European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2595

17.11.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2595

tal-15 ta’ Novembru 2023

li taħtar membru, propost mir-Rumanija, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Rumen,

Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.

(2)

Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Cristian Mihai ENESCU, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(4)

Il-Gvern Rumen ippropona lis-Sa Corina-Andreea MURAFA-BENGA, Expert afiliat, Centrul pentru Studiul Democrației (Espert Affiljat, Ċentru għall-Istudju tad-Demokrazija), u Co-fondator, Observatorul Român al Sǎrǎciei Energetice (Kofundatriċi, Osservatorju Rumen tal-Faqar Enerġetiku), bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Corina-Andreea MURAFA-BENGA, Expert afiliat, Centrul pentru Studiul Democrației (Espert Affiljat, Ċentru għall-Istudju tad-Demokrazija), u Co-fondator, Observatorul Român al Sǎrǎciei Energetice (Kofundatriċi, Osservatorju Rumen tal-Faqar Enerġetiku), hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2595/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)