|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2726 |
7.12.2023 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2726
tas-6 ta’ Diċembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 6(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jeħtieġ li s-sidien tal-bastimenti jiżguraw li l-bastimenti li jkunu se jiġu riċiklati, ikunu riċiklati biss f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li huma inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (“il-Lista Ewropea”) ippubblikata skont l-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Lista Ewropea hija stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2). |
|
(3) |
L-awtorizzazzjonijiet ta’ AF Offshore Decom, ta’ Green Yard AS u ta’ Aker Solutions AS (Stord), faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fin-Norveġja, se jiskadu fit-28 ta’ Jannar 2024. L-awtorizzazzjonijiet ta’ Fosen Gjenvinning AS u ta’ Norscrap West AS, faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li wkoll jinsabu fin-Norveġja, se jiskadu fid-9 ta’ Jannar 2024 u fl-1 ta’ Marzu 2024, rispettivament. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand in-Norveġja li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil dawk il-faċilitajiet biex iwettqu r-riċiklaġġ tal-bastimenti ġew imġedda qabel l-iskadenza tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Barra minn hekk, in-Norveġja infurmat lill-Kummissjoni dwar bidliet li jikkonċernaw il-metodu ta’ riċiklaġġ u t-tip u d-daqs tal-bastimenti aċċettati minn AF Offshore Decom, dwar bidliet li jikkonċernaw l-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti rrappurtat minn Green Yard AS u minn Aker Solutions AS (Stord) u dwar bidliet li jikkonċernaw it-tip u d-daqs tal-bastimenti, il-limitazzjonijiet, u l-kundizzjonijiet kif ukoll l-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti rrappurtat minn Norscrap West AS. Barra minn hekk, il-Finlandja infurmat lill-Kummissjoni dwar bidla li għandha ssir fid-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ Turun Korjaustelakka Oy (Turku Repair Yard Ltd.) filwaqt li l-Latvja infurmat lill-Kummissjoni dwar bidla li tikkonċerna l-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti rrappurtat minn “Galaksis N” Ltd u n-Netherlands infurmaw lill-Kummissjoni dwar tibdil fid-dettalji ta’ kuntatt għal Damen Verolme Rotterdam B.V. u DECOM Amsterdam B.V. Għalhekk, jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata skont dan. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand id-Danimarka li l-awtorità kompetenti tagħha rtirat l-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mogħtija lil Stena Recycling A/S, peress li l-faċilità ma twettaqx attivitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-faċilità titneħħa mil-Lista Ewropea. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand in-Netherlands li Scheepssloperij Nederland B.V. ma għadhiex fin-negozju tar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Għalhekk, l-awtorità kompetenti rtirat l-awtorizzazzjoni tal-faċilità għat-twettiq tar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-faċilità titneħħa mil-Lista Ewropea. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand in-Norveġja li Lutelandet Offshore AS ma għadhiex fin-negozju tar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Għalhekk, l-awtorità kompetenti rtirat l-awtorizzazzjoni tal-faċilità għat-twettiq tar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-faċilità titneħħa mil-Lista Ewropea. |
|
(7) |
L-inklużjoni fil-Lista Ewropea ta’ Leyal Gemi Söküm Sanayi ve Ticaret Ltd. u ta’ Leyal-Demtaş Gemi Söküm Sanayi ve Ticaret A.Ş., faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fit-Turkija, se tiskadi fid-9 ta’ Diċembru 2023. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand Leyal Gemi Söküm Sanayi ve Ticaret Ltd. u mingħand Leyal-Demtaş Gemi Söküm Sanayi ve Ticaret A.Ş li jixtiequ jġeddu l-inklużjoni tagħhom fil-Lista Ewropea, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Wara li vvalutat l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn li ngħataw u li nġabru f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-Kummissjoni tqis li l-faċilitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament biex iwettqu riċiklaġġ tal-bastimenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-inklużjoni ta’ dawk il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti fil-Lista Ewropea tiġġedded. |
|
(8) |
L-inklużjoni fil-Lista Ewropea ta’ International Shipbreaking Limited L.L.C, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fl-Istati Uniti tal-Amerka, se tiskadi fid-9 ta’ Diċembru 2023. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand International Shipbreaking Limited L.L.C li tixtieq iġġedded l-inklużjoni tagħha fil-Lista Ewropea, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-informazzjoni u tal-evidenza ta’ sostenn li ngħataw u li nġabru f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni tqis li l-faċilità tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 biex twettaq riċiklaġġ tal-bastimenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-inklużjoni ta’ dik il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti fil-Lista Ewropea tiġġedded. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 tiġi emendata skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1257/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2323/oj).
ANNESS
““ANNESS
Il-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013
Parti A
Il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru
|
Isem il-faċilità |
Metodu ta’ riċiklaġġ |
Tip u daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati |
Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż |
Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1) |
Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT (2) |
Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3) |
|||||
|
IL-BELĠJU |
|||||||||||
|
NV Galloo Recycling Ghent
Telefown: +32(0)9/251 25 21 Email: peter.wyntin@galloo.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 265 metru Wisa’: 37 metru Pixka: 12,5-il metru |
|
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum. |
34 000 (4) |
31 ta’ Marzu 2025 |
|||||
|
IL-BULGARIJA |
|||||||||||
|
Ship and Industrial Service Ltd
Telefown: + 359 888 334114 Email: d_kondov@yahoo.co.uk |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 140 metru Wisa’: 16-il metru Pixka: 6 metri Tunnellaġġ ta’ spostament ħafif: 1 800 tunnellata |
Il-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet huma stabbiliti fil-permess għall-immaniġġjar tal-iskart (id-Deċiżjoni Nru 03-DO-655-00/25.01.2019) |
Approvazzjoni espliċita b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum. L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni hija d-Direttur tal-Ispettorat Reġjonali għall-Ambjent u għall-Ilma fejn tinsab il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti |
12 500 (5) |
25 ta’ Jannar 2024 |
|||||
|
ID-DANIMARKA |
|||||||||||
|
FAYARD A/S
www.fayard.dk Telefown: +45 7592 0000 Email: fayard@fayard.dk |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 415-il metru Wisa’: 90 metru Pixka: 7,8 metri |
Il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija rregolata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli u mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Permess Ambjentali tas-7 ta’ Novembru 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Kerteminde. Il-Permess Ambjentali jinkludi l-kundizzjonijiet għas-sigħat ta’ operat, il-kundizzjonijiet ta’ operat speċjali, l-immaniġġjar u l-ħżin tal-iskart u jinkludi wkoll kundizzjoni li l-attività trid titwettaq f’baċir imbattal mill-ilma. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
916,34 (6) |
22 ta’ Mejju 2028 |
|||||
|
Fornæs ApS
www.fornaes.com Telefown: +45 86326393 Email: recycling@fornaes.dk |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 25 metru Pixka: 7 metri GT: 10 000 |
Il-muniċipalità ta’ Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
30 000 (7) |
12 ta’ Mejju 2026 |
|||||
|
Jatob ApS
www.jatob.dk Telefown: +45 8668 1689 Email: post@jatob.dk mathias@jatob.dk |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 30 metru Pixka: 6 metri |
Il-maniġġ u l-ħżin ta’ frazzjonijiet tal-iskart huma diskrezzjoni tal-Awtorizzazzjoni Ambjentali. Il-ħżin intermedju tal-iskart perikoluż jista’ jseħħ għal massimu ta’ sena fuq is-sit. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
13 000 (8) |
9 ta’ Marzu 2025 |
|||||
|
Modern American Recycling Services Europe (M.A.R.S)
www.modernamericanrecyclingservices.com/ Telefown: +45 30307763 Email: kim@mars-eu.dk |
Skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 400 metru Wisa’: 90 metru Pixka: 14-il metru |
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tad-9 ta’ Marzu 2018 u fl-Addendum għall-Permess Ambjentali tat-12 ta’ Lulju 2022 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Frederikshavn. Il-Muniċipalità ta’ Frederikshavn għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. Il-faċilità ma tridx taħżen l-iskart perikoluż għal aktar minn sena. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
60 000 (9) |
27 ta’ Jannar 2028 |
|||||
|
Smedegaarden A/S
www.smedegaarden.net Telefown: +45 75128888 E-mail: m@smedegaarden.net |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 200 metru* Wisa’: 48 metru Pixka: 7,5 metri (*Jekk it-tul > 170 metru, aċċettazzjoni mill-Muniċipalità ta’ Esbjerg hija meħtieġa) |
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tal-4 ta’ Ġunju 2015 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Esbjerg. Il-Muniċipalità ta’ Esbjerg għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14 jum. |
20 000 (10) |
11 ta’ Marzu 2026 |
|||||
|
L-ESTONJA |
|||||||||||
|
BLRT Refonda Baltic OÜ Kopli 103, 11712 Tallinn, l-Estonja Telefown: +372 610 2933 Faks: +372 610 2444 Email: refonda@blrt.ee www.refonda.ee |
F’wiċċ l-ilma mal-moll u fil-baċir f’wiċċ l-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 197 metru Wisa’: 32 metru Pixka: 9,6 metri |
Permess għall-iskart Nru. KL-511809. Liċenzja tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż Nru 0546. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Sistema ta’ Mmaniġġjar Ambjentali, Immaniġġjar tal-iskart EP 4.4.6-1-13 Il-faċilità tista’ tirriċikla biss il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum. |
24 364 (11) |
15 ta’ Frar 2026 |
|||||
|
SPANJA |
|||||||||||
|
DESGUACE INDUSTRIAL Y NAVAL, S.L.U. (DINA)
Telefown: +34944971552 Email: dina@dinascrapping.com www.redena.es |
Laterali, rampa għaż-żarmar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 120 metru Wisa’: 20 metru Pixka: 6 metri |
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni taċita. L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni hija l-awtorità ambjentali tal-Komunità Awtonoma fejn tkun tinsab il-faċilità. |
2 086 (12) |
3 ta’ Marzu 2026 |
|||||
|
DDR VESSELS XXI, S.L.
Telefown: +34 630 14 44 16 Email: abarredo@ddr-vessels.com |
Laterali, rampa għaż-żarmar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 169.9 metru (Bastimenti b’daqs ikbar minn dan li waqt l-operat tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella li r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx jistgħu jiġu aċċettati skont ir-riżultat ta’ studju dettaljat tal-vijabbiltà) Wisa’: 25 metru |
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni taċita. L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni hija l-awtorità ambjentali tal-Komunità Awtonoma fejn tkun tinsab il-faċilità. |
3 600 (13) |
28 ta’ Lulju 2025 |
|||||
|
FRANZA |
|||||||||||
|
Démonaval Recycling
Telefown: (+33) (0)7 69 79 12 80 Email : patrick@demonaval-recycling.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 140 metru Wisa’: 25 metru Fond: 5 metri |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent |
1 500 (14) |
21 ta’ Settembru 2027 |
|||||
GARDET & DE BEZENAC Recycling/ Groupe BAUDELET ENVIRONNEMENT – GIE MUG
Email: normandie@baudelet.fr |
F’wiċċ l-ilma u fl-iskal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 18-il metru Fond: 7 metri LDT: 7 000 |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent |
7 730 (15) |
29 ta’ Diċembru 2026 |
|||||
|
Grand Port Maritime de Bordeaux
Telefown: +33(0)5 56 90 58 00 Email: maintenance@bordeaux-port.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 240 metru Wisa’: 37 metru Fond: 17-il metru |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent |
9 000 (16) |
27 ta’ Settembru 2026 |
|||||
|
Recycleurs Bretons - Navaléo
Telefown: +33(0)2 98 01 11 06 Email: navaleo@navaleo.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 225 metru Wisa’: 34 metru Fond: 27 metru |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent |
15 000 (17) |
19 ta’ Ġunju 2025 |
|||||
|
L-ITALJA |
|||||||||||
|
San Giorgio del Porto S.p.A.
Telefown: +39 (0)10 251561 Email: segreteria@sgdp.it; sangiorgiodelporto@legalmail.it www.sgdp.it |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 350 metru Wisa’: 75 metru Fond: 16-il metru GT: 130 000 |
Il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni espliċita |
38 564 (18) |
6 ta’ Ġunju 2028 |
|||||
|
IL-LATVJA |
|||||||||||
|
“Galaksis N”, Ltd.
Telefown: +371 29410506 Email: galaksisn@inbox.lv |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 165 metru Wisa’: 22 metru Fond: 7 metri GT: 12 000 |
Ara l-permess nazzjonali Nru LI12IB0053 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
2 490 (19) |
17 ta’ Lulju 2024 |
|||||
|
IL-LITWANJA |
|||||||||||
|
UAB APK
Telefown: +370 (46) 365776 Faks: Faks: +370 (46) 365776 Faks: Email: uab.apk@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 130 metru Wisa’: 35 metru Fond: 10 metri GT: 3 500 |
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
1 500 (20) |
12 ta’ Marzu 2025 |
|||||
|
UAB Armar
Telefown: +370 685 32607 Email: armar.uab@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 80 metru Wisa’: 16-il metru Fond: 5 metri GT: 1 500 |
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
3 910 (21) |
12 ta’ April 2027 |
|||||
|
UAB Demeksa
Telefown: +370 630 69903 Email: uabdemeksa@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 58 metru Wisa’: 16-il metru Fond: 5 metri GT: 3 500 |
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-64/2019 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
0 (22) |
22 ta’ Mejju 2024 |
|||||
|
UAB Vakarų refonda
Telefown: +370 (46) 483940 / 483891 Faks: +370 (46) 483891 Faks: Email: refonda@wsy.lt |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 230 metru Wisa’: 55 metru Fond: 14-il metru GT: 70 000 |
Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
20 140 (23) |
30 ta’ April 2025 |
|||||
|
IN-NETHERLANDS |
|||||||||||
|
Damen Verolme Rotterdam B.V.
Telefown: +31 (0)181 23 4353 Email: hein.mangroe@damen.com |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 400 metru Wisa’: 90 metru Fond: 12-il metru Għoli: 90 metru |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
0 (24) |
21 ta’ Mejju 2026 |
|||||
|
DECOM Amsterdam B.V.
Telefown: +31 23 558 1937 Email: info@decomamsterdam.nl |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 240 metru Wisa’: 50 metru Pixka: 9 metri |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
17 500 (25) |
5 ta’ Ottubru 2026 |
|||||
|
Hoondert Services & Decommissioning B.V.
Telefown: +31 113352510 Email: info@hsd.nl |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 175 metru Wisa’: 40 metru Fond: 10 metri |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
30 000 (26) |
26 ta’ Jannar 2026 |
|||||
|
Sagro Aannemingsmaatschappij Zeeland B.V.
Telefown: +31113351710 Email: slf@sagro.nl |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 120 metru Wisa’: 20 metru Fond: 6 metri |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
15 000 (27) |
28 ta’ Marzu 2024 |
|||||
|
IN-NORVEĠJA |
|||||||||||
|
Arise Recycling AS (li qabel kienet ADRS Decom Gulen) Indirizz tal-faċilità:
Indirizz tal-uffiċċju:
In-Norveġja https://adrs.no/ |
Laterali, skal, baċir imbattal mill-ilma/baċir mimli bl-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 360 metru Wisa’: Bla limitu Fond: Bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2019.0501.T |
Approvazzjoni espliċita |
0 (28) |
1 ta’ Ottubru 2024 |
|||||
|
AF Offshore Decom
https://afgruppen.com/Decommissioning/ |
Laterali, mal-moll |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 500 metru Wisa’: bla limitu Fond: bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2005.0038.T |
Approvazzjoni espliċita |
31 000 (29) |
10 ta’ Diċembru 2028 (30) |
|||||
|
Green Yard AS
Telefown: +4790098185 www.greenyard.no |
Baċir imbattal mill-ilma (ġewwa), skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 230 metru Wisa’: 25 metru Fond: 20 metru |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2018.0833.T L-operazzjonijiet ewlenin ta’ żarmar iridu jsiru fuq ġewwa. L-uniċi operazzjonijiet ta’ żarmar u ta’ qtugħ li jitħallew isiru fil-beraħ huma l-operazzjonijiet żgħar meħtieġa biex jitwaħħlu l-bastimenti mal-faċilità ta’ fuq ġewwa. Għal aktar dettalji ara l-permess. |
Approvazzjoni espliċita |
30 000 (31) |
10 ta’ Diċembru 2028 (32) |
|||||
|
Green Yard Kleven AS
www.kleven.no |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 170 metru Wisa’: 35 metru Fond: Bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2021.0011.T |
Approvazzjoni espliċita |
0 (33) |
9 ta’ April 2026 |
|||||
|
Fosen Gjenvinning AS
Telefown: +47 400 39 479 Email: knut@fosengjenvinning.no |
Laterali |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr riggijiet jew vapuri użati għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 20 metru Fond: 7 metri |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2006.0250.T |
Approvazzjoni espliċita |
8 000 (34) |
10 ta’ Diċembru 2028 (35) |
|||||
|
Aker Solutions AS (Stord)
www.kvaerner.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 230 metru Wisa’: Bla limitu Fond: Bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2013.0111.T |
Approvazzjoni espliċita |
60 000 (36) |
10 ta’ Diċembru 2028 (37) |
|||||
|
Norscrap West AS
www.norscrap.no |
Skal li jżomm f’wiċċ l-ilma. Barra minn hekk, huwa fakultattiv skont il-kumplessità: 1. Żarmar mal-moll u skreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b’sistema effettiva ta’ drenaġġ 2. Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 34 metru Pixka: 5 metri / tiżdied skont il-metodu ta’ riċiklaġġ. |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2017.0864.T Massimu ta’ 8 000 LDT fuq skal li jżomm f’wiċċ l-ilma. Il-bastimenti li jaqbżu t-8 000 LDT iridu jiġu żarmati bl-użu ta’ metodu ieħor ta’ riċiklaġġ |
Approvazzjoni espliċita |
25 000 (38) |
10 ta’ Diċembru 2028 (39) |
|||||
|
IL-FINLANDJA |
|||||||||||
|
Turun Korjaustelakka Oy (Turku Repair Yard Ltd)
Telefown: +358 2 44 511 Email try@turkurepairyard.com |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 250 metru Wisa’: 40 metru Pixka: 7,9 metri |
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali nazzjonali. |
Approvazzjoni espliċita |
20 000 (40) |
14 ta’ Diċembru 2025 |
|||||
|
IR-RENJU UNIT – L-IRLANDA TA’ FUQ |
|||||||||||
|
Harland and Wolff (Belfast) Ltd
Telefown +44(0)2890534189 Faks +44(0)2890458515 E-mail Eoghan.Rainey@harland-wolff.com |
Baċir imbattal mill-ilma u rmiġġ fl-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 556 metru Wisa’: 93 metru Pixka: 7,5 metri DWT: 550 000 |
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/20/11 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
12 000 (41) |
16 ta’ Ġunju 2025 |
|||||
Parti B
Faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz
|
Isem il-faċilità |
Metodu ta’ riċiklaġġ |
Tip u daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati |
Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż |
Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (42) |
Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT (43) |
Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (44) |
|||||
|
IT-TURKIJA |
|||||||||||
|
Anadolu Gemi Söküm Orman Ürn. Gida Tur. Nak. San. Ve Tic. A.Ş.
Telefown: +90 232 618 21 02 Email: info@anadolugs.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr ir-riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 50 metru Pixka: 12-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
111 823 (45) |
17 ta’ Awwissu 2028 |
|||||
|
Avsar Gemi Sokum San. Dis Tic. Ltd. Sti.
Telefown: +90 232 618 21 07 – 08 - 09 Email: info@avsargemiltd.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr ir-riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 50 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
54 224 (46) |
2 ta’ Diċembru 2025 |
|||||
|
BMS GEMİ GERİ DÖNÜŞÜM SAN. VE TİC. A.Ş.
Telefown: +90 232 618 22 20 Email: bms@bmsgemi.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr ir-riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 49 metru Pixka: 10-il metri |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
37 132 (47) |
17 ta’ Awwissu 2028 |
|||||
|
EGE CELIK SAN. VE TIC. A.S.
Telefown: +90 232 618 21 62 Email: pamirtaner@egecelik.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 50 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
55 503 (48) |
12 ta’ Frar 2025 |
|||||
|
LEYAL GEMİ SÖKÜM SANAYİ ve TİCARET LTD.
Telefown: +90 232 618 20 30 Email: info@leyal.com.tr |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 100 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
64 815 (49) |
10 ta’ Diċembru 2028 |
|||||
|
LEYAL-DEMTAŞ GEMİ SÖKÜM SANAYİ ve TİCARET A.Ş.
Telefown: +90 232 618 20 65 Email: demtas@leyal.com.tr |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 63 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
57 275 (50) |
10 ta’ Diċembru 2028 |
|||||
|
KILIÇLAR GERİ DÖNÜŞÜMLÜ MADDELER VE METAL SAN. TİC A.Ş. Atatürk Mahallesi, Aygaz Caddesi No : 57 20 nolu parsel Aliaga - İzmir 35800, it-Turkija Telefown: +90 232 618 22 17 Email: gemisokum@kiliclar.com.tr |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr ir-riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 49 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
16 711 (51) |
17 ta’ Awissu 2028 |
|||||
|
ÖGE GEMİ SÖKÜM İTH. İHR. TİC. SAN.AŞ.
Telefown: +90 232 618 21 05 Email: oge@ogegemi.com www.ogegemi.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 70 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
62 471 (52) |
12 ta’ Frar 2025 |
|||||
|
Sök Denizcilik Tic. Ltd. Sti
Telefown: +90 232 618 2092 Email: info@sokship.com |
Ħatt l-art |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 90 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
66 167 (53) |
12 ta’ Frar 2025 |
|||||
|
IR-RENJU UNIT |
|||||||||||
|
Dales Marine Services Ltd
Telefown: + 44 (0)131 454 3380; + 44 (0)7834 658 588 Email: Phil@dalesmarine.co.uk |
Baċir imbattal mill-ilma u rmiġġ fl-ilma |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr ir-riggijiet Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 165 metru Wisa’: 20 metru Pixka: 7,7 metri |
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni WML/L/1157331 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
5 019 (54) |
22 ta’ Mejju 2027 |
|||||
|
Kishorn Port Ltd
Telefown: +44 (0)139 777 3840 Email: enquiries@kishornportltd.com alasdair@kishornportltd.com frank@fergusontransport.co.uk |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 160 metru Wisa’: 160 metru Pixka: 13,8-il metru LDT: 26 448 |
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni “WML/L/1175043 Modifika 01” u “WML/L/1175043 Modifika 02”, li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
38 148 (55) |
22 ta’ Mejju 2027 |
|||||
|
L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA |
|||||||||||
|
International Shipbreaking Limited L.L.C
Telefown: +1 956-831-2299 Email: chris.green@internationalshipbreaking.com robert.berry@internationalshipbreaking.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 366 metru Wisa’: 48 metru Pixka: 9 metri |
Il-kundizzjonijiet li skonthom il-faċilità hija awtorizzata topera huma definiti fil-permessi, fiċ-ċertifikati u fl-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-faċilità mill-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent, mill-Kummissjoni ta’ Texas dwar il-Kwalità Ambjentali, mill-Uffiċċju tal-Artijiet Ġenerali ta’ Texas u mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti. L-att dwar il-Kontroll ta’ Sustanzi Tossiċi tal-Istati Uniti jipprojbixxi l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta’ bastimenti b’bandiera barranija li jkollhom konċentrazzjonijiet ta’ PCB ta’ aktar minn 50 parti kull miljun. Il-faċilità għandha żewġ skalijiet bir-rampi għar-riċiklaġġ finali tal-bastimenti (Skal tal-Lvant u Skal tal-Punent). Il-bastimenti li jtajru bandiera tal-Istati Membri tal-UE għandhom jiġu riċiklati b’mod esklużiv fuq ir-rampa tal-iSkal tal-Lvant. |
Attwalment ma hemm l-ebda proċedura fil-liġi tal-Istati Uniti marbuta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti |
120 000 (56) |
10 ta’ Diċembru 2028 |
|||||
(1) Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(2) Kif imsemmi fl-Artikolu 32(1), il-punt (a), it-tielet sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(3) Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew tal-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.
(4) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(5) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 12 500 LDT fis-sena.
(6) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(7) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(8) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(9) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 200 000 LDT fis-sena.
(10) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(11) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 36 000 LDT fis-sena.
(12) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 6 000 LDT fis-sena.
(13) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(14) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 15 000 LDT fis-sena.
(15) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 12 000 LDT fis-sena.
(16) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 23 000 LDT fis-sena.
(17) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.
(18) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(19) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 10 000 LDT fis-sena.
(20) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena
(21) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 6 000 LDT fis-sena
(22) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 10 000 LDT fis-sena
(23) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 45 000 LDT fis-sena
(24) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(25) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 47 500 LDT fis-sena.
(26) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(27) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(28) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena
(29) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena
(30) Din id-data ta’ skadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
(31) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena
(32) Din id-data ta’ skadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
(33) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena
(34) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 10 000 LDT fis-sena
(35) Din id-data ta’ skadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
(36) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 85 000 LDT fis-sena.
(37) Din id-data ta’ skadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
(38) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 85 000 LDT fis-sena.
(39) Din id-data ta’ skadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
(40) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.
(41) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 300 000 LDT fis-sena.
(42) Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(43) Kif imsemmi fl-Artikolu 32(1), il-punt (a), it-tielet sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(44) L-inklużjoni ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f’pajjiż terz fil-Lista Ewropea hija valida għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li tipprevedi l-inklużjoni ta’ dik il-faċilità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(45) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.”
(46) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.”
(47) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 75 000 LDT fis-sena.
(48) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(49) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 80 000 LDT fis-sena.
(50) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 70 000 LDT fis-sena.
(51) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(52) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 90 000 LDT fis-sena.
(53) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(54) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 7 275 LDT fis-sena.
(55) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 38 148 LDT fis-sena.
(56) Il-kapaċità teorika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2726/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)