|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2670 |
24.11.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2670
22 ta' Novembru 2023
li jemenda għat-339 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-14 ta’ Novembru 2023, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jemenda ħames entrati fil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta' Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Id-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
(1)
L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 qed jiġu sostitwiti kif ġej:|
(a) |
“Mohamed Amin Mostafa. Data tat-twelid: 11.10.1975. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Via della Martinella 132, Parma, l-Italja (Domiċilju). Informazzjoni oħra: Taħt miżura ta’ kontroll amministrattiv fl-Italja skedata li tiskadi fil-15 ta’ Jannar 2012. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.” hija sostitwita b’dan li ġej: “Mohamed Amin Mostafa (kitba oriġinali محمد أمين مصطفى). Data tat-twelid: 11.10.1975. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Indirizz: Via della Martinella 132, Parma, l-Italja (Domiċilju). Informazzjoni oħra: Taħt miżura ta’ kontroll amministrattiv fl-Italja li skadiet fil-15 ta’ Jannar 2012. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.” |
|
(b) |
"Said Jan ‘Abd Al-Salam (magħruf ukoll bħala (a) Sa’id Jan ‘Abd-al-Salam, (b) Dilawar Khan Zain Khan, (c) Qazi ‘Abdallah, (d) Qazi Abdullah, (e) Ibrahim Walid, (f) Qasi Sa’id Jan, (g) Said Jhan, (h) Farhan Khan, (i) Aziz Cairo, (j) Nangiali). Data tat-twelid: (a) 5.2.1981, (b) 1.1.1972. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-Passaport: (a) OR801168 (passaport Afgan taħt l-isem ta’ Said Jan ‘Abd al-Salam maħruġ fit-28.2.2006, jiskadi fis-27.2.2011), (b) 4117921 (Passaport Pakistani taħt l-isem ta’ Dilawar Khan Zain Khan maħruġ fid-9.9.2008, jiskadi fid-9.9.2013). Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 281020505755 (numru tal-Identifikazzjoni Ċivili tal-Kuwajt taħt l-isem Said Jan ‘Abd al-Salam). Tagħrif ieħor: Madwar l-2005, mexxa kamp ta’“taħriġ bażiku” għal Al-Qaida fil-Pakistan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.2.2011.” hija sostitwita b’dan li ġej: ‘Said Jan ‘Abd Al-Salam (kitba oriġinali: سعید جان عبد السلام)(Psewdonimi ta’ kwalità għolja (a) Sa’id Jan ‘Abd-al-Salam, (b) Dilawar Khan Zain Khan; Psewdonomi ta’ kwalità baxxa (a) Qazi ‘Abdallah, (b) Qazi Abdullah, (c) Ibrahim Walid, (d) Qasi Sa’id Jan, (e) Said Jhan, (f) Farhan Khan, (g) Aziz Cairo, (h) Nangiali). Data tat-twelid: (a) 5.2.1981, (b) 1.1.1972. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-Passaport: (a) OR801168 (passaport Afgan taħt l-isem ta’ Said Jan ‘Abd al-Salam maħruġ fit-28.2.2006, skada fis-27.2.2011), (b) 4117921 (Passaport Pakistani taħt l-isem ta’ Dilawar Khan Zain Khan maħruġ fid-9.9.2008, skada fid-9.9.2013). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: 281020505755 (numru tal-Identifikazzjoni Ċivili tal-Kuwajt taħt l-isem Said Jan ‘Abd al-Salam). Informazzjoni oħra: Bejn wieħed u ieħor fl-2005, mexxa kamp ta’ “taħriġ bażiku” għal Al-Qaida fil-Pakistan. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 9.2.2011.” |
|
(c) |
“Iyad ag Ghali (alias (a) Sidi Mohamed Arhali). Funzjoni: Mexxej ta' Ansar Eddine. Indirizz: Il-Mali. Data tat-twelid: (a) 1.1.1958; (b) 1958. Post tat-twelid: (a) Abeibara, reġjun ta’ Kidal, il-Mali; (b) Bouressa, reġjun ta’ Bourem, il-Mali. Nru tal-Passaport: A1037434 (passaport tal-Mali maħruġ fl-10.8.2001, li jiskadi fil-31.12.2014). Informazzjoni oħra: (a) Isem missieru huwa Ag Bobacer Arhali, isem ommu huwa Rhiachatou Wallet Sidi; (b) ċertifikat tat-twelid tal-Mali Nru 012546. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 25.2.2013.” hija sostitwita b’dan li ġej: ‘Iyad ag Ghali (kitba oriġinali: اياد اغ غالي) (Psewdonimu ta’ kwalità għolja (a) Sidi Mohamed Arhali). Funzjoni: Fundatur u mexxej ta’ Ansar Eddine. Indirizz: Il-Mali. Data tat-twelid: (a) 1.1.1958; (b) 1958. Post tat-twelid: (a) Abeibara, reġjun ta’ Kidal, il-Mali; (b) Bouressa, reġjun ta’ Bourem, il-Mali. Nru tal-Passaport: A1037434 (passaport tal-Mali maħruġ fl-10.8.2001, li skada fil-31.12.2014). Informazzjoni oħra: (a) Isem missieru huwa Ag Bobacer Arhali, isem ommu huwa Rhiachatou Wallet Sidi; (b) ċertifikat tat-twelid tal-Mali Nru 012546. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 25.2.2013.” |
|
(d) |
“Abu Mohammed Al-Jawlani (alias (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Shaykh al-Fatih, (i) Al Fatih, (j) Amjad Muzaffar Hussein Ali al-Naimi, (k) Abu Ashraf). Data tat-twelid: (a) Bejn l-1975 u l-1979; (b) 1980. Post tat-twelid: Is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjan. Indirizz (a) Mosul, Souq al-Nabi Yunis; (b) Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Tagħrif ieħor: Isem l-omm: Fatma Ali Majour. Deskrizzjoni: Karnaġġjon skur. Tul: 1.70m. Ir-ritratt huwa disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta’ bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 24.7.2013.” hija sostitwita b’dan li ġej: ‘Abu Mohammed Al-Jawlani (kitba oriġinali: أبو محمد الجولاني) (Psewdonimu ta’ kwalità għolja (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Amjad Muzaffar Hussein Ali al-Naimi; Psewdonimu ta’ kwalità baxxa (a) شيخ الفاتح ، الفاتح (b) Shaykh al-Fatih, (c) Al Fatih, (d) Abu Ashraf). Data tat-twelid: (a) Bejn l-1975 u l-1979; (b) 1980. Post tat-twelid: Is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjan. Indirizz (a) Mosul, Souq al-Nabi Yunis; (b) Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Tagħrif ieħor: Isem l-omm: Fatma Ali Majour. Deskrizzjoni: Karnaġġjon skur. Tul: 1.70m. Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 24.7.2013.” |
(2)
L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hija sostitwita kif ġej:|
(a) |
“Makhtab Al-Khidamat (alias (a) MAK, (b) Al Kifah). Tagħrif ieħor: Assorbita f’Al-Qaida. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 6.10.2001.” hija sostitwita b’dan li ġej: ‘Makhtab Al-Khidamat (kitba oriġinali: مكتب الخدمات) (alias (a) MAK, (b) Al Kifah, (c) Afghan Service Bureau). Informazzjoni oħra: Assorbita f’Al-Qaida. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 6.10.2001.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2670/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)