European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2638

22.11.2023

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/2638

tal-20 ta’ Novembru 2023

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2024 u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni li jqisu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, meta jkunu rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u minn korpi konsultattivi oħra, u kwalunkwe parir li jasal mingħand il-kunsilli konsultattivi.

(2)

Il-Kunsill għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kundizzjonijiet li huma marbuta b’mod funzjonali ma’ dawk l-opportunitajiet tas-sajd, kif xieraq. Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd (PKS) kif stabbilit fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 16(1) ta’ dak ir-Regolament, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri b’tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk jew sajda.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-qabdiet totali permissibbli (TACs) jiġu stabbiliti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, billi jitqiesu l-implikazzjonijiet bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, u filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, tal-aringa u tal-laċċa kaħla fil-Baħar Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. L-għan ta’ dak il-pjan huwa li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirripristina l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom ’il fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY). Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li, għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dawk il-pjanijiet pluriennali.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ffissati biex tinkiseb il-mortalità mis-sajd fil-livell tal-MSY, espressa f’meded, mill-aktar fis possibbli u fuq bażi progressiva u inkrementali, sa mhux aktar tard mill-2020. Il-limiti tal-qbid applikabbli fl-2024 għall-istokkijiet rilevanti fil-Baħar Baltiku jenħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti f’konformità mar-regoli u l-objettivi tal-pjan pluriennali stabbiliti minn dak ir-Regolament.

(6)

Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika l-parir annwali tiegħu għall-istokkijiet tal-Baltiku fil-31 ta’ Mejju 2023.

(7)

Hemm ċerti stokkijiet koperti bir-Regolament (UE) 2016/1139 li għalihom l-ICES jirrakkomanda qabdiet żero. Madankollu, kieku t-TACs jiġu stabbiliti fil-livelli rakkomandati, l-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha, inkluż il-qabdiet aċċessorji minn dawk l-istokkijiet f’sajd imħallat, iwassal għall-fenomenu ta’ “speċi bi kwota limitanti”. Speċi bi kwota limitanti hija speċi b’nuqqas ta’ kwota li tista’ twassal biex bastiment tas-sajd wieħed jew aktar jieqaf jistad anke jekk ikun għad għandhom kwota għal speċijiet oħra. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti TACs speċifiċi għal qabdiet aċċessorji għal dawk l-istokkijiet sabiex jinkiseb bilanċ bejn iż-żamma tas-sajd, minħabba l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi potenzjalment serji li jirriżultaw min-nuqqas ta’ dan, u l-ħtieġa li jinkiseb status bijoloġiku tajjeb għal dawk l-istokkijiet, filwaqt li titqies id-diffikultà tas-sajd tal-istokkijiet kollha f’sajd imħallat b’MSY. Jenħtieġ li dawk it-TACs għal qabdiet aċċessorji jiġu stabbiliti f’livelli li jiżguraw li l-mortalità għal dawk l-istokkijiet titnaqqas u jipprovdu inċentivi biex tittejjeb is-selettività u biex jiġu evitati l-qabdiet aċċessorji ta’ dawk l-istokkijiet. Sabiex jitnaqqsu l-qabdiet tal-istokkijiet li għalihom jiġu stabbiliti t-TACs tal-qabdiet aċċessorji, jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għall-attivitajiet tas-sajd li fihom jinqabad il-ħut minn dawk l-istokkijiet jiġu ffissati f’livelli li jgħinu biex il-bijomassa tal-istokkijiet vulnerabbli tirkupra għal livelli sostenibbli.

(8)

Skont l-ICES, il-maġġoranza l-kbira tas-sajd fil-Baħar Baltiku għandu mill-inqas xi livell ta’ taħlit bejn l-ispeċijiet. Dak it-taħlit jikkonċerna kemm speċijiet ġestiti minn TAC tal-Unjoni kif ukoll speċijiet mhux ġestiti minn TAC. L-aktar livell importanti ta’ taħlit iseħħ bejn l-ispeċijiet pelaġiċi u l-ispeċijiet demersali. Għall-2024, l-ICES jagħti parir li ma jsir l-ebda qbid tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent, tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant u tas-salamun fil-baċir ewlieni. Barra minn hekk, il-parir ta’ prekawzjoni tal-ICES għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent huwa estremament baxx. Għalhekk, jekk it-TACs għal dawn l-istokkijiet jiġu stabbiliti fil-livelli rakkomandati mill-ICES, dan iwassal biex bastimenti li jistadu għall-barbun tat-tbajja’ b’mod partikolari jieqfu mis-sajd fl-2024. Abbażi tad-data mill-Osservatorju Ewropew tas-Suq għall-Prodotti tas-Sajd u l-Akkwakultura (EUMOFA), il-valur tal-ewwel bejgħ tas-sajd tal-barbun tat-tbajja’ li jista’ jinqabad fil-limiti tat-TACs proposti huwa stmat għal EUR 24,5 miljun. Ħafna attivitajiet tas-sajd, b’mod partikolari s-sajd kostali fuq skala żgħira, għal speċijiet mhux ġestiti minn TAC tal-Unjoni, b’mod partikolari speċijiet oħra ta’ ħut ċatt, ikun jeħtieġ ukoll li jieqfu fl-2024. Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC għall-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet bi kwota limitanti tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent, tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, u tas-salamun fil-baċir ewlieni taħt ċerti kundizzjonijiet.

(9)

Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, l-ICES jistma li l-bijomassa tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant għadha taħt il-punt ta’ referenza ta’ limitu għall-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu huwa possibbli li l-kapaċità riproduttiva titnaqqas (Blim) u bilkemm żdiedet meta mqabbla mal-2022. Għalhekk, għall-ħames sena konsekuttiva, l-ICES jagħti l-parir li ma jinqabad l-ebda bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant. F’dawn iċ-ċirkostanzi, skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jixraq li s-sajd immirat jinżamm magħluq u li l-miżuri ta’ rimedju, li huma marbuta b’mod funzjonali, jinżammu kif inhuma. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli jiġu stabbiliti f’livell baxx filwaqt li jiġi evitat li jseħħ il-fenomenu ta’ speċijiet bi kwoti limitanti.

(10)

Fir-rigward tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent, l-ICES iddegrada l-parir tiegħu, minħabba inċertezzi kontinwi, għal parir ta’ prekawzjoni. Issa jidher li l-istokk ilu taħt il-Blim għall-biċċa l-kbira ta’ dawn l-aħħar 15-il sena u fl-2022 kien f’livell storikament baxx. Il-parir ta’ prekawzjoni dwar il-qbid huwa f’livell baxx ħafna. F’dawn iċ-ċirkostanzi, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jixraq li s-sajd immirat jinżamm magħluq, u li jinżammu l-miżuri ta’ rimedju, li huma marbuta b’mod funzjonali, u li jingħalaq is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli jiġu ffissati f’livell baxx filwaqt li jiġi evitat li jseħħ il-fenomenu ta’ speċijiet bi kwoti limitanti.

(11)

Fir-rigward tas-salamun fis-subdiviżjonijiet 22 sa 31 tal-ICES, l-ICES żamm mal-parir tiegħu li ma jsir l-ebda qbid, illimita l-possibbiltà tas-sajd kostali immirat kontinwu li jsir fis-sajf għas-subdiviżjoni 31 tal-ICES u naqqas il-parir tiegħu dwar il-qbid skont dan. Skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, f’dawn iċ-ċirkostanzi, jixraq li ż-żona tas-sajd u l-livell tal-opportunitajiet tas-sajd jiġu aġġustati f’konformità mal-parir tal-ICES, u li l-miżuri ta’ rimedju, li huma marbuta b’mod funzjonali, jinżammu kif inhuma.

(12)

Sabiex jiġi żgurat l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd kostali fis-subdiviżjoni 32 tal-ICES, fl-2019 ġiet introdotta flessibbiltà limitata bejn iż-żoni għas-salamun bejn is-subdiviżjonijiet 22 sa 31 tal-ICES u s-subdiviżjoni 32 tal-ICES. Minħabba l-bidliet fl-opportunitajiet tas-sajd għal dawk iż-żewġ stokkijiet, jixraq li dik il-flessibbiltà tinżamm.

(13)

Il-projbizzjoni tas-sajd għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi u l-limitazzjoni tal-qabdiet aċċessorji tat-trota tal-baħar għal 3 % tal-qabda kkombinata tat-trota tal-baħar u tas-salamun ikkontribwew għat-tnaqqis sostanzjali tar-rapportar ħażin sinifikanti li sar preċedentement dwar il-qabdiet fis-sajd għas-salamun, b’mod partikolari bħala qabdiet tat-trota tal-baħar. Għalhekk, jixraq li jinżammu r-restrizzjonijiet eżistenti sabiex jinżamm livell baxx ta’ rapportar ħażin.

(14)

Jenħtieġ li l-miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw u s-salamun, u l-miżuri għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tat-trota tal-baħar u tas-salamun ikunu mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti skont l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(15)

Fir-rigward tal-aringa fil-Golf ta’ Bothnia, li s-sajd għaliha huwa ta’ importanza soċjoekonomika kbira, l-ICES ipprovda parir dwar l-MSY b’meded ta’ qabdiet. Fl-istess ħin, il-bijomassa ta’ dak l-istokk tinsab taħt il-punt ta’ referenza li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta’ ġestjoni speċifika u xierqa (Btrigger), u hemm probabbiltà li l-istokk jinżel taħt il-Blim fl-2025. F’dawn iċ-ċirkostanzi, skont ir-Regolament (UE) 2016/1139, jixraq li jiġu stabbiliti opportunitajiet tas-sajd fil-medda inferjuri tal-mortalità mis-sajd li tirriżulta fl-MSY (FMSY).

(16)

Fir-rigward tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent, l-ICES jistma li filwaqt li l-bijomassa tal-istokk żdiedet, hija biss 71 % tal-Blim. Barra minn hekk, ir-reklutaġġ għadu f’livelli storikament baxxi u l-bijomassa mhijiex mistennija li fl-2025 tirkupra ’l fuq mill-Blim. Għalhekk, għas-sitt sena konsekuttiva, l-ICES jagħti l-parir li ma tinqabad l-ebda aringa tal-Baltiku tal-Punent. F’dawk iċ-ċirkostanzi, skont ir-Regolament (UE) 2016/1139, jixraq li s-sajd immirat jinżamm magħluq u li l-opportunitajiet tas-sajd għall-qabdiet aċċessorji inevitabbli jiġu stabbiliti f’livell baxx filwaqt li jiġi evitat li jseħħ il-fenomenu ta’ speċijiet bi kwoti limitanti.

(17)

Fir-rigward tal-aringa tal-Baltiku Ċentrali, li s-sajd tagħha huwa ta’ importanza soċjoekonomika kbira, l-ICES ipprovda parir dwar l-MSY b’meded ta’ qabdiet. Fl-istess ħin, l-ICES jistma li l-bijomassa ta’ dak l-istokk kien taħt il-Blim għall-biċċa l-kbira ta’ dawn l-aħħar 30 sena, inkluż f’dawn l-aħħar snin, u li hemm probabbiltà li l-bijomassa ta’ dak l-istokk jibqa’ taħt il-Blim fl-2025. F’dawk iċ-ċirkostanzi, skont ir-Regolament(UE) 2016/1139, jixraq li jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd fil-medda inferjuri tal-FMSY u li jiġi stabbilit għeluq fiż-żmien riproduttiv għas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku bħala miżura ta’ rimedju addizzjonali funzjonalment marbuta mal-opportunitajiet tas-sajd.

(18)

Fir-rigward tal-aringa fil-Golf ta’ Riga, l-ICES jistma li l-bijomassa tinsab ’il fuq mill-Btrigger u l-pressjoni tas-sajd fil-livell tal-FMSY. Għaldaqstant, skont ir-Regolament (UE) 2016/1139, jixraq li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd fil-valur tal-punt tal-FMSY.

(19)

Fir-rigward tal-barbun tat-tbajja’, l-ICES jistma li l-bakkaljaw jinqabad bħala aċċessorju fis-sajd għall-barbun tat-tbajja’. Għaldaqstant, skont ir-Regolament (UE) 2016/1139, jixraq li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas sajd għall-barbun tat-tbajja’ taħt l-anqas valur fil-medda tal-FMSY.

(20)

Fir-rigward tal-laċċa kaħla, l-ICES jistma li filwaqt li l-bijomassa tinsab ’il fuq mill-Btrigger, ma kien hemm l-ebda reklutaġġ qawwi mill-2014 ’l hawn. Barra minn hekk, l-ICES jistma li r-reklutaġġ fl-2021 u l-2022 kien storikament baxx. Barra minn hekk, is-sajd għal-laċċa kaħla spiss ikun sajd imħallat fejn il-laċċa kaħla tinstad flimkien mal-aringi. Għaldaqstant, skont ir-Regolament (UE) 2016/1139, jixraq li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla fil-medda korrispondenti inferjuri tal-FMSY.

(21)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu dwar ir-reġistrar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u l-Artikolu 34 tiegħu dwar it-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-kodiċijiet relatati mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li l-Istati Membri għandhom jużaw meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni.

(22)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) jistabbilixxi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs, inkluż, skont l-Artikoli 3 u 4 tiegħu, dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà għall-istokkijiet soġġetti għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiffissa t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi għal liema stokkijiet ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4, b’mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Barra minn hekk, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ flessibbiltà minn sena għal sena għall-istokkijiet kollha li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, li tfixkel l-ilħuq tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd u li tikkawża d-deterjorament tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs biss meta ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(23)

Il-bijomassa tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent u tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent tinsab taħt il-Blim. Għal dawk l-istokkijiet kollha huma permessi biss qabdiet inċidentali, sajd xjentifiku u, fil-każ tal-aringa tal-Baltiku tal-Punent, sajd kostali fuq skala żgħira huwa permess fl-2024. Għalhekk, u minħabba r-reżiljenza relattivament baxxa tal-ekosistema tal-Baħar Baltiku, l-Istati Membri li għandhom sehem mill-kwota tat-TACs rilevanti impenjaw ruħhom li ma japplikawx il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal dawk l-istokkijiet fl-2024 sabiex il-qabdiet fl-2024 ma jaqbżux it-TACs rilevanti. Barra minn hekk, fis-subdiviżjonijiet 22 sa 30 tal-ICES, il-bijomassa ta’ kważi l-istokkijiet kollha tas-salamun tax-xmajjar tinsab taħt il-punt ta’ referenza tal-limitu għall-produzzjoni tas-salamun żgħir (Rlim), u fl-2024 huma permessi biss il-qabdiet aċċessorji u s-sajd xjentifiku. Għalhekk, l-Istati Membri rilevanti impenjaw ruħhom b’mod simili rigward il-flessibbiltà minn sena għal sena fir-rigward tal-qabdiet tas-salamun tal-baċir ewlieni fl-2024.

(24)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (5) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja mill-1 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2023 fid-diviżjoni 3a tal-ICES (“Skagerrak-Kattegat”), fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES (“il-Baħar tat-Tramuntana”). L-istaġun tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja huwa mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Ottubru. L-Unjoni u r-Renju Unit kellhom konsultazzjonijiet bilaterali skont l-Artikolu 498(2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (6) fis-16 ta’ Ottubru 2023 u qablu dwar TAC abbażi tal-parir tal-ICES ippubblikat fid-9 ta’ Ottubru 2023. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni ġew iddokumentati fir-Rekord bil-Miktub, li ġie approvat mill-Kunsill fl-20 ta’ Ottubru 2023 u ffirmat mir-rappreżentant tal-Kummissjoni f’isem l-Unjoni u mill-Kap tad-Delegazzjoni tar-Renju Unit, f’konformità mal-Artikolu 498(6) ta’ dak il-Ftehim u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1875 (7). Għaldaqstant, l-opportunitajiet tas-sajd rilevanti għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES, fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES, u fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2024 jenħtieġ li jiġu ffissati fil-livell stabbilit f’dak ir-Rekord bil-Miktub.

(25)

Ir-Regolament (UE) 2023/194 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fis-subżona 4 tal-ICES, id-diviżjoni 6a u d-diviżjoni 3a (il-Baħar tat-Tramuntana, il-Punent tal-Iskozja, Skagerrak) għall-2023, abbażi tal-eżitu tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn l-Unjoni, in-Norveġja u r-Renju Unit għall-2024, kif iddokumentat fir-Rekord Maqbul iffirmat fid-9 ta’ Diċembru 2022. Sabiex ikun iggarantit l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd, huwa xieraq li tkun permessa l-implimentazzjoni ta’ arranġament flessibbli bejn uħud minn dawk iż-żoni tat-TAC fejn huwa kkonċernat l-istess stokk bijoloġiku. Għalhekk huwa xieraq li tiġi introdotta flessibbiltà bejn iż-żoni tal-kwoti tal-Istati Membri għall-merluzz tal-linja sewda sa 10 % mill-Baħar tat-Tramuntana għall-ilmijiet tal-Unjoni ta’ Skagerrak-Kattegat.

(26)

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka min-naħa l-oħra, u l-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu (8) jipprevedu li l-Unjoni għandha tirċievi mill-Gvern ta’ Greenland 7,7 % tat-TAC għall-kapelin (Mallotus villosus) li jinqabad fl-ilmijiet ta’ Greenland fis-subżoni 5 u 14 tal-ICES. Fil-5 ta’ Ottubru 2023, il-Gvern ta’ Greenland informa lill-UE li, abbażi tal-parir xjentifiku intermedju ppubblikat mill-Istitut Iżlandiż tar-Riċerka tal-Baħar u tal-Ilma Ħelu, li skontu l-qabdiet “fix-xitwa 2023/2024” ma għandhomx ikunu aktar minn żero tunnellati, il-Gvern tal-Greenland bħalissa mhuwiex f’pożizzjoni li joffri l-kapelin lill-Unjoni għall-perjodu korrispondenti. Sakemm jinħareġ il-parir xjentifiku finali, li jista’ jippermetti lill-Gvern ta’ Greenland joffri l-kapelin lill-Unjoni, l-opportunitajiet tas-sajd għal dak l-istokk fir-Regolament (UE) 2023/194 jenħtieġ għaldaqstant li jiġu mmarkati “Għandhom jiġu stabbiliti”.

(27)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2023/194 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(28)

Biex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-Baħar Baltiku jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-merluzz tan-Norveġja fid-diviżjoni 3a tal-ICES, fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES, u fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2024, peress li dak huwa l-istaġun tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja. Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-merluzz tal-linja sewda fis-subżona 4, id-diviżjoni 6a u d-diviżjoni 3a tal-ICES (il-Baħar tat-Tramuntana, il-Punent tal-Iskozja, Skagerrak) mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023, sabiex jiġi ggarantit l-użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2023. Għal raġunijiet ta’ urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fil-Baħar Baltiku għall-2024 u jemenda ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra ffissati bir-Regolament (UE) 2023/194.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.

2.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sajd rikreattiv meta dan jissemma b’mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Barra minn hekk, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“subdiviżjoni” tfisser subdiviżjoni tal-Baħar Baltiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) kif definita fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(2)

“qabda totali permissibbli (TAC)” tfisser:

(a)

fil-każ tas-sajd soġġett għall-eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-kwantità ta’ ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(b)

fis-sajd l-ieħor kollu, il-kwantità ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk kull sena;

(3)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(4)

“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, pereżempju għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport;

(5)

“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, ibbażata fuq data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament ta’ dak l-istokk, kif ukoll fuq indikaturi, li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija ta’ kwalità tajba biżżejjed biex tagħti parir xjentifiku;

(6)

“TAC analitika” tfisser TAC li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika;

(7)

“TAC prekawzjonarja” tfisser TAC li għaliha ma tkunx disponibbli valutazzjoni analitika, u minflok tkun disponibbli valutazzjoni bbażata fuq l-approċċ prekawzjonarju jew ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni.

KAPITOLU II

Opportunitajiet tas-sajd

Artikolu 4

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs, il-kwoti u, fejn xieraq, il-miżuri marbuta b’mod funzjonali magħhom, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1.   L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri stabbilita f’dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju:

(a)

għall-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

għat-tnaqqis u għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

għall-ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(d)

għall-kwantitajiet miżmuma f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)

għat-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   L-istokkijiet soġġetti għat-TACs prekawzjonarji jew analitiċi għall-finijiet tal-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti previsti fir-Regolament (KE) Nru 847/96 huma identifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

3.   Għajr meta speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika għall-istokkijiet li huma soġġetti għal TAC prekawzjonarja u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament japplikaw għall-istokkijiet soġġetti għal TAC analitika.

4.   L-Artikoli 3u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikawx meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art ta’ qabdiet u ta’ qabdiet aċċessorji

L-istokkijiet ta’ speċijiet mhux immirati fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li għalihom tapplika ad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti huma identifikati fit-tabelli tat-TAC rilevanti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Għeluq għall-protezzjoni tar-riproduzzjoni tal-bakkaljaw

1.   Għandu jkun ipprojbit is-sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-subdiviżjonijiet 25 u 26 mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu.

2.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-każ ta’:

(a)

operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241;

(b)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bl-għeżula tat-tħabbil jew bil-pariti, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati ta’ fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(c)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fis-subdiviżjoni 25 għal stokkijiet pelaġiċi għall-konsum dirett mill-bniedem, bl-użu ta’ rkapti b’daqs tal-malja ta’ 45 mm jew inqas, f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 50 metru skont il-koordinati fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u li l-ħatt l-art tagħhom jiġi magħżul.

3.   Għandu jkun ipprojbit is-sajd bi kwalunkwe tip ta’ rkaptu tas-sajd fis-subdiviżjonijiet 22 u 23 mill-15 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu u fis-subdiviżjoni 24 mill-15 ta’ Mejju sal-15 ta’ Awwissu.

4.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 ma għandhiex tapplika għall-każijiet li ġejjin:

(a)

operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241;

(b)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bl-għeżula tat-tħabbil jew bil-pariti, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet, bil-konzijiet tal-wiċċ, bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew b’irkaptu passiv simili f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati ta’ fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

(c)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fis-subdiviżjoni 24 għal stokkijiet pelaġiċi għall-konsum dirett mill-bniedem, bl-użu ta’ rkapti b’daqs tal-malja ta’ 45 mm jew inqas, f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 40 metru skont il-koordinati fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u li l-ħatt l-art tagħhom jiġi magħżul;

(d)

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu bil-gangmi għall-molluski bivalvi fis-subdiviżjoni 22, f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati ta’ fuq il-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

5.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), u fil-paragrafu 4, il-punti (b) u (c), għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru kompetenti.

Artikolu 8

Għeluq għall-protezzjoni tar-riproduzzjoni tal-aringi fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

Għandu jkun ipprojbit is-sajd għal speċijiet pelaġiċi bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir pelaġiku matul il-perjodi li ġejjin:

fis-subdiviżjonijiet 25 u 26 mill-1 ta’ April sat-30 ta’ April,

fis-subdiviżjonijiet 27 u 28.2 mis-16 ta’ April sal-15 ta’ Mejju,

fis-subdiviżjonijiet 29 u 32 mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Mejju.

Artikolu 9

Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet 22 sa 26

Is-sajd rikreattiv għall-bakkaljaw għandu jkun ipprojbit fis-subdiviżjonijiet 22 sa 26.

Artikolu 10

Miżuri dwar is-sajd rikreattiv għas-salamun fis-subdiviżjonijiet 22 sa 31

1.   Is-sajd rikreattiv tas-salamun għandu jkun ipprojbit fis-subdiviżjonijiet 22 sa 31. Kull kampjun ta’ salamun li jinqabad b’mod aċċidentali għandu jiġi rilaxxat lura fil-baħar minnufih.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, is-sajd rikreattiv tas-salamun għandu jkun permess bil-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

kull sajjied rikreattiv ma jistax jaqbad u jżomm aktar minn kampjun wieħed kuljum ta’ salamun bil-pinen maqtugħin;

(b)

wara li s-sajjied rikreattiv jaqbad l-ewwel salamun bil-pinen maqtugħin, huwa għandu jieqaf jistad għas-salamun għall-bqija tal-ġurnata;

(c)

il-kampjuni kollha ta’ kwalunkwe speċi ta’ ħut miżmuma għandhom jinħattu l-art sħaħ.

3.   B’deroga ulterjuri mill-paragrafu 1, is-sajd rikreattiv għas-salamun għandu jkun permess fis-subdiviżjoni 31 mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu f’żoni sa erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi.

4.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti skont l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 11

Miżuri għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tat-trota tal-baħar u tas-salamun fis-subdiviżjonijiet 22 sa 32

1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma għandhomx jistadu għat-trota tal-baħar lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-subdiviżjonijiet 22 sa 32. Meta jsir is-sajd għas-salamun lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-subdiviżjoni 32, il-qabdiet aċċessorji tat-trota tal-baħar ma għandhomx jaqbżu t-3 % tal-qabda totali tas-salamun u tat-trota tal-baħar abbord fi kwalunkwe mument jew meta jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.

2.   Is-sajd bil-konzijiet għat-trota tal-baħar jew għas-salamun lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi fis-subdiviżjonijiet 22 sa 31 għandu jkun ipprojbit.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri nazzjonali aktar stretti skont l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 12

Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jibagħtu data relatata mal-kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda jew li jinħattu l-art lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, dawn għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 13

Emendi għar-Regolament (UE) 2023/194

Ir-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Anness IA, il-Parti B, it-tabella dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja (Trisopterus esmarkii) fid-diviżjoni 3a tal-ICES (“Skagerrak-Kattegat”), fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES (“il-Baħar tat-Tramuntana”) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati

Trisopterus esmarkii

Żona:

3a; l-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni ta’ 4; l-ilmijiet tar-Renju Unit ta’ 2a

(NOP/2A3A4.)

Sena

2023

 

2024

 

 

Id-Danimarka

49 478

(1)(3)

8 226

(1)(6)

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Il-Ġermanja

9

(1)(2)(3)

2

(1)(2)(6)

In-Netherlands

36

(1)(2)(3)

6

(1)(2)(6)

L-Unjoni

49 524

(1)(3)

8 234

(1)(6)

Ir-Renju Unit

10 204

(2)(3)

2 058

(2)(6)

In-Norveġja

0

(4)

0

(4)

Il-Gżejjer Faeroe

0

(5)

0

(5)

TAC

59 728

 

10 292

 

(1)

Sa 5 % tal-kwota tista’ tikkonsisti minn qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu li jinqatgħu mill-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet li jinqatgħu mill-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, f’daqqa ma għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

(2)

Il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES 2a, 3a u 4.

(3)

Tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2023.

(4)

Għandu jintuża għarbiel.

(5)

Għandu jintuża għarbiel. Dan l-ammont jinkludi massimu ta’ 15 % ta’ qabdiet aċċessorji inevitabbli (NOP/*2A3A4), li għandhom jinqatgħu minn din il-kwota.

(6)

Tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2024.”;

(2)

fl-Anness IA, il-Parti B, it-tabella dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fis-Subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tar-Renju Unit tad-diviżjoni 2a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

 

 

Żona:

4; l-ilmijiet tar-Renju Unit ta’ 2a

(HAD/2AC4.)

Il-Belġju

 

363

(1) (2)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Id-Danimarka

 

2 495

(1) (2)

Il-Ġermanja

 

1 588

(1) (2)

Franza

 

2 768

(1) (2)

In-Netherlands

 

272

(1) (2)

L-Iżvezja

 

223

(1) (2)

L-Unjoni

 

7 709

(1) (2)

In-Norveġja

 

13 432

(3)

Ir-Renju Unit

37 261

 

TAC

 

58 402

 

(1)

Kundizzjoni speċjali: sa 10 % minn din il-kwota jista’ jinqabad fl-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 6a fit-Tramuntana ta’ 58°30′N (HAD/*6AN58).

(2)

Kundizzjoni speċjali: sa 10 % minn din il-kwota jista’ jinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni ta’ 3a (HAD/*03 A-C)

(3)

11 182 tunnellata minn din il-kwota jista’ jinqabad fl-ilmijiet tal-Unjoni (HAD/*04-EU). Il-qabdiet li jinqabdu fil-limiti ta’ din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ dawn il-kwoti, ma tistax tinqabad aktar mill-kwantità mogħtija hawn taħt fiż-żoni li ġejjin:

l-ilmijiet Norveġiżi ta’ 4 (HAD/*04N-)

 

 

L-Unjoni

 

4 774 “;

 

 

(3)

fl-Anness IB, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin (Mallotus villosus) fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Kapelin

Mallotus villosus

Żona:

L-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14

(CAP/514GRN)

Id-Danimarka

Għadhom jiġu stabbiliti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Il-Ġermanja

Għadhom jiġu stabbiliti

 

L-Iżvezja

Għadhom jiġu stabbiliti

 

L-Istati Membri kollha

Għadhom jiġu stabbiliti

(1)

L-Unjoni

Għadhom jiġu stabbiliti

(2) (3)

In-Norveġja

Għadhom jiġu stabbiliti

(3)

TAC

Mhux rilevanti

 

(1)

Id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja jista’ jkollhom aċċess għall-kwota ta’ “L-Istati Membri kollha” biss ladarba jkunu eżawrew il-kwota tagħhom stess. Madankollu, l-Istati Membri li jkollhom iktar minn 10 % mill-kwota tal-Unjoni ma għandu bl-ebda mod ikollhom aċċess għall-kwota tal-“Istati Membri kollha”. Il-qabdiet li jridu jinqatgħu minn din il-kwota kondiviża għandhom jiġu rrappurtati separatament (CAP/514GRN_AMS).

(2)

Is-sajd jista’ jibda meta l-Unjoni taċċetta offerta għal tali kwoti mill-awtoritajiet ta’ Greenland fil-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (*1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qabdiet tagħhom ma jaqbżux il-kwantità li jirċievu mill-awtoritajiet ta’ Greenland, wara tnaqqis tal-kwantitajiet trasferiti lin-Norveġja.

(3)

Għal perjodu tas-sajd mill-15 ta’ Ottubru 2023 sal-15 ta’ April 2024.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2024.

B’deroga mit-tieni paragrafu:

(a)

l-Artikolu 13, il-punt (1), għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Ottubru 2024;

(b)

l-Artikolu 13, il-punt (2) għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

H. CREVITS


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).

(6)   ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1875 tat-22 ta’ Ottubru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-konsultazzjonijiet annwali mar-Renju Unit biex jintlaħaq ftehim dwar il-qabdiet totali permissibbli (ĠU L 378, 26.10.2021, p. 6).

(8)   ĠU L 175, 18.5.2021, p. 3. L-Unjoni approvat il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, u l-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2043 tat-18 ta’ Novembru 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, min-naħa l-oħra, u l-Protokoll ta’ implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 418, 24.11.2021, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).


ANNESS

TACs APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIŻ-ŻONI LI GĦALIHOM JEŻISTU TACs SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor) skont l-istokk u l-miżuri marbutin b’mod funzjonali magħhom.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES.

L-istokkijiet tal-ħut jissemmew skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet xjentifiċi tal-ispeċijiet.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet xjentifiċi u l-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringa

Gadus morhua

COD

Bakkaljaw

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja’

Salmo salar

SAL

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Tabella 1

Speċi:

Aringa

 

Żona:

Is-subdiviżjonijiet 30-31

 

Clupea harengus

 

 

(HER/30/31.)

Il-Finlandja

 

45 092

 

TAC analitika

L-Iżvezja

 

9 908

 

L-Unjoni

 

55 000

 

TAC

 

55 000

 


Tabella 2

Speċi:

Aringa

 

Żona:

Is-subdiviżjonijiet 22-24

 

Clupea harengus

 

 

(HER/3BC+24)

Id-Danimarka

 

110

(1)

TAC analitika

Il-Ġermanja

 

435

(1)

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Finlandja

 

0

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Polonja

 

103

(1)

L-Iżvezja

 

140

(1)

L-Unjoni

 

788

(1)

TAC

 

788

(1)

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, l-operazzjonijiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-aringa, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, is-sajd ta’ din il-kwota huwa permess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bl-għeżula tat-tħabbil, bix-xlief, bix-xbieki mirfuda f’post fiss jew bi rkapti tat-trejjix. Il-kaptani ta’ dawk il-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru kompetenti.


Tabella 3

Speċi:

Aringa

 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

 

Clupea harengus

 

 

(HER/3D-R30)

Id-Danimarka

 

888

 

TAC analitika

Il-Ġermanja

 

235

 

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Estonja

 

4 535

 

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Finlandja

 

8 853

 

Il-Latvja

 

1 119

 

Il-Litwanja

 

1 178

 

Il-Polonja

 

10 057

 

L-Iżvezja

 

13 503

 

L-Unjoni

 

40 368

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 


Tabella 4

Speċi:

Aringa

 

Żona:

Is-subdiviżjoni 28.1

 

Clupea harengus

 

 

(HER/03D.RG)

L-Estonja

 

17 529

 

TAC analitika

Il-Latvja

 

20 430

 

Japplika l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

L-Unjoni

 

37 959

 

TAC

 

37 959

 


Tabella 5

Speċi:

Bakkaljaw

 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 25-32

 

Gadus morhua

 

 

(COD/3DX32.)

Id-Danimarka

 

137

(1)

TAC prekawzjonarja

Il-Ġermanja

 

54

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Estonja

 

13

(1)

Il-Finlandja

 

10

(1)

Il-Latvja

 

51

(1)

Il-Litwanja

 

33

(1)

Il-Polonja

 

159

(1)

L-Iżvezja

 

138

(1)

L-Unjoni

 

595

(1)

TAC

 

Mhux rilevanti

(1)

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, l-operazzjonijiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.


Tabella 6

Speċi:

Bakkaljaw

 

Żona:

Is-subdiviżjonijiet 22-24

 

Gadus morhua

 

 

(COD/3BC+24)

Id-Danimarka

 

148

(1)

TAC prekawzjonarja

Il-Ġermanja

 

73

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Estonja

 

3

(1)

Il-Finlandja

 

3

(1)

Il-Latvja

 

12

(1)

Il-Litwanja

 

8

(1)

Il-Polonja

 

40

(1)

L-Iżvezja

 

53

(1)

L-Unjoni

 

340

(1)

TAC

 

340

(1)

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, l-operazzjonijiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għall-bakkaljaw, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.


Tabella 7

Speċi:

Barbun tat-tbajja’

 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22-32

 

Pleuronectes platessa

 

 

(PLE/3BCD-C)

Id-Danimarka

 

8 105

 

TAC analitika

Il-Ġermanja

 

900

 

Japplika l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

Il-Polonja

 

1 697

 

L-Iżvezja

 

611

 

L-Unjoni

 

11 313

 

TAC

 

11 313

 


Tabella 8

Speċi:

Salamun tal-Atlantiku

 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22-31

 

Salmo salar

 

 

(SAL/3BCD-F)

Id-Danimarka

 

11 183

(1)(2)

TAC analitika

Il-Ġermanja

 

1 244

(1)(2)

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Estonja

 

1 137

(1)(2)(3)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Il-Finlandja

 

13 945

(1)(2)

Il-Latvja

 

7 113

(1)(2)

Il-Litwanja

 

836

(1)(2)

Il-Polonja

 

3 393

(1)(2)

L-Iżvezja

 

15 116

(1)(2)

L-Unjoni

 

53 967

(1)(2)

TAC

 

Mhux rilevanti

 

(1)

Espress f’għadd ta’ ħut individwali.

(2)

Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, l-operazzjonijiet tas-sajd li jsiru biss għall-fini esklużiv ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu diretti għas-salamun tal-Atlantiku, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, is-sajd ta’ din il-kwota huwa permess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fis-subdiviżjoni 31 tal-ICES f’żoni sa erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu.

(3)

Kundizzjoni speċjali: fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjoni 32, jistgħu jiġu mistada sa massimu ta’ 450 kampjun ta’ din il-kwota (SAL/*3D32).


Tabella 9

Speċi:

Salamun tal-Atlantiku

 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjoni 32

 

Salmo salar

 

 

(SAL/3D32.)

L-Estonja

 

1 040

(1)

TAC prekawzjonarja

Il-Finlandja

 

9 104

(1)

L-Unjoni

 

10 144

(1)

TAC

 

Mhux rilevanti

 

(1)

Espress f’għadd ta’ ħut individwali.


Tabella 10

Speċi:

Laċċa kaħla

 

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 22-32

 

Sprattus sprattus

 

 

(SPR/3BCD-C)

Id-Danimarka

 

19 827

 

TAC analitika

Il-Ġermanja

 

12 561

 

Japplika l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

L-Estonja

 

23 024

 

 

Il-Finlandja

 

10 379

 

Il-Latvja

 

27 807

 

Il-Litwanja

 

10 059

 

Il-Polonja

 

59 013

 

L-Iżvezja

 

38 330

 

L-Unjoni

 

201 000

 

TAC

 

Mhux rilevanti

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2638/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)