibbli ta’ kif il-futur jista’ jiżviluppa fuq il-bażi ta’ sett ta’ suppożizzjonijiet koerenti u konsistenti internament dwar il-fatturi ewlenin (eż., ir-rata tal-bidla teknoloġika, il-prezzijiet) u r-relazzjonijiet. Kun af li x-xenarji la huma previżjonijiet u lanqas tbassir iżda jintużaw sabiex jipprovdu perspettiva tal-implikazzjonijiet tal-iżviluppi u tal-azzjonijiet.

Analiżi tax-xenarji

Proċess għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ firxa potenzjali ta’ eżiti ta’ avvenimenti futuri taħt kundizzjonijiet ta’ inċertezza.

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra diretti minn sorsi li huma proprjetà tal-impriża jew ikkontrollati minnha

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2

Emissjonijiet indiretti mill-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-fwar, is-sħana jew it-tkessiħ mixtrija jew akkwistati kkunsmati mill-impriża.

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3

L-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra kollha (mhux inklużi fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2) li jseħħu fil-katina tal-valur tal-impriża ta’ rapportar, inklużi kemm l-emissjonijiet upstream kif ukoll dawk downstream. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Ambitu 3 jistgħu jinqasmu fil-kategoriji tal-Ambitu 3.

Kategorija tal-Ambitu 3

Wieħed mill-15-il tip ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 identifikati mill-Istandard Korporattiv tal-Protokoll GHG u spjegat fid-dettall mill-Istandard tal-Kontabbiltà u tar-Rappurtar tal-Katina tal-Valur Korporattiva tal-Protokoll GHG (Ambitu 3) (adattat mill-Istandard tal-Kontabbiltà u tar-Rappurtar tal-Katina tal-Valur Koporattiva tal-Protokoll GHG (Ambitu 3), Glossarju (Verżjoni 2011). L-impriżi li jagħżlu li jqisu l-emissjonijiet tal-Ambitu 3 tagħhom fuq il-bażi tal-kategoriji tal-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra tal-ISO 14064-1:2018 jistgħu jirreferu wkoll għall-kategorija definita fil-Klawżola 5.2.4 (esklużi l-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra mill-enerġija importata) tal-ISO 14064-1:2018.

Informazzjoni sensittiva

Informazzjoni sensittiva kif definita fir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża

Sit

Il-post ta’ installazzjoni fiżika waħda jew aktar. Jekk ikun hemm aktar minn installazzjoni fiżika waħda mill-istess sidien jew operaturi jew minn operaturi differenti u ċerti infrastruttura u faċilitajiet jiġu kondiviżi, iż-żona kollha fejn tinsab l-installazzjoni fiżika tista’ tikkostitwixxi sit.

Djalogu soċjali

It-tipi kollha ta’ negozjar, ta’ konsultazzjoni jew sempliċiment skambju ta’ informazzjoni bejn, jew fost, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet, l-impjegaturi, l-organizzazzjonijiet tagħhom u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni relatati mal-politika ekonomika u soċjali. Dan jista’ jeżisti bħala proċess tripartitiku, bil-gvern bħala parti uffiċjali għad-djalogu jew jista’ jikkonsisti f’relazzjonijiet bipartitiċi biss bejn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-maniġment (jew it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi).

Protezzjoni soċjali

Is-sett ta’ miżuri mfassla biex inaqqsu u jipprevjenu l-faqar u l-vulnerabbiltà tul iċ-ċiklu tal-ħajja.

Ħamrija

Is-saff ta’ fuq nett tal-qoxra tad-Dinja li jinsab bejn is-sodda ta’ blat u s-superfiċe. Il-ħamrija hija magħmula minn partiċelli minerali, materja organika, ilma, arja u organiżmi ħajjin (28).

Degradazzjoni tal-ħamrija

Il-kapaċità dejjem tonqos tal-ħamrija li tipprovdi oġġetti u servizzi tal-ekosistema kif mixtieq mill-partijiet ikkonċernati tagħha.

Issiġillar tal-ħamrija

Kopertura tal-ħamrija b’mod li ż-żona mgħottija ssir impermeabbli (eż. triq). Din in-nonpermeabbiltà tista’ toħloq impatti ambjentali kif deskritt fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2026 (29).

Tagħbijiet speċifiċi

Il-massa tas-sustanza niġġiesa rilaxxata għal kull massa tal-prodott manifatturat. Tagħbijiet speċifiċi jippermettu t-tqabbil tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjonijiet irrispettivament mill-volumi ta’ produzzjoni differenti tagħhom u mhumiex influwenzati minn taħlit jew dilwizzjoni (30).

Involviment tal-partijiet ikkonċernati

Proċess kontinwu ta’ interazzjoni u ta’ djalogu bejn l-impriża u l-partijiet ikkonċernati tagħha li jippermetti lill-impriża tisma’, tifhem u twieġeb għall-interessi u għat-tħassib tagħhom.

Partijiet ikkonċernati

Dawk li jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati mill-impriża. Hemm żewġ gruppi ewlenin ta’ partijiet ikkonċernati:

i.

il-partijiet ikkonċernati affettwati: individwi jew gruppi li l-interessi tagħhom huma affettwati jew jistgħu jiġu affettwati – b’mod pożittiv jew negattiv – mill-attivitajiet tal-impriża u r-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti tagħha tul il-katina tal-valur tagħha; u

ii.

utenti tad-dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà: utenti primarji ta’ rapportar finanzjarju bi skop ġenerali (investituri eżistenti u potenzjali, selliefa u kredituri oħra inklużi maniġers tal-assi, istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni), kif ukoll utenti oħra, inklużi s-sħab kummerċjali tal-impriża, it-trade unions u s-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-gvernijiet, l-analisti u l-akkademiċi.

Xi wħud mill-partijiet ikkonċernati, iżda mhux kollha, jistgħu jkunu jappartjenu għaż-żewġ gruppi.

Sustanzi

Kwalunkwe element kimiku u l-komposti tiegħu, bl-eċċezzjoni tas-sustanzi li ġejjin:

i.

sustanzi radjuattivi kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom (31) tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti;

ii.

mikro-organiżmi modifikati ġenetikament kif definiti fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament;

iii.

organiżmi modifikati ġenetikament kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (34).

Sustanzi ta’ tħassib

Sustanza li:

i.

tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 u li hija identifikata f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35);

ii.

hija klassifikata fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) f’waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew kategoriji ta’ periklu li ġejjin:

il-kategoriji 1 u 2 tal-karċinoġeniċità;

il-mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategoriji 1 u 2;

il-kategoriji 1 u 2 tat-tossiċità għar-riproduzzjoni;

l-interferenza endokrinali għas-saħħa tal-bniedem;

l-interferenza endokrinali għall-ambjent;

Proprjetajiet Persistenti, Mobbli u Tossiċi jew Persistenti Ħafna, Mobbli Ħafna;

Proprjetajiet Persistenti, Bijoakkumulattivi u Tossiċi jew Persistenti Ħafna, Bijoakkumulattivi Ħafna;

sensitizzazzjoni respiratorja tal-kategorija 1;

sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-kategorija 1;

periklu kroniku għall-ambjent akkwatiku tal-kategoriji 1 sa 4;

perikoluż għas-saff tal-ożonu;

tossiċità speċifika għal organu fil-mira – esponiment ripetut tal-kategoriji 1 u 2;

tossiċità speċifika għal organu fil-mira – esponiment ta’ darba tal-kategoriji 1 u 2; jew

iii.

taffettwa b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjali fil-prodott li fih tkun preżenti, kif definit fir-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn speċifiċi għall-prodott tal-Unjoni.

Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHCs)

Sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) u li ġew identifikati skont l-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament.

Fornitur

Entità upstream mill-organizzazzjoni (jiġifieri, fil-katina tal-provvista tal-organizzazzjoni), li tipprovdi prodott jew servizz li jintuża fl-iżvilupp tal-prodotti jew tas-servizzi proprji tal-organizzazzjoni. Fornitur jista’ jkollu relazzjoni kummerċjali diretta mal-organizzazzjoni (spiss imsejħa bħala fornitur tal-ewwel livell) jew relazzjoni kummerċjali indiretta.

Katina tal-provvista

Il-firxa sħiħa ta’ attivitajiet jew ta’ proċessi mwettqin minn entitajiet upstream mill-impriża, li jipprovdu prodotti jew servizzi li jintużaw fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi proprji tal-impriża. Dan jinkludi entitajiet upstream li magħhom l-impriża għandha relazzjoni diretta (spiss imsejħa fornitur tal-ewwel livell) u entitajiet li magħhom l-impriża għandha relazzjoni ta’ negozju indiretta.

L-ilma tal-wiċċ

Ilmijiet interni, ħlief l-ilma ta’ taħt l-art; ilmijiet tranżizzjonali u ilmijiet kostali, ħlief fir-rigward tal-istatus kimiku li għalih għandu jinkludi wkoll ilmijiet territorjali (37).

Kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà

Fatturi ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem, u ta’ governanza, inklużi fatturi ta’ sostenibbiltà definiti fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38).

Dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà

It-taqsima ddedikata tar-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża fejn tiġi ppreżentata l-informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà mħejjija f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39) u l-ESRS.

Opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà

Avvenimenti jew kundizzjonijiet ambjentali, soċjali jew ta’ governanza inċerti li, jekk iseħħu, jistgħu jikkawżaw effett pożittiv materjali potenzjali fuq il-mudell tan-negozju, jew l-istrateġija fuq il-kapaċità tagħha li tilħaq l-għanijiet u l-miri tagħha u li toħloq valur, u għalhekk jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħha u dawk tas-sħab tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà. Bħal kwalunkwe opportunità oħra, l-opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà jitkejlu bħala kombinazzjoni tad-daqs tal-impatt u l-probabbiltà ta’ okkorrenza.

Riskji relatati mas-sostenibbiltà

Avvenimenti jew kundizzjonijiet ambjentali, soċjali jew ta’ governanza inċerti li, jekk iseħħu, jistgħu jikkawżaw effett negattiv materjali potenzjali fuq il-mudell tan-negozju jew l-istrateġija tal-impriża, il-kapaċità tagħha li tilħaq l-għanijiet u l-miri tagħha u li toħloq valur, u għalhekk jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħha u dawk tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà. Bħal kwalunkwe riskju ieħor, ir-riskji relatati mas-sostenibbiltà huma l-kombinazzjoni tal-kobor tal-impatt u l-probabbiltà tal-okkorrenza.

Impatti relatati mas-sostenibbiltà

L-effett li l-impriża għandha jew jista’ jkollha fuq l-ambjent u n-nies, inklużi l-effetti fuq id-drittijiet tal-bniedem tagħhom, bħala riżultat tal-attivitajiet jew ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-impriża. L-impatti jistgħu jkunu attwali jew potenzjali, negattivi jew pożittivi, fuq terminu qasir, medju jew twil, intenzjonati jew mhux intenzjonati, u riversibbli jew irriversibbli. L-impatti jindikaw il-kontribut tal-impriża, negattiv jew pożittiv, għall-iżvilupp sostenibbli.

Riskji sistemiċi

Riskji li jirriżultaw mill-kollass tas-sistema kollha, aktar milli mill-falliment ta’ partijiet individwali. Huma kkaratterizzati minn punti modesti ta’ żbilanċ li jikkombinaw indirettament sabiex jipproduċu fallimenti kbar b’kaskata ta’ interazzjonijiet ta’ riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni (kontaġju), hekk kif telf wieħed jiskatta katina ta’ oħrajn, u bis-sistemi li ma jirnexxilhomx jirkupraw l-ekwilibriju wara xokk. Eżempju ta’ dan huwa t-telf ta’ speċi keystone, bħal-lontra tal-baħar, li għandhom rwol kritiku fl-istruttura komunitarja tal-ekosistema. Meta l-lontra tal-baħar kienet tiġi kkaċċjata sa ma kważi ġiet estinta fis-seklu għoxrin, l- ekosistemi kostali tħarbtu u l-produzzjoni tal-bijomassa tnaqqset ferm.

Miri

Għanijiet li jistgħu jitkejlu, orjentati lejn ir-riżultati u marbuta biż-żmien li l-impriża għandha l-għan li tikseb fir-rigward tal-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet materjali. Dawn jistgħu jiġu stabbiliti volontarjament mill-impriża jew jirriżultaw minn rekwiżiti legali fuq l-impriża.

Speċi mhedda

L-ispeċijiet fil-periklu, inklużi l-flora u l-fawna, elenkati fil-Lista l-Ħamra Ewropea jew fil-Lista l-Ħamra tal-IUCN, kif imsemmi fit-Taqsima 7 tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139.

Taħriġ

Inizjattivi implimentati mill-impriża mmirati lejn iż-żamma u/jew it-titjib tal-ħiliet u l-għarfien tal-ħaddiema proprji tagħha. Jista’ jinkludi metodoloġiji differenti, bħat-taħriġ fuq il-post, u t-taħriġ online.

Pjan ta’ tranżizzjoni

Tip speċifiku ta’ pjan ta’ azzjoni li jiġi adottat mill-impriża fir-rigward ta’ deċiżjoni strateġika u li jindirizza:

i.

objettiv ta’ politika pubblika; u/jew

ii.

pjan ta’ azzjoni speċifiku għall-entità organizzat bħala sett strutturat ta’ miri u azzjonijiet, assoċjati ma’ deċiżjoni strateġika ewlenija, bidla kbira fil-mudell tan-negozju, u/jew azzjonijiet u riżorsi allokati partikolarment importanti.

Pjan ta’ tranżizzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Aspett tal-istrateġija ġenerali ta’ impriża li tistabbilixxi l-miri, l-azzjonijiet u r-riżorsi tal-impriża għat-tranżizzjoni tagħha lejn ekonomija b’livell aktar baxx ta’ karbonju, inklużi azzjonijiet bħat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha fir-rigward tal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 °C u n-newtralità klimatika.

Riskji ta’ tranżizzjoni

Riskji li jirriżultaw minn allinjament ħażin bejn l-istrateġija u l-ġestjoni ta’ organizzazzjoni jew ta’ investitur u x-xenarju regolatorju, politiku jew soċjetali li qed jinbidel li fih topera. L-iżviluppi li għandhom l-għan li jwaqqfu jew ireġġgħu lura l-ħsara lill-klima jew lin-natura, bħal miżuri tal-gvern, skoperti teknoloġiċi, bidliet fis-suq, litigazzjoni u tibdil fil-preferenzi tal-konsumaturi kollha jistgħu joħolqu jew jibdlu r-riskji ta’ tranżizzjoni.

Utenti

L-utenti tar-rapporti dwar is-sostenibbiltà huma l-utenti primarji tar-rapportar finanzjarju ta’ skop ġenerali (investituri eżistenti u potenzjali, mutwanti u kredituri oħrajn, inklużi maniġers tal-assi, istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni), kif ukoll utenti oħrajn, inklużi s-sħab kummerċjali tal-impriża, it-trade unions u s-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-gvernijiet, l-analisti u l-akkademiċi.

Katina tal-valur

Il-firxa sħiħa ta’ attivitajiet, riżorsi u relazzjonijiet relatati mal-mudell tan-negozju tal-impriża u l-ambjent estern li fih topera.

Katina tal-valur tinkludi l-attivitajiet, ir-riżorsi u r-relazzjonijiet li l-impriża tuża u tiddependi fuqhom sabiex toħloq il-prodotti jew is-servizzi tagħha mill-konċepiment sal-konsenja, il-konsum u t-tmiem tal-ħajja. L-attivitajiet, ir-riżorsi u r-relazzjonijiet rilevanti jinkludu:

i.

dawk fl-operazzjonijiet proprji tal-impriża, bħar-riżorsi umani;

ii.

dawk tul il-kanali tal-provvista, tal-kummerċjalizzazzjoni u tad-distribuzzjoni tagħha, bħall-forniment u s-servizzi ta’ materjali u ta’ servizzi u l-bejgħ u l-konsenja ta’ prodotti u ta’ servizzi; u

iii.

l-ambjenti ta’ finanzjament, ġeografiċi, ġeopolitiċi u regolatorji li fihom topera l-impriża.

Il-katina tal-valur tinkludi atturi upstream u downstream mill-impriża. Atturi upstream mill-impriża (eż., fornituri) jipprovdu prodotti jew servizzi li jintużaw fl-iżvilupp tal-prodotti jew tas-servizzi tal-impriża. Entitajiet downstream mill-impriża (eż. distributuri, klijenti) jirċievu prodotti jew servizzi mill-impriża.

L-ESRs jużaw it-terminu “katina tal-valur” fis-singular, għalkemm huwa rikonoxxut li l-impriżi jista’ jkollhom ktajjen tal-valur multipli.

Ħaddiem tal-katina tal-valur

Individwu li jwettaq xogħol fil-katina tal-valur tal-impriża, irrispettivament mill-eżistenza jew min-natura ta’ kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali mal-impriża. Fl-ESRS, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ħaddiema fil-katina tal-valur jinkludi l-ħaddiema kollha fil-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża li huma affettwati jew jistgħu jiġu affettwati materjalment mill-impriża. Dan jinkludi impatti li huma konnessi mal-operazzjonijiet tal-impriża stess, u l-katina tal-valur, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Dan jinkludi l-ħaddiema kollha li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “Forza tax-Xogħol Proprja” (“Forza tax-Xogħol Proprja” tinkludi persuni li huma f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża (“impjegati”) u mhux impjegati li jew huma kuntratturi individwali li jfornu x-xogħol lill-impriża (“persuni li jaħdmu għal rashom”) jew persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’attivitajiet ta’ impjieg. (Kodiċi N78 tan-NACE)

Paga

Paga grossa, minbarra komponenti varjabbli bħas-sahra u l-paga tal-inċentivi, u esklużi l-allowances sakemm ma jkunux garantiti.

Skart

Kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jarmi jew huwa meħtieġ li jarmi (40).

Ġerarkija tal-iskart

Ordni ta’ prijorità fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-iskart  (41):

i.

prevenzjoni;

ii.

preparazzjoni għal użu mill-ġdid;

iii.

riċiklaġġ;

iv.

irkupru ieħor (eż. irkupru tal-enerġija); u

v.

rimi.

Immaniġġar tal-iskart

Il-ġbir, it-trasport, l-irkupru u r-rimi tal-iskart, inkluż is-superviżjoni ta’ tali operazzjonijiet u l-kura ta’ wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet meħuda bħala negozjant jew sensar (42).

Ilma mormi

Ilma li ma jkunx ta’ valur immedjat ulterjuri għall-fini li għalih ikun intuża jew li għalih ikun ġie prodott minħabba l-kwalità, il-kwantità jew il-ħin tal-okkorrenza tiegħu.

L-ilma mormi minn utent wieħed jista’ jkun provvista potenzjali għal utent xi mkien ieħor. L-ilma tat-tberrid ma huwiex meqjus bħala ilma mormi.

Konsum tal-ilma

L-ammont ta’ ilma prelevat fil-konfini tal-impriża (jew tal-faċilità) u mhux skarikat lura fl-ambjent tal-ilma jew f’parti terza matul il-perjodu tar-rapportar.

Skariku tal-ilma

Is-somma ta’ effluwenti u ilma ieħor li jħallu l-konfini tal-organizzazzjoni u rilaxxati fl-ilma tal-wiċċ, l-ilma ta’ taħt l-art, jew partijiet terzi matul il-perjodu ta’ rappurtar.

Intensità tal-ilma

Metrika li tipprovdi r-relazzjoni bejn aspett volumetriku tal-ilma u unità ta’ attività (prodotti, bejgħ, eċċ.) maħluqa.

Ilma (riċiklat u użat mill-ġdid)

Ilma u ilma mormi (ittrattat jew mhux ittrattat) li ntuża aktar minn darba qabel ma ġie skarikat mill-konfini tal-impriża jew ta’ faċilitajiet kondiviżi, sabiex titnaqqas id-domanda għall-ilma. Dan jista’ jkun fl-istess proċess (riċiklat) jew fi proċess differenti fl-istess faċilità (proprja jew kondiviż ma’ impriżi oħra) jew f’faċilità oħra tal-impriża (użata mill-ġdid).

Skarsezza tal-ilma

L-abbundanza volumetrika, jew in-nuqqas tagħha, ta’ riżorsi tal-ilma ħelu. L-iskarsezza hija xprunata mill-bniedem; hija funzjoni tal-volum tal-konsum tal-ilma mill-bniedem meta mqabbel mal-volum tar-riżorsi tal-ilma f’żona partikolari. Bħala tali, reġjun aridu bi ftit li xejn ilma, iżda l-ebda konsum tal-ilma mill-bniedem ma jitqiesx bħala skars, iżda, minflok, bħala aridu. L-iskarsezza tal-ilma hija realtà fiżika u oġġettiva li tista’ titkejjel b’mod konsistenti fost ir-reġjuni u maż-żmien. L-iskarsezza tal-ilma tirrifletti l-abbundanza fiżika tal- ilma ħelu aktar milli jekk dak l-ilma huwiex adattat għall-użu. Pereżempju, reġjun jista’ jkollu riżorsi tal-ilma abbundanti (u għalhekk ma jitqiesx bħala skars fl-ilma) iżda tant ikollu tniġġis serju li dawk il-provvisti ma jkunux tajbin għall-użu mill-bniedem jew ekoloġiku.

Estrazzjoni tal-ilma

Is-somma tal-ilma kollu miġbud fil-konfini tal-impriża mis-sorsi kollha għal kwalunkwe użu matul il-perjodu ta’ rapportar.

Rappreżentanti tal-ħaddiema

Rappreżentanti tal-ħaddiema tfisser:

i.

rappreżentanti tat-trade unions, jiġifieri rappreżentanti magħżula jew eletti minn trade unions jew minn membri ta’ dawn il-unions skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali;

ii.

rappreżentanti eletti kif xieraq, jiġifieri rappreżentanti li huma eletti liberament mill-ħaddiema tal-organizzazzjoni, mhux taħt id-dominazzjoni jew il-kontroll tal-impjegatur f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi u li l-funzjonijiet tagħhom ma jinkludux attivitajiet li huma l-prerogattiva esklużiva tat-trade unions fil-pajjiż ikkonċernat u li l-eżistenza tagħhom ma tintużax biex timmina l-pożizzjoni tat-trade unions ikkonċernati jew tar-rappreżentanti tagħhom.

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Stat sodisfaċenti ta’ ekwilibriju bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-individwu. Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata f’sens usa’ jinkludi mhux biss il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata skont ir-responsabbiltajiet tal-familja jew tal-kura, iżda wkoll l-allokazzjoni tal-ħin bejn il-ħin imqatta’ fuq ix-xogħol u fil-ħajja privata lil hinn mir-responsabbiltajiet tal-familja.

Perikli relatati max-xogħol

Il-perikli relatati max-xogħol jistgħu jkunu:

i.

fiżiċi (eż., radjazzjoni, estremitajiet tat-temperatura, storbju qawwi kostanti, tixrid mal-art jew perikli ta’ gambetta, makkinarju mhux imħares, tagħmir elettriku difettuż);

ii.

ergonomiċi (eż., stazzjonijiet tax-xogħol u siġġijiet aġġustati b’mod mhux xieraq, movimenti skomdi, vibrazzjoni);

iii.

kimika (eż. espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni, sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, solventi, monossidu tal-karbonju, jew pestiċidi);

iv.

bijoloġiċi (eż., esponiment għad-demm u għal fluwidi tal-ġisem, għal fungi, għal batterji, għal viruses, jew għal gidmiet tal-insetti);

v.

psikosoċjali (eż. abbuż verbali, fastidju, bullying);

vi.

relatati mal-organizzazzjoni tax-xogħol (eż., talbiet għal ammont ta’ xogħol eċċessiv, xogħol bix-xift, sigħat twal, xogħol ta’ billejl, vjolenza fuq ix-xogħol).

Inċident relatat max-xogħol

Okkorrenza li tirriżulta minn jew matul ix-xogħol li tista’ tirriżulta f’korriment jew f’mard. L-inċidenti jistgħu jkunu dovuti, pereżempju, għal problemi elettriċi, splużjonijiet, nar, tifwir, qlib, tnixxija, fluss, ksur, tifqigħ, qsim, telf ta’ kontroll, żliq, tħarbit u waqgħat, moviment tal-ġisem mingħajr stress, moviment tal-ġisem taħt/bi stress, xokk, fjamma, vjolenza jew fastidju fuq il-post tax-xogħol (eż. fastidju sesswali).

Inċident li jirriżulta f’korriment jew mard ta’ spiss jissejjaħ “aċċident”. Inċident li għandu l-potenzjal li jirriżulta f’korriment jew saħħa ħażina iżda fejn dawn ma jseħħux spiss jissejjaħ “sejħa mill-qrib”, “kważi mittief”, jew “kważi hit”.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 757/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(5)   Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(6)   Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2012 li tistipula r-regoli rigward gwida dwar il-ġbir tad-data u t-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 63, 2.3.2012, p. 1).

(7)  L-Artikolu 3, il-punt 10 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(10)  2013/488/UE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(11)  Il-punt 21 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-prinċipju ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti, li jispeċifikaw il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-impatti avversi fuq is-sostenibbiltà, u l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali u l-objettivi ta’ investiment sostenibbli f’dokumenti prekuntrattwali, fuq siti web u f’rapporti perjodiċi ( ĠU L 196, 25.7.2022, p. 1).

(12)  Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(14)  L-Artikolu 2(20) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(15)  Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p.16).

(17)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(19)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-prinċipju ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti, li jispeċifikaw il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-impatti avversi fuq is-sostenibbiltà, u l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali u l-objettivi ta’ investiment sostenibbli f’dokumenti prekuntrattwali, fuq siti web u f’rapporti perjodiċi (ĠU L 196, 25.7.2022, p. 1).

(20)  L-Artikolu 2 punt (g) tad-Direttiva tal-Kunsill1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

(21)  L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-kontenituri (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(22)  L-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġiffaċilitat l-investiment sostenibbli.

(23)  Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(24)   Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(25)  L-Artikolu 3(15) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.

(26)  L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(27)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

(28)  L-Artikolu 3(21) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(29)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2026 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 18).

(30)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2012 li tistipula r-regoli rigward gwida dwar il-ġbir tad-data u t-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali.

(31)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).

(32)  Id-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 125, 21.5.2009, p. 75).

(33)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(34)  Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(35)  (Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1)

(36)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(37)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (Direttiva Qafas dwar l-Ilma).

(38)  Ir-Regolament (UE) 2019/2088 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

(39)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(40)  L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.

(41)  L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.

(42)  L-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2772/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)