|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2673 |
28.11.2023 |
DIRETTIVA (UE) 2023/2673 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Novembru 2023
li temenda d-Direttiva 2011/83/UE fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod u li tħassar id-Direttiva 2002/65/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsultaw lill-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi regoli fil-livell tal-Unjoni dwar it-tqegħid fis-suq mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji għall-konsumatur. Fl-istess ħin, id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi, fost l-oħrajn, regoli applikabbli għal kuntratti mill-bogħod għall-bejgħ ta’ oġġetti u għall-forniment ta’ servizzi konklużi bejn kummerċjant u konsumatur. |
|
(2) |
L-Artikolu 169(1) u l-Artikolu 169(2), il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni tikkontribwixxi biex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz tal-miżuri li tadotta skont l-Artikolu 114 tiegħu. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) jipprevedi li l-politiki tal-Unjoni jridu jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. |
|
(3) |
Fil-qafas tas-suq intern, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-libertà tal-għażla, huwa meħtieġ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fil-qasam tal-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod sabiex tissaħħaħ il-fiduċja u l-kunfidenza tal-konsumatur fil-bejgħ mill-bogħod. |
|
(4) |
L-iżgurar tal-istess livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fis-suq intern jinkiseb l-aħjar permezz ta’ armonizzazzjoni sħiħa. Armonizzazzjoni sħiħa hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha fl-Unjoni jgawdu livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-interessi tagħhom u biex jinħoloq suq intern li jiffunzjona tajjeb. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jitħallewx iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, għajr dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, fir-rigward tal-aspetti koperti minn din id-Direttiva, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’din id-Direttiva. Meta tali dispożizzjonijiet armonizzati ma jkunux jeżistu, l-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2002/65/KE kienet is-suġġett ta’ rieżamijiet differenti. Dawk ir-rieżamijiet żvelaw li l-introduzzjoni progressiva ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur wasslet għal trikkib sinifikanti mal-leġiżlazzjoni tad-Direttiva 2002/65/KE, u li d-diġitalizzazzjoni aggravat xi aspetti li mhumiex indirizzati bis-sħiħ minn dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Id-diġitalizzazzjoni kkontribwiet għal żviluppi tas-suq li ma kinux previsti fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Direttiva 2002/65/KE. Fil-fatt, l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi minn dak iż-żmien ġabu bidliet sinifikanti fis-suq tas-servizzi finanzjarji. Għalkemm ġew adottati ħafna atti ġuridiċi speċifiċi għas-settur fil-livell tal-Unjoni, is-servizzi finanzjarji offruti lill-konsumaturi evolvew u ddiversifikaw b’mod konsiderevoli. Tfaċċaw prodotti ġodda, b’mod partikolari fl-ambjent online, u l-użu tagħhom qed ikompli jiżviluppa, spiss b’mod rapidu u mhux previst. F’dan ir-rigward, l-applikazzjoni orizzontali tad-Direttiva 2002/65/KE tibqa’ rilevanti. L-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva għal servizzi finanzjarji tal-konsumatur mhux regolati minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur fissret li sett ta’ regoli armonizzati japplika għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tal-kummerċjanti. Dik il-karatteristika ta’ “xibka ta’ sikurezza” tikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-kummerċjanti. |
|
(7) |
Sabiex jiġi indirizzat il-fatt li l-introduzzjoni progressiva ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur wasslet għal trikkib sinifikanti ta’ dik il-leġiżlazzjoni mad-Direttiva 2002/65/KE u li d-diġitalizzazzjoni aggravat xi aspetti li mhumiex indirizzati bis-sħiħ minn dik id-Direttiva, inkluż kif u meta l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-konsumatur, huwa meħtieġ li jiġu riveduti r-regoli applikabbli għall-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi bejn konsumatur u kummerċjant mill-bogħod, filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-karatteristika ta’ “xibka ta’ sikurezza” għas-servizzi finanzjarji li jew mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur jew huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ atti tal-Unjoni li jirregolaw servizzi finanzjarji speċifiċi. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat livell konsistenti ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha u sabiex jiġu evitati diverġenzi li jfixklu l-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ servizzi finanzjarji fis-suq intern, huma meħtieġa regoli biex jipprovdu ċertezza legali u trasparenza għall-kummerċjanti, inkluż l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u biex jipprovdu lill-konsumaturi fl-Istati Membri kollha bi drittijiet u obbligi legalment infurzabbli. L-Istati Membri huma mħeġġa jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fl-applikazzjoni tar-regoli li jittrasponu din id-Direttiva. Il-kunċett ta’ mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jenħtieġ li jiġi mifhum kif definit fl-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (5). |
|
(9) |
Id-Direttiva 2011/83/UE, b’mod simili għad-Direttiva 2002/65/KE, tipprevedi dritt għal informazzjoni prekuntrattwali u dritt ta’ reċess għal ċerti kuntratti tal-konsumatur konklużi mill-bogħod. Madankollu, il-komplementarjetà bejn dawk id-direttivi hija limitata peress li d-Direttiva 2011/83/UE ma tkoprix servizzi finanzjarji, li huma definiti f’dik id-Direttiva bħala servizzi ta’ natura bankarja, ta’ kreditu, ta’ assigurazzjoni, ta’ pensjoni personali, ta’ investiment jew ta’ pagament. F’dan il-kuntest, kont ta’ tfaddil għad-dar u ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur jenħtieġ li jitqiesu li huma servizzi finanzjarji. Il-bejgħ ta’ oġġetti bħal metalli prezzjużi, djamanti, inbid jew whiskey jenħtieġ li ma jitqiesx li huwa servizz finanzjarju per se. |
|
(10) |
L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE biex ikopri l-kuntratti tas-servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod jenħtieġ li tiżgura l-komplementarjetà meħtieġa. Madankollu, minħabba n-natura speċifika tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, b’mod partikolari minħabba l-kumplessità tagħhom, mhuwiex xieraq li d-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva 2011/83/UE japplikaw għall-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji għall-konsumatur konklużi mill-bogħod. Billi jiżdied kapitolu ddedikat b’regoli applikabbli biss għall-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji għall-konsumatur konklużi mill-bogħod għad-Direttiva 2011/83/UE, tista’ tiġi żgurata ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali meħtieġa. |
|
(11) |
Il-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi b’xi mod ieħor għajr mill-bogħod mhumiex koperti minn din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu għalhekk jiddeterminaw, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, liema regoli japplikaw għal tali kuntratti, inkluż billi japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva għal kuntratti mhux inklużi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
|
(12) |
Filwaqt li mhux id-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li japplikaw għal kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod minħabba n-natura speċifika ta’ dawk is-servizzi, għadd ta’ dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/83/UE, bħal definizzjonijiet rilevanti u r-regoli dwar pagamenti addizzjonali, infurzar, bejgħ mhux mitlub u rappurtar, jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod. L-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tiżgura l-komplementarjetà bejn it-tipi differenti ta’ kuntratti konklużi mill-bogħod. |
|
(13) |
Fir-rigward ta’ penali, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom adottati skont din id-Direttiva u jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali li huma previsti jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, f’konformità mal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2011/83/UE. Jenħtieġ li din id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-impożizzjoni ta’ penali f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għal kuntratti mill-bogħod konklużi bejn kummerċjant u konsumatur għall-forniment ta’ servizzi finanzjarji. Id-dispożizzjonijiet l-oħra dwar il-penali stabbiliti fl-Artikolu 24(2) sa (5) tad-Direttiva 2011/83/UE ma japplikawx għal kuntratti mill-bogħod konklużi bejn kummerċjant u konsumatur għall-forniment ta’ servizzi finanzjarji. |
|
(14) |
Kapitolu ddedikat fid-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li jkun fih ir-regoli tad-Direttiva 2002/65/KE li għadhom rilevanti u meħtieġa, b’mod partikolari dwar id-dritt għal informazzjoni prekuntrattwali u d-dritt ta’ reċess, u regoli li jiżguraw il-korrettezza online meta jiġu konklużi kuntratti ta’ servizzi finanzjarji mill-bogħod. |
|
(15) |
Peress li l-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji mill-bogħod huma konklużi l-aktar b’mezzi elettroniċi, ir-regoli dwar l-iżgurar tal-korrettezza online meta s-servizzi finanzjarji jiġu kkuntrattati mill-bogħod jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 114 TFUE u tal-Artikolu 38 tal-Karta. Ir-regola dwar spjegazzjonijiet adegwati jenħtieġ li tiżgura trasparenza miżjuda u tipprovdi lill-konsumatur bid-dritt li jitlob intervent uman meta jinteraġixxi mal-kummerċjant permezz ta’ interfaċċi online kompletament awtomatizzati, bħal chatbots, roboadvice, għodod interattivi jew mezzi simili. |
|
(16) |
Ċerti servizzi finanzjarji għall-konsumatur huma rregolati minn atti speċifiċi tal-Unjoni, li ser jibqgħu japplikaw għal dawk is-servizzi finanzjarji. Din id-Direttiva ma temendax l-atti settorjali eżistenti tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, u sabiex jiġi żgurat li ma hemmx duplikazzjonijiet jew trikkib„ jenħtieġ li jiġi ċċarat li, meta atti oħrajn tal-Unjoni li jirregolaw servizzi finanzjarji speċifiċi jkun fihom regoli dwar informazzjoni prekuntrattwali, dwar id-dritt ta’ reċess jew dwar spjegazzjonijiet adegwati u irrispettivament mil-livell ta’ dettall ta’ dawk ir-regoli, jenħtieġ li japplikaw biss id-dispożizzjonijiet rispettivi biss ta’ dawk l-atti l-oħra tal-Unjoni għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi tal-konsumatur sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dawk l-atti, inkluż il-possibbiltà espliċita li l-Istati Membri jeskludu l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli speċifiċi. F’dan il-kuntest, kull meta att speċifiku tal-Unjoni jistabbilixxi regoli li joffru lill-Istati Membri l-possibbiltà li ma japplikawx dak l-att speċifiku tal-Unjoni iżda minflok jirreferu għall-applikazzjoni ta’ att speċifiku ieħor tal-Unjoni, bħal fl-Artikolu 3(3), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jenħtieġ li jipprevalu r-regoli ta’ dak l-att speċifiku tal-Unjoni u din id-Direttiva jenħtieġ li ma tapplikax. Bl-istess mod, f’dawk il-każijiet fejn l-att speċifiku tal-Unjoni jipprevedi regoli dwar arranġamenti alternattivi adegwati biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jirċievu informazzjoni f’waqtha fl-istadju prekuntrattwali, bħal fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2014/17/UE, jenħtieġ li jipprevalu r-regoli stabbiliti f’dak l-att speċifiku tal-Unjoni u jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax. |
|
(17) |
Fir-rigward tal-informazzjoni prekuntrattwali, ċerti atti tal-Unjoni li jirregolaw servizzi finanzjarji speċifiċi fihom regoli adattati għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi mfassla biex jiżguraw li l-konsumaturi jkunu kapaċi jifhmu l-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratt propost. Pereżempju, ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u d-Direttivi 2014/92/UE (9), 2014/65/UE (10) u (UE) 2016/97 (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jipprevedu informazzjoni prekuntrattwali fl-att tal-Unjoni speċifiku bażiku u jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati jew ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li japplikaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali biss stabbiliti f’atti tal-Unjoni bħal dawn għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi tal-konsumatur, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dawk l-atti. Jenħtieġ li dan ikun ukoll il-każ meta l-att tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi jipprevedi regoli differenti jew minimi dwar informazzjoni prekuntrattwali meta mqabbla mar-regoli stabbiliti minn din id-Direttiva. |
|
(18) |
Fir-rigward tad-dritt ta’ reċess, meta l-att tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi jagħti lill-konsumaturi żmien biex jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tal-kuntratt iffirmat, u irrispettivament minn x’jissejjaħ minn dak l-att tal-Unjoni, jenħtieġ li japplikaw biss id-dispożizzjonijiet rispettivi ta’ dak l-att tal-Unjoni għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi tal-konsumatur sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-att. Pereżempju, meta japplika l-Artikolu 186 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), huma r-regoli dwar il-“perjodu ta’ kanċellament” stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE li japplikaw u mhux ir-regoli dwar id-dritt ta’ reċess stabbiliti f’din id-Direttiva, filwaqt li meta japplika l-Artikolu 14(6) tad-Direttiva 2014/17/UE, huma r-regoli dwar il-possibbiltà li jagħżlu bejn id-dritt ta’ reċess u l-perjodu ta’ riflessjoni stabbiliti fid-Direttiva 2014/17/UE li japplikaw u mhux ir-regoli dwar id-dritt ta’ reċess skont din id-Direttiva. |
|
(19) |
F’konformità mad-Direttiva 2014/17/UE u d-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), l-Istati Membri jistgħu japplikaw dawk id-Direttivi, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, għal oqsma mhux koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 14(6) tad-Direttiva 2014/17/UE għal ftehimiet ta’ kreditu, minkejja l-fatt li tali ftehimiet huma eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva permezz tal-Artikolu 3(2) tagħha. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 26 u 27 tad-Direttiva (UE) 2023/2225 għal kuntratti ta’ kreditu, minkejja l-fatt li tali ftehimiet huma eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva permezz tal-Artikolu 2(2) tagħha. |
|
(20) |
Fir-rigward ta’ regoli dwar spjegazzjonijiet adegwata, ċerti atti tal-Unjoni li jirregolaw servizzi finanzjarji speċifiċi, bħad-Direttivi 2014/17/UE, 2014/65/UE u (UE) 2016/97, diġà jistabbilixxu regoli dwar spjegazzjonijiet adegwati li l-kummerċjanti għandhom jagħtu lill-konsumaturi fir-rigward tal-kuntratt propost. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ir-regoli dwar l-ispjegazzjonijiet adegwati stabbiliti f’din id-Direttiva jenħtieġ li ma japplikawx għal servizzi finanzjarji li jaqgħu taħt atti tal-Unjoni li jirregolaw servizzi finanzjarji speċifiċi li jkun fihom regoli dwar spjegazzjonijiet adegwata li għandha tingħata lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, irrispettivament minn kif tissejjaħ f’dak l-att tal-Unjoni. |
|
(21) |
Meta atti tal-Unjoni li jirregolaw servizzi finanzjarji speċifiċi jipprevedu regoli dwar informazzjoni prekuntrattwali iżda ma jistabbilixxux regoli dwar id-dritt ta’ reċess, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dritt ta’ reċess ta’ din id-Direttiva. Pereżempju, id-Direttiva 2009/138/KE tistabbilixxi regoli dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali iżda fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja ma tistabbilixxix dritt li jipprovdi żmien lill-konsumatur biex jikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-kuntratt iffirmat. F’dak il-każ, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli dwar l-informazzjoni prekuntrattwali stabbiliti fl-att tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi u r-regoli dwar id-dritt ta’ reċess kif stabbiliti f’din id-Direttiva. Meta att tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi ma jkunx fih dispożizzjonijiet li jikkonċernaw informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess, jenħtieġ li l-kummerċjant jipprovdi dik l-informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva sabiex jiżgura li l-konsumatur ikollu għarfien xieraq tal-informazzjoni rilevanti. |
|
(22) |
Meta atti tal-Unjoni li jirregolaw servizzi finanzjarji speċifiċi jipprevedu regoli dwar informazzjoni prekuntrattwali iżda ma jistabbilixxux regoli dwar id-dritt ta’ reċess, jenħtieġ li japplika l-perjodu ta’ reċess stabbilit f’din id-Direttiva u jibda jew mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod skont din id-Direttiva, jew mid-data li fiha l-konsumatur jirċievi t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali u l-informazzjoni prekuntrattwali f’konformità mal-atti tal-Unjoni li jirregolaw dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi, jekk dak il-jum ikun aktar tard mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod. Meta att tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi ma jkunx fih dispożizzjonijiet rigward informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess, sabiex jibda l-perjodu ta’ reċess, jenħtieġ li l-kummerċjant, minbarra t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali u l-informazzjoni prekuntrattwali f’konformità mal-att tal-Unjoni li jirregola dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi, jipprovdi wkoll l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess stabbilit f’din id-Direttiva. |
|
(23) |
Kuntratti ta’ servizzi finanzjarji negozjati mill-bogħod jinvolvu l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jintużaw bħala parti minn skema ta’ bejgħ jew ta’ provvista ta’ servizzi mill-bogħod li ma tinvolvix il-preżenza simultanja tal-kummerċjant u tal-konsumatur. Sabiex inwieġbu għall-iżvilupp kostanti ta’ dawk il-mezzi ta’ komunikazzjoni, jenħtieġ li jiġu definiti prinċipji li huma validi anke għal dawk il-mezzi li għadhom ma humiex f’użu mifrux jew li għadhom ma humiex magħrufa. |
|
(24) |
Kuntratt singolu ta’ servizzi finanzjarji li jinvolvi operazzjonijiet suċċessivi jew operazzjonijiet separati tal-istess natura mwettqa tul iż-żmien jista’ jkun suġġett għal trattament legali differenti fi Stati Membri differenti, iżda huwa importanti li r-regoli jiġu applikati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. Għal dak il-għan, huwa xieraq li jiġi previst li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod jenħtieġ li japplikaw għall-ewwel waħda minn serje ta’ operazzjonijiet suċċessivi, jew ta’ operazzjonijiet separati, tal-istess natura, imwettqa matul iż-żmien li jistgħu jitqiesu li jiffurmaw ħaġa waħda, irrispettivament minn jekk dik l-operazzjoni jew serje ta’ operazzjonijiet hijiex is-suġġett ta’ kuntratt wieħed jew diversi kuntratti suċċessivi. Meta ma jkun hemm l-ebda ftehim inizjali, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod għall-operazzjonijiet suċċessivi jew separati kollha, ħlief għall-informazzjoni prekuntrattwali, li jenħtieġ li tapplika biss għall-ewwel operazzjoni. Pereżempju, “ftehim inizjali ta’ servizz” jista’ jitqies li jkun il-ftuħ ta’ kont bankarju, u “operazzjonijiet” jistgħu jitqiesu li jkunu d-depożitu jew il-ġbid ta’ fondi lejn jew mill-kont bankarju. Iż-żieda ta’ elementi ġodda għal ftehim inizjali ta’ servizz, bħall-possibbiltà li jintuża strument ta’ pagament elettroniku flimkien mal-kont bankarju eżistenti, ma tikkostitwixxix “operazzjoni” iżda kuntratt addizzjonali. |
|
(25) |
Sabiex jiġi delimitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ir-regoli dwar il-kuntratti tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur konklużi mill-bogħod jenħtieġ li ma japplikawx għal servizzi pprovduti fuq bażi strettament okkażjonali u barra minn struttura kummerċjali ddedikata għall-konklużjoni ta’ kuntratti mill-bogħod. |
|
(26) |
L-użu ta’ mezz ta’ komunikazzjonijiet mill-bogħod joffri opportunitajiet tajba biex tinkiseb informazzjoni u jenħtieġ li ma jwassalx għal restrizzjoni mhux ġustifikata fuq l-informazzjoni provduta lill-konsumatur. Meta juża l-komunikazzjoni tat-telefonija bil-fomm, il-kummerċjant jista’, jekk il-konsumatur jaqbel b’mod espliċitu, jipprovdi biss sett limitat ta’ informazzjoni prekuntrattwali qabel ma l-konsumatur jintrabat bil-kuntratt mill-bogħod. Jenħtieġ li l-kummerċjant jipprovdi l-informazzjoni li jifdal immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt. Fl-interess tat-trasparenza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti fir-rigward ta’ f’liema waqt l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod u kif dik l-informazzjoni jenħtieġ li tasal għand il-konsumatur. Sabiex ikunu jistgħu jagħmlu d-deċiżjonijiet tagħhom b’għarfien sħiħ tal-fatti, il-konsumaturi għandhom jirċievu l-informazzjoni prekuntrattwali kollha fi żmien xieraq qabel u mhux fl-istess ħin tal-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod jew kwalunkwe offerta korrispondenti. Dan biex jiġi żgurat li l-konsumatur ikollu biżżejjed żmien biex jaqra u jifhem l-informazzjoni prekuntrattwali, iqabbel l-offerti u jieħu deċiżjoni infurmata. Fejn l-informazzjoni tiġi pprovduta inqas minn jum wieħed qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod għal servizzi finanzjarji, il-kummerċjant jenħtieġ li jkun obbligat ifakkar lill-konsumatur, fuq mezz li jservi għal żmien twil, dwar il-possibbiltà li jirreċedi mill-kuntratt mill-bogħod għal servizz finanzjarju. Fejn l-informazzjoni prekuntrattwali tingħata inqas minn jum qabel ma l-konsumatur jintrabat bi kwalunkwe kuntratt mill-bogħod, il-kummerċjant jenħtieġ li jfakkar lill-konsumatur, fuq mezz li jservi għal żmien twil, bejn jum u sebat ijiem wara l-konklużjoni tal-kuntratt, dwar il-possibbiltà li jirreċedi mill-kuntratt mill-bogħod. |
|
(27) |
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jiġu modernizzati u jibqgħu validi fil-futur. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kummerċjant jikkomunika lill-konsumatur in-numru tat-telefon tiegħu, iżda wkoll l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu jew dettalji ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni li jistgħu jinkludu diversi mezzi ta’ komunikazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni dwar fejn għandhom jiġu indirizzati l-ilmenti. Ir-rekwiżiti dwar il-politika tat-trattament tal-ilmenti jistgħu jiġu ddeterminati mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar l-ispejjeż addizzjonali speċifiċi għall-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Xi kummerċjanti jużaw teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat biex jiddifferenzjaw il-prezzijiet bejn gruppi differenti ta’ konsumaturi u f’ċerti każijiet il-prezzijiet huma adattati għas-sensittività tal-prezzijiet individwali tal-konsumaturi. Għal dik ir-raġuni, il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu infurmati qabel ma jintrabtu b’kuntratt mill-bogħod li l-prezz tas-servizz finanzjarju kien personalizzat abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat. |
|
(28) |
Skont id-Direttiva 2002/65/KE, l-Istati Membri setgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet iktar stretti dwar rekwiżiti ta’ informazzjoni minn qabel dment li dawk id-dispożizzjonijiet kienu konformi mad-dritt tal-Unjoni. Diversi Stati Membri żammew jew introduċew rekwiżiti ta’ informazzjoni aktar stretti f’dak il-kuntest. Il-possibbiltà li jiġi offrut livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tar-regoli dwar l-informazzjoni prekuntrattwali jenħtieġ li tibqa’. Dan jenħtieġ li japplika kemm għall-katalogu ta’ informazzjoni kif ukoll għall-modi kif tiġi ppreżentata l-informazzjoni. L-applikazzjoni ta’ regoli aktar stretti tista’ tinkludi wkoll l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti tal-Unjoni li jikkonċernaw servizzi finanzjarji speċifiċi għal servizzi finanzjarji mhux koperti minn dawk l-atti settorjali tal-Unjoni. |
|
(29) |
Ċerti servizzi finanzjarji jistgħu jintegraw fatturi ambjentali jew soċjali fl-istrateġija ta’ investiment tagħhom. Sabiex ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata, il-konsumatur jenħtieġ li jkun infurmat ukoll dwar l-objettivi ambjentali jew soċjali partikolari fil-mira tas-servizz finanzjarju. |
|
(30) |
L-informazzjoni prekuntrattwali kollha jenħtieġ li tiġi pprovduta fuq mezz li jservi għal żmien twil b’mod li l-informazzjoni tkun faċli għall-konsumatur biex jifhimha u tkun ukoll f’format li jinqara faċli. Format li jinqara jfisser bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara u b’kuluri li ma jnaqqsux il-komprensibbiltà tal-informazzjoni, inkluż meta d-dokument jiġi ppreżentat, stampat jew fotokopjat bl-iswed u l-abjad. Barra minn hekk, deskrizzjonijiet twal iżżejjed u kumplessi, ittri rqaq, u użu eċċessivi ta’ iperlinks jenħtieġ li jiġu evitati kemm jista’ jkun possibbli, peress li dawn huma metodi li jnaqqsu l-fehim tal-konsumaturi. Jekk l-informazzjoni ma tkunx tista’ tingħata permezz ta’ mezz li jservi għal żmien twil qabel il-konklużjoni tal-kuntratt minħabba l-mezz magħżul mill-konsumatur, jenħtieġ li din tiġi pprovduta immedjatament wara l-konklużjoni. |
|
(31) |
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni jenħtieġ li jiġu adattati sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni r-restrizzjonijiet tekniċi ta’ ċerti mezzi tax-xandir, bħar-restrizzjonijiet fuq l-għadd ta’ karattri fuq ċerti skrins tat-telefonija mobbli. Fil-każ ta’ skrins tat-telefonija mobbli, fejn il-kummerċjant ikun ippersonalizza l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-interfaċċja online għal tali apparati, l-informazzjoni li ġejja jenħtieġ li tiġi pprovduta bil-quddiem u bl-aktar mod prominenti possibbli: informazzjoni dwar l-identità tal-kummerċjant; il-karatteristiċi ewlenin tas-servizz finanzjarju tal-konsumatur; il-prezz totali li għandu jitħallas mill-konsumatur lill-kummerċjant għas-servizz finanzjarju tal-konsumatur inkluż it-taxxi kollha mħallsa permezz tal-fornitur jew, meta ma jistax jiġi indikat il-prezz eżatt, il-bażi għall-kalkolu tal-prezz li jippermetti lill-konsumatur jivverifikah; u l-eżistenza jew in-nuqqas tad-dritt ta’ reċess, inkluż il-kundizzjonijiet, il-limitu ta’ żmien u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ dak id-dritt. Il-bqija tal-informazzjoni tista’ tiġi ppreżentata f’layers. Madankollu, l-informazzjoni kollha jenħtieġ li tiġi pprovduta fuq mezz li jservi għal żmien twil qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod. |
|
(32) |
Meta tiġi pprovduta informazzjoni prekuntrattwali permezz ta’ mezzi elettroniċi, tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi ppreżentata b’mod ċar u li jinftiehem. F’dak ir-rigward, l-informazzjoni tista’ tiġi enfasizzata, inkwadrata u kuntestwalizzata b’mod effettiv fi ħdan l-iskrin tal-wiri. It-teknika tal-layering, fejn ċerti rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali huma meqjusa bħala elementi ewlenin u b’hekk jitqiegħdu b’mod prominenti fl-ewwel layer u partijiet dettaljati oħra tal-informazzjoni prekuntrattwali jiġu ppreżentati f’layers ta’ akkumpanjament, ġiet ittestjata u nstabet li hija utli għal ċerti servizzi finanzjarji. Meta jagħmel użu mit-teknika ta’ layering skont din id-Direttiva, il-kummerċjant jenħtieġ li, tal-inqas, jipprovdi fl-ewwel layer tal-mezzi elettroniċi, l-identità u n-negozju ewlieni tal-kummerċjant, il-karatteristiċi ewlenin tas-servizz finanzjarju, il-prezz totali li għandu jitħallas mill-konsumatur, notifika tal-possibbiltà li jistgħu jeżistu taxxi jew spejjeż oħra u l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ dritt ta’ reċess. Ir-rekwiżiti l-oħra ta’ informazzjoni prekuntrattwali li jifdal jistgħu jintwerew f’layers oħra. Meta jintuża l-layering, jenħtieġ li l-informazzjoni kollha tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumatur u l-użu tal-layers ta’ akkumpanjament jenħtieġ li ma jfixkilx l-attenzjoni tal-klijent mill-kontenut tad-dokument u jenħtieġ li ma jgħattix l-informazzjoni ewlenija. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-partijiet kollha tal-informazzjoni prekuntrattwali jiġu stampati f’dokument wieħed. |
|
(33) |
Mod ieħor possibbli kif tiġi pprovduta informazzjoni prekuntrattwali permezz ta’ mezzi elettroniċi huwa l-approċċ ta’ “werrej” bl-użu ta’ intestaturi li jistgħu jespandu. Fl-ogħla livell, il-konsumaturi jistgħu jsibu s-suġġetti ewlenin, li kull wieħed minnhom jista’ jiġi espandut bi klikk fuqhom, sabiex il-konsumaturi jiġu diretti lejn preżentazzjoni aktar dettaljata tal-informazzjoni rilevanti. B’dan il-mod, il-konsumatur ikollu l-informazzjoni kollha meħtieġa f’post wieħed, filwaqt li jżomm kontroll fuq dak li għandu jiġi rieżaminat u meta. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jniżżlu d-dokument ta’ informazzjoni prekuntrattwali kollu u li jissejvjawh bħala dokument awtonomu. |
|
(34) |
Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom dritt ta’ reċess mingħajr penali u mingħajr ebda obbligu li jipprovdu ġustifikazzjoni. Meta d-dritt ta’ reċess ma japplikax minħabba li l-konsumatur ikun talab espressament it-twettiq ta’ kuntratt mill-bogħod qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ reċess, il-kummerċjant jenħtieġ li jinforma lill-konsumatur b’dan il-fatt qabel il-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. |
|
(35) |
Il-perjodu ta’ reċess jenħtieġ li jiskadi 14-il jum kalendarju jew wara il-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod jew wara il-jum li fih il-konsumatur jirċievi kemm l-informazzjoni prekuntrattwali kif ukoll it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali, jekk dak il-jum ikun aktar tard mid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod. Dan il-perjodu jenħtieġ li jiġi estiż għal 30 jum kalendarju f’kuntratti mill-bogħod relatati ma’ operazzjonijiet ta’ pensjoni personali. Sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali, jekk il-konsumatur ma jkunx irċieva dik l-informazzjoni prekuntrattwali u t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali, il-perjodu ta’ reċess jenħtieġ li jiskadi mhux aktar tard minn 12-il xahar u 14-il jum kalendarju wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod. Jenħtieġ li l-perjodu ta’ reċess ma jiskadix jekk il-konsumatur ma jkunx ġie infurmat fuq mezz li jservi għal żmien twil dwar id-dritt ta’ reċess. |
|
(36) |
Sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ reċess, il-proċedura għall-eżerċizzju ta’ dak id-dritt jenħtieġ li ma tkunx ta’ piż akbar mill-proċedura għall-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod. |
|
(37) |
Minbarra mezzi oħra ta’ reċess eżistenti, bħall-formola stipulata fl-Anness I(B) tad-Direttiva 2011/83/UE, meta l-kummerċjant joffri l-possibbiltà li jikkonkludi kuntratti mill-bogħod permezz ta’ interfaċċa online, bħal permezz ta’ sit web jew applikazzjoni, il-kummerċjant jenħtieġ li jkun obbligat li jippermetti lill-konsumatur jirreċedi minn tali kuntratt permezz ta’ funzjoni. Jenħtieġ li dan jiżgura li l-konsumaturi jkunu jistgħu jirreċedu minn kuntratt bl-istess faċilità daqs kemm jistgħu jikkonkluduh. Biex jinkiseb dan, jenħtieġ li l-kummerċjant jipprovdi lill-konsumatur b’funzjoni ta’ reċess li tkun faċli għall-konsumatur biex isib, tkun disponibbli b’mod kontinwu u viżibbli b’mod ċar matul il-perjodu ta’ reċess. Jenħtieġ li l-konsumatur ikun jista’ jsib u jaċċessa l-funzjoni b’mod faċli u sempliċi. Pereżempju, jenħtieġ li l-konsumatur ma jkollux għalfejn iwettaq proċeduri biex isib jew jaċċessa l-funzjoni, bħal tniżżil ta’ applikazzjoni jekk il-kuntratt ma jkunx ġie konkluż permezz ta’ dik l-applikazzjoni. Biex jiffaċilita l-proċess, il-kummerċjant jista’ pereżempju jipprovdi iperlinks li jwasslu lill-konsumatur għall-funzjoni ta’ reċess. Jenħtieġ li l-konsumatur jitħalla jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ reċess u jipprovdi jew jikkonferma l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat il-kuntratt. Pereżempju, konsumatur li jkun diġà identifika lilu nnifsu, pereżempju billi jilloggja, jenħtieġ li jkun jista’ jirreċedi mill-kuntratt mingħajr il-ħtieġa li jerġa’ jipprovdi l-identifikazzjoni tiegħu jew, fejn applikabbli, l-identifikazzjoni tal-kuntratt li minnu jixtieq jirreċedi. Sabiex jiġi evitat l-eżerċizzju mhux intenzjonat tad-dritt ta’ reċess mill-konsumatur, jenħtieġ li l-kummerċjant jitlob lill-konsumatur jikkonferma d-deċiżjoni ta’ reċess b’mezzi li jikkonfermaw l-intenzjoni tal-konsumatur li jagħmel dan. Jekk il-konsumatur ikun ordna diversi oġġetti jew servizzi fl-istess kuntratt mill-bogħod, il-kummerċjant jista’ jipprovdi lill-konsumatur il-possibbiltà li jirreċedi minn parti mill-kuntratt minflok minnu kollu. Meta l-konsumatur juża l-funzjoni li jeżerċita d-dritt ta’ reċess, jenħtieġ li l-kummerċjant jikkomunika lill-konsumatur konferma tar-riċevuta ta’ tali reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil mingħajr dewmien żejjed. Dan l-obbligu jenħtieġ li japplika mhux biss għal kuntratti mill-bogħod għal servizzi finanzjarji, iżda għall-kuntratti kollha mill-bogħod li huma soġġetti għad-dritt ta’ reċess skont id-Direttiva 2011/83/UE. L-għan tal-funzjoni ta’ reċess huwa li jiżdied l-għarfien tal-konsumaturi dwar id-dritt tagħhom ta’ reċess u li tiġi ssimplifikata l-possibbiltà li jibbenefikaw minn dak id-dritt, peress li fir-rigward tal-bejgħ mill-bogħod kemm ta’ prodotti jew servizzi finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji, il-konsumatur ma għandux il-possibbiltà li jirċievi spjegazzjonijiet personalment, jew li jsir jaf personalment dwar in-natura possibbilment kumplessa jew estensiva ta’ prodott jew servizz. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan l-obbligu jiġi stipulat mhux biss għal kuntratti mill-bogħod għal servizzi finanzjarji, iżda wkoll għal kuntratti mill-bogħod għal oġġetti u servizzi oħra fejn il-liġi tal-Unjoni tipprevedi dritt ta’ reċess biex jissaħħu l-possibiltajiet li l-konsumaturi joħorġu minn kuntratti permezz ta’ reċess. |
|
(38) |
Minbarra l-informazzjoni prekuntrattwali pprovduta lilhom mill-kummerċjant, il-konsumaturi xorta waħda jistgħu jeħtieġu assistenza biex jiddeċiedu liema servizz finanzjarju huwa l-aktar xieraq għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. L-għan ewlieni tal-għoti ta’ spjegazzjoni adegwata huwa li jiġi żgurat li l-konsumatur jifhem is-servizz finanzjarju offrut mill-kummerċjant qabel ma jiffirma l-kuntratt. Sabiex jiġi żgurat li dan l-objettiv jiġi ssodisfat, jenħtieġ li tingħata spjegazzjoni adegwata f’waqtha li tagħti lill-konsumatur biżżejjed żmien biex jirrevedih qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Is-sempliċi riproduzzjoni tal-informazzjoni prekuntrattwali tista’ ma tkunx biżżejjed u jenħtieġ għalhekk li tiġi evitata. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ servizz finanzjarju mill-bogħod, il-kummerċjanti jipprovdu din l-assistenza fir-rigward tas-servizzi finanzjarji li joffru lill-konsumatur, billi jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati li jikkonċernaw il-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratt, inkluż is-servizzi anċillari possibbli, u l-effetti speċifiċi li dak il-kuntratt jista’ jkollu fuq il-konsumatur. Fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratt, jenħtieġ li l-kummerċjant jispjega l-karatteristiċi ewlenin tal-offerta, bħall-prezz totali li għandu jitħallas mill-konsumatur lill-kummerċjant u d-deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tas-servizz finanzjarju, u l-impatt tiegħu fuq il-konsumatur, inkluż, fejn applikabbli, jekk is-servizzi anċillari jistgħux jiġu tterminati separatament u l-konsegwenzi ta’ din it-terminazzjoni. Fir-rigward tal-effetti speċifiċi tal-kuntratt propost, jenħtieg li l-kummerċjant jispjega wkoll il-konsegwenzi ewlenin tan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi kuntrattwali tiegħu. |
|
(39) |
Il-kuntratti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jistgħu jkunu ta’ natura finanzjarja differenti u għalhekk jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod li bih jingħataw dawn l-ispjegazzjonijiet għaċ-ċirkostanzi li fihom jiġi offrut is-servizz finanzjarju u għall-bżonn tal-konsumatur għal assistenza, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-esperjenza tal-konsumatur dwar is-servizz finanzjarju u n-natura tiegħu. Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur jikseb spjegazzjonijiet adegwati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-kummerċjanti jipprovdu tali spjegazzjonijiet lill-konsumatur b’mod faċli u sempliċi, fl-interess tal-konsumatur. |
|
(40) |
L-obbligu li jiġu pprovduti spjegazzjonijiet adegwati huwa partikolarment importanti meta l-konsumaturi jkollhom l-intenzjoni li jikkonkludu kuntratt ta’ servizz finanzjarju mill-bogħod u l-kummerċjant jipprovdi spjegazzjonijiet permezz ta’ għodod online kompletament awtomatizzati bħal chatbots, roboadvice, għodod interattivi jew mezzi simili. Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur jifhem l-effetti li l-kuntratt jista’ jkollu fuq is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu jew tagħha, il-konsumatur jenħtieġ li fil-fażi prekuntrattwali, dejjem ikun jista’ jikseb intervent uman f’isem il-kummerċjant, bla ħlas, matul il-ħinijiet tax-xogħol tal-kummerċjant. Il-konsumatur jenħtieġ li jkollu wkoll id-dritt, f’każijiet ġustifikati u mingħajr piż żejjed għall-kummerċjant, li jitlob intervent uman wara li jkun ġie konkluż il-kuntratt mill-bogħod. Dan jista’ jinkludi d-dritt għal intervent uman meta jiġġedded kuntratt, fil-każ ta’ diffikultajiet kbar għall-konsumatur jew meta tkun meħtieġa spjegazzjoni ulterjuri dwar it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali. |
|
(41) |
Id-dark patterns fuq l-interfaċċi online ta’ kummerċjanti huma prattiki li materjalment jgħawġu jew ifixklu, b’mod intenzjonali jew effettivament, il-kapaċità ta’ konsumaturi li huma riċevituri tas-servizz finanzjarju li jagħmlu għażliet jew deċiżjonijiet awtonomi u infurmati. Dan huwa partikolarment minnu għall-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod. Tali prattiki jistgħu jintużaw mill-kummerċjanti biex jipperswadu lill-konsumaturi li huma riċevituri tas-servizz tagħhom biex jinvolvu ruħhom f’imġiba mhux mixtieqa jew biex jieħdu deċiżjonijiet mhux mixtieqa li jista’ jkollhom konsegwenzi negattivi għalihom. Għalhekk, jenħtieġ li l-kummerċjanti jkunu pprojbiti milli jqarrqu bil-konsumaturi, jew “iħajruhom” li huma r-riċevituri tas-servizz tagħhom u milli jgħawġu jew ifixklu l-awtonomija, it-teħid ta’ deċiżjonijiet, jew l-għażla tagħhom permezz tal-istruttura, id-disinn jew il-funzjonalitajiet ta’ interfaċċja online jew parti minnha. Dan jista’ jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, għażliet ta’ disinn ta’ sfruttament biex il-konsumatur jiġi ddireġut lejn għażliet jew azzjonijiet li jkunu ta’ benefiċċju għall-kummerċjant, iżda li jaf ma jkunux fl-interess tal-konsumaturi, billi jiġu ppreżentati għażliet b’mod mhux newtrali, bħall-għoti ta’ aktar prominenza lil ċerti għażliet permezz ta’ komponenti viżivi, udittivi jew oħrajn, meta l-konsumatur jintalab jieħu deċiżjoni. Filwaqt li r-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jipprojbixxi lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji li joperaw pjattaformi online milli jużaw dark patterns fid-disinn u l-organizzazzjoni tal-interfaċċi online tagħhom, jenħtieġ li din id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri jipprevjenu lill-kummerċjanti li joffru servizzi finanzjarji mill-bogħod milli jużaw tali patterns meta jikkonkludu kuntratti għal tali servizzi. Id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u ta’ din id-Direttiva huma għalhekk komplementari, peress li japplikaw għal negozjanti li jaġixxu f’kapaċitajiet differenti. Peress li, minħabba l-kumplessità u r-riskji serji inerenti tagħhom, is-servizzi finanzjarji jistgħu jeħtieġu rekwiżiti dettaljati ulterjuri fir-rigward tad-dark patterns, l-Istati Membri, permezz ta’ deroga mil-livell sħiħ ta’ armonizzazzjoni, jenħtieġ li jitħallew iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar stretti, dment li tali dispożizzjonijiet ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni. Dik il-possibbiltà hija konformi mal-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), fir-rigward ta’ prattiki kummerċjali inġusti relatati mas-servizzi finanzjarji, li jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll rekwiżiti li huma aktar restrittivi jew preskrittivi fil-qafas tas-servizzi finanzjarji. |
|
(42) |
Is-servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fuq il-media soċjali, pereżempju mill-influwenzaturi. Il-konsumaturi jistgħu jiġu mħeġġa jieħdu deċiżjonijiet mingħajr ma jirriflettu dwar il-konsegwenzi u r-riskji implikati u jistgħu jixtru servizzi finanzjarji li ma jikkorrispondux għall-ħtiġijiet tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni tan-negozjanti fuq il-media soċjali li jippromwovu s-servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod u l-ħtieġa possibbli għal azzjoni f’dak ir-rigward. Dan jenħtieġ li jsir, pereżempju, fid-dawl tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni għal tali prattiki. Kien hemm każijiet fl-Istati Membri fejn prattiki tal-kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi qarrqu lill-konsumaturi permezz tar-reklamar ta’ ċerti prodotti ta’ servizzi finanzjarji fuq pjattaformi tal-media soċjali mingħajr ma ngħatat informazzjoni dwar ir-riskju ta’ telf għall-konsumaturi. Id-Direttiva 2005/29/KE fiha dispożizzjonijiet li jiżguraw li prattiki qarrieqa li jqarrqu jew li x’aktarx iqarrqu bil-konsumatur medju jkunu pprojbiti u li l-informazzjoni materjali li l-konsumatur medju jeħtieġ sabiex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali infurmata ma tkunx tista’ titħalla barra. Dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jitqiesu li jkopru prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi fuq il-pjattaformi tal-media soċjali. |
|
(43) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(44) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/65/KE jenħtieġ li tiġi revokata. |
|
(45) |
Billi l-objettiv ta’ din id-Direttiva, notevolment li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tikseb livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv. |
|
(46) |
F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (16), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġustifikata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2011/83/UE
Id-Direttiva 2011/83/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 6(1), il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 11a Eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess minn kuntratti mill-bogħod konklużi permezz ta’ interfaċċa online 1. Għal kuntratti mill-bogħod konklużi permezz ta’ interfaċċa online, il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jista’ wkoll jirtira mill-kuntratt billi juża funzjoni ta’ reċess. Il-funzjoni ta’ reċess għandha tkun ittikkettata bil-kliem ‘irtira mill-kuntratt hawnhekk’ jew formulazzjoni korrispondenti mhux ambigwa b’mod li tinqara faċilment. Il-funzjoni ta’ reċess għandha tkun disponibbli kontinwament matul il-perjodu ta’ reċess. Din għandha tintwera b’mod prominenti fuq l-interfaċċa online u tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumatur. 2. Il-funzjoni ta’ reċess għandha tippermetti lill-konsumatur jibgħat dikjarazzjoni ta’ reċess online li tinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni tiegħu li jirtira mill-kuntratt. Dik id-dikjarazzjoni ta’ reċess online għandha tippermetti lill-konsumatur jipprovdi jew jikkonferma faċilment l-informazzjoni li ġejja:
3. Ladarba l-konsumatur ikun lesta d-dikjarazzjoni ta’ reċess online f’konformità mal-paragrafu 2, il-kummerċjant għandu jippermetti lill-konsumatur jippreżentahielu permezz ta’ funzjoni ta’ konferma. Dik il-funzjoni ta’ konferma għandha tkun ittikkettata b’mod li jinqara faċilment, u biss bil-kliem ‘ikkonferma r-reċess’ jew b’formulazzjoni korrispondenti mhux ambigwa. 4. Ladarba l-konsumatur jattiva l-funzjoni ta’ konferma, il-kummerċjant għandu jibgħat lill-konsumatur konferma tar-riċevuta tar-reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil, inkluż il-kontenut tagħha u d-data u l-ħin tas-sottomissjoni tagħha, mingħajr dewmien żejjed. 5. Il-konsumatur għandu jitqies li jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ reċess fil-perjodu ta’ reċess rilevanti jekk ikun issottometta d-dikjarazzjoni ta’ reċess online imsemmija f’dan l-Artikolu qabel ma jkun skada dak il-perjodu.”; |
|
(4) |
jiddaħħal il-Kapitolu li ġej: “ KAPITOLU IIIa Regoli dwar kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod Artikolu 16a Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur 1. Fi żmien xieraq qabel ma l-konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur, b’mod ċar u li jinftiehem, l-informazzjoni li ġejja:
2. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġi garantit li tali informazzjoni tinftiehem faċilment mill-konsumatur. 3. Fil-każ ta’ komunikazzjonijiet telefoniċi bil-vuċi, l-identità tal-kummerċjant u l-iskop kummerċjali tat-telefonata mibdija mill-kummerċjant għandhom ikunu ċari b’mod espliċitu fil-bidu ta’ kwalunkwe telefonata mal-konsumatur. Meta telefonata tkun qed tiġi rrekordjata, jew tista’ tiġi rrekordjata, il-kummerċjant għandu jinnotifika wkoll lill-konsumatur li dan huwa l-każ. 4. B’deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ komunikazzjonijiet telefoniċi bil-vuċi kif imsemmi fil-paragrafu 3, jekk il-konsumatur jaqbel b’mod espliċitu, il-kummerċjant jista’ jipprovdi biss l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (f), (g), (k) u (p) tal-paragrafu 1 qabel ma l-konsumatur jintrabat bil-kuntratt mill-bogħod. F’dak il-każ il-kummerċjant għandu jinforma lill-konsumatur dwar in-natura u d-disponibbiltà tal-informazzjoni l-oħra msemmija fil-paragrafu 1. Il-kummerċjant għandu jipprovdi dik l-informazzjoni l-oħra meħtieġa mill-paragrafu 1 fuq mezz li jservi għal żmien twil immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod. 5. Fil-każ li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi pprovduta anqas minn jum qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt mill-bogħod, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kummerċjant jibgħat tfakkira lill-konsumatur dwar il-possibbiltà li jirreċedi mill-kuntratt mill-bogħod u dwar il-proċedura li jrid isegwi għar-reċess, f’konformità mal-Artikolu 16b. Dik it-tfakkira għandha tingħata lill-konsumatur, fuq mezz li jservi għal żmien twil, bejn jum u sebat ijiem wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod. 6. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-konsumatur fuq mezz li jservi għal żmien twil u tkun tinqara faċilment. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata fuq talba f’format xieraq u aċċessibbli għall-konsumaturi b’diżabilità, inkluż persuni b’insuffiċjenza fil-vista. 7. Ħlief għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (f), (g), (k), u (p), il-kummerċjant għandu jitħalla jippreżenta l-informazzjoni f’layers meta l-informazzjoni tingħata b’mezzi elettroniċi. Meta l-informazzjoni f’layers, għandu jkun possibbli li wieħed jara, jissejvja u jistampa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bħala dokument wieħed. F’każijiet bħal dawn, il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi ppreżentat bl-informazzjoni prekuntrattwali kollha msemmija fil-paragrafu 1 qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod. 8. Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant. 9. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet aktar stretti dwar rekwiżiti ta’ informazzjoni pre-kuntrattwali minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, meta d-dispożizzjonijiet ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni. 10. Meta att ieħor tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi jkun fih regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, ir-regoli ta’ dak l-att tal-Unjoni biss għandhom japplikaw għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi, irrispettivament mil-livell ta’ dettall ta’ dawk ir-regoli, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-att tal-Unjoni. Meta dak l-att l-ieħor tal-Unjoni ma jkunx fih regoli dwar informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess, il-kummerċjant għandu jinforma lill-konsumatur dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ tali dritt f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (p). Artikolu 16b Dritt ta’ reċess minn kuntratti mill-bogħod għal servizzi finanzjarji 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu perjodu ta’ 14-il jum kalendarju sabiex jirtira mill-kuntratt mingħajr penali u mingħajr ma jagħti raġuni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż għal 30 jum kalendarju f’kuntratti mill-bogħod relatati ma’ operazzjonijiet ta’ pensjoni personali. Il-perjodu tar-reċess imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibda jew:
2. Id-dritt ta’ reċess ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:
3. Il-konsumatur għandu jitqies li jkun eżerċita d-dritt ta’ reċess tiegħu fil-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 jekk ikun bagħat il-komunikazzjoni rigward l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess qabel ikun skada dak il-perjodu. 4. Meta servizz anċillari relatat mal-kuntratt mill-bogħod għal servizz finanzjarju jiġi pprovdut mill-kummerċjant jew minn parti terza abbażi ta’ ftehim bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant, il-konsumatur ma għandux ikun marbut bil-kuntratt anċillari jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ reċess f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Fejn il-konsumatur jagħżel li jittermina l-kuntratt anċillari, dan għandu jkun mingħajr ebda spiża għall-konsumatur. 5. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola tad-dritt nazzjonali li tistabbilixxi perjodu ta’ żmien li matulu ma jistax jibda t-twettiq tal-kuntratt. 6. Meta att ieħor tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi jkun fih regoli dwar id-dritt ta’ reċess, ir-regoli dwar id-dritt ta’ reċess ta’ dak l-att tal-Unjoni biss għandhom japplikaw għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-att l-ieħor tal-Unjoni. Fejn dak l-att l-ieħor tal-Unjoni jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jagħżlu bejn id-dritt ta’ reċess u alternattiva, bħal perjodu ta’ riflessjoni, ir-regoli korrispondenti ta’ dak l-att tal-Unjoni biss għandhom japplikaw għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-att l-ieħor tal-Unjoni. 7. B’deroga minn dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li minflok japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin għas-servizzi finanzjarji li ġejjin fir-rigward tad-dritt ta’ reċess jew perjodu ta’ riflessjoni:
Artikolu 16c Ħlas tas-servizz ipprovdut qabel r-reċess 1. Meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess skont l-Artikolu 16b, il-konsumatur jista’ jintalab iħallas biss għas-servizz li fil-fatt ikun ipprovdilu l-kummerċjant f’konformità mal-kuntratt mill-bogħod. Il-konsumatur għandu jħallas għal dak is-servizz mingħajr dewmien żejjed. L-ammont pagabbli ma għandux:
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-konsumaturi ma jistgħu jintalbu jħallsu l-ebda ammont talli jirreċedu minn kuntratt ta’ assigurazzjoni. 3. Il-kummerċjant jista’ jitlob li l-konsumatur ma jħallas l-ebda ammont abbażi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sakemm il-kummerċjant ma jkunx jista’ jipprova li l-konsumatur kien infurmat kif xieraq dwar l-ammont pagabbli, f’konformità mal-Artikolu 16a(1), il-punt (p). Madankollu, il-kummerċjant ma jistax jitlob tali ħlas jekk il-kummerċjant ikun beda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ reċess previst fl-Artikolu 16b(1) mingħajr it-talba minn qabel tal-konsumatur. 4. Il-fornitur għandu, mingħajr dewmien bla bżonn u sa mhux iktar minn 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-kummerċjant jirċievi n-notifika ta’ reċess, jirritorna lill-konsumatur kwalunkwe somma li l-kummerċjant ikun irċieva mingħandu f’konformità mal-kuntratt mill-bogħod, ħlief għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1. 5. Il-konsumatur għandu jirritorna lill-kummerċjant kwalunkwe somma li jkun irċieva mill-kummerċjant mingħajr dewmien bla bżonn u mhux aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-konsumatur jirtira mill-kuntratt. Artikolu 16d Spjegazzjonijiet adegwati 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kummerċjanti jkunu meħtieġa jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur rigward il-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji proposti li jagħmluha possibbli għall-konsumatur li jivvaluta jekk il-kuntratt propost u s-servizzi anċillari humiex adattati għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu jew tagħha. Tali spjegazzjonijiet għandhom jingħataw lill-konsumatur mingħajr ħlas u qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. L-ispjegazzjonijiet għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
2. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-mod li bih, kif ukoll sa fejn, jingħataw l-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod u l-kamp ta’ applikazzjoni skont il-kuntest li fih jiġi offrut is-servizz finanzjarju, il-persuna lil min jiġi offrut u n-natura tas-servizz finanzjarju offrut. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’każ li l-kummerċjant juża għodod online, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jitlob u jikseb intervent uman fl-istadju prekuntrattwali u, f’każijiet ġustifikati wara li jkun ġie konkluż il-kuntratt mill-bogħod, bl-istess lingwa bħal dik użata għall-informazzjoni prekuntrattwali pprovduta f’konformità mal-Artikolu 16a(1). 4. Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ spjegazzjoni adegwata stabbiliti f’dan l-Artikolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant. 5. Meta att ieħor tal-Unjoni li jirregola servizzi finanzjarji speċifiċi jkun fih regoli dwar l-ispjegazzjonijiet adegwati li għandhom jiġu pprovduti lill-konsumatur, ir-regoli dwar l-ispjegazzjonijiet adegwati ta’ dak l-att tal-Unjoni biss għandhom japplikaw għal dawk is-servizzi finanzjarji speċifiċi, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-att tal-Unjoni. Artikolu 16e Protezzjoni addizzjonali fir-rigward tal-interfaċċi online 1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE u r-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kummerċjanti, meta jikkonkludu kuntratti ta’ servizzi finanzjarji mill-bogħod, ma jfasslux, ma jorganizzawx jew ma joperawx l-interfaċċi online tagħhom, kif definit fl-Artikolu 3(m) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5), b’mod li jqarraq jew jimmanipula l-konsumaturi li huma riċevituri tas-servizz tagħhom jew b’xi mod ieħor joħloq distorsjoni jew ifixkel il-kapaċità tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet liberi u infurmati. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, jindirizzaw mill-inqas waħda mill-prattiki li ġejjin min-negozjanti:
2. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet aktar stretti rigward ir-rekwiżiti għan-negozjanti stipulati fil-paragrafu 1, fejn id-dispożizzjonijiet ikunu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. (*1) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)." (*2) Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22)." (*3) Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34)." (*4) Id-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE (ĠU L, 2023/2225, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2225/oj)." (*5) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).”;" |
|
(5) |
fl-Artikolu 24, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. Fir-rigward tal-ksur tal-miżuri adottati skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1b) applikabbli għal kuntratti mill-bogħod għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiġu imposti penali f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, dawn jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali għall-impożizzjoni ta’ multi, jew it-tnejn li huma.”, |
|
(6) |
fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Meta Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe waħda mill-għażliet regolatorji msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(1a) u (3), l-Artikolu 16, it-tieni u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 16a (2) u (9), l-Artikolu 16b(7) u l-Artikolu 16e, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan sad-19 ta’ Diċembru 2025, kif ukoll bi kwalunkwe bidla sussegwenti.” |
|
(7) |
L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni u rieżami
1. Sa mhux iktar tard mid-19 ta’ Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mid-19 ta’ Ġunju 2026.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li kull referenza fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva revokata b’din id-Direttiva, għandha tinftiehem bħala referenza għal din id-Direttiva. L-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza u kif dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi formulata.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin fil-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3. Sal-31 ta’ Lulju 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż il-funzjoni ta’ reċess. Dak ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-funzjonament tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod fl-Unjoni u l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq liġi rilevanti oħra tal-Unjoni.
Artikolu 3
Tħassir
Id-Direttiva 2002/65/KE hija mħassra b’effett mid-19 ta’ Ġunju 2026.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-Direttiva 2011/83/UE, kif emendata b’din id-Direttiva, u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Novembru 2023.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
P. NAVARRO RÍOS
(1) ĠU C 486, 21.12.2022, p. 139.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ottubru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2023.
(3) Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).
(4) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(5) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar it-tifsira ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(6) Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).
(8) Ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).
(10) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(11) Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).
(12) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(13) Id-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE (ĠU L, 2023/2225, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2225/oj).
(14) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
ANNESS I
L-Anness I għad-direttiva 2011/83/UE huwa emendat kif ġej:
F’“A. Mudell ta’ istruzzjonijiet dwar ir-reċess”, taħt l-intestatura “Istruzzjonijiet biex timla l-formola”, l-istruzzjoni 3 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“[3] |
Jekk għandek l-obbligu li tipprovdi funzjoni li tippermetti lill-konsumatur jirtira mill-kuntratt konkluż online, daħħal dan li ġej: ‘Tista’ wkoll teżerċita d-dritt tiegħek ta’ reċess online fi [daħħal l-indirizz tal-Internet jew spjegazzjoni xierqa oħra ta’ fejn il-funzjoni ta’ reċess hija disponibbli]. Jekk tuża din il-karatteristika online, aħna nibgħatulek konferma tar-riċevuta tar-reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil (eż. permezz tal-posta elettronika), inkluż il-kontenut tiegħu u d-data u l-ħin tas-sottomissjoni tiegħu, mingħajr dewmien żejjed.’ Jekk tagħti lill-konsumatur il-possibbiltà li jimla u jibgħat elettronikament l-informazzjoni dwar ir-reċess tiegħu mill-kuntratt fuq is-sit elettroniku tiegħek, daħħal dan li ġej: ‘Tista’ wkoll timla u tibgħat elettronikament il-formola standard ta’ reċess jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita fuq is-sit elettroniku tagħna [daħħal l-indirizz tal-Internet]. Fil-każ li tagħmel din l-għażla, nibgħatulek mill-aktar fis konferma li rċevejna r-reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil (eż. email).’”. |
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 2002/65/KE |
Id-Direttiva 2011/83/UE, kif emendata b’din id-Direttiva |
|
Artikolu 1(1) |
— |
|
Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(1b), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(1b), it-tielet u r-raba subparagrafu |
|
Artikolu 2, il-punt (a) |
Artikolu 2, il-punt (7) |
|
Artikolu 2, il-punt (b) |
Artikolu 2, il-punt (12) |
|
Artikolu 2, il-punt (c) |
Artikolu 2, il-punt (2) |
|
Artikolu 2, il-punt (d) |
Artikolu 2, il-punt (1) |
|
Artikolu 2, il-punt (e) |
Artikolu 2, il-punt (7) |
|
Artikolu 2, il-punt (f) |
Artikolu 2, il-punt (10) |
|
Artikolu 2, il-punt (g) |
— |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 16a(1) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 1(a), (b) u (c) |
Artikolu 16a(1), il-punti (a) u (b) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 1(d) |
Artikolu 16a(1), il-punt (d) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 1(e) |
Artikolu 16a(1), il-punt (e) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 2(a) |
Artikolu 16a(1), il-punt (f) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 2(b) |
Artikolu 16a(1), il-punt (g) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 2(c) |
Artikolu 16a(1), il-punt (j) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 2(d) |
Artikolu 16a(1), il-punt (k) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 2(e) |
Artikolu 16a(1), il-punt (l) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 2(f) |
Artikolu 16a(1), il-punt (m) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 2(g) |
Artikolu 16a(1), il-punt (n) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 3(a) |
Artikolu 16a(1), il-punt (p) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 3(b) |
Artikolu 16a(1), il-punt (q) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 3(c) |
Artikolu 16a(1), il-punt (r) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 3(d) |
Artikolu 16a(1), il-punt (s) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 3(e) |
— |
|
Artikolu 3(1), il-punt 3(f) |
Artikolu 16a(1), il-punt (t) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 3(g) |
Artikolu 16a(1), il-punt (u) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 4(a) |
Artikolu 16a(1), il-punt (v) |
|
Artikolu 3(1), il-punt 4(b) |
Artikolu 16a(1), il-punt (w) |
|
Artikolu 3(2) |
— |
|
Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 16a(3) |
|
Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) u t-tieni subparagrafu |
Artikolu 16a(4) |
|
Artikolu 3(4) |
— |
|
Artikolu 4(1) u (5) |
Artikolu 16a(10) |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 16a(9) |
|
Artikolu 4(3) u (4) |
— |
|
Artikolu 5(1) |
Artikolu 16a(1), l-ewwel subparagrafu, (5) u (6), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 5(2) |
— |
|
Artikolu 5(3) |
— |
|
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 16b(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza |
— |
|
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 16b(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) |
|
Artikolu 6(1), it-tieni sentenza, it-tieni inċiż |
Artikolu 16b(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) |
|
Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu |
— |
|
Artikolu 6(2), il-punt (a) |
Artikolu 16b(2), il-punt (a) |
|
Artikolu 6(2), il-punt (b) |
Artikolu 16b(2), il-punt (b) |
|
Artikolu 6(2), il-punt (c) |
Artikolu 16b(2), il-punt (c) |
|
Artikolu 6(3), (4), (5), (6), (7) u (8) |
— |
|
Artikolu 7(1), formulazzjoni introduttorja |
Artikolu 16c(1), formulazzjoni introduttorja |
|
Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 16c(1), il-punt (a) |
|
Artikolu 7(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 16c(1), il-punt (b) |
|
Artikolu 7(2) |
Artikolu 16c(2) |
|
Artikolu 7(3) |
Artikolu 16c(3) |
|
Artikolu 7(4) |
Artikolu 16c(4) |
|
Artikolu 7(5) |
Artikolu 16c(5) |
|
Artikolu 9 |
— |
|
Artikolu 10 |
— |
|
Artikolu 11, l-ewwel u t-tielet paragrafu |
Artikolu 24(1) |
|
Artikolu 11, it-tieni paragrafu |
— |
|
Artikolu 12(1) |
Artikolu 25, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 12(2) |
— |
|
Artikolu 13(1) |
Artikolu 23(1) |
|
Artikolu 13(2) |
Artikolu 23(2) |
|
Artikolu 13(3) |
— |
|
Artikolu 14 |
— |
|
Artikolu 15 |
— |
|
Artikolu 16 |
— |
|
Artikolu 17 |
— |
|
Artikolu 18 |
— |
|
Artikolu 19 |
— |
|
Artikolu 20 |
— |
|
Artikolu 21 |
— |
|
Artikolu 22 |
— |
|
Artikolu 23 |
— |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2673/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)