|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2733 |
8.12.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2733
tas-7 ta’ Diċembru 2023
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ diklażuril (Coxiril) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-faġani (detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma NV) u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/46
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ diklażuril bħala addittiv tal-għalf. Ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ diklażuril (Coxiril) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-faġani rispettivament, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “koċċidjostati u istomonostati”. |
|
(4) |
Il-preparat ta’ diklażuril (Coxiril) diġà huwa awtorizzat bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għad-dundjani tas-simna, kif ukoll għall-farawni tas-simna u tat-tnissil bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/46 (2). |
|
(5) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-20 ta’ Frar 2018 (3) u tat-23 ta’ Marzu 2023 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta’ diklażuril (Coxiril) huwa sikur għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-faġani. Huwa sikur għall-konsumaturi sakemm il-limiti massimi ta’ residwi (“MRLs”) stabbiliti għall-pollam ma jinqabżux. Fir-rigward tal-ambjent, l-Awtorità kkonkludiet li ma huwa mistenni l-ebda riskju għall-kompartiment terrestri u għas-sediment (kemm fil-ħamrija aċiduża kif ukoll f’dik mhux aċiduża), li ma huwa mistenni l-ebda tħassib għall-ilma ta’ taħt l-art kemm għall-ħamrija aċiduża kif ukoll għal dik mhux aċiduża, li ma tista’ tinsilet l-ebda konklużjoni għall-kompartiment akkwatiku minħabba n-nuqqas ta’ data u li l-preparat ta’ diklażuril (Coxiril) ma għandu l-ebda potenzjali għall-bijoakkumulazzjoni, u għalhekk ir-riskju ta’ avvelenament sekondarju huwa improbabbli. Ikkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ diklażuril (Coxiril) jitqies bħala mhux irritanti għall-għajnejn u għall-ġilda, mhuwiex sensitizzatur potenzjali tal-ġilda, u huwa improbabbli li l-esponiment mill-utent bin-nifs jikkawża tossiċità respiratorja jew sistemika. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ diklażuril (Coxiril) għandu l-potenzjali li jikkontrolla l-koċċidjożi fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti. Irrakkomandat li jitwettaq monitoraġġ fuq il-post tar-reżistenza tal-Eimeria spp. għad-diklażuril, preferibbilment matul l-aħħar parti tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (5), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni preċedenti fir-rigward tal-istess addittiv huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, meta jitqies li t-tiġieġ mrobbija għall-bajd u l-faġani jinżammu esklussivament fil-kompartiment terrestri, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ diklażuril (Coxiril) jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-faġani. Jixraq li jiġi previst monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq dwar ir-reżistenza tal-Eimeria spp. għad-diklażuril u li jissemma li, f’konformità mal-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-limiti massimi ta’ residwi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (6) għad-diklażuril fil-pollam japplikaw fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li ġejjin mill-annimali mitmugħa b’dak il-preparat. |
|
(7) |
Fl-aħħar kolonna tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/46, dwar il-limiti massimi ta’ residwi (MRLs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali, issir referenza għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 u fiha hemm l-MRLs ukoll. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, meta jkun diġà stabbilit MRL għal sustanza skont ir-regoli Komunitarji, dak l-MRL għandu japplika wkoll għar-residwi tas-sustanza attiva jew il-metaboliti tagħha li joriġinaw mill-użu tas-sustanza bħala addittiv tal-għalf. L-MRLs stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 37/2010 għad-diklażuril fil-pollam għalhekk japplikaw ukoll skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/46 u referenza għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 kienet biżżejjed mingħajr ma jiżdiedu d-dettalji tal-MRLs. Konsegwentement, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/46 jenħtieġ li jiġi korrett kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li huwa parti mill-kategorija tal-addittivi “koċċidjostati u istomonostati”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/46
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/46, it-test fil-kolonna “Limiti Massimi ta’ Residwu (MRLs) fl-għalf rilevanti li joriġina mill-annimali” huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 (*1).
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/46 tal-14 ta’ Jannar 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għad-dundjani tas-simna u għall-farawni tas-simna u tat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (ĠU L 9, 15.1.2015, p. 5).
(3) EFSA Journal 2018;16(3):5195 u EFSA Journal 2018;16(3):5196.
(4) EFSA Journal 2023;21(4):7963.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal- 4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
Limiti massimi ta’ residwi (MRLs) fl-oġġetti tal-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali |
||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: koċċidjostati u istomonostati |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
51775 |
Huvepharma NV |
Diklażuril 0,5 g/100 g (Coxiril) |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparat ta’ diklażuril: 5 g/kg. Lamtu: 15 g/kg. Dqiq tal-qamħ: 700 g/kg. Karbonat tal-kalċju: 280 g/kg. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Diklażuril:
Kwalunkwe impurità unika oħra: ≤ 0,5 %. Total ta’ impuritajiet: ≤ 1,5 %. Metodu analitiku (2): Għad-determinazzjoni tad-diklażuril fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel: kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja b’fażi inversa (HPLC) bl-użu ta’ detezzjoni Ultravjola f’280 nm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (3). Għad-determinazzjoni tad-diklażuril fl-għalf kompost:
|
Tiġieġ imrobbija għall-bajd |
12-il ġimgħa |
0,8 |
1,2 |
|
It-28 ta’ Diċembru 2033 |
Ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 |
||||||||||||||||||||||
|
Faġani |
— |
1,0 |
1,2 |
|||||||||||||||||||||||||||||
(1) Il-Monografija tal-Farmakopea Ewropea 1718 (Diklażuril għall-Użu Veterinarju).
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2733/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)