|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2525 |
14.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2525
tad-9 ta’ Novembru 2023
li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Belġjan,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Pascal SMET sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Belġjan ippropona, abbażi ta’ mandat nazzjonali differenti, lis-Sur Pascal SMET, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali Lid van het Brussels Hoofdstedelijk Parlement (Membru tal-Parlament tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Pascal SMET, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali, Lid van het Brussels Hoofdstedelijk Parlement (Membru tal-Parlament tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali), (bidla fil-mandat), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
N. CALVIÑO SANTAMARÍA
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2525/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)