Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2688 |
28.11.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2688
tal-24 ta’ Novembru 2023
li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom għad-dħul fl-Unjoni. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
(4) |
B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew it-territorji jew iż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
(5) |
Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar seba’ tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċji ta’ British Columbia (5), Alberta (1) u Saskatchewan (1), li ġew ikkonfermati bejn l-4 ta’ Novembru 2023 u s-7 ta’ Novembru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(6) |
L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 20 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ California (1), Iowa (2), Minnesota (3), Missouri (1), North Dakota (2), Oregon (2), u South Dakota (9), li ġew ikkonfermati bejn l-14 ta’ Novembru 2023 u t-22 ta’ Novembru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
(7) |
Wara dawn it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
(8) |
Il-Kanada u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. |
(9) |
Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. |
(10) |
Barra minn hekk, il-Kanada u r-Renju Unit ipprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
(11) |
Il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tliet tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fil-provinċji ta’ Alberta (2) u Saskatchewan (1), li ġew ikkonfermati bejn l-20 ta’ Settembru 2023 u t-3 ta’ Ottubru 2023. |
(12) |
Ir-Renju Unit ssottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fi stabbiliment tal-pollam fl-Iskozja, fl-Isle of Lewis, li ġiet ikkonfermata fis-27 ta’ Settembru 2023. |
(13) |
Il-Kanada u r-Renju Unit issottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw iktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara it-tifqigħat ta’ dik il-marda, implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom. |
(14) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada u mir-Renju Unit, u tqis li pprovda garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjonijiet, ma għadhiex tirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti tal-pollam miż-żoni tal-Kanada u tar-Renju Unit ikkonċernati li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. |
(15) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex ikunu jqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
(16) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2580 (4) ikkoreġa l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tan-numerazzjoni tal-kodiċijiet għal żewġ żoni għar-Renju Unit. Instab żball fir-rigward tad-data tal-għeluq għal waħda minn dawk iż-żoni. Għalhekk jixraq li l-Annessi V u XIV jiġu kkoreġuti skont dan. |
(17) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mar-Renju Unit, l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza. |
(18) |
Il-korrezzjoni tal-entrati għar-Renju Unit fir-ringieli għaż-żona GB–2,323 fit-Taqsima B tal-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V u fil-Parti 2 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2580. |
(19) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma kkoreġuti f’konformità mal-Parti II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-Parti II tal-Anness għandha tapplika mis-16 ta’ Novembru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2580 tat-13 ta’ Novembru 2023 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L, 2023/2580, 15.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2580/oj)
ANNESS
PARTI I
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
(1) |
l-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
PARTI II
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
(1) |
Fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB–2.323 hija ssostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Anness V, il-Parti 2, fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB–2.323 huma ssostitwiti b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2688/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)