|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2705 |
1.12.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2705
tat-30 ta’ Novembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Ukrajna f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l- Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi
|
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296 (1), li pprevediet perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dik id-Deċiżjoni (“il-perjodu ta’ implimentazzjoni”), li jintemm fl-14 ta’ Diċembru 2022. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2184 (2), li estendiet il-perjodu ta’ implimentazzjoni sal-14 ta’ Jannar 2024 mingħajr ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji. |
|
(3) |
Fis-16 ta’ Awwissu 2023, is-Segretarjat tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, li hija responsabbli mill-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296, talbet estensjoni oħra tal-perjodu ta’ implimentazzjoni sal-14 ta’ Lulju 2024. |
|
(4) |
L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni sal-14 ta’ Lulju 2024 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-14 ta’ Lulju 2024.’.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
M.a J. MONTERO CUADRADO
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1296 tal-31 ta’ Lulju 2019 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Ukrajna f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 29).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2184 tat-8 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Ukrajna f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom (ĠU L 288, 9.11.2022, p. 78).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2705/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)