|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2537 |
20.11.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2537
tal-15 ta’ Settembru 2023
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/856 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-innovazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10a(8) tagħha, id-dsatax-il subparagrafu tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emendat id-Direttiva 2003/87/KE billi estendiet il-firxa ta’ proġetti li l-Fond għall-Innovazzjoni jista’ jappoġġa, billi speċifikat kif il-proġetti li japplikaw għall-appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni jridu jiġu evalwati u billi saħħet il-governanza tal-Fond għall-Innovazzjoni. Id-Direttiva (UE) 2023/959 ippermettiet ukoll lill-Kummissjoni tagħti appoġġ lill-Fond għall-Innovazzjoni permezz ta’ proċeduri kompetittivi ta’ offerti. |
|
(2) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2023“Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti” (3) tipprevedi li fil-ħarifa tal-2023 se titnieda l-ewwel proċedura kompetittiva ta’ offerti sabiex tiġi appoġġata l-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli taħt il-Fond għall-Innovazzjoni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 dwar il-Bank Ewropew tal-Idroġenu (4) riaffermat dak l-objettiv. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-emenda tad-Direttiva 2003/87/KE u tal-objettivi espressi f’dawk il-komunikazzjonijiet, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 (5). |
|
(4) |
Il-Kapitolu II tar-Regolament Delegat (UE) 2019/856 jistabbilixxi r-regoli għall-għoti ta’ għotjiet taħt il-Fond għall-Innovazzjoni. Dawk ir-regoli wrew li huma effettivi kumplessivament mill-pubblikazzjoni tal-ewwel sejħa għal proposti fit-3 ta’ Lulju 2020. Madankollu, jenħtieġ li dawn jiġu emendati biex jiġu allinjati mar-rekwiżiti l-ġodda tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata mid-Direttiva (UE) 2023/959 u li jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet abbażi tal-esperjenza miksuba f’dawn l-aħħar ftit snin. |
|
(5) |
Filwaqt li ma kienx hemm biżżejjed konkorrenza għal sejħiet għal proġetti fuq skala żgħira, partikolarment minħabba li l-proġetti fuq skala żgħira għandhom aċċess aktar faċli għall-finanzjament fil-livell nazzjonali, kien hemm iżżejjed konkorrenza għal sejħiet għal proġetti fuq skala kbira. Għalhekk, huwa xieraq li d-definizzjoni ta’ proġetti fuq skala żgħira tiġi mmodifikata sabiex jiġu inklużi proġetti b’nefqa kapitali totali li ma taqbiżx l-EUR 20 000 000 u li tiġi introdotta kategorija ġdida ta’ proġetti fuq skala medja sabiex jiġu indirizzati kemm kwistjonijiet ta’ konkorrenza defiċenti jew eċċessiva, tiġi permessa s-selezzjoni ta’ proġetti f’meded ta’ daqs simili u b’hekk jiġu appoġġati l-proġetti tal-ogħla kwalità tad-daqsijiet kollha fil-livell tal-UE. |
|
(6) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi li l-għotjiet li ma jiġux aġġudikati permezz ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti jiġu limitati għal 60 % tal-kostijiet rilevanti tal-proġett. Huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn id-dħul ekonomiku u l-benefiċċji operazzjonali tal-proġetti fil-kalkolu tal-kostijiet rilevanti sabiex jiġi stabbilit il-valur korrett tal-kostijiet rilevanti li jistgħu jiġu appoġġati. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li f’deċiżjoni li tniedi sejħa għal proposti jiġi deċiż li l-kostijiet rilevanti jiġu kkalkolati billi jitqabblu l-kostijiet stmati tal-proġett ma’ xenarju kontrofattwali tal-produzzjoni konvenzjonali, skont in-natura tas-sejħa u l-esperjenza tal-passat. |
|
(7) |
Sabiex jiġi evitat sovrakumpens ta’ proġetti fuq skala żgħira li għandhom dħul ekonomiku sinifikanti, jenħtieġ li l-kostijiet rilevanti tagħhom ma jibqgħux jiġu kkalkolati bħala l-kostijiet totali tan-nefqa kapitali tagħhom. L-istess metodu għall-kalkolu tal-kostijiet rilevanti jenħtieġ li japplika għall-proġetti kollha, filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust u ugwali tal-applikanti u titqies ukoll iż-żieda fil-limitu massimu tan-nefqa kapitali totali għal proġetti fuq skala żgħira. Dan il-metodu ta’ kalkolu jenħtieġ ukoll jakkomoda aħjar il-proġetti li jibbażaw fuq livell għoli ta’ konsum tal-elettriku rinnovabbli peress li l-kostijiet operazzjonali ta’ tali proġetti se jitqiesu fil-kalkolu tal-kostijiet rilevanti. |
|
(8) |
Xi proġetti innovattivi jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq il-klima li jkun usa’ minn sempliċiment tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dan huwa, pereżempju, il-każ għal proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju iswed fis-settur marittimu, li jirrappreżentaw 75 % tal-impatti klimatiċi mhux tad-diossidu tal-karbonju mit-tbaħħir. Huwa wkoll il-każ għal proġetti fis-settur tal-avjazzjoni li jnaqqsu l-impatt klimatiku ta’ gassijiet mhux serra, li għandhom minn darbtejn sa erba’ darbiet l-impatt tad-diossidu tal-karbonju. Il-kriterju dwar il-potenzjal għat-tnaqqis tal-gassijiet serra jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat biex jinkludi tali benefiċċji klimatiċi usa’ lil hinn mit-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-kriterji użati għall-valutazzjoni tal-proġetti. |
|
(9) |
Il-kriterju tal-potenzjal tekniku u tas-suq għall-applikazzjoni jew għar-replikazzjoni mifruxa jenħtieġ li jitwessa’ wkoll sabiex iqis il-potenzjal ta’ proġett propost biex jindirizza bosta impatti ambjentali kif ukoll il-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-UE ta’ tniġġis żero, u ċirkolarità. |
|
(10) |
Il-kriterju tal-kosteffiċjenza jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jindika kif jitqies appoġġ pubbliku ieħor fil-kalkolu. |
|
(11) |
Il-proġetti fis-settur marittimu diġà qegħdin jiġu appoġġati mill-Fond għall-Innovazzjoni qabel l-inklużjoni tal-emissjonijiet marittimi fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (“EU ETS”) mill-2024, fejn dawk jinvolvu l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew il-ħżin tal-enerġija. Sal-2030, jenħtieġ li jintużaw 20 miljun kwota mill-EU ETS sabiex tiġi appoġġata d-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proġetti f’setturi koperti mill-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri jingħataw attenzjoni speċjali taħt il-Fond għall-Innovazzjoni. |
|
(12) |
Fid-dawl tat-tipi l-ġodda ta’ proġetti u setturi eliġibbli taħt il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħiet jew suġġetti dedikati għal ċerti setturi. Fil-kuntest ta’ dawk is-sejħiet jew is-suġġetti speċifiċi għas-settur, jistgħu jiġu applikati kriterji għall-aġġudikazzjoni jew rekwiżiti tal-għoti addizzjonali sabiex jiġi evalwat il-kontribut potenzjali tal-proġetti proposti għall-objettivi u l-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Tali kriterji għall-aġġudikazzjoni jew rekwiżiti tal-għoti addizzjonali jistgħu jinkludu l-kontribut potenzjali tal-proġett għall-aċċess tal-UE għal provvista sigura u sostenibbli ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti meħtieġa sabiex tiġi ssalvagwardjata r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija tal-UE u sabiex isir kontribut għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità. |
|
(13) |
Minħabba n-natura teknika u l-varjetà tal-proġetti li japplikaw għall-Fond għall-Innovazzjoni, huwa xieraq li l-kumitat tal-evalwazzjoni jkun magħmul minn esperti esterni indipendenti li jkollhom l-għarfien espert meħtieġ sabiex jivvalutaw l-applikazzjonijiet bl-aħjar mod possibbli. L-inklużjoni ta’ esperti esterni indipendenti tagħmilha possibbli li l-għarfien espert jiġi adattat għat-tipi ta’ proġetti jew setturi kkonċernati minn sejħa għal proġetti u li jiġu pproċessati adegwatament għadd kbir ta’ applikazzjonijiet. L-Artikoli 12 u 12a jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jispeċifikaw li l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu vvalutati minn kumitat ta’ evalwazzjoni magħmul kompletament jew parzjalment minn esperti esterni indipendenti. |
|
(14) |
Fid-dawl tal-għadd limitat ta’ proġetti attwalment eliġibbli għall-assistenza għall-iżvilupp tal-proġett u sabiex jitwessa’ l-ambitu ta’ tali assistenza, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir applikazzjoni għall-assistenza għall-iżvilupp tal-proġett inkwantu għal kwalunkwe proġett li jaqa’ fl-ambitu tal-Fond għall-Innovazzjoni, irrispettivament minn jekk qabel tkunx saret applikazzjoni għal għotja taħt il-Fond għall-Innovazzjoni inkwantu għal dawk il-proġetti. Madankollu, sabiex l-assistenza tkun effettiva, il-proġetti biss li juru grad suffiċjenti ta’ innovazzjoni u li jkollhom il-potenzjal li jnaqqsu konsiderevolment l-impatti klimatiċi u l-potenzjal għal applikazzjoni mifruxa jenħtieġ li jiġu aġġudikati assistenza għall-iżvilupp tal-proġett. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-aġġudikazzjoni jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE emendata. Sabiex jinżammu sinerġiji bejn il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet u l-mekkaniżmu ta’ assistenza għall-iżvilupp tal-proġett, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi deċiż jekk l-applikanti li jkunu pparteċipaw f’sejħa għal proposti u li ssodisfaw l-effettività tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-kriterji ta’ innovazzjoni, jekk ikunu jixtiequ hekk, ikollhom l-applikazzjonijiet tagħhom meqjusin awtomatikament għal assistenza għall-iżvilupp tal-proġett. Sabiex jiġi rifless id-diżakkoppjament tal-assistenza għall-iżvilupp tal-proġett mill-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet, jenħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura tal-għażla. |
|
(15) |
Id-Direttiva 2003/87/KE emendata tipprevedi li l-Fond għall-Innovazzjoni jista’ jagħti appoġġ permezz ta’ offerti kompetittivi għall-produzzjoni ta’ prodotti b’livell baxx jew żero ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, li jinkludu prodotti li jistgħu jintużaw biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ attività. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit is-sett bażiku ta’ regoli li jirregolaw l-għoti ta’ appoġġ permezz tal-offerti kompetittivi. L-offerti kompetittivi jenħtieġ li jikkontribwixxu speċjalment favur l-objettiv il-ġdid tal-Fond għall-Innovazzjoni li jiġu skalati tekniki, proċessi u teknoloġiji innovattivi, bl-għan tal-implimentazzjoni mifruxatagħhom madwar l-UE. |
|
(16) |
Fid-dawl tal-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti u l-Komunikazzjoni dwar il-Bank Ewropew tal-Idroġenu, l-appoġġ mogħti permezz tal-ewwel proċeduri kompetittivi ta’ offerti jenħtieġ li jieħu l-forma ta’ premiums fissi. L-applikanti li joffru l-aktar prezz offerenti baxx jenħtieġ li jintgħażlu għal kuntratt bi premium fiss, li jistabbilixxi ammont fiss ta’ appoġġ għal kull unità ta’ produzzjoni. L-ammont ta’ kull premium fiss jenħtieġ li jkun ugwali għall-prezz offerenti offrut mill-applikanti. Il-premiums fissi jenħtieġ li jitqiesu bħala għotjiet skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (“ir-Regolament Finanzjarju”). |
|
(17) |
Kull proċedura kompetittiva ta’ offerti jenħtieġ li tiġi ddisinjata mill-Kummissjoni f’konformità mal-prinċipji ta’ ftuħ, ċarezza, trasparenza u nondiskriminazzjoni, u bl-għan li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ offeriment spekulattiv. Id-disinn ta’ kull proċedura ta’ offerti kompetittiva jenħtieġ li jinkludi l-parametri ekonomiċi ewlenin li jinfluwenzaw direttament l-istruttura ta’ inċentivi u l-komportament tal-offerti ta’ proponenti potenzjali tal-proġetti, u jenħtieġ li jiġi ppubblikat biżżejjed qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti sabiex jippermetti kompetizzjoni effettiva. Aġġustamenti ex post għall-eżitu tal-proċeduri ta’ offerti bħal negozjati sussegwenti fuq ir-riżultati tal-offerta jew ir-razzjonar jenħtieġ li jiġu evitati. |
|
(18) |
Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni suffiċjenti u effettiva bejn l-applikanti, il-proċedura kompetittiva ta’ offerti jenħtieġ li jkollha baġit jew volum massimu li jaġixxi bħala restrizzjoni vinkolanti fis-sens li jista’ jkun mistenni li mhux l-applikanti kollha jirċievu appoġġ. Jekk għal proċedura kompetittiva ta’ offerti ma jkunx hemm biżżejjed konkorrenza, id-disinn tal-proċeduri kompetittivi ta’ offerti sussegwenti jenħtieġ li jiġi adattat sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva. |
|
(19) |
Kull proċedura kompetittiva ta’ offerti (inkluż id-definizzjoni u r-rekwiżiti tal-prodott b’livell baxx jew żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju) jenħtieġ li tkun ddisinjata b’tali mod li jintgħażlu biss dawk il-proġetti li għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-emissjonijiet f’diversi setturi u li jikkontribwixxu għall-miri tal-UE tal-klima u l-enerġija u għall-objettivi tal-UE ta’ tniġġis żero u ta’ ċirkolarità. Il-prodott irkantat jenħtieġ li jkollu potenzjal għal applikazzjoni mifruxa u li jnaqqas il-kostijiet tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima fis-setturi kkonċernati. Barra minn hekk, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-prodotti li għandhom il-potenzjal li jindirizzaw bosta impatti ambjentali. |
|
(20) |
Għal kull proċedura kompetittiva ta’ offerti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi kjarament ir-rekwiżiti ta’ kwalifika li jridu jiġu ssodisfati sabiex proposta tiġi kklassifikata. Dawk ir-rekwiżiti ta’ kwalifika jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata proċedura kompetittiva ta’ offerti effettiva u tlestija tal-proġett propost f’konformità mal-objettivi tas-sejħa għal proposti u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. |
|
(21) |
Il-proposti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kwalifika jenħtieġ li jiġu kklassifikati mill-inqas sal-ogħla prezz offerenti. F’każijiet eċċezzjonali, jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw kriterji addizzjonali biex jiġu kklassifikati l-proposti, diment li l-prezz offerenti, imqabbel direttament fir-rigward tal-prodott jew tal-objettiv li jifforma s-suġġett tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti, ikun jammonta għal mill-inqas 70 % tal-ponderazzjoni tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni. |
|
(22) |
Il-proġetti li jinvolvu l-produzzjoni ta’ prodotti b’livell baxx jew żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju diġà jistgħu jiġu appoġġati fi gradi differenti fi Stati Membri differenti. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-applikanti u sabiex jiġi żgurat li jintgħażlu l-aktar proġetti kosteffiċjenti, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi ristretta l-possibbiltà li proġetti li diġà jirċievu appoġġ pubbliku għall-produzzjoni ta’ prodotti b’livell baxx jew żero ta’ emissjonijiet ta’ karbonju jipparteċipaw fi proċedura kompetittiva ta’ offerti. Tali restrizzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita b’mod ċar f’deċiżjoni li tniedi sejħa għal proposti. |
|
(23) |
Jistgħu jkunu meħtieġa depożiti sabiex jiġi evitat offeriment spekulattiv u sabiex tiġi żgurata s-sinċerità u l-kwalità għolja tal-proposti, kif ukoll sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-proposti permezz ta’ kontrolli tal-maturità tal-proġetti inqas stretti. Id-depożiti jenħtieġ li jieħdu l-forma ta’ depożiti ta’ flus, garanziji bankarji, garanziji minn kumpanija omm jew forom oħrajn ta’ garanzija użati komunement. |
|
(24) |
Sabiex jiġu operazzjonalizzati “Irkantijiet bħala Servizz” (il-Pjattaforma tal-Irkant tal-UE msemmija fil-Komunikazzjoni dwar il-Bank Ewropew tal-Idroġenu), il-korp ta’ implimentazzjoni inkarigat mill-klassifikazzjoni tal-proposti jista’ jkun meħtieġ jikklassifika l-proposti li l-prezz offerenti tagħhom ikun ogħla mill-prezz tal-ikklerjar, sabiex dawn il-proġetti jkunu jistgħu jiġu appoġġati mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Irkant bħala Servizz. |
|
(25) |
F’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri li jitolbuha u li għandhom livell baxx ta’ parteċipazzjoni effettiva fi proġetti ffinanzjati taħt il-Fond għall-Innovazzjoni. Dik l-assistenza teknika jenħtieġ li żżid il-kapaċitajiet tal-Istat Membru rikjedenti biex jappoġġa l-isforzi tal-proponenti tal-proġetti fit-territorji rispettivi tagħhom biex jissottomettu applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-Fond għall-Innovazzjoni, sabiex tittejjeb il-firxa ġeografika effettiva tal-parteċipazzjoni fil-Fond għall-Innovazzjoni u tiżdied il-kwalità ġenerali tal-proġetti sottomessi. F’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammont disponibbli għall-assistenza teknika lill-Istati Membri u l-lista tal-Istati Membri eliġibbli għall-assistenza teknika. L-Istati Membri eliġibbli għall-assistenza teknika jenħtieġ li jkunu dawk bl-inqas proporzjon bejn l-appoġġ tal-Fond għall-Innovazzjoni riċevut minn proġetti fit-territorju tagħhom (kemm f’termini ta’ għadd kif ukoll ta’ ammont monetarju) u s-sehem tagħhom tal-emissjonijiet ivverifikati tal-EU ETS matul il-perjodu 2013-2020. Il-lista tal-Istati Membri eliġibbli jenħtieġ li tiġi aġġornata mill-inqas darba kull sentejn. |
|
(26) |
F’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tfittex sinerġiji bejn il-Fond għall-Innovazzjoni u l-Programm Qafas Orizzont Ewropa għar-riċerka u l-innovazzjoni, u, fejn rilevanti, bejn il-Fond għall-Innovazzjoni u programmi oħrajn tal-UE. Għalhekk huwa xieraq li l-korp ta’ implimentazzjoni jintalab irawwem sinerġiji bejn il-Fond għall-Innovazzjoni u programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-UE li huwa jimmaniġġa. |
|
(27) |
Sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Fond għall-Innovazzjoni, jenħtieġ li l-proponenti tal-proġetti jippromwovu l-proġetti tagħhom u r-riżultati u l-impatt tagħhom, u għandhom jindikaw b’mod ċar l-oriġini tal-appoġġ riċevut billi jużaw l-elementi promozzjonali miftiehma minn qabel mal-korp ta’ implimentazzjoni. |
|
(28) |
Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/856 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2019/856
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/856 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
It-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Kostijiet rilevanti Għall-finijiet tal-ħames sentenza tas-sittax-il subparagrafu tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kostijiet rilevanti għandhom ikunu l-kostijiet addizzjonali netti li jitħallsu mill-proponent tal-proġett b’riżultat tal-applikazzjoni tat-teknoloġija innovattiva relatata mat-tnaqqis jew mal-evitar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-kostijiet addizzjonali netti għandhom jiġu kkalkolati bħala d-differenza bejn (i) l-aħjar stima tal-kostijiet ekonomiċi (li jkopru l-investiment u l-operat) u d-dħul ekonomiku u l-benefiċċji operazzjonali, u (ii) l-aħjar stima tal-kostijiet u tad-dħul ekonomiċi u tal-benefiċċji operazzjonali ta’ proġett bl-użu ta’ teknoloġija konvenzjonali bl-istess kapaċità f’termini ta’ produzzjoni effettiva tal-prodott finali analogu. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wkoll li l-kostijiet rilevanti għandhom ikunu l-kostijiet addizzjonali netti, ikkalkolati bħala d-differenza bejn l-aħjar stima ta’ (i) il-kostijiet ekonomiċi (li jkopru l-investiment u l-operat) u (ii) id-dħul ekonomiku u l-benefiċċji operazzjonali.” |
|
(6) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: “2. Jekk tkun qiegħda tintuża l-proċedura ta’ applikazzjoni b’żewġ stadji, din għandha tikkonsisti mill-istadji konsekuttivi li ġejjin:
3. Meta tapplika l-proċedura tal-applikazzjoni bi stadju wieħed, il-proponent tal-proġett għandu jissottometti applikazzjoni sħiħa kif deskritt fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu.” |
|
(9) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
L-Artikolu 12a huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
wara l-Artikolu 12b, jiddaħħal it-titolu tal-Kapitolu li ġej: “Kapitolu IIa Assistenza għall-iżvilupp tal-proġett ”; |
|
(13) |
l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 13 Assistenza għall-iżvilupp tal-proġett 1. Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punt (c), il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammont massimu tal-appoġġ tal-Fond għall-Innovazzjoni disponibbli għal assistenza għall-iżvilupp tal-proġett. 2. Il-Kummissjoni tista’ tagħti assistenza għall-iżvilupp tal-proġett fil-forma ta’ assistenza teknika lil kwalunkwe proġett li jaqa’ fl-ambitu tal-Fond għall-Innovazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 10a(8), l-ewwel u s-sitt subparagrafi tad-Direttiva 2003/87/KE. 3. L-attivitajiet li ġejjin jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta’ assistenza għall-iżvilupp tal-proġett:
4. Jekk l-assistenza għall-iżvilupp tal-proġett tiġi implimentata taħt ġestjoni indiretta, l-entità ta’ implimentazzjoni għandha twettaq il-proċedura tal-għażla u tieħu d-deċiżjoni li taġġudika l-assistenza għall-iżvilupp tal-proġett wara li tkun ikkonsultat lill-Kummissjoni. Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni għandhom iqisu l-grad ta’ innovazzjoni meta mqabbel mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, il-potenzjal li jitnaqqsu konsiderevolment l-impatti klimatiċi u li tiġi appoġġata l-applikazzjoni mifruxa, il-maturità kif ukoll il-bilanċ ġeografiku u settorjali meta mqabbel mal-portafoll ta’ proġetti ffinanzjati.” |
|
(14) |
jiddaħħal il-Kapitolu IIb li ġej: “Kapitolu IIb Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal proċeduri kompetittivi ta’ offerti Artikolu 13a Tfassil u prinċipji tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-disinn tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti f’konformità mal-prinċipji ta’ ftuħ, ċarezza, trasparenza u nondiskriminazzjoni. 2. Il-proċeduri kompetittivi ta’ offerti għandhom jiġu ddisinjati b’mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ offeriment spekulattiv. 3. Il-proċeduri kompetittivi ta’ offerti kollha għandu jkollhom baġit jew volum massimu li jaġixxi ta’ kostrizzjoni vinkolanti. Proċeduri kompetittivi ta’ offerti li għalihom ma jkun hemm biżżejjed konkorrenza għandhom jiġu adattati biex tiġi rrestawrata l-kompetizzjoni effettiva fil-proċeduri kompetittivi ta’ offerti sussegwenti. 4. Id-disinn tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti għandu jiġi ppubblikat biżżejjed qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti biex jippermetti kompetizzjoni effettiva. Artikolu 13b Sejħiet għal proposti 1. Il-proponenti tal-proġett għandhom jiġu mistiedna biex japplikaw għal proċedura kompetittiva ta’ offerti permezz ta’ sejħiet miftuħa għal proposti mnidija mill-Kummissjoni. 2. Qabel tiġi adottata deċiżjoni li tniedi sejħa għal proposti, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri dwar l-abbozz tad-deċiżjoni. 3. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniedi s-sejħa għal proposti għandha tistabbilixxi dan li ġej b’mod ċar:
Artikolu 13c Rekwiżiti ta’ kwalifika 1. Huma biss il-proposti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kwalifika li għandhom jiġu kkunsidrati għall-proċedura klassifikatorja stabbilita fl-Artikolu 13d. 2. Ir-rekwiżiti ta’ kwalifika għandhom jimmiraw li jiżguraw li l-proponenti tal-proġetti li jipparteċipaw fil-proċedura kompetittiva ta’ offerti jkunu kapaċi jlestu l-proġett propost f’konformità mad-disinn tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti, mat-termini tas-sejħa għal proposti u mal-objettivi fl-Artikolu 3, u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. 3. Ir-rekwiżiti ta’ kwalifika għandhom ikunu limitati għal dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti u sabiex jiġi żgurat l-ogħla grad ta’ kompetizzjoni u kwalità tal-proposti sottomessi. 4. Ir-rekwiżiti ta’ kwalifika jistgħu jkunu kriterji ta’ eliġibbiltà, selezzjoni u aġġudikazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju. Artikolu 13d Proċedura klassifikatorja 1. Il-proposti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kwalifika għandhom jiġu kklassifikati mill-aktar prezz baxx offrut sal-ogħla prezz, sakemm ma jiġux applikati kriterji addizzjonali skont il-paragrafu 2. 2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, eċċezzjonalment, li tuża kriterji addizzjonali għall-klassifikazzjoni tal-proposti, sakemm il-prezz offerenti, imqabbel direttament fir-rigward tal-prodott jew tal-objettiv li jifforma s-suġġett tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti, jammonta għal mill-inqas 70 % tal-ponderazzjoni tal-kriterji klassifikatorji. L-użu ta’ kriterji addizzjonali għandu jiġi stabbilit b’mod ċar fis-sejħa għall-proposti u għandu jiġi ġġustifikat min-natura tal-prodott irkantat u mill-objettivi tas-sejħa. 3. Il-korp ta’ implimentazzjoni għandu jfassal il-lista ta’ proposti preselezzjonati u jikkomunikaha lill-Kummissjoni. Il-lista għandu jkun fiha:
4. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-korp ta’ implimentazzjoni għandu jikkomunika wkoll il-klassifikazzjoni tal-proposti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kwalifika iżda li l-prezz tagħhom ikun ogħla mill-prezz tal-ikklerjar. 5. Abbażi ta’ dak li jkun ġie kkomunikat skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 21(2), tadotta d-deċiżjoni tal-għoti li tispeċifika l-appoġġ li għandu jiġi pprovdut għall-proposti magħżulin u, fejn xieraq, tfassal lista ta’ riżerva. Artikolu 13e Kumulazzjoni 1. Għal kull proċedura kompetittiva ta’ offerti, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tillimita l-possibbiltà li proponent ta’ proġett jikkumula l-appoġġ aġġudikat abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti b’finanzjament tal-UE jew b’appoġġ pubbliku nazzjonali. 2. Kwalunkwe restrizzjoni adottata skont il-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti. 3. L-ambitu u r-raġunament tar-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar fl-abbozz tad-deċiżjoni sottomess lill-Istati Membri skont l-Artikolu 13b(2) kif ukoll fil-pubblikazzjoni tal-elementi tat-tfassil tal-proċedura kompetittiva ta’ offerti msemmija fl-Artikolu 13a(4). Artikolu 13f Depożiti 1. Il-Kummissjoni tista’ titlob depożiti, f’konformità mal-Artikolu 10a(8a) tad-Direttiva 2003/87/KE, fil-forma ta’ garanzija finanzjarja, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ offeriment spekulattiv jew sabiex jiġu inċentivati l-proponenti tal-proġetti biex ilestu l-proġett propost fil-ħin u f’konformità mal-proposta tagħhom. 2. Id-depożiti miżmuma għandhom jikkumulaw għall-Fond għall-Innovazzjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.” |
|
(15) |
jiddaħħal il-Kapitolu IIc li ġej: “Kapitolu IIc Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-assistenza teknika pprovduta lill-Istati Membri b’livell baxx ta’ parteċipazzjoni effettiva Artikolu 13g Assistenza teknika pprovduta lill-Istati Membri b’livell baxx ta’ parteċipazzjoni effettiva 1. L-Istati Membri bl-inqas proporzjon ibbażat fuq l-appoġġ tal-Fond għall-Innovazzjoni riċevut minn proġetti fit-territorju tagħhom meta mqabbel mas-sehem tagħhom ta’ emissjonijiet verifikati tal-EU ETS fl-2013-2020 jistgħu jkunu eliġibbli għall-assistenza teknika pprovduta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10a(8), l-erbatax-il subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE. 2. L-ammont massimu tal-appoġġ tal-Fond għall-Innovazzjoni disponibbli għall-assistenza teknika kif ukoll il-lista tal-Istati Membri eliġibbli għall-assistenza teknika għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 21(2)(d). Il-lista tal-Istati Membri eliġibbli għandha tiġi aġġornata mill-inqas darba kull sentejn minn hemm ’il quddiem.” |
|
(16) |
it-titolu tal-Kapitolu III huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal forom oħrajn ta’ appoġġ għall-Fond għall-Innovazzjoni”; |
|
(17) |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
fl-Artikolu 20, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Soġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE, id-dħul tal-Fond għall-Innovazzjoni li jibqa’ fl-aħħar tal-perjodu ta’ eliġibbiltà għall-proġetti appoġġati għandu jintuża sabiex jappoġġa proġetti ġodda li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 10a(8) ta’ dik id-Direttiva sakemm id-dħul kollu jintefaq għall-objettivi tal-Fond għall-Innovazzjoni.” |
|
(20) |
fl-Artikolu 21, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(21) |
fl-Artikolu 23, jitħassru l-paragrafi 5 u 6; |
|
(22) |
fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fl-2025 u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni. L-evalwazzjoni għandha tiffoka fuq, iżda ma għandhiex tkun limitata għal, il-valutazzjoni tas-sinerġiji bejn il-Fond għall-Innovazzjoni u programmi rilevanti oħrajn tal-UE, partikolarment l-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (inklużi Orizzont Ewropa u Orizzont 2020), kif ukoll il-proċedura għall-iżborż tal-appoġġ tal-Fond għall-Innovazzjoni.” |
|
(23) |
L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti (COM(2023) 62 final).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Bank Ewropew tal-Idroġenu, Brussell, (COM(2023) 156 final).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-innovazzjoni (ĠU L 140, 28.5.2019, p. 6).
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2537/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)