European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2576

14.11.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2576

tat-13 ta' Novembru 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 47(2), 47(5) u 47a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 47a(1) tar-Regolament (UE) 2017/1509, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta' persuni u entitajiet deżinjati li jinsabu fl-Annessi XV, XVI, XVII u XVIII għal dak ir-Regolament.

(3)

Jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-listi li jinsabu fl-Annessi XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509, bl-eċċezzjoni ta' persuna deċeduta waħda deżinjata fl-Anness XV ta’ dak ir-Regolament li l-entrata tagħha jenħtieġ li titneħħa. Jenħtieġ li l-entrati għal 16-il persuna u erba' entitajiet f’dawk l-Annessi jiġu aġġornati.

(4)

Fid-29 ta' Ġunju 2023 u s-16 ta' Awwissu 2023, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ("KSNU") stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relatata ma' 23 persuna u entità waħda fil-lista li tinsab fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509. L-entrati għal 23 persuna u entità waħda fl-Anness XIII għandhom għalhekk jiġu aġġornati.

(5)

Għadaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi XIII, XV u XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

(1)   

L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif ġej:

(a)

taħt l-intestatura "Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 34(1) u 34(3)", is-subintestatura "(a) Persuni fiżiċi", l-entrati 2, 3, 4, 8, 12, 19, 20, 25, 26, 36, 43, 50, 51, 53, 55, 58, 63, 64, 65, 68, 74, 77 u 79 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

"2.

Ri Je-son

Isem bil-Korean:

Image 1
;

Isem biċ-Ċiniż:

Image 2

magħruf ukoll bħala Ri Che Son

Data tat-twelid: 1938

16.7.2009

Eks Ministru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika. Ex-Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE), l-aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tar-RDPK; iffaċilita diversi inizjattivi nukleari, inkluż il-ġestjoni mill-GBAE tal-Yongbyon Nuclear Research Centre u n-Namchongang Trading Corporation.

3.

Hwang Sok-hwa

Hwang Sok Ha

Data tat-twelid: 26.9.1943

16.7.2009

Direttur fil-General Bureau of Atomic Energy (GBAE); involut fil-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tas-Scientific Guidance Bureau fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Joint Institute for Nuclear Research.

4.

Ri Hong-sop

 

Data tat-twelid: 26.2.1940

Nazzjonalità: RDPK

Indirizz: Pyongyang, DPRK

16.7.2009

Eks direttur tal-Yongbyon Nuclear Research Centre, u Kap tan-Nuclear Weapons Institute, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta' plutonju għal użu militari: il-Fuel Fabrication Facility, in-Nuclear Reactor, u r-Reprocessing Plant.

8.

Ra Ky'ong-Su

Ra Kyung-Su;

Chang, Myong Ho;

Chang Myo'ng-Ho;

Chang, Myong-Ho;

Ra Kyong-Su

Data tat-twelid: 4.6.1954

Numru tal-passaport: 645120196

Nazzjonalità: RDPK

22.1.2013

Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal tat-Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità ffaċilita tranżazzjonijiet għat-TCB. It-Tanchon ġie ddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

12.

Mun Cho'ng- Ch'o'l

Mun Chong-Chol

Data tat-twelid: 23.12.1964

Nazzjonalità: RDPK

Indirizz: C/O Tanchon Commercial Bank, Pyongyang, DPRK, Saemaeul 1-Dong, Pyongchon District

7.3.2013

Mun Cho'ng-Ch'o'l huwa uffiċjal tat-Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità ffaċilita tranżazzjonijiet għat-TCB. It-Tanchon ġie ddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u huwa l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

19.

Kang Mun Kil

Jiang Wen-ji;

Jian Wenji

Data tat-twelid: 9.2.1963

Numru tal-passaport: PS 472330208 (jiskadi fl-4.7.2017)

Nazzjonalità: RDPK

Indirizz: DPRK

2.3.2016

Kang Mun Kil wettaq attivitajiet ta' akkwist nukleari bħala rappreżentant ta' Namchongang, magħruf ukoll bħala Namhung.

20.

Kang Ryong

 

Data tat-twelid: 21.8.1969

Nazzjonalità: RDPK

2.3.2016

Eks Rappreżentant fis-Sirja tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID).

25.

Ko Tae Hun

Kim Myong Gi

Data tat-twelid: 25.5.1972;

Numru tal-passaport: 563120630;

Data ta' skadenza tal-passaport: 20.3.2018;

Nazzjonalità: RDPK

2.3.2016

Uffiċjal tat-Tanchon Commercial Bank.

26.

Ri Man Gon

 

Data tat-twelid: 29.10.1945;

Numru tal-passaport: P0381230469;

Data ta' skadenza tal-passaport: 6.4.2016;

Nazzjonalità: RDPK

2.3.2016

Eks Ministru tal-Munitions Industry Department (id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon).

36.

Kim Sok Chol

 

Data tat-twelid: 8.5.1955

Nazzjonalità: RDPK

Indirizz: Myanmar

Numru tal-passaport: 472310082

30.11.2016

Eks Ambaxxatur tar-RDPK għall-Myanmar. Huwa jopera bħala faċilitatur tal-KOMID. Tħallas mill-KOMID għall-assistenza tiegħu u jorganizza laqgħat f'isem il-KOMID, inkluż laqgħa bejn il-persuni relatati mad-difiża tal-KOMID u tal-Myanmar biex jiġu diskussi kwistjonijiet finanzjarji.

43.

Jo Yong-Won

Cho Yongwon

Data tat-twelid: 24.10.1957

Numru tal-passaport: 108210124 (Skadenza: 4 ta' Ġunju 2023)

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

Indirizz: DPRK

2.6.2017

Segretarju u Kap tad-Dipartiment għall-Organizzazzjoni u l-Gwida tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u eks Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Organizzazzjoni u l-Gwida tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li jmexxi l-ħatriet ewlenin tal-persunal għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-militar tar-RDPK.

50.

Pak To Chun

Pak Do Chun;

Pak To'-Ch'un

Data tat-twelid: 9.3.1944

Nazzjonalità: RDPK

2.6.2017

Pak To Chun huwa eks Segretarju tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon (MID) u attwalment jagħti pariri dwar affarijiet marbuta mal-programmi nukleari u tal-missili. Kien membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat u huwa membru tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Miet fis-27 ta' Lulju 2022.

51.

Ri Jae Il

Ri, Chae-Il

Sena tat-twelid: 1934

Nazzjonalità: RDPK

2.6.2017

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Propaganda u l-Aġitazzjoni għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li jikkontrolla l-media kollha tar-RDPK u li jintuża mill-gvern biex jikkontrolla l-pubbliku. Miet fl-4 ta' Frar 2021.

53.

Ri Yong Mu

Ri Yong-Mu

Data tat-twelid: 25.1.1925

Nazzjonalità: RDPK

Indirizz: DPRK

 

Viċi President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat, li tmexxi u tiggwida l-affarijiet kollha tar-RDPK marbuta mal-militar, id-difiża u s-sigurtà, inkluż l-akkwisti. Miet fis-27 ta' Jannar 2022.

55.

Han Jang Su

Chang-Su Han

Data tat-twelid: 8.11.1969

Post tat-twelid: Pyongyang, DPRK:

Nazzjonalità: RDPK

Nru tal-Passaport: 745420176, jiskadi fid-19.10.2020

Sess: raġel

4.8.2017

Eks Rappreżentant tal-Foreign Trade Bank.

58.

Jo Chol Song

Cho Ch'o'l-so'ng

Data tat-twelid: 25.9.1984

Nazzjonalità: RDPK

Nru tal-Passaport: 654320502, jiskadi fis-16.9.2019

Sess: raġel

4.8.2017

Rappreżentant għall-Korea Kwangson Banking Corporation u eks Viċi Rappreżentant għall-Korea Kwangson Banking Corporation, li tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għat-Tanchon Commercial Bank u l-Korea Hyoksin Trading, entità li taqa' taħt il-Korea Ryonbong General Corporation.

63.

Pak Yong Sik

Pak Yo'ng-sik

Data tat-twelid: 1950

Nazzjonalità: RDPK

Indirizz: DPRK

11.9.2017

Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki militari tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, tikkmanda u tikkontrolla l-militar tar-RDPK, u tgħin tidderieġi l-industriji tad-difiża militari tal-pajjiż.

64.

Ch'oe So'k Min

Choe Sok Min

Data tat-twelid: 25.7.1978

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

22.12.2017

Eks rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank. Fl-2016, Ch'oe So'k-min kien il-viċi rappreżentant tal-uffiċċju tal-fergħa tal-Foreign Trade Bank f'dik il-lokalità barranija. Huwa kien assoċjat ma' trasferimenti ta' flus kontanti minn dak l-uffiċċju barrani tal-Foreign Trade Bank lejn banek affiljati ma' organizzazzjonijiet speċjali tal-Korea ta' Fuq u operattivi tar-Reconnaissance General Bureau f'lokalitajiet barranin fi sforz sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet.

65.

Chu Hyo'k

Ju Hyok

Data tat-twelid: 23.11.1986

Nru tal-passaport 836420186, maħruġ.fit-28.10.2016 (jiskadi fit-28.10.2021);

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

22.12.2017

Eks Viċi rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank.

68.

Kim Tong Chol

Kim Tong-ch'o'l

Data tat-twelid: 28.1.1966

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

Nru tal-Passport:

a)

927234267

b)

108120258 (maħruġ mir-RDPK fl-14.2.2018; data ta' skadenza 14.2. 2023)

22.12.2017

Eks Viċi rappreżentant barrani tal-Foreign Trade Bank.

74.

Pak Mun Il

Pak Mun-il

Data tat-twelid 1.1.1965

Numru tal-passaport: 563335509 jiskadi fis-27.8.2018.

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

22.12.2017

Eks rappreżentant barrani tal-Korea Daesong Bank.

77.

Ri Pyong Chul

Ri Pyong Chol, Ri Pyo'ng-ch'o'l

Sena tat-twelid: 1948

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

Indirizz: DPRK

22.12.2017

Segretarju tal-Partit tal-Ħaddiema u Membru tal-Bureau Politiku. Eks Membru supplenti tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Ewwel Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon.

79.

Ri U’n So’ng

Ri Eun Song;

Ri Un Song

Data tat-twelid: 23.7.1969

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

22.12.2017

Eks rappreżentant barrani tal-Korea Unification Development Bank."

(b)

taħt l-intestatura ‘Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 34(1) u 34(3), subintestatura “(b) Persuni legali, entitajiet u korpi”, l-entrata 28 hija sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

"28.

Munitions Industry Department (Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon)

Military Supplies Industry Department (Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari);

MID;

Machine Industry Department (Dipartiment tal-Industrija tal-Makkinarju)

Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon (MID) huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż it-Taepo Dong-2. L-MID jissorvelja l-programmi tal-produzzjoni tal-armi u ta' R&Ż tar-RDPK, inkluż il-programm tal-missili ballistiċi tar-RDPK. Is-Second Economic Committee (it-Tieni Kumitat Ekonomiku) u s-Second Academy of Natural Sciences (it-Tieni Akkademja ta' Xjenzi Naturali) — iddeżinjati wkoll f'Awwissu 2010 — huma jaqgħu taħt l-MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. L-MID jissorvelja l-programm nukleari tar-RDPK. In-Nuclear Weapons Institute jaqa’ taħt l-MID."

(2)   

L-Anness XV tar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif ġej:

(a)

taħt l-intestatura 'Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 34(1) u 34(3)', subintestatura '(a) Persuni naturali nominati skont il-punt (a) tal-Artikolu 34(4) “, l-entrata 3 titħassar u l-entrati 4, 7, 10, 11, 17, 28, 29 u 31 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Psewdonimu

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

"4.

PAK Jae-gyong

박재경

PAK Chae-Kyong

PAK Jae Gyong

Data tat-twelid: 10.6.1933

Numru tal-passaport: 554410661

Sess: raġel

22.12.2009

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u eks Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu (konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Kien preżenti waqt l-ispezzjoni tal-Kmand tal-Forzi Ballistiċi Strateġiċi minn Kim Jong Un fl-2012. Eks membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. President tal-Kumitat Korean tal-Veterani kontra l-Imperjaliżmu. Pak Jae Gyong ġie deskritt bħala membru tal-veteran cadres mistieden għal ikliet ma' Kim Jong Un fi Pyongyang fid-9 ta' Settembru 2022 fl-okkażjoni tal-74 anniversarju mit-twaqqif tar-RDPK.

7.

KIM Yong Chol

김영철

KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul

Data tat-twelid: 1946

Post tat-Twelid: Pyongan-Pukto, DPRK

Sess: raġel

19.12.2011

Membru supplenti tal-Bureau Politiku u Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u, minn Ġunju 2023, Konsulent tad-Dipartiment tal-Front Magħqud. Eks Kmandant tal-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni (Reconnaissance General Bureau (RGB)), entità sanzjonata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

10.

HONG Sung-Mu

홍승무

HONG Sung Mu

Data tat-twelid: 1.1.1942

Sess: raġel

20.5.2016

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon (Munitions Industry Department (MID)). Il-MID – iddeżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-2 ta' Marzu 2016 – huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż il-programmi ta' riċerka u żvilupp. Bħala tali, Hong huwa responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kien xhud għall-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali Hwasong-15 fit-28 ta' Novembru 2017. F'Lulju 2020 ipparteċipa f'laqgħa tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea ddedikata għad-"deterrenza mill-gwerra", ewfemiżmu użat biex jirreferi għall-programm nukleari tar-RDPK. Rielett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit f'Jannar 2021. F'Marzu 2023, deher f'ritratti ma' Kim Jong Un jispezzjona l-allegati testati nukleari lesti biex jiġu mmuntati fuq missili ballistiċi.

11.

JO Kyongchol

조경철

JO Kyong Chol

Sess: raġel

20.5.2016

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Maħtur bħala Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Ġunju 2022, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar taħriġ li qatt sar tal-artillerija li twassal fit-tul. Rielett għall-Kumitat Ċentrali tal-Partit f'Jannar 2021.

17.

PAK Jong-chon

박정천

PAK Jong Chon

Sess: raġel

20.5.2016

Eks Membru tal-Presidju tal-Bureau Politiku tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, eks Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali, eks Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat, Marixxall u eks Kap tal-Persunal Ġenerali. Wettaq ir-rieżami formali fil-parata militari tal-25 ta' April 2022, li jindika r-rwol tiegħu fl-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva u r-responsabbiltà tiegħu għalihom.

28.

Kim Su Gil

김수길

Kim Su-gil

Data tat-twelid: 1950

21.4.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur tal-Bureau Politiku Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean bejn l-2018 u l-2021 u Membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat bejn l-2019 u l-2021, u l-pożizzjoni tiegħu fl-2023 bħala l-Kap Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-Belt ta' Pyongyang u Membru Supplenti tal-Bureau Politiku, huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, relatati mal-iżvilupp ta' programmi nukleari u ballistiċi bi ksur tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017), 2375 (2017), u 2397 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

29.

JON Il Ho

전일호

JON Il-Ho

Data tat-twelid: 1955 jew 1956

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

21.4.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala President tal-Kumitat tal-Akkademja għar-Riċerka dwar id-Difiża tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea (Workers’ Party of Korea (WPK)) u membru tal-Kumitat Ċentrali tad-WPK, huwa għandu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva u huwa responsabbli għalih. Promoss għal Kurunell Ġenerali f'Awwissu 2019, irċieva l-Premju għax-Xjenza u t-Teknoloġija tas-16 ta' Frar, Direttur tal-Istitut tar-Riċerka tal-Awtomatizzazzjoni u Direttur tal-Istitut tal-Università tat-Teknoloġija Kim Chaek, u Viċi Direttur ta' Dipartiment tal-Kumitat Ċentrali tad-WPK, huwa pparteċipa fl-illanċjar tal-missila ballistika interkontinentali (ICBM) Hwasong-14 fl-4 ta' Lulju 2017 u t-28 ta' Lulju 2017, kif ukoll il-biċċa l-kbira ta' llanċjar ieħor ta' missili fl-2017, l-2019 u f'Marzu 2020.

31.

YU Jin

유진

YU Jin

Data tat-twelid: 1960

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

21.4.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala eks Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon u, mill-1 ta' Jannar 2023, Membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, huwa responsabbli talli kellu rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-programmi tar-RDPK dwar l-armi ta' qerda massiva kemm fl-oqsma nukleari kif ukoll f'dawk ballistiċi. Huwa akkumpanja lil Kim Jong Un fl-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Iżvilupp tal-Ajruspazju qabel l-illanċjar ta' missili ballistiċi interkontinentali (ICBM) ta' Marzu 2022 u ħa sehem fil-Wirja tad-Difiża Nazzjonali tal-2021, li apparentement uriet sistemi ta' armi ġodda. Bħala Viċi Direttur, huwa kien preżenti waqt it-testijiet tal-ICBM Hwasong-14 tal-4 ta' Lulju 2017 u t-28 ta' Lulju 2017, kif ukoll waqt l-ispezzjoni minn Kim Jong Un ta' tip ġdid ta' sottomarin, li r-RDPK indikat li kien intiż għall-iskop "strateġiku" li jiġu skjerati missili ballistiċi llanċjati minn sottomarini, li possibbilment kapaċi jġorru testati nukleari, fit-22 ta' Lulju 2019 u l-illanċjar ta' missili ballistiċi fil-25 ta' Lulju u t-30 ta' Lulju 2019, u fit-2 ta' Awwissu 2019."

(b)

taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 34(1) u 34(3)”, subintestatura “(b) Persuni legali, entitajiet u korpi nominati skont il-punt (a) tal-Artikolu 34(4)”, l-entrata 4 tinbidel b’dan li ġej:

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Informazzjoni oħra

"4.

Ċentru ta' Riċerka Xjentifika Nukleari ta' Yongbyon

녕변 원자력 연구소

영변 원자력 연구소

 

 

22.12.2009

Faċilitajiet li kapaċi jipproduċu materjal fissili għal użi militari, inkluż reattur ta' 5MW (e), faċilità ta' riproċessar tal-plutonju (laboratorju radjukimiku), u faċilità rappurtata għall-arrikkiment tal-uranju. Iċ-Ċentru jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità ddeżinjata mill-KSNU, 16.7.2009). Fir-rapport finali tiegħu ta' Marzu 2023, il-Bord ta' Esperti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1874 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU nnota indikazzjonijiet ta' testijiet possibbli tas-sistema tat-tkessiħ bl-ilma fir-Reattur tal-Ilma Ħafif, immaġnijiet bis-satellita li juru li r-reattur ta' 5MW kien kompla jopera u sinjali intermittenti ta' duħħan miċ-ċumnija tal-impjant termali tal-laboratorju radjukimiku. Traċċi ta' fwar mill-bini tal-produzzjoni tad-diossidu tal-uranju probabbilment indikaw li r-RDPK kienet ser tkompli l-produzzjoni ta' materjal fissili."

(3)   

L-Anness XVI tar-Regolament 1509/2017 huwa emendat kif ġej:

(a)

taħt l-intestatura 'Lista ta' persuni, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 34(1) u 34(3)', subintestatura '(a) Persuni fiżiċi', entrati 8, 10, 11, 12, 13, 14 , 15 u 31 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

"8.

KIM Chang Hyok

magħruf ukoll bħala: James Kim

김창혁

Data tat-twelid: 29.4.1963

Post tat-twelid: N. Hamgyong

Numru tal-passaport: 472130058

22.1.2018

Kim Chang Hyok ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant tal-Pan Systems Pyongyang fil-Malasja. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu.

Huwa stabbilixxa diversi kontijiet fil-Malasja f'isem il-kumpaniji faċċata "Glocom", hija stess kumpanija faċċata tal-entità ddeżinjata Pan Systems Pyongyang.

Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.

10.

RYANG Su Nyo

량수니오

Data tat-twelid: 11.8.1959

Post tat-twelid: Ġappun

22.1.2018

Direttur tal-Pan Systems Pyongyang. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.

11.

PYON Won Gun

변원군

Data tat-twelid: 13.3.1968

Post tat-twelid: S. Phyongan

Numru tal-passaport tas-servizz: 836220035

Numru tal-passaport: 290220142

22.1.2018

Direttur ta’ Glocom, kumpanija faċċata tal-Pan Systems Pyongyang. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu,.

Il-Glocom tirreklama tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju għal organizzazzjonijiet militari u paramilitari.

Pyon Won Gun ġie identifikat ukoll mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.

12.

PAE Won Chol

배원철

Data tat-twelid: 30.8.1969

Post tat-twelid: Pyongyang

Numru tal-Passaport Diplomatiku: 654310150

22.1.2018

Pae Won Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu,. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.

13.

RI Sin Song

리신송

 

22.1.2018

Ri Sin Song ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.

14.

KIM Sung Su

김성수

 

22.1.2018

Kim Sung Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant ta' Pan Systems Pyongyang fiċ-Ċina. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.

15.

KIM Pyong Chol

김병철

 

22.1.2018

Kim Pyong Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Il-Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mill-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti, u taħdem f'ismu. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.

31.

O Yong Ho

Data tat-twelid: 25.12.1961

Numru tal-passaport: 108410041

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

12.12.2022

Fil-kapaċità tiegħu bħala rappreżentant f'Moska, il-Federazzjoni Russa, b'rabtiet diretti mas-Second Academy of Natural Sciences, O Yong Ho, bi status diplomatiku, jieħu sehem f'attivitajiet għal entità sanzjonata kif jinsab fil-UNSCR 2094 (2013). Din l-entità hija magħrufa għall-attivitajiet ta' proliferazzjoni tagħha li huma ta' benefiċċju għall-programmi tar-RDPK marbuta mal-armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Huwa fittex li jakkwista oġġetti applikabbli għall-missili minn pajjiżi terzi f'isem il-programm tal-missili tar-RDPK, inkluż fibra tal-aramid, tubi tal-azzar inossidabbli, u ball bearings. Huwa fittex ukoll li jakkwista diversi oġġetti kkontrollati min-Nuclear Suppliers Group b'applikazzjonijiet ta' missili ballistiċi, inkluż ħajt ta' Kevlar, fibra tal-aramid, żejt tal-avjazzjoni, ball bearings, u magni tal-maċinazzjoni bi preċiżjoni. Għalhekk, huwa direttament involut fil-forniment ta' fondi u provvisti għall-programmi tar-RDPK marbuta mal-armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew armi oħrajn ta' qerda massiva."

(b)

taħt l-intestatura 'Lista ta' persuni, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 34(1) u 34(3)', is-subintestatura '(b) Persuni legali, entitajiet u korpi', l-entrati 4, 5 u 6 huma sostitwiti minn dan li ġej:

 

Isem (u prewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

"4.

Pan Systems Pyongyang

magħrufa wkoll bħala Wonbang Trading Co.; Glocom; International Golden Services; International Global System

Indirizz: Room 818, Pothonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon district, Pyongyang, DPRK.

16.10.2017

Il-Pan Systems assistiet fl-evażjoni ta' sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi jew materjal relatat lill-Eritrea.

Il-Pan Systems hija wkoll ikkontrollata minn, u taħdem f'isem, l-Uffiċċju Ġenerali tar-Rikonjizzjoni, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.

5.

Eritech Computer Assembly & Communication Technology PLC

Indirizz: Denden Street N028, Asmara, 257, Eritrea

21.4.2022

L-Eritech Computer Assembly & Communication technology PLC tqiegħdet taħt l-awtorità jew taħt id-direzzjoni tal-Forzi ta' Difiżi tal-Eritrea u hija domiċiljata fil-kumpless tagħhom tal-Asha Golgol Military Technical Center, użat għall-produzzjoni, il-modifika jew it-tiswija ta' apparat ċivili u militari u paramilitari. Hija involuta fl-evażjoni ta' sanzjonijiet u responsabbli għall-appoġġ tal-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK billi ġiet identifikata bħala r-riċevitur intiż f'Lulju 2016 ta' kunsinna miċ-Ċina ta' tagħmir ta' komunikazzjonijiet militari li oriġina mir-RDPK. Il-biċċa l-kbira tat-tagħmir ikkonċernat ġie mill-GLOCOM, kumpanija tar-RDPK speċjalizzata fil-forniment ta' tagħmir ta' trażmissjoni militari, marbuta mas-servizzi ta' intelligence tar-RDPK bi ksur, b'mod partikolari, tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2270 (2016). Ir-Rapport Finali ta' Marzu 2023 tal-Bord ta' Esperti tan-NU jippreżenta informazzjoni li l-Pan Systems qed tkompli tinvolvi ruħha f'tentattivi ta' esportazzjoni ta' armi.

6.

Korea General Corporation for External Construction (Psewdonomi: KOGEN, GENCO)

조선대외건설총회사

Indirizz: Taedonggang District, Pyongyang, Democratic People's Republic of Korea

21.4.2022

Il-Korea General Corporation for External Construction (KOGEN) irreklamat lilha nnifisha bħala li qed tuża impjegati tar-RDPK għal proġetti f'pajjiżi oħra, inkluż permezz tal-portal tal-internet uffiċjali tar-RDPK Naenara. Il-KOGEN hija, b'hekk, involuta fl-evażjoni tas-sanzjonijiet billi tikser ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2397 (2017), li tipprojbixxi l-istazzjonament ta' ħaddiema barranin li l-pagi tagħhom jitħallsu lill-gvern tar-RDPK u li jistgħu jintużaw biex jappoġġaw il-programmi nukleari u ta' missili ballistiċi, u hija responsabbli għall-appoġġ finanzjarju tal-programmi nukleari u ballistiċi tar-RDPK peress li tittrasferixxi l-pagi kollha jew parti minnhom tal-ħaddiema li tibgħat barra mill-pajjiż lir-reġim, prattika pprojbita mir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2397 (2017)."


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2576/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)