|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2690 |
30.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/2690
tat-28 ta’ Novembru 2023
dwar il-konferma mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/4/2023)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u varat operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) għall-perjodu sal-31 ta’ Marzu 2021. |
|
(2) |
L-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 jipprevedi li, minkejja dak il-perjodu, l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni trid tiġi kkonfermata mill-ġdid kull erba’ xhur u li l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà jrid itawwal l-operazzjoni sakemm l-iskjerament tal-assi marittimi tal-operazzjoni ma jipproduċix effett ta’ attrazzjoni fuq il-migrazzjoni abbażi ta’ evidenza sostanzjata miġbura skont il-kriterji stipulati fil-Pjan tal-Operazzjoni. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/653 (2), li estendiet EUNAVFOR MED IRINI sal-31 ta’ Marzu 2025, soġġett għall-istess proċedura ta’ konferma mill-ġdid. |
|
(4) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni pprovda rapporti ta’ kull xahar dwar il-fattur ta’ attrazzjoni. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni tiġi kkonfermata mill-ġdid għat-tnax-il subperjodu ta’ erba’ xhur tal-mandat tagħha u jenħtieġ li l-operazzjoni tittawwal skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni ta’ EUNAVFOR MED IRINI hija b’dan ikkonfermata mill-ġdid u l-operazzjoni hija mtawla għall-perjodu mill-1 ta’ Diċembru 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/653 tal-20 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (ĠU L 81, 21.3.2023, p. 27).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2690/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)