European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2696

5.12.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2696

tal-4 ta’ Diċembru 2023

li jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-mudell li għandu jintuża għat-twettiq tal-istħarriġiet tal-benefiċjarji tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati skont ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-FEG stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/691,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ tar-riżultati u biex jiġu ffaċilitati l-evalwazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), l-Istati Membri huma meħtieġa jappoġġaw lill-Kummissjoni fit-twettiq ta’ stħarriġ tal-benefiċjarji wara l-implimentazzjoni ta’ kull kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/691.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-użu tal-istħarriġiet għal finijiet ta’ evalwazzjoni, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi għat-twettiq tal-istħarriġiet, u li jiġi stabbilit mudell komuni li jippermetti l-aggregazzjoni tad-data fil-livell tal-Unjoni.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-analiżi effiċjenti tal-istħarriġiet għal finijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, huwa meħtieġ li jiġu sfruttati bis-sħiħ il-vantaġġi tal-għodod elettroniċi għat-twettiq tal-istħarriġiet, filwaqt li tiġi ppreservata s-sigurtà tal-iskambji u jiġu żgurati l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal għodda online għat-twettiq tal-istħarriġiet tal-benefiċjarji fuq EUSurvey, is-sistema ta’ ġestjoni tal-istħarriġ online tal-Kummissjoni.

(4)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw lill-Kummissjoni billi jinfurmaw lill-benefiċjarji dwar l-istħarriġ li għandu jitwettaq u jħeġġuhom jipparteċipaw billi jibagħtu l-istedina għall-parteċipazzjoni u mill-inqas tfakkira waħda. Peress li l-Kummissjoni qed tmexxi l-istħarriġiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni hekk kif jintbagħtu l-istediniet jew it-tfakkiriet. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħeġġu wkoll lill-benefiċjarji jżommu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom aġġornati sat-tnedija tal-istħarriġ, u jipprovdu għajnuna fl-aċċess għall-istħarriġ online.

(5)

Bħala s-sid tad-data, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva miġbura għal finijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni biss.

(6)

L-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob li jirċievi r-riżultati aggregati ta’ stħarriġ għal finijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni nazzjonali. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun jixtieq iżid mistoqsijiet li jqis utli għal finijiet ta’ monitoraġġ jew evalwazzjoni nazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ żżid dawn il-mistoqsijiet fl-istħarriġ li għandu jitwettaq, filwaqt li tiżgura li l-mudell jibqa’ sħiħ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-mudell li għandu jintuża għat-twettiq tal-istħarriġiet tal-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/691.

Artikolu 2

Proċeduri dwar it-twettiq tal-istħarriġ tal-benefiċjarji

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-istħarriġ fuq sistema ta’ ġestjoni tal-istħarriġ online, bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat, bl-użu tal-mudell imsemmi fl-Artikolu 3. Il-link għall-istħarriġ għandha tintbagħat lill-Istat Membru kkonċernat mhux aktar tard minn 5 xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jniedi l-istħarriġ matul is-6 xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) 2021/691 billi jibgħat stedina għall-parteċipazzjoni fl-istħarriġ lil kull benefiċjarju tal-assistenza tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG). Mid-data tat-tnedija tal-istħarriġ, il-Kummissjoni għandha żżomm l-istħarriġ attiv għal mill-inqas 4 ġimgħat.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-perjodi ta’ btala possibbli jew ċirkostanzi oħra li jista’ jkollhom impatt fuq ir-rata ta’ parteċipazzjoni. F’dan il-każ, l-istħarriġ jista’ jiġi skedat għal perjodu estiż ta’ mhux aktar minn 8 ġimgħat.

4.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat tfakkira lill-benefiċjarji ġimgħa qabel it-tmiem skedat tal-istħarriġ.

5.   F’każ ta’ rati ta’ parteċipazzjoni baxxi, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat jistgħu jaqblu dwar estensjoni tal-perjodu tal-istħarriġ. Jekk ikun hemm qbil li jiġi estiż il-perjodu tal-istħarriġ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat tfakkira addizzjonali lill-benefiċjarji u għandu jindika t-tul tal-perjodu estiż.

6.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-isforzi li jkun għamel biex iħeġġeġ il-parteċipazzjoni u jinforma lill-Kummissjoni hekk kif jitnieda l-istħarriġ, u hekk kif tintbagħat kwalunkwe tfakkira.

7.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-benefiċjarji dwar l-istħarriġ futur malli dawn ifittxu l-assistenza u jitlobhom iżommu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom aġġornati sakemm jitnieda l-istħarriġ. L-Istati Membri għandhom jgħinu lill-benefiċjarji jaċċessaw is-sistema ta’ ġestjoni tal-istħarriġ online.

Artikolu 3

Mudell għall-istħarriġiet tal-benefiċjarji

1.   L-istħarriġiet tal-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/691 għandhom jitwettqu bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-mudell disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

3.   L-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob li jżid mistoqsijiet mal-mudell għal finijiet ta’ monitoraġġ jew evalwazzjoni nazzjonali, sakemm il-mudell fih innifsu ma jinbidilx. Il-mistoqsijiet addizzjonali ssuġġeriti jridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk tippermettix li jiżdiedu mistoqsijiet addizzjonali jew le.

Artikolu 4

Użu tad-data tal-istħarriġ

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun is-sid tad-data miġbura. Il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva miġbura għal finijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni biss.

2.   Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati aggregati ta’ stħarriġ disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat għal finijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni nazzjonali.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.


ANNESS

MUDELL GĦALL-ISTĦARRIĠ TAL-BENEFIĊJARJI TAL-FEG

Abbozz tal-email

Għeżież benefiċjarji,

Qed nistednukom tipparteċipaw f’dan l-istħarriġ peress li rċevejtu appoġġ mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) wara s-sensji fi [isem il-kumpanija/settur ekonomiku/reġjun] fi [Stat Membru]. Il-FEG huwa strument Ewropew, li jipprovdi assistenza lil persuni li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba event ta’ ristrutturar kbir.

Biex tipparteċipa f’dan l-Istħarriġ tal-UE, jekk jogħġbok oħloq kont fuq is-servizz ta’ awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea (EU Login). Segwi l-passi deskritti hawn.

Dan il-kwestjonarju ma għandux jieħu aktar minn [7] minuti biex jimtela. It-tweġibiet tiegħek se jiġu ssejvjati awtomatikament, jiġifieri jekk tippreferi tista’ timla parti mill-istħarriġ u terġa’ lura aktar tard biex tlestih. It-tweġibiet jistgħu jiġu sottomessi sa [data].

It-tweġibiet tiegħek se jiġu ttrattati b’kunfidenzjalità sħiħa u ma huma se jiġu kondiviżi ma’ ħadd.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar dan l-istħarriġ, jekk jogħġbok ikkuntattja lil [isem il-persuna ta’ kuntatt nazzjonali rispettiva tal-FEG jew l-indirizz elettroniku funzjonali].

Grazzi ħafna talli ħadt il-ħin biex twieġeb — napprezzaw ħafna l-feedback tiegħek!

Introduzzjoni għall-istħarriġ

L-għan ta’ dan l-istħarriġ huwa li jiskopri jekk il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) kienx utli għall-persuni li rċevew appoġġ. Id-data miġbura f’dan l-istħarriġ se tintuża biex jittejjeb il-FEG.

1.   L-Unjoni Ewropea u l-FEG

1.1.

Taf li l-miżuri li ħadt sehem fihom kienu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea? (tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)

Iva, kont naf li l-miżuri li rċevejt kienu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea (UE).

Iva, kont naf li l-miżuri li rċevejt kienu kofinanzjati mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG).

Le

2.   Sfond dwar il-benefiċjarju

Nixtiequ nkunu nafu aktar dwar is-sitwazzjoni personali tiegħek. Jekk jogħġbok wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin.

2.1.

Kemm għandek żmien?

15-24

25-29

30-45

46-54

55-64

Aktar minn 65 sena

2.2.

X’inhu l-ġeneru tiegħek?

Mara

Raġel

Mhux binarju

Nippreferi ma nweġibx

2.3.

X’inhi ċ-ċittadinanza tiegħek?

Agħżel mil-lista (pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE).

Jekk għandek ċittadinanza doppja, jekk jogħġbok niżżel it-tieni ċittadinanza: ________

2.4.

X’inhu l-ogħla livell komplut ta’ edukazzjoni tiegħek skont il-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED)?

edukazzjoni primarja mhux kompluta (ISCED 0)

edukazzjoni primarja (ISCED 1)

edukazzjoni sekondarja (ISCED 2 u 3)

edukazzjoni vokazzjonali (ISCED 4)

Lawrja ta’ Baċellerat (ISCED 6)

Lawrja ta’ Master (ISCED 7)

oħrajn: _______ total ta’ snin ta’ edukazzjoni: ________

2.5.

Kemm għandek snin ta’ esperjenza professjonali?

1-3

4-5

6-10

11-15

16-20

21-30

Aktar minn 30

2.6.

Għandek diżabilità?

Iva

Le

Nippreferi ma nweġibx

2.7.

Għandek sfond ta’ migrazzjoni (1)?

Iva

Le

Nippreferi ma nweġibx

2.8.

Qatt esperjenzajt qgħad fit-tul (2)?

Iva

Le

Nippreferi ma nweġibx

2.9.

Tħossok żvantaġġat fis-suq tax-xogħol?

Le

Iva, jekk weġibt iva, jekk jogħġbok speċifika r-raġuni: ________________

Nippreferi ma nweġibx

3.   Is-sitwazzjoni tal-impjieg tiegħek qabel ma bbenefikajt mill-appoġġ tal-FEG

Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jagħtuna aktar informazzjoni dwar l-impjieg preċedenti tiegħek. It-tweġibiet se jgħinuna nqabblu s-sitwazzjonijiet tal-impjieg tiegħek qabel u wara li rċevejt l-appoġġ mill-FEG.

3.1.

X’kien l-istatus tal-impjieg tiegħek?

L-Istatus tal-Impjieg

Impjegat

Impjegat indipendenti

Ix-xogħol tiegħi kien*

Full-time

Part-time

Il-kuntratt/ir-relazzjoni ta’ impjieg tiegħi kien/kienet*...

Permanenti (terminu indefinit)

Temporanja (terminu fiss)

Il-kuntratt/ir-relazzjoni ta’ impjieg tiegħi kien/kienet*...

ipprovduta direttament permezz tal-kumpanija

ipprovduta permezz ta’ aġenzija

*

Mhux applikabbli għal dawk b’impjieg indipendenti

3.2.

Sa liema punt kont sodisfatt bl-impjieg tiegħek?

Sodisfatt/a ħafna

Sodisfatt/a

Nippreferi ma nweġibx

Mhux sodisfatt/a

Assolutament mhux sodisfatt/a

 

 

 

 

 

4.   Miżuri u/jew appoġġ

Il-mistoqsijiet li ġejjin huma dwar il-miżuri u/jew l-appoġġ li rċevejt.

4.1.

Liema tip ta’ appoġġ irċevejt? Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda.

Kategoriji ġenerali

miżuri speċifiċi (* mhux obbligatorji)

Assistenza individwali għat- tiftix ta’ impjieg, ġestjoni tal-każ u servizzi ta’ informazzjoni ġenerali

It-tfassil ta’ profili (3)

Pariri, Konsulenza, Gwida okkupazzjonali jew assistenza għat-tiftix ta’ impjieg

Mentoraġġ jew ikkowċjar

Assistenza għar-rikollokament (4)

Taħriġ u taħriġ mill-ġdid

Taħriġ u taħriġ mill-ġdid — Taħriġ istituzzjonali (skola, università, ċentru ta’ taħriġ jew simili)

Taħriġ u taħriġ mill-ġdid — Taħriġ vokazzjonali; taħriġ sorveljat fuq il-post tax-xogħol; skemi ta’ apprendistat, traineeships jew internships

Inċentivi għall-impjiegi/sussidju tal-pagi

Sussidju tal-pagi

Impjieg appoġġat u riabilitazzjoni

Impjieg appoġġat (5)

Riabilitazzjoni (6)

Promozzjoni tal-intraprenditorija

Assistenza biex tibda n-negozju tiegħek (pereżempju konsulenza, ikkowċjar, parir legali, eċċ.)

Inċentivi finanzjarji biex tibda n-negozju tiegħek

Assistenza għall-ħolqien ta’ negozju

Assistenza għall-akkwiżizzjoni maġġoritarja mill-impjegati

Benefiċċji

Benefiċċju għat-taħriġ

Benefiċċju għat-tiftix ta’ impjieg

Benefiċċju għall-mobbiltà u/jew kontribuzzjoni għall-kostijiet tal-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura

Benefiċċju tas-sussistenza

Kontribuzzjoni għall-kost ta’ indokraturi ta’ persuni dipendenti.

Oħrajn (jekk jogħġbok imla):

________________

4.2.

Kemm għadda żmien bejn meta ngħatajt is-sensja u l-bidu tal-miżura/miżuri?

Inqas minn xahar

Bejn xahar u xahrejn

Bejn 3 u 5 xhur

Bejn 6 u 8 xhur

Bejn 9 u 12-il xahar

Aktar minn 12-il xahar

4.3.

Għal kemm żmien irċevejt appoġġ ipprovdut permezz tal-FEG?

Inqas minn xahar

Bejn xahar u xahrejn

Bejn 3 u 5 xhur

Bejn 6 u 8 xhur

Bejn 9 u 12-il xahar

Aktar minn 12-il xahar

4.4.

Kemm taqbel mad-dikjarazzjonijiet li ġejjin?

Naqbel ħafna

Naqbel

Ma naqbilx

Ma naqbel xejn

Ma nafx

Mhux applikabbli

L-appoġġ li ħadt kien imfassal għall-ħtiġijiet tiegħi.

 

 

 

 

 

 

L-appoġġ li ħadt għenni biex niżviluppa ħiliet ġodda/nikseb kwalifiki ġodda.

 

 

 

 

 

 

Bis-saħħa tal-appoġġ li rċevejt, issa nista’ nuża aħjar it-teknoloġiji diġitali (eż. l-Internet; il-kompjuter, l-ismartphone, apparati oħra, software) [ħiliet diġitali]

 

 

 

 

 

 

Bis-saħħa tal-appoġġ li rċevejt, issa nista’ niffranka aħjar l-enerġija, nipproduċi inqas skart jew insib modi oħra kif ngħin lill-ambjent [ħiliet ekoloġiċi]

 

 

 

 

 

 

L-appoġġ li rċevejt ħeġġiġni biex negħleb l-istereotipi marbuta mal-ġeneru fl-għażla tax-xogħol, u/jew għamilni aktar konxju/a tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru b’mod ġenerali.

 

 

 

 

 

 

L-appoġġ li ħadt għenni nikseb aktar fiduċja fil-ħiliet tiegħi.

 

 

 

 

 

 

L-appoġġ li ħadt għenni nibni network ta’ kuntatti.

 

 

 

 

 

 

Wara li ħadt sehem fil-miżura/miżuri, sirt ikkwalifikat(a) aħjar għax-xogħol.

 

 

 

 

 

 

4.5.

Liema miżura kienet l-aktar utli?

Agħżel mil-lista ta’ miżuri (menù li jinżel):

konsulenza/ikkowċjar

taħriġ/taħriġ mill-ġdid

sussidju tal-pagi

impjieg appoġġat u riabilitazzjoni

promozzjoni tal-intraprenditorija

benefiċċji

4.6.

Ġejt offrut miżuri li ma pparteċipajtx fihom?

Iva

Le (jekk le, aqbeż għall-mistoqsija 4.8)

4.7.

X’inhi r-raġuni għan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fil-miżuri?

Mhux interessat(a)

Żmien ħażin

Ġejt offrut(a) impjieg

Kienu ’l bogħod

Raġunijiet personali

Oħrajn, niżżel hawn: _____

4.8.

Tlabt xi miżura speċifika?

Iva

Le (Aqbeż għall-mistoqsija 4.11)

4.9.

Irċevejt il-miżura li tlabt?

Iva

Jekk le, x’miżura tlabt? Niżżel hawn: _____

4.10.

Jekk le, taf għaliex ma rċevejtx il-miżura li tlabt?

Niżżel hawn:_________

4.11.

Jekk lestejt l-edukazzjoni jew it-taħriġ bl-appoġġ tal-FEG, x’tip ta’ edukazzjoni? (Tista’ tagħti aktar minn tweġiba waħda)

Edukazzjoni primarja

Edukazzjoni sekondarja

Edukazzjoni/taħriġ vokazzjonali

Lawrja ta’ Baċellerat

Lawrja ta’ Master

Validazzjoni ta’ lawrja minn pajjiż mhux tal-UE

Korsijiet tal-lingwi

Taħriġ li jħejjik għar-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba permezz tal-esperjenza tax-xogħol

Taħriġ mill-ġdid/tiġdid tal-ħiliet/orjentazzjoni mill-ġdid professjonali, liema professjoni: (niżżel hawn) ________

Oħrajn: Niżżel hawn ________________

Mhux applikabbli

4.12.

X’kien l-istatus tiegħek wara li temmejt l-aħħar miżura tiegħek?

L-istatus tiegħek 6 xhur wara (jekk applikabbli)

L-istatus tiegħek 12-il xahar wara (jekk applikabbli)

L-istatus tiegħek 18-il xahar wara (jekk applikabbli)

 

Qed nagħmel taħriġ jew qed nistudja

Impjegat

Impjegat indipendenti

Qiegħed

Irtirat

Oħrajn (Niżżel hawn)

Mhux applikabbli

Qed nagħmel taħriġ jew qed nistudja

Impjegat

Impjegat indipendenti

Qiegħed

Irtirat

Oħrajn (Niżżel hawn)

Mhux applikabbli

Qed nagħmel taħriġ jew qed nistudja

Impjegat

Impjegat indipendenti

Qiegħed

Irtirat

Oħrajn (Niżżel hawn)

Mhux applikabbli

5.   Sitwazzjoni kurrenti

Nixtiequ nkunu nafu liema mill-għażliet li ġejjin jiddeskrivu bl-aħjar mod l-istatus kurrenti tal-impjieg tiegħek.

5.1.

X’jiddeskrivi l-aħjar is-sitwazzjoni kurrenti tiegħek? (Jekk tkun applikabbli aktar minn għażla waħda, agħżel l-għażla predominanti u żid informazzjoni addizzjonali fil-mistoqsija li jmiss.

Qiegħed (inkluż liv permanenti minħabba mard, diżabilità jew inkapaċità, fuq liv tal-familja, tagħmel xogħol tad-dar, tieħu ħsieb it-tfal jew persuni oħra) (Aqbeż għall-kapitolu 6)

Impjegat (permanenti, temporanju, għal żmien qasir, xogħol permezz ta’ pjattaforma (7)) (Aqbeż għall-kapitolu 7)

Impjegat indipendenti (Aqbeż għall-kapitolu 8)

Student jew qed tagħmel taħriġ (Aqbeż għall-kapitolu 9)

Irtirat (Aqbeż għall-kapitolu 10)

Inattiv b’Mod Ieħor (Aqbeż għall-kapitolu 10)

5.2.

Jekk għandek informazzjoni addizzjonali dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-impjieg tiegħek, jekk jogħġbok speċifika: ______

6.   Għall-parteċipanti li bħalissa huma qiegħda

Fil-mistoqsija preċedenti, immarkajt li bħalissa int qiegħed/qiegħda u/jew fuq liv permanenti minħabba mard, tagħmel xogħol tad-dar, tieħu ħsieb it-tfal jew persuni oħra. Il-mistoqsijiet li ġejjin se jgħinuna nifhmu s-sitwazzjoni speċifika tiegħek.

6.1.

Għal kemm xhur ilek mingħajr impjieg?

Niżżel hawn __________________

6.2.

Bħalissa qed tfittex impjieg?

Iva, qed infittex impjieg b’mod attiv.

Le, diġà sibt impjieg ġdid, iżda s’issa għadni ma bdejtx naħdem.

Le, bħalissa m’iniex interessat(a) li nsib impjieg.

6.3.

Jekk m’intix interessat(a) li ssib impjieg, tista’ tispjega r-raġuni? Niżżel hawn _________

7.   Għall-parteċipanti li bħalissa huma impjegati

Fil-mistoqsija preċedenti, immarkajt li bħalissa inti impjegat. Il-mistoqsijiet li ġejjin se jgħinuna nifhmu s-sitwazzjoni speċifika tiegħek.

7.1.

L-impjieg huwa...?

Full-time

Part-time

7.2.

X’tip ta’ kuntratt għandek?

Kuntratt (indefinit) permanenti

Kuntratt (fiss) temporanju

7.3.

X’tip ta’ relazzjoni ta’ impjieg għandek?

Diretta permezz tal-kumpanija

Indiretta permezz ta’ aġenzija

7.4.

Għandek l-istess professjoni li kellek qabel ma rċevejt appoġġ mill-FEG?

Iva

Le

Jekk le, xi professjoni għandek? Niżżel hawn: __________________

7.5.

L-impjieg il-ġdid tiegħek huwa fl-istess reġjun bħall-impjieg preċedenti tiegħek li kellek qabel ma bdejt tirċievi appoġġ mill-FEG?

Iva

Le, reġjun differenti

Le, pajjiż differenti fl-UE

Le, pajjiż differenti barra mill-UE

7.6.

L-appoġġ li rċevejt immotivak biex issib impjieg barra mill-pajjiż jew mir-reġjun?

Iva

Le

7.7.

Kemm ilek taħdem fl-impjieg kurrenti tiegħek?

Bejn inqas minn xahar u xahrejn

Bejn 3 u 5 xhur

Bejn 6 u 11-il xahar

Bejn 12 u17-il xahar

Bejn 18 u 24 xahar

Aktar minn 24 xahar

7.8.

Għandek aktar responsabbiltajiet fl-impjieg kurrenti tiegħek milli fl-impjieg preċedenti?

Iva

Le

Nippreferi ma nweġibx

7.9.

Kemm-il siegħa ta’ sahra mħallsa jew mhux imħallsa normalment taħdem fl-impjieg il-ġdid tiegħek?

Aktar mill-impjieg preċedenti tiegħi

Inqas mill-impjieg preċedenti tiegħi

L-istess bħall-impjieg preċedenti tiegħi

7.10.

Kif inhu s-salarju tiegħek meta mqabbel mal-impjieg preċedenti tiegħek?

Ogħla

Aktar baxx

L-istess

Nippreferi ma nweġibx

7.11.

B’mod ġenerali, kif inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħek fl-impjieg il-ġdid tiegħek meta mqabbla mal-impjieg li kellek qabel ma rċevejt l-assistenza tal-FEG?

Aħjar

Agħar

L-istess

Nippreferi ma nweġibx

7.12.

L-appoġġ li rċevejt għenek issib impjieg ġdid?

Iva

Le

Nippreferi ma nweġibx

7.13.

Il-ħiliet tekniċi u diġitali li ksibt matul l-appoġġ li rċevejt għenuk fl-impjieg il-ġdid?

Għenuni ħafna

Għenuni ftit

Le, ma għenuni xejn

Ma rċevejtx tali taħriġ

7.14.

Il-ħiliet ambjentali/ekoloġiċi li ksibt matul l-appoġġ li rċevejt għenuk fl-impjieg il-ġdid?

Għenuni ħafna

Għenuni ftit

Le, ma għenuni xejn

Ma rċevejtx tali taħriġ

8.   Għall-parteċipanti li bħalissa għandhom impjieg indipendenti

Fil-mistoqsija preċedenti, immarkat li bħalissa inti impjegat indipendenti. Jekk jogħġbok wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin. Il-mistoqsijiet li ġejjin se jgħinuna nifhmu s-sitwazzjoni speċifika tiegħek.

8.1.

Tmexxi n-negozju tiegħek bħala …?

Xogħol full-time

Xogħol part-time

8.2.

In-negozju tiegħek huwa fl-istess settur bħall-impjieg preċedenti tiegħek, li kellek qabel ma rċevejt appoġġ mill-FEG?

Iva

Le

Jekk le, f’liema settur? Niżżel hawn: ____________

8.3.

Tmexxi n-negozju tiegħek fl-istess reġjun bħall-impjieg preċedenti tiegħek, li kellek qabel ma rċevejt appoġġ mill-FEG?

Iva (Aqbeż għall-mistoqsija 8.5)

Le, reġjun differenti

Le, pajjiż differenti fl-UE

Le, pajjiż differenti barra mill-UE

8.4.

Jekk le, l-appoġġ li rċevejt immotivak biex tibda negozju barra mill-pajjiż jew mir-reġjun?

Iva

Le

8.5.

Għal kemm żmien ilek tmexxi n-negozju tiegħek stess?

Bejn inqas minn xahar u xahrejn

Bejn 3 u 5 xhur

Bejn 6 u 11-il xahar

Bejn 12 u 17-il xahar

Bejn 18 u 24 xahar

Aktar minn 24 xahar

8.6.

Kemm il-persuna hija impjegata fin-negozju tiegħek (inkluż int)?

(Niżżel in-numru) ________________

8.7.

Il-qligħ tiegħek kif jitqabbel mal-impjieg preċedenti tiegħek, li kellek qabel ma rċevejt appoġġ mill-FEG?

Ogħla

Aktar baxx

L-istess

Nippreferi ma nweġibx

8.8.

B’mod ġenerali, kif inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħek meta mqabbla mal-impjieg preċedenti tiegħek, li kellek qabel ma rċevejt appoġġ mill-FEG?

Aħjar

Agħar

L-istess

Nippreferi ma nweġibx.

8.9.

L-appoġġ li rċevejt għenek biex tibda impjieg indipendenti?

Iva

Le

Nippreferi ma nweġibx

8.10.

Il-ħiliet tekniċi u diġitali li ksibt matul l-appoġġ li rċevejt għenuk fl-impjieg indipendenti tiegħek?

Għenuni ħafna

Għenuni ftit

Le, ma għenuni xejn

Ma rċevejtx tali taħriġ

8.11.

Il-ħiliet ambjentali/ekoloġiċi li ksibt matul l-appoġġ li rċevejt għenuk fl-impjieg indipendenti tiegħek?

Għenuni ħafna

Għenuni ftit

Le, ma għenuni xejn

Ma rċevejtx tali taħriġ

9.   Għall-persuni li qed jistudjaw jew jagħmlu taħriġ

Fil-mistoqsija preċedenti 5.1, immarkajt li bħalissa inti qed tistudja jew qed tagħmel taħriġ. Il-mistoqsijiet li ġejjin se jgħinuna nifhmu s-sitwazzjoni speċifika tiegħek.

9.1.

X’tip ta’ edukazzjoni inti involut(a) fiha bħalissa?

It-tlestija tal-edukazzjoni primarja

It-tlestija tal-edukazzjoni sekondarja

Edukazzjoni vokazzjonali

Lawrja ta’ Baċellerat

Lawrja ta’ Master

Validazzjoni ta’ lawrja minn pajjiż mhux tal-UE

Korsijiet tal-lingwi

Oħrajn: Niżżel hawn ________________

9.2.

Liema professjoni qed timmira għaliha wara li tispiċċa l-istudji/it-taħriġ tiegħek?

Niżżel hawn: ________

9.3.

L-appoġġ li rċevejt għenek tibda programm ta’ edukazzjoni jew taħriġ?

Iva

Le

Nippreferi ma nweġibx

9.4.

Il-ħiliet diġitali li ksibt matul l-appoġġ li rċevejt għenuk fil-programm tal-edukazzjoni jew tat-taħriġ tiegħek?

Għenuni ħafna

Għenuni ftit

Le, ma għenuni xejn

Ma rċevejtx tali taħriġ

9.5.

Il-ħiliet ambjentali/ekoloġiċi li ksibt matul l-appoġġ li rċevejt għenuk fil-programm tal-edukazzjoni jew tat-taħriġ tiegħek?

Għenuni ħafna

Għenuni ftit

Le, ma għenuni xejn

Ma rċevejtx tali taħriġ

10.   Paġna tal-għeluq

Hawn taħt, jekk trid, tista’ tagħti kwalunkwe feedback addizzjonali dwar l-assistenza tal-FEG li rċevejt:

Ladarba tikklikkja “issottometti” hawn taħt, it-tweġibiet tiegħek jiġu ssejvjati u jintbagħtu, u ma tkunx tista’ tagħmel aktar bidliet. Tista’ tirċievi kopja tat-tweġibiet tiegħek fuq l-indirizz tal-email tiegħek. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq is-sit web ta’ EUSurvey.

Grazzi ħafna talli ħadt il-ħin biex twieġeb dan l-istħarriġ.


(1)  Persuna li:

(a)

emigrat lejn il-pajjiż ta’ residenza attwali tagħha; u/jew

(b)

preċedentement kellha nazzjonalità differenti mill-pajjiż ta’ residenza attwali tagħha; u/jew

(c)

mill-inqas wieħed mill-ġenituri tagħha preċedentement daħal fil-pajjiż ta’ residenza attwali tagħha bħala migrant.

(nota informattiva)

(2)  Il-qgħad fit-tul huwa meta persuna tkun mingħajr impjieg għal aktar minn sena, filwaqt li tkun qed tfittex impjieg b’mod attiv (nota informattiva)

(3)  Il-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ impjieg ta’ persuni li qed ifittxu impjieg li jaqdu l-għan li jiżviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni individwali u li jidderieġu lill-persuni li qed ifittxu impjieg lejn il-miżuri attivi xierqa tas-suq tax-xogħol. (Nota informattiva)

(4)  L-għoti ta’ assistenza lill-impjegati ssensjati biex isibu impjieg ġdid, jew bħala benefiċċju pprovdut mill-impjegatur direttament, jew permezz ta’ servizz speċjalizzat. (Nota informattiva)

(5)  Sussidji għall-impjieg ta’ persuni b’kapaċità għax-xogħol imnaqqsa b’mod permanenti (jew fit-tul) (Nota informattiva)

(6)  Miżuri li jipprovdu riabilitazzjoni vokazzjonali għal persuni b’kapaċità għax-xogħol imnaqqsa (temporanja jew permanenti) u li jgħinu lill-parteċipanti jaġġustaw għad-diżabilità jew għall-kundizzjoni tagħhom u jiżviluppaw kompetenzi li jħejjuhom biex jaħdmu jew għal taħriġ regolari. (Nota informattiva)

(7)  Xogħol bi ħlas organizzat permezz ta’ pjattaformi online. (Nota informattiva)


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2696/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)