|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2674 |
29.11.2023 |
REGOLAMENT (UE) 2023/2674 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Novembru 2023
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 fir-rigward tal-konverżjoni tan-Netwerk ta’ Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola f’Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
L-analiżi u l-iżvilupp tas-settur agrikolu tal-Unjoni u tal-politika agrikola komuni jeħtieġu informazzjoni oġġettiva, aġġornata u rilevanti dwar il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà ta’ azjendi fl-Unjoni. In-Netwerk ta’ Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola (FADN) ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 (3). |
|
(2) |
Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li tappoġġja l-proposti leġiżlattivi tal-2018 għall-politika agrikola komuni (PAK) ta’ Wara l-2020, identifikat il-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir ta’ data fil-livell tal-azjendi agrikoli. |
|
(3) |
Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent”, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tibdel l-FADN f’Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (FSDN), bl-għan li tinġabar data fil-livell tal-azjendi agrikoli dwar is-sostenibbiltà. Il-konverżjoni se tippermetti li dak n-network tad-data kkonvertit jappoġġja l-iżvilupp ta’ politiki bbażati fuq l-evidenza u l-prestazzjoni, kif ukoll l-analiżi tas-setturi agrikoli fl-Istati Membri u fl-Unjoni kollha kemm hi, filwaqt li jitkejjel il-progress u tingħata gwida siewja lil dawk li jfasslu l-politika. L-FSDN se jikkontribwixxi għall-analiżi tad-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali mtejba tal-PAK, għat-titjib tas-servizzi ta’ konsulenza lill-bdiewa u għall-valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tal-azjendi agrikoli, u għat-trasparenza u l-ekwità tal-katina tal-provvista agroalimentari. |
|
(4) |
Sabiex tingħata sustanza lill-objettivi tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll biex jiġi żgurat li l-Unjoni tindirizza b’mod adegwat l-isfidi attwali u futuri tagħha, huwa xieraq li jiġu koperti t-tliet dimensjonijiet tas-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni, jiġifieri d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali, b’mod partikolari kif previst fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Skont l-Artikolu 11 TFUE, id-data dwar il-protezzjoni ambjentali trid tiġi integrata fl-FSDN sabiex tikkontribwixxi għall-valutazzjoni ta’ aspetti addizzjonali relatati mas-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni. Barra minn hekk, sabiex tissaħħaħ ir-rabta mal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-qafas għas-sostenibbiltà tal-azjendi skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti jenħtieġ li jitqies f’termini ta’ tliet aspetti ewlenin: ekonomiċi, ambjentali u soċjali. |
|
(5) |
L-objettivi hawn fuq imsemmija jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ network tal-Unjoni għall-ġbir ta’ data dwar is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli, jiġifieri l-FSDN, ibbażat fuq il-persuni diġà eżistenti li jiġbru d-data f’kull Stat Membru u li għandhom il-fiduċja tal-partijiet ikkonċernati. |
|
(6) |
Bħalissa tinġabar data prinċipalment biex jiġu vvalutati l-aspetti ekonomiċi tal-azjendi. Madanakollu hemm bżonn li tiġi vvalutata s-sostenibbiltà ġenerali tal-azjendi, inkluż abbażi ta’ data ambjentali marbuta mal-ħamrija, l-arja, l-ilma u l-bijodiversità, kif ukoll data li tkopri d-dimensjoni soċjali tal-biedja, b’attenzjoni partikolari mogħtija lis-sitwazzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ bħala bdiewa u bħala ħaddiema tal-azjendi agrikoli. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti f’anness tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 l-kategoriji ewlenin ta’ data ekonomika, ambjentali u soċjali u f’dawn il-kategoriji, is-suġġetti tad-data relatati li jistgħu jinġabru u jiġu kkompilati fl-FSDN. Jenħtieġ li dawk is-suġġetti tad-data jkunu marbuta mal-ħtiġijiet tal-PAK u jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-agrikoltura u tal-azjendi tal-Unjoni. Sabiex jitqiesu l-isfidi futuri tas-sostenibbiltà, jenħtieġ li s-setgħa li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-emendar ta’ dak l-anness, inkluż billi timmodifika suġġetti u żżid oħrajn ġodda, filwaqt li tqis ir-rilevanza tad-data li għandha tinġabar u tiġi kkompilata u l-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet nazzjonali u l-azjendi. Barra minn hekk, meta żżid suġġetti ġodda, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprevedi perjodu minimu ta’ mill-inqas sena qabel l-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni relatat dwar il-varjabbli, sabiex tagħti biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex jippreparaw il-ġbir tad-data. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma żżidx suġġetti ġodda fl-ewwel tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Biex tiġi deskritta d-dimensjoni soċjali tas-sostenibbiltà, huwa meħtieġ li jinġabru ċerti tipi ta’ data personali ta’ persuni li jaħdmu fis-settur agrikolu. Tali informazzjoni jenħtieġ li tappoġġja l-analiżi ta’ suġġetti relatati għall-objettivi speċifiċi tal-PAK skont l-Artikolu 6(1), il-punti (g) u (h), tar-Regolament (UE) 2021/2115. L-ipproċessar ta’ tali data personali jenħtieġ li jkun limitat għall-kategoriji ta’ data li huma strettament meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 kif emendat b’dan ir-Regolament skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu, u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika r-riżultati tal-analiżijiet dwar l-istat tas-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni, b’mod partikolari sabiex tippermetti l-użu ta’ dawk ir-riżultati għall-finijiet ta’ valutazzjoni komparattiva. Is-servizzi ta’ konsulenza offruti lill-azjendi prospettanti bbażati fuq id-data tal-FSDN jistgħu jkunu siewja u b’hekk joffru inċentiv sinifikanti favur il-parteċipazzjoni fl-FSDN, dment li l-parir ikun ibbażat fuq data rilevanti u kemm jista’ jkun reċenti, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi bbażati fuq ix-xjenza u l-aħħar għarfien disponibbli dwar l-aħjar prattiki. Id-disseminazzjoni tad-data aggregata tal-FSDN relatata mas-suġġetti ambjentali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 kif emendat b’dan ir-Regolament, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fih, jenħtieġ li sservi l-iskop ta’ disseminazzjoni attiva u sistematika lill-pubbliku tal-informazzjoni ambjentali meħtieġa mid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u mir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(9) |
L-Artikolu 8(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-Artikolu 4(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jipprevedu l-possibbiltà li l-Istati Membri jużaw sorsi oħra għall-istħarriġ statistiku. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jirreferi għall-użu tad-data tal-FADN. Abbażi ta’ dawk l-għażliet u għall-fini tal-użu mill-ġdid tad-data u tal-kisba tal-effiċjenzi, jkun utli li l-Istati Membri jitħallew jużaw id-data tal-FSDN għal finijiet statistiċi. |
|
(10) |
Sabiex tinġabar data għall-FSDN li l-ambitu tiegħu huwa usa’ minn dak tal-FADN, huwa xieraq li jiġu adattati d-definizzjonijiet kurrenti. B’mod partikolari, id-definizzjoni ta’ “bidwi” jenħtieġ li tiġi riveduta biex tidentifika s-suġġett legalment responsabbli għall-azjenda, u d-definizzjoni ta’ “azjenda agrikola” u “azjenda” jenħtieġ li jsiru aktar adatti għal finijiet analitiċi biex jiżguraw konsistenza ma’ definizzjonijiet simili użati għal finijiet statistiċi. Id-definizzjoni ta’ “data individwali” jenħtieġ li tirrifletti l-kunċett li d-data kemm tal-persuni fiżiċi kif ukoll tal-persuni ġuridiċi jenħtieġ li tiġi protetta fejn tali data tagħmilha possibbli li jiġu identifikati, direttament jew indirettament, dawk il-persuni. Id-definizzjoni ta’ “data aggregata” jenħtieġ li tirreferi b’mod ċar għad-data ta’ diversi azjendi, li hija l-karatteristika ewlenija tat-teknika ta’ aggregazzjoni. |
|
(11) |
L-Istati Membri jew l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jimmodernizzaw kemm jista’ jkun il-modi tal-ġbir ta’ data. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tinġabar data armonizzata u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tad-data diġà miġbura, pereżempju, permezz ta’ statistika dwar l-inputs u l-outputs agrikoli jew il-PAK. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa u għal dawk li jiġbru d-data, bl-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tat-talbiet għad-data u għall-ġbir ta’ data u biex jissaħħaħ is-sett ta’ data tal-FSDN, jenħtieġ li jiġi applikat il-prinċipju tal-ġbir ta’ data ta’ darba u l-użu mill-ġdid tagħha għal diversi drabi. Għandha tiġi kkunsidrata d-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). L-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali, inkluż l-użu mill-ġdid tad-data u l-kondiviżjoni tad-data ma’ sorsi oħra, jenħtieġ li jiġi promoss u jenħtieġ li jkun dejjem ikkunsidrat bħala s-soluzzjoni tal-ewwel għażla, meta dan iwassal għall-parteċipazzjoni wiesgħa tal-bdiewa u l-preċiżjoni tad-data miġbura. Għal dak il-fini, jenħtieġ li jiġu esplorati l-iżvilupp jew l-ottimizzazzjoni tal-għodod diġitali disponibbli għall-ġbir tad-data. Jenħtieġ li tiġi prevista estensjoni tas-sistema ta’ ġbir ta’ data meta din tkun ibbażata esklussivament fuq l-uffiċċji tal-kontabbiltà agrikola bil-ħsieb tal-ġbir ta’ varjabbli ambjentali u soċjali. |
|
(12) |
Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-kompilazzjoni tal-prospetti tal-azjendi agrikoli u biex jitnaqqas il-piż fuq l-azjendi prospettanti, l-aġenziji ta’ kollegament jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw fil-ħin u mingħajr ħlas sorsi ta’ data nazzjonali li jistgħu jintużaw għal data rilevanti sabiex jiġu kkompilati l-prospetti tal-azjendi agrikoli kif definit u stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 kif emendat minn dan ir-Regolament. L-użu ta’ tali sorsi ta’ data huwa meħtieġ għall-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-aġenziji ta’ kollegament. Għal dawk il-finijiet huwa xieraq li jiġu definiti l-modalitajiet għall-aċċess ta’ tali sorsi tad-data u li jintużaw metodi oħra ta’ kompilazzjoni tad-data jew approċċi innovattivi, inkluż għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn l-entitajiet li jittrattaw id-data fl-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li f’dan ir-Regolament tiġi stabbilita lista ta’ sorsi ta’ data rilevanti disponibbli fil-livell nazzjonali li l-aġenziji ta’ kollegament jistgħu jużaw biex jikkomplilaw il-prospetti tal-azjendi agrikoli. Sabiex jiġi żgurat li l-lista tibqa’ aġġornata u rilevanti, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-emendar ta’ dik il-lista. B’mod partikolari, is-settijiet tad-data derivati mill-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1091 u mill-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli stabbilita bir-Regolament (UE) 2022/2379 jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista meta l-kondiviżjoni tad-data minn dawk is-sorsi tad-data tkun permessa legalment. |
|
(13) |
Minbarra d-data li tinsab fil-prospett tal-biedja għall-azjendi prospettanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu l-mezzi biex il-Kummissjoni ttejjeb il-kapaċità li tanalizza kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà billi tikkomplementa d-data dwar il-prospetti tal-biedja b’kontenut mid-data għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (DME) miksuba skont l-att ta’ implimentazzjoni adottat abbażi tal-Artikolu 133 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew mis-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), filwaqt li jiġi evitat li jiżdied il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-azjendi prospettanti. Peress li l-approċċi u l-metodoloġiji tal-ġbir u l-kompilazzjoni tad-data jistgħu jvarjaw bejn l-FSDN u dawk is-settijiet tad-data l-oħra, pereżempju fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-ħinijiet ta’ referenza, jista’ jkun neċessarju li jitqiesu kwistjonijiet ta’ konsistenza meta tiġi analizzata d-data. F’dak il-kuntest, l-obbligu tal-Istati Membri jenħtieġ li jinftiehem bħala obbligu li jipprovdu d-data li tinsab f’dawk is-settijiet ta’ data iżda mhux li jiżguraw konsistenza sħiħa mal-FSDN. Sabiex il-lista ta’ settijiet tad-data tinżamm aġġornata kemm jista’ jkun, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l- Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal- emendar ta’ dik il-lista ta’ settijiet tad-data u biex iżżid settijiet tad-data xierqa u rilevanti ġodda li huma adatti għall-konnessjoni fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tqis u tiġġustifika kif xieraq ir-rilevanza tad-data li għandha tinġabar u tiġi kkompilata u l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-azjendi prospettanti. |
|
(14) |
Fir-rigward tad-DME, eżempju ta’ tali data huwa data diżaggregata dwar l-interventi tal-PAK. Fir-rigward tad-data fis-SIAK, eżempji ta’ tali data huma l-kopertura tal-art ta’ żoni agrikoli, għelejjel, karatteristiċi tal-pajżaġġ u ġestjoni tal-art skont prattiki tal-biedja organika. L-identifikazzjoni tal-azjendi fid-DME u s-SIAK hija ġestita mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-livell nazzjonali permezz ta’ identifikaturi speċifiċi. Abbażi ta’ dawk l-identifikaturi, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jikkonnettjaw tali data fil-livell tal-azjendi agrikoli individwali. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħżlu li jibgħatu lill-Kummissjoni jew dawk ir-rabtiet jew id-data rilevanti relatata mal-azjenda prospettanti inkluża f’dawk is-settijiet ta’ data. Fejn l-Istati Membri jagħżlu li jibgħatu d-data rilevanti, dik id-data jenħtieġ li tinkludi n-numru tal-FSDN, sabiex il-kontenut rilevanti jkun jista’ jingħaqad mal-prospetti tal-azjendi agrikoli fil-livell tal-Unjoni. Il-mod kif din l-informazzjoni tiġi kkonettjata fil-livell ta’ azjenda agrikola individwali jenħtieġ li jiġi speċifikat, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-użu tad-data minn dawk is-settijiet tad-data, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-elenkar tad-data li għandha tiġi estratta minn dawk is-settijiet ta’ data, kif ukoll biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-ispeċifikazzjoni teknika u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data. Jenħtieġ li dik id-data tkun marbuta mal-iskop tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 kif emendat minn dan ir-Regolament, kif ukoll ma’ suġġett wieħed jew aktar stabbiliti fih. |
|
(15) |
Fir-rigward tal-qasam tal-istħarriġ stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, jenħtieġ li jinżammu l-kriterji ewlenija tar-rappreżentanza tad-data tal-kontabbiltà u l-kriterji tal-għażla għal stħarriġ, filwaqt li tiżdied aktar informazzjoni għall-aspetti l-oħra tas-sostenibbiltà u filwaqt li jitqies li l-istħarriġ li jirriżulta jista’ ma jkunx rappreżentattiv fir-rigward tal-varjabbli ambjentali jew soċjali. |
|
(16) |
Il-FSDN jenħtieġ li jiddependi fuq il-parteċipazzjoni volontarja. Madankollu, peress li xi Stati Membri jiffaċċjaw problemi bil-parteċipazzjoni tal-azjendi fil-FSDN, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali biex jindirizzaw dik il-kwistjoni mingħajr ma jimponu penali fuq il-bdiewa. L-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu lill-bdiewa jipparteċipaw fl-FSDN billi jużaw inċentivi li jenħtieġ li jistabbilixxu fi pjan speċifiku. Dawk l-inċentivi jistgħu jieħdu l-forma ta’, inter alia, kontribuzzjonijiet finanzjarji, feedback dwar il-prestazzjoni tal-azjendi agrikoli, jew pariri bbażati fuq informazzjoni tal-FSDN. |
|
(17) |
Il-konverżjoni tal-FADN għall-FSDN jenħtieġ li tippermetti l-valutazzjoni komparattiva tad-data mill-azjenda prospettanti mad-data aggregata meta d-data tirrappreżenta diversi azjendi prospettanti u tiġi ppreżentata fil-forma ta’ medji reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni jew settorjali. Fir-rigward tad-data tal-kontabbiltà, il-kontijiet ta’ azjendi jikkostitwixxu s-sors bażiku għal kwalunkwe valutazzjoni tal-introjtu tagħhom jew studju tal-operat tan-negozju tagħhom. Il-medji reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni jew settorjali jenħtieġ li jkunu disponibbli wkoll fil-livell tal-Istati Membri biex jissaħħaħ l-għarfien dwar is-sitwazzjoni agrikola. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li d-data miġbura tintuża biex jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza personalizzati u feedback imtejba lill-bdiewa bl-għan li tiġi faċilitata l-ġestjoni tal-azjendi u li tittejjeb is-sostenibbiltà tagħhom. |
|
(18) |
Id-data tal-FSDN jenħtieġ li tirreferi għal attivitajiet agrikoli u attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ relatati direttament mal-azjendi sabiex ikun possibbli li jiġu koperti l-aspetti rilevanti kollha tal-attivitajiet tal-azjendi. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-attivitajiet barra l-azjenda agrikola, bħala indikazzjoni meħtieġa tal-vijabbiltà u s-sostenibbiltà ġenerali tal-azjenda. F’dak il-każ, il-granularità tad-data miġbura jenħtieġ li tkun strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ biex jiġi analizzat is-sinifikat tal-attivitajiet barra l-azjenda agrikola fir-rigward tal-attivitajiet agrikoli. Jenħtieġ li ma titqies l-ebda data relatata mal-assi privati fit-tħejjija tal-prospetti tal-azjendi agrikoli. |
|
(19) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-prospetti tal-azjendi agrikoli, u b’mod partikolari li d-data fil-prospetti tal-biedja tkun komparabbli, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-varjabbli li għalihom jenħtieġ li tinġabar id-data, is-sena ta’ rappurtat, il-forma u t-taqsim tal-prospett tal-biedja u r-regoli għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni. Meta tiddefinixxi dawk il-varjabbli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tuża sorsi ta’ data eżistenti u tanalizza l-fattibbiltà tal-varjabbli, abbażi ta’ inputs mill-Istati Membri dwar sorsi u metodi possibbli ta’ data, bil-ħsieb li jiġi limitat il-piż fuq l-Istati Membri u l-azjendi prospettanti. Filwaqt li jsir sforz biex jiġi żgurat li d-data miġbura tkun komparabbli u utli għal finijiet analitiċi, sabiex jinkiseb sett tad-data komplut u uniformi fl-Unjoni kollha, huwa xieraq li jiġu akkomodati ċirkostanzi speċifiċi tal-Istati Membri, u għalhekk jenħtieġ li jkunu possibbli eżenzjonijiet speċifiċi u ġustifikati. |
|
(20) |
Is-sistema ta’ data kompjuterizzata eżistenti stabbilita mill-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli tiffunzjona għat-trażmissjoni u l-verifika tad-data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u għall-analiżi tad-data kemm fil-livell tal-azjendi agrikoli individwali kif ukoll fil-livell aggregat. Dik is-sistema tad-data kompjuterizzata jenħtieġ li tiġi adattata biex il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkombinaw data fil-livell tal-azjendi agrikoli individwali bejn l-FSDN u settijiet ta’ data oħra (bħal DME u SIAK). Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall- implimentazzjoni ta’ dik is-sistema tad-data kompjuterizzata, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ regoli dettaljati dwar il-ħżin, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni tad-data fil-Kummissjoni. |
|
(21) |
Sabiex jiżdied il-livell tal-aċċettazzjoni tal-bdiewa biex jipparteċipaw fil-ġbir tad-data u biex id-data individwali tiġi protetta minn użu mhux awtorizzat jew mhux xieraq, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li d-data individwali jenħtieġ li tintuża biss għal skopijiet analitiċi marbuta mal-objettivi tal-PAK u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni, u, f’każ li l-Istati Membri jiddeċiedu dan, għal finijiet ta’ statistika. Kwalunkwe użu ieħor tad-data individwali mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni, b’mod partikolari għall-kontrolli skont ir-Regolament (UE) 2021/2116 jew għal finijiet ta’ tassazzjoni, jenħtieġ li jiġi pprojbit. |
|
(22) |
F’każ li d-data tal-FSDN u d-data minn settijiet ta’ data oħra tiġi kondiviża mill-Kummissjoni jew mill-aġenziji ta’ kollegament, huwa tal-akbar importanza li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data u tingħata assigurazzjoni lill-bdiewa, kemm persuni fiżiċi u kif ukoll dawk ġuridiċi, li d-data individwali tagħhom miksuba skont ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 kif emendata minn dan ir-Regolament jiġu anonimizzati biex tiġi evitata l-identifikazzjoni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi speċifikat li d-data tal-FSDN u d-data minn settijiet ta’ data oħra jistgħu jsiru pubbliċi dment li jkunu kemm aggregati kif ukoll anonimizzati. Fir-rigward tad-data minn settijiet ta’ data oħra, jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li se jsiru pubbliċi f’format aggregat u anonimizzat biss għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 kif emendat minn dan ir-Regolament u għalhekk hija mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar dawk is-settijiet ta’ data previsti fil-leġiżlazzjoni speċifika rilevanti tal-Unjoni. |
|
(23) |
Jenħtieġ li jkun possibbli li jingħata aċċess għal data psewdonimizzata għal finijiet ta’ riċerka, fl-interess tal-progress xjentifiku fil-qasam agrikolu fl-Unjoni u sabiex jingħata kontribut għall-indirizzar tal-isfidi ffaċċjati mill-agrikoltura tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat l-livell għoli ta’ protezzjoni li dik id-data teħtieġ, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli u kondizzjonijiet għal tali aċċess fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikseb l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data qabel ma tadotta dawk l-atti delegati. |
|
(24) |
Il-ġestjoni tad-data fir-rigward tal-protezzjoni tad-data individwali jenħtieġ li tiġi speċifikata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiġi żgurat li d-data tintuża biss għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009. Il-proċessi li jikkorrispondu għal, u li jkunu konsistenti ma’, dawk użati biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jenħtieġ li jintużaw fir-rigward tal-għażla ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi għall-protezzjoni tad-data kif ukoll l-evalwazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ tali miżuri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jipprojbixxu persuni li jipparteċipaw fil-FSDN milli jiżvelaw data individwali. Fir-rigward tad-data personali, il-kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal-protezzjoni, inklużi d-drittijiet u l-obbligi tas-suġġetti tad-data u tal-proċessuri tad-data, jenħtieġ li jikkonforma mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. |
|
(25) |
Skont ir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, id-data personali trid tinżamm biss sakemm tkun meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun inġabret dik id-data. L-użi tad-data tal-FSDN, u tad-data personali inkluża fiha, jenħtieġ li jinkludu l-possibbiltà li jiġu analizzati x-xejriet fit-tul abbażi ta’ indikaturi, bħal dwar il-ġestjoni tan-nutrijenti jew l-emissjonijiet, li l-evoluzzjoni tagħhom jeħtieġ li tiġi vvalutata fuq perjodu twil ta’ żmien biex jinżamm il-pass mal-fenomeni naturali. Għalhekk, jenħtieġ li jsiru analiżijiet b’mod regolari, speċjalment dwar l-informazzjoni ambjentali. Suġġetti oħra li jimplikaw l-użu ta’ analiżi fit-tul jinkludu l-użu tal-art u l-prezzijiet, li jipprovdu informazzjoni dwar bidliet strutturali fil-biedja. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li tinbena tali analiżi fit-tul ibbażata fuq il-kondiviżjoni tad-data bejn settijiet ta’ data differenti stabbiliti permezz ta’ rabtiet fil-livell individwali. Il-kondiviżjoni tad-data jenħtieġ li ttejjeb id-disponibbiltà tal-informazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-isfidi li l-agrikoltura tal-Unjoni tista’ tiffaċċja fil-futur. Sfidi bħal dawn mhumiex possibbli li jiġu previsti fiż-żmien attwali, speċjalment fir-rigward tal-ħtieġa futura għal studji retrospettivi li ma jistgħux jiġu stabbiliti b’ċertezza suffiċjenti. Għalhekk, mhuwiex xieraq li jiġi stabbilit limitu ta’ żmien għall-użu tad-data, iżda pjuttost li d-data tinżamm sakemm tkun meħtieġa biex jitwettqu analiżijiet tas-serje kronoloġiċi. |
|
(26) |
Jenħtieġ li l-kompilazzjoni, l-ipproċessar u l-użu ta’ data personali jkunu ġġustifikati u proporzjonati fir-rigward tal-finijiet tal-operazzjonijiet ikkonċernati, skont, fost l-oħrajn, il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data. Proporzjon għoli ta’ bdiewa fl-Unjoni huma persuni fiżiċi. L-informazzjoni disponibbli mill-istatistika integrata tal-Unjoni dwar l-azjendi agrikoli turi li, fl-2020, fost l-għadd totali ta’ azjendi fl-Unjoni, 96 % kienu jappartjenu lil persuni fiżiċi. Għalhekk huwa meħtieġ li d-data miġbura permezz tal-FSDN tkopri l-persuni fiżiċi sabiex jiġi żgurat li r-riżultati tal-analiżi tad-data jkunu rappreżentattivi tar-realtà tas-settur agrikolu. |
|
(27) |
Għall-finijiet tal-ipproċessar ta’ data personali fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu ddeterminati r-rwoli marbuta mal-ġestjoni u l-ipproċessar tad-data personali. Ir-rwoli tal-ipproċessar tad-data fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li japplikaw għad-data mit-trażmissjoni ta’ dik id-data lill-Kummissjoni permezz tal-prospetti tal-azjendi agrikoli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw il-ġestjoni tad-data personali fil-ġurisdizzjoni tagħhom, inklużi r-rwoli tal-protezzjoni tad-data, skont ir-Regolament (UE) 2016/679, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-fatt li d-data tista’ tinġabar għal diversi skopijiet u li wieħed minnhom jista’ jkun l-użu fil-prospetti tal-azjendi agrikoli. |
|
(28) |
Minħabba l-ambitu estiż tal-FSDN meta mqabbel mal-FADN, huwa neċessarju li r-regoli tiegħu dwar il-baġit jiġu adattati. Ir-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) jiffinanzja l-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistemi ta’ informazzjoni dwar il-kontabbiltà agrikola bħala nefqa taħt ġestjoni diretta. Jenħtieġ li jibqa’ jitħallas ammont mill-FAEG lill-Istati Membri għat-twassil, sal-iskadenza stabbilita, tal-prospetti tal-biedja mimlija kif xieraq, li jista’ jkun proporzjonat sal-punt li dawk il-prospetti tal-biedja jkopru s-suġġetti rilevanti tad-data. Barra minn hekk, il-FAEG jenħtieġ li jikkontribwixxi b’mod finanzjarju għall-implimentazzjoni tas-sistemi tal-Istati Membri sabiex jallinjahom mal-kamp ta’ applikazzjoni u l-ġestjoni riveduti tal-FSDN. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ tali finanzjament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-proċedura għall-ammonti u l-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu lill-Istati Membri mill-baġit tal-Unjoni, inklużi l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji. |
|
(29) |
Meta jiġu adottati atti delegati skont dan ir-Regolament, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (14). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(30) |
L-isem tal-Kumitat għan-Netwerk ta’ Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola jenħtieġ li jiġi mmodifikat biex jirrifletti l-bidliet għar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 skont dan ir-Regolament. |
|
(31) |
Jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni f’dan ir-Regolament jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) |
|
(32) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-ħolqien tal-FSDN, ma jistax jinkiseb b’ suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ pjuttost, minħabba raġunijiet tal-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(33) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fil-11 ta’ Awwissu 2022 (16). |
|
(34) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi n-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli ”; |
|
(2) |
it-titolu tal-Kapitolu I huwa sostitwit b’dan li ġej: “ĦOLQIEN TA’ NETWORK TAD-DATA DWAR IS-SOSTENIBBILTÀ TAL-AZJENDI AGRIKOLI”; |
|
(3) |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 1. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-politika agrikola komuni (PAK), inkluża l-evalwazzjoni tal-impatt tagħha fuq is-settur agrikolu, qed jiġi stabbilit network tad-data dwar is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli (FSDN) għall-ġbir u għall-analiżi tad-data dwar is-sostenibbiltà fil-livell tal-azjendi agrikoli li tkopri d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali (data tal-FSDN). Id-data tal-FSDN tista’ tintuża biex tikkontribwixxi għall-valutazzjoni ta’ aspetti addizzjonali relatati mas-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni u biex tindirizza l-isfidi ffaċċjati mill-agrikoltura tal-Unjoni. 2. Id-data tal-FSDN għandha tkopri s-suġġetti stipulati fl-Anness -I. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 19a, biex temenda l-Anness -I sabiex timmodifika dawk is-suġġetti jew iżżid oħrajn ġodda. Meta teżerċita s-setgħa tagħha li tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha:
3. Id-data tal-FSDN u d-data minn settijiet ta’ data oħra stabbiliti fl-Artikolu 4a għandhom jintużaw biex jitwettqu analiżijiet dwar l-istat tas-sostenibbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni, inkluż f’format li jippermetti valutazzjoni komparattiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati minn dawk l-analiżijiet disponibbli għall-pubbliku fil-forma ta’ data tal-FSDN aggregata u anonimizzata. Dik id-data tista’ tintuża wkoll biex jiġu pprovduti servizzi ta’ informazzjoni dwar il-valutazzjoni komparattiva jew pariri lill-bdiewa bl-għan li tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-azjendi u tittejjeb is-sostenibbiltà tagħhom. Il-pubblikazzjoni tar-riżultati u l-użu tad-data għall-finijiet ta’ valutazzjoni komparattiva jew ta’ pariri għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 16. 4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw data tal-FSDN bħala sors ta’ data kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), jew fl-Artikolu 4(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), jew f’atti oħra adottati abbażi tal-Artikolu 338(1) TFUE. (*1) Ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009, (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 1)." (*2) Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1)." (*3) Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).”;" |
|
(4) |
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(*4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1)." (*5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;" |
|
(5) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Sabiex jiġi żgurat li l-lista tat-taqsimiet tal-FSDN tista’ tiġi aġġornata fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 19a, li jemendaw l-Anness I fir-rigward tal-lista tat-taqsimiet tal-FSDN għal kull Stat Membru.” |
|
(6) |
it-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej: “ DATA GĦALL-ĠBIR TAL-PROSPETTI TAL-BIEDJA U L-KONNESSJONI TAD-DATA ”; |
|
(7) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 1. Il-prospetti tal-azjendi agrikoli għandhom jiġu kkompilati permezz ta’ stħarriġ li għalih l-Istati Membri jistgħu jużaw, fejn rilevanti, data mis-sorsi tad-data msemmija fil-paragrafu 2 u sorsi ta’ data rilevanti oħra, kif ukoll metodi ta’ kompilazzjoni tad-data jew approċċi innovattivi għall-kondiviżjoni u l-kompilazzjoni tad-data. 2. L-aġenziji ta’ kollegament għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw, mingħajr ħlas, is-sorsi ta’ data li ġejjin:
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenziji ta’ kollegament ikollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw is-sorsi tad-data msemmija fil-paragrafu 2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għal dak l-għan il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni meħtieġa li jiffaċilitaw l-aċċess effettiv għal dawk is-sorsi ta’ data u l-użu tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess u użu għandu jingħata wkoll fejn l-aġenzija ta’ kollegament tiddelega kompiti lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi biex dawn jitwettqu f’isimha. 4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 19a, li jemendaw il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu billi żżid sorsi ta’ data xierqa ġodda stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni. (*6) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187)." (*7) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1)." (*8) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671)." (*9) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1)." (*10) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013, (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1)." (*11) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).”;" |
|
(8) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 4a 1. Minbarra l-prospett tal-biedja, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ir-rabtiet bejn l-azjenda prospettanti u l-identifikaturi li jappartjenu għal dik l-azjenda fis-settijiet tad-data li ġejjin;
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 19a, li jemendaw il-lista ta’ settijiet tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jżidu settijiet tad-data xierqa u rilevanti ġodda. Meta teżerċita s-setgħa tagħha li tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha:
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw id-data li għandha tiġi estratta mis-settijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-iskadenzi għat-trażmissjoni ta’ dik id-data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Dik id-data għandha tkun marbuta mal-iskop ta’ dan ir-Regolament kif stabbilit fl-Artikolu 1 u ma’ wieħed jew aktar mis-suġġetti stabbiliti fl-Anness -I, Meta tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rilevanza ta’ dik id-data u l-fattibbiltà tal-estrazzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2). 4. Il-Kummissjoni għandha tħejji u tagħmel disponibbli għall-Istati Membri linji gwida tekniċi dwar il-metodoloġija għall-estrazzjoni tad-data rilevanti.” |
|
(9) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. Il-qasam tal-istħarriġ għandu jkopri l-azjendi li għandhom daqs ekonomiku ekwivalenti għal jew ikbar mil-livell limitu li jikkorrispondi għal wieħed mil-limiti iktar baxxi tal-klassijiet ta’ daqs ekonomiku tat-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi msemmija fl-Artikolu 5b. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 19a, li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’regoli dwar l-istabbiliment tal-livell limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawk ir-regoli għandhom jiżguraw li l-azjendi agrikoli ta’ daqs ekonomiku iżgħar ikunu rappreżentati b’mod adegwat fil-pjanijiet għall-għażla tal-azjendi prospettanti stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5a. Il-Kummissjoni għandha tadotta, abbażi tad-data u tal-input li tirċievi mill-Istati Membri, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-livell limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2). 2. Biex tikkwalifika bħala azjenda prospettanti, azjenda għandha:
3. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fl-istħarriġ. F’każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jadottaw ukoll regoli biex jindirizzaw każijiet possibbli li fihom l-għadd ta’ azjendi prospettanti stabbilit fil-pjan għall-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet x’aktarx li ma jintlaħaqx. Tali regoli, madankollu, ma għandhomx jipprevedu penali għall-bdiewa.” |
|
(10) |
l-Artikolu 5a huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
fl-Artikolu 5b, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-azjendi għandhom jiġu kklassifikati b’mod uniformi skont it-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi. It-tipoloġija għall-azjendi għandha tintuża b’mod partikolari għall-preżentazzjoni, skont it-tip ta’ biedja u skont il-klassi tad-daqs ekonomiku, tad-data miġbura permezz tal-istħarriġ tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli u l-FSDN.” |
|
(12) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Kull Stat Membru għandu jaħtar aġenzija ta’ kollegament li l-kompiti tagħha għandhom ikunu li:
|
|
(14) |
l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 1. Kull azjenda prospettanti għandha tkun is-suġġett ta’ prospett individwali tal-azjendi agrikoli u għandha tiġi identifikata fl-FSDN minn numru uniku nazzjonali tal-FSDN. 2. Id-data pprovduta minn kull prospett tal-azjendi agrikoli mimli kif xieraq għandha tkun b’tali mod li jkun possibbli li:
3. Id-data fil-prospett tal-biedja għandha tirreferi għal azjenda waħda u għal sena ta’ kontabbiltà waħda magħmula minn 12-il xahar konsekuttiv. Dik id-data għandha tirreferi għall-attivitajiet agrikoli tal-azjenda nnifisha u għal attivitajiet oħra ta’ profitt relatati direttament mal-azjenda. M’għandu jittieħed kont ta’ ebda data wirt, kontijiet bankarji privati, proprjetà għajr l-azjenda, tassazzjoni personali jew assigurazzjoni privata, waqt it-tħejjija tal-prospetti tal-azjenda agrikola. 4. Sabiex jiġi żgurat li d-data miġbura permezz tal-prospetti ta’ azjendi agrikoli tkun komparabbli, irrispettivament mill-azjendi prospettanti mistħarrġa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli fuq dawn li ġejjin:
|
|
(15) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 8a 1. Il-prospetti tal-biedja u jew ir-rabtiet jew id-data msemmija fl-Artikolu 4a għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mill-aġenzija ta’ kollegament permezz ta’ sistema ta’ data kompjuterizzata stabbilita mill-Kummissjoni. Id-data għandha tiġi ppreżentata b’mod elettroniku abbażi ta’ formoli magħmula disponibbli għall-aġenzija ta’ kollegament permezz ta’ dik is-sistema. 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-ħżin, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi ħdan il-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).” |
|
(16) |
L-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 16 1. Id-data individwali miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għat-twettiq ta’ kompiti għall-fini tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ tali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni ma għandhomx jużaw tali data individwali għal kwalunkwe skop ieħor, b’mod partikolari għal kontrolli skont ir-Regolament (UE) 2021/2116 jew għal finijiet ta’ tassazzjoni. 2. Id-data tal-FSDN u, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-data minn settijiet ta’ data oħra stabbiliti fl-Artikolu 4a jistgħu jsiru pubbliċi dment li jkunu kemm aggregati kif ukoll anonimizzati. 3. Il-Kummissjoni tista’ tagħti aċċess għal data psewdonimizzata għal finijiet ta’ riċerka. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19a biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli u tal-kondizzjonijiet għal tali aċċess fil-livell tal-Unjoni. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa għall-protezzjoni ta’ data individwali u, b’mod partikolari, ir-regoli għat-trasferimenti tad-data lil riċevituri li jinsabu barra mit-territorju tal-Unjoni kif stabbilit fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.” |
|
(17) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 16a 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jadottaw u jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, inkluż fir-rigward tas-sistema ta’ data kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 8a, biex jiżguraw u jkunu jistgħu juru li l-ġbir, l-ipproċessar, il-kumpilazzjoni u t-trasmissjoni ta’ data individwali huma ristretti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. 2. Id-data individwali għandha tinżamm sakemm tkun meħtieġa biex jitwettqu analiżijiet tas-serje kronoloġiċi. 3. Id-data individwali ma għandhiex tkun disponibbli għal persuni għajr dawk li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkollhom aċċess għal dik id-data għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. 4. Huwa pprojbit għal kwalunkwe persuna li qiegħda tipparteċipa jew li tkun ipparteċipat fil-FSDN li tiżvela xi data individwali jew xi dettalji individwali oħra meta din l-informazzjoni tkun inkisbet fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha jew inkella b’mod inċidentali għal dan l-eżerċizzju. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jindirizzaw il-ksur ta’ dik il-projbizzjoni. Artikolu 16b 1. L-ipproċessar, il-ġestjoni u l-użu tad-data personali miġbura skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. 2. Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur għall-ipproċessar tad-data personali inkluża fil-prospetti tal-biedja mill-mument li fih dik id-data tasal għand il-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kontrollur, u fejn rilevanti l-proċessur, għall-ipproċessar ta’ data personali inkluża fil-prospetti tal-biedja li tikkonċerna azjendi li jinsabu fit-territorji tagħhom.” |
|
(18) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kumitat Nazzjonali, il-Kumitati Reġjonali, l-aġenzija ta’ kollegament u dawk li jiġbru d-data għandhom ikunu marbuta, fl-oqsma tar-reponsabbiltajiet rispettivi tagħhom, li jfornu lill-Kummissjoni kull informazzjoni rilevanti li l-Kummissjoni tista’ titlob mingħandhom rigward it-twettiq tad-doveri tagħhom skont dan ir-Regolament. Tali talbiet għal informazzjoni li jsiru lill-Kumitat Nazzjonali, lill-Kumitati Reġjonali jew lil dawk li jiġbru data u t-tweġibiet relevanti għandhom jintbagħtu bil-kitba permezz tal-aġenzija ta’ kollegament.” |
|
(19) |
l-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 19 1. Il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għandu jiffinanzja n-nefqa li tkopri:
2. Il-FAEG għandu jipprovdi wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri meta jistabbilixxu s-sistema għall-ġbir tal-varjabbli ambjentali u soċjali skont dan ir-Regolament, inkluż għat-taħriġ u l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-ġbir ta’ data, ikun jeħtieġ adattamenti sinifikanti fis-sistema ta’ ġbir ta’ data tal-FADN ta’ Stat Membru. Tali kontribuzzjonijiet għandhom jiġu pprovduti lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru 2027. 3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), jista’ jitħallas parzjalment jew kompletament lill-bdiewa għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-istħarriġiet tal-FSDN f’konformità mal-kriterji ta’ allokazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri dettaljati fir-rigward tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), u tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Fl-atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-kontribuzzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmilha ċara abbażi ta’ liema kriterji għandhom jiġu allokati dawk il-kontribuzzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).” |
|
(20) |
l-Artikolu 19a huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
l-Artikolu 19b huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 19b 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat imsejjaħ “Kumitat għan-Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli”. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12). 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fil-każ ta’ atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 4a(3) u l-Artikolu 8(4), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament, meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (*12) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;" |
|
(22) |
Jiżdied l-Artikolu 19c: “ Artikolu 19c Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-20 ta’ Diċembru 2028 rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4a u l-Artikolu 7(1), il-punt (g), akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta għal att leġiżlattiv li jemenda l-Artikolu 19(1), il-punt (a).” |
|
(23) |
it-test fl-Anness għal dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness -I; |
|
(24) |
it-titolu tal-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Lista tat-taqsimiet tal-FSDN ”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Novembru 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) ĠU C 75, 28.2.2023, p. 164.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2023. (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2023.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(7) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
(9) Ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009, (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (ĠU L 315, 7.12.2022, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 1).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).
(12) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(13) Ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).
(14) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
“ANNESS -I
Lista ta’ suġġetti
Ekonomiċi
Informazzjoni ġenerali dwar l-azjenda
Tip ta’ okkupazzjoni
Assi u investiment;
Kwoti u drittijiet oħra
Djun u krediti
Taxxa fuq il-valur miżjud
Inputs
Użu tal-art u għelejjel
Produzzjoni tal-bhejjem
Prodotti tal-annimali u servizzi relatati
Integrazzjoni tas-suq
Prodotti ta’ kwalità — indikazzjonijiet ġeografiċi;
Sħubija f’organizzazzjonijiet tal-produtturi
Ġestjoni tar-riskju
Innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni
Attivitajiet oħra ta’ qligħ relatati mal-azjenda
Sussidji
Sehem indikattiv tal-introjtu barra l-azjendi agrikoli
Ambjent
Prattiki tal-biedja
Ġestjoni tal-ħamrija
Użu u ġestjoni tan-nutrijenti
Sekwestru tal-karbonju f’art agrikola
Emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra
Tniġġis tal-arja
Użu u ġestjoni tal-ilma
Użu tal-protezzjoni tal-pjanti
Użu tal-antimikrobiċi
Trattament xieraq tal-annimali
Bijodiversità
Biedja organika
Skema ta’ ċertifikazzjoni
Konsum tal-enerġija u produzzjoni tal-enerġija
Telf ta’ ikel fuq livell ta’ produzzjoni primarja
Ġestjoni tal-iskart
Soċjali
Manodopera
Edukazzjoni
Bilanċ bejn is-sessi
Kondizzjonijiet tax-xogħol
Inklużjoni soċjali
Sigurtà soċjali
Infrastruttura u s-servizzi essenzjali
Tiġdid ġenerazzjonali
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2674/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)