European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2759

7.12.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2759

tal-4 ta’ Diċembru 2023

li taħtar ħames membri u sitt membri supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Netherlandiż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fl-24 ta’ April 2020 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/577 (3), li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni. Fid-29 ta’ April 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/721 (4), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni. Fl-20 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/2294 (5), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni. Fil-21 ta’ Ġunju 2022 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/1001 (6), li taħtar membru, propost mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali saru vakanti s-siġġijiet ta’ ħames membri fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġew proposti għall-ħatra s-Sur Johan HAMSTER, is-Sur Michiel Alexander RIJSBERMAN, is-Sur Tjisse STELPSTRA, is-Sur Yde Johan VAN HIJUM u s-Sa Ilse ZAAL.

(4)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Maarten VAN GAANS-GIJBELS, u t-tmiem tal-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sa Jeannette Nicole BALJEU, is-Sur Johannes Cornelius Gerardus Maria (John) BERENDS, is-Sur Klaas FOKKINGA, is-Sa Anna PIJPELINK, is-Sur Robertus Cornelis Leonardus STRIJK saru vakanti s-siġġijiet ta’ sitt membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Il-Gvern Netherlandiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Rang Friso DOUWSTRA, Gedeputeerde provincie Fryslân (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Fryslân), is-Sa Johanna Everdina MOL, Gedeputeerde provincie Gelderland (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Gelderland), is-Sa Willemina Roziena Catharina STERK, Gedeputeerde provincie Zuid-Holland (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Zuid-Holland), is-Sur Arthur Theodorus Hendrikus VAN DIJK, Commissaris van de Koning provincie Noord-Holland (Kummissarju tar-Re tal-Provinċja ta’ Noord-Holland) u s-Sa Mariette Elsbeth VAN LEEUWEN Gedeputeerde provincie Zuid-Holland (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Zuid-Holland).

(6)

Il-Gvern Netherlandiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sa Elisabeth Anna Maria Bernard DEMOLLIN-SCHNEIDERS, Gedeputeerde provincie Limburg (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Limburg), is-Sur Erwin Nico Willem HOOGLAND, Gedeputeerde provincie Overijssel (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Overijssel), is-Sur Jan KLOPMAN, Gedeputeerde provincie Flevoland (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Flevoland), is-Sur Wilfried Robert Leonia NIELEN, Gedeputeerde provincie Zeeland (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Zeeland), is-Sur Abraham SCHMAAL, Gedeputeerde provincie Groningen (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Groningen) u s-Sur Egbert VAN DIJK Gedeputeerde provincie Drenthe (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Drenthe),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

—

is-Sur Rang Friso DOUWSTRA, Gedeputeerde provincie Fryslân (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Fryslân),

—

is-Sa Johanna Everdina MOL, Gedeputeerde provincie Gelderland (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Gelderland),

—

is-Sa Willemina Roziena Catharina STERK, Gedeputeerde provincie Zuid-Holland (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Zuid-Holland),

—

is-Sur Arthur Theodorus Hendrikus VAN DIJK, Commissaris van de Koning provincie Noord-Holland (Kummissarju tar-Re tal-Provinċja ta’ Noord-Holland),

—

is-Sa Mariette Elsbeth VAN LEEUWEN Gedeputeerde provincie Zuid-Holland (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Zuid-Holland).

u

(b)

bħala membri supplenti:

—

is-Sa Elisabeth Anna Maria Bernard DEMOLLIN-SCHNEIDERS, Gedeputeerde provincie Limburg (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Limburg),

—

is-Sur Erwin Nico Willem HOOGLAND, Gedeputeerde provincie Overijssel (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Overijssel),

—

is-Sur Jan KLOPMAN, Gedeputeerde provincie Flevoland (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Flevoland),

—

is-Sur Wilfried Robert Leonia NIELEN, Gedeputeerde provincie Zeeland (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Zeeland),

—

is-Sur Abraham SCHMAAL, Gedeputeerde provincie Groningen (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Groningen) u

—

is-Sur Egbert VAN DIJK Gedeputeerde provincie Drenthe (Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Drenthe),

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BOLAÑOS GARCÍA


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/577 tal-24 ta’ April 2020 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 134, 28.4.2020, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/721 tad-29 ta’ April 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 154, 4.5.2021, p. 3).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2294 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 517).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1001 tal-21 ta’ Ġunju 2022 li taħtar membru, propost mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 168, 27.6.2022, p. 79).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2759/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)