|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2677 |
29.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2677
tas-27 ta’ Novembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/231 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati Ukreni mħarrġa mill-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/231 (1), li stabbiliet miżura ta’ assistenza biex tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Forzi Armati tal-Ukrajna permezz tal-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) biex tiġi l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna kif ukoll biex tiġi protetta l-popolazzjoni ċivili mill-aggressjoni militari li għaddejja. |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill Ewropew ikkonferma mill-ġdid ir-rieda tal-Unjoni li tkompli tipprovdi appoġġ militari sostenibbli lill-Ukrajna sakemm ikun meħtieġ, b’mod partikolari permezz ta’ EUMAM Ukraine u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi. |
|
(3) |
F’ittra datata t-23 ta’ Awwissu 2023, l-awtoritajiet Ukreni rrikonoxxew il-kontribut ipprovdut minn EUMAM Ukraine u talbu estensjoni tat-taħriġ ta’ EUMAM Ukraine lill-Gwardja Nazzjonali, lis-Servizz tal-Fruntiera tal-Istat, lill-Pulizija Nazzjonali u lis-Servizz tas-Sigurtà tal-Ukrajna, għal dawk l-unitajiet li jinsabu taħt il-kontroll operazzjonali tal-Forzi Armati tal-Ukrajna. |
|
(4) |
F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-miżura ta’ assistenza stabbilita bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/231 tkompli tappoġġa l-isforzi ta’ taħriġ ta’ EUMAM Ukraine u, għalhekk, jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiżdied b’EUR 10 000 000 addizzjonali u li d-durata tagħha tiġi estiża għal 60 xahar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/231 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Id-durata tal-miżura ta’ assistenza għandha tkun ta’ 60 xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.” |
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
Y. DÍAZ PÉREZ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/231 tat-2 ta’ Frar 2023 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi b’appoġġ għall-Forzi Armati Ukreni mħarrġa mill-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (ĠU L 32, 3.2.2023, p. 64).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2677/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)