European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2485

21.11.2023

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2485

tas-27 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar addizzjonali biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li skonthom ċerti attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikaw bħala li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dawk l-attivitajiet ma jikkawżawx ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 11(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2020/852 jistabbilixxi l-qafas ġenerali għad-determinazzjoni ta’ jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala waħda ambjentalment sostenibbli għall-finijiet li jiġi stabbilit sa liema punt investiment ikun ambjentalment sostenibbli. Dak ir-Regolament japplika għal miżuri adottati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew għall-emittenti fir-rigward ta’ prodotti finanzjarji jew ta’ bonds korporattivi li jsiru disponibbli bħala ambjentalment sostenibbli, għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jagħmlu prodotti finanzjarji disponibbli, u għall-impriżi li jkunu soġġetti għall-obbligu li jippubblikaw dikjarazzjoni mhux finanzjarja skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew dikjarazzjoni mhux finanzjarja kkonsolidata skont l-Artikolu 29a ta’ dik id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi jew l-awtoritajiet pubbliċi li ma humiex koperti bir-Regolament (UE) 2020/852 jistgħu anke japplikaw dak ir-Regolament fuq bażi volontarja.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 (3) jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li skonthom, attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar ikopru attivitajiet ekonomiċi minn disa’ setturi ekonomiċi minħabba s-sehem sinifikanti tagħhom fl-emissjonijiet totali globali tal-gassijiet serra, u l-potenzjal tagħhom mixhud bi prova li jevitaw il-produzzjoni ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra, inaqqsu tali emissjonijiet, jew jeliminaw tali emissjonijiet. Barra minn hekk, dawk l-attivitajiet ekonomiċi għandhom il-potenzjal mixhud bi prova li jistgħu jiffaċilitaw tali evitar, tnaqqis u eliminazzjoni għal setturi u attivitajiet ekonomiċi oħra, jew li jiżguraw il-ħżin fit-tul ta’ tali emissjonijiet għal setturi u attivitajiet oħra.

(3)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 ma jkoprix l-attivitajiet ekonomiċi kollha li jistgħu jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima. Sabiex jiġu ffaċilitati ulterjorment l-investimenti ambjentalment sostenibbli, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar addizzjonali għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi li jistgħu jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima mingħajr ma ssir ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali l-oħrajn, iżda li bħalissa ma humiex koperti mir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139. L-attivitajiet ekonomiċi addizzjonali li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jkopru fil-biċċa l-kbira lis-settur tat-trasport u l-katina tal-valur tiegħu. L-attivitajiet ekonomiċi addizzjonali li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-adattament għat-tibdil fil-klima jkopru fil-biċċa l-kbira attivitajiet li jippermettu l-adattament għall-effetti inevitabbli tat-tibdil fil-klima, inkluż id-desalinizzazzjoni u s-servizzi għall-prevenzjoni u r-rispons għal diżastri u emerġenzi relatati mal-klima.

(4)

Il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi addizzjonali jenħtieġ li, fejn possibbli, isegwu l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi stipulati fis-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni mill-impriżi u mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji tal-attivitajiet ekonomiċi li għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar, id-deskrizzjoni speċifika ta’ attività ekonomika jenħtieġ li tinkludi wkoll ir-referenzi għall-kodiċijiet tan-NACE li jistgħu jiġu assoċjati ma’ dik l-attività. Dawk ir-referenzi jenħtieġ li jinftiehmu bħala indikattivi u jenħtieġ li ma jipprevalux fuq id-definizzjoni speċifika tal-attività ekonomika pprovduta fid-deskrizzjoni tagħha.

(5)

Il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għal attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima jenħtieġ li jiżguraw li l-attività ekonomika tħalli impatt pożittiv fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew fuq l-adattament għat-tibdil fil-klima jew tnaqqas l-impatti negattivi fuq tali mitigazzjoni jew adattament. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar jirreferu għal limiti jew għal livelli ta’ prestazzjoni li l-attività ekonomika jenħtieġ li tilħaq sabiex tikkwalifika bħala waħda li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għal “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (DNSH) jenħtieġ li jiżguraw li l-attività ekonomika ma jkollha l-ebda impatt ambjentali negattiv sinifikanti, inkluż impatti relatati mal-klima. Konsegwentement, dawk il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar jenħtieġ li jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li l-attività ekonomika jenħtieġ li tissodisfa sabiex tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli.

(6)

Il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għad-determinazzjoni ta’ jekk attività ekonomika tikkontribwix sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 u ma tagħmilx ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali jenħtieġ li jibnu, fejn rilevanti, fuq id-dritt eżistenti tal-Unjoni, l-aħjar prattiki, standards u metodoloġiji, kif ukoll fuq standards, prattiki u metodoloġiji stabbiliti sew żviluppati minn entitajiet pubbliċi b’reputazzjoni internazzjonali. Fejn dawk l-istandards, prattiki u metodoloġiji ma jkunux disponibbli għal qasam ta’ politika speċifiku, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jenħtieġ li jibnu fuq standards stabbiliti sew żviluppati minn korpi privati b’reputazzjoni internazzjonali.

(7)

Skont l-Artikolu 19(1), il-punt (h) tar-Regolament (UE) 2020/852, il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar jridu jqisu n-natura u l-iskala tal-attività ekonomika u tas-settur li jirreferu għalihom, u jekk l-attività ekonomika hijiex attività abilitanti kif imsemmija fl-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament jew attività ta’ tranżizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament. Biex il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar jissodisfaw ir-rekwiżit tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2020/852 b’mod effettiv u bbilanċjat, jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti bħala limitu kwantitattiv jew rekwiżit minimu, bħala titjib relattiv, bħala sett ta’ rekwiżiti kwalitattivi tal-prestazzjoni, bħala rekwiżiti bbażati fuq proċess jew prattika, jew bħala deskrizzjoni preċiża tan-natura tal-attività ekonomika nnifisha fejn dik l-attività, min-natura tagħha, tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar li jippermettu l-attivitajiet jenħtieġ li jiżguraw ulterjorment li l-attivitajiet li direttament jippermettu attivitajiet oħra jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, ikollhom impatt ambjentali pożittiv sostanzjali u ma jwasslux għal intrappolament ta’ assi li jagħmlu ħsara lill-ambjent. Sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tranżizzjonali jibqgħu fuq perkors kredibbli konsistenti b’ekonomija newtrali għall-klima, il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-attivitajiet tranżizzjonali jenħtieġ li jiġu rieżaminati kull 3 snin kif stabbilit fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fid-dritt tal-Unjoni.

(8)

Il-manifattura ta’ tagħmir elettriku għandha rwol importanti billi tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima billi, b’mod partikolari, tavvanza l-adozzjoni ta’ sorsi rinnovabbli fil-grilji elettriċi tal-Unjoni u billi tiżviluppa stazzjonijiet ta’ rikarga għall-vetturi bla emissjonijiet u għodda intelliġenti għad-djar. Sabiex jiġi sfruttat ulterjorment il-potenzjal tal-elettrifikazzjoni fl-Unjoni u biex jiġu aċċellerati ulterjorment l-investimenti fil-manifattura tat-tagħmir elettriku, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-manifattura ta’ tagħmir elettriku.

(9)

Il-manifattura ta’ vetturi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, ta’ apparati ta’ mobbiltà personali u ta’ vetturi ferrovjarji u ta’ infrastruttura tiddependi fuq komponenti li għandhom rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG), jew, fil-każ tal-ferroviji, li huma essenzjali għall-prestazzjoni, għall-operat u għall-funzjonament ambjentali matul il-ħajja tal-ferroviji u tal-infrastruttura ferrovjarja allinjati mat-Tassonomija, iżda spiss jiġu manifatturati minn impriżi li ma jarmawx dawk il-vetturi jew mezzi oħra ta’ trasport. Sabiex jiġi żgurat li r-rwol ta’ dawk l-impriżi u tal-komponenti li jimmanifatturaw fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jkun rikonoxxut kif xieraq, il-manifattura tal-komponenti li huma essenzjali għall-konsenja u għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-vettura b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jew ta’ mezzi oħra ta’ trasport jenħtieġ li tiġi inkluża bħala attività ekonomika distinta fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139. Jenħtieġ li jiġu inklużi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal komponenti li huma deċiżivi għall-prestazzjoni ambjentali. Għall-vetturi, dan jinkludi, b’mod partikolari, kontrolluri, transformers, muturi elettriċi, portijiet tal-iċċarġjar u ċarġers, konvertituri DC/DC, invertituri tal-enerġija, alternaturi, unitajiet ta’ kontrolluri, sistemi ta’ brejkijiet riġenerattivi, brejkijiet b’teknoloġiji li jnaqqsu t-tkaxkir, sistemi ta’ ġestjoni termali, sistema ta’ trażmissjoni, ħażna tal-idroġenu u sistemi ta’ għoti ta’ fjuwil, elettronika meta meħtieġ għall-operat tal-powertrains, drivetrains, sistemi ta’ sospensjoni “l-aqwa fil-klassi” li jwasslu għal titjib fl-effiċjenza enerġetika, kwalunkwe awżiljarju meta dan ikun meħtieġ għal vetturi b’livell baxx ta’ karbonju u meta dan ikun sostanzjalment aktar effiċjenti fl-enerġija milli alternattivi, karatteristiċi ajru attivi fuq vetturi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju li jnaqqsu r-reżistenza tal-arja, u karrijiet li jinkorporaw teknoloġiji tal-iffrankar tal-enerġija bħal taħlita ta’ bbrejkjar riġenerattiv jew titjib ajrudinamiku. Għall-ferroviji, dan jinkludi, b’mod partikolari, kostitwenti tal-ferroviji kif stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(10)

It-tajers jirrappreżentaw 20 % tal-konsum tal-enerġija ta’ vettura u għalhekk, il-manifattura tat-tajers għandha l-possibbiltà li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur kollu tat-trasport permezz tal-innovazzjoni. It-tajers jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal ekonomija aktar ċirkolari. Filwaqt li l-manifattura tat-tajers mhix inkluża fl-ambitu tal-attività għall-manifattura ta’ komponenti li huma essenzjali għall-ilħuq u għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, xorta se jkun meħtieġ li tiġi vvalutata aktar il-manifattura tat-tajers biex jiġu stabbiliti l-kriterji tekniċi tal-skrinjar għal dik l-attività, filwaqt li jitqiesu kif dovut ir-rekwiżiti legali skont il-proposti l-aktar reċenti ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif ukoll l-aħjar prattiki, partikolarment rigward ir-rilaxx tal-microplastic, it-tniġġis tal-arja, l-istorbju, l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u tmiem il-ħajja. Fil-frattemp, il-manifattura tat-tajers tibqa’ attività eliġibbli skont it-Taqsima 3.6 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 dwar teknoloġiji oħrajn b’livell baxx ta’ karbonju. Partikolarment għall-vetturi tat-triq tal-kategorija M u N, it-tajers jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u kif jista’ jiġi vverifikat mir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL). Barra minn hekk, it-tajers jenħtieġ li jissodisfaw il-proposta Euro 7 għar-rekwiżiti ta’ brix tat-tajers.

(11)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2020, “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti — inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (7), il-Kummissjoni indikat li l-modi kollha tat-trasport huma indispensabbli għas-sistema tat-trasport, u li l-avjazzjoni għandha rwol kruċjali fit-trawwim tal-koeżjoni, tal-konnettività u tal-aċċess għas-suq intern għar-reġjuni kollha. L-avjazzjoni għandha potenzjal importanti biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha, biex tikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, u b’hekk għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-manifattura ta’ inġenji tal-ajru, għal-lokazzjoni, għat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija u għal operazzjonijiet ta’ servizzi fuq l-art tat-trasport bl-ajru. It-trasport kummerċjali bl-ajru b’emissjonijiet żero operat b’żero emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 jew kompletament fuq fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli għadu ma huwiex disponibbli teknoloġikament. Sakemm tali trasport kummerċjali bl-ajru b’emissjonijiet żero ikun teknoloġikament disponibbli, it-trasport bl-ajru jenħtieġ li jitqies bħala attività tranżizzjonali, bil-kriterji tekniċi tal-iskrinjar ibbażati fuq l-aħjar teknoloġiji disponibbli għall-oqsfa tal-inġenji tal-ajru u għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tal-magni, u abbażi tal-potenzjal li jitnaqqsu sostanzjalment l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-inġenji tal-ajru permezz tal-użu progressiv ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Sabiex jiġi ffaċilitat il-finanzjament ta’ inġenji tal-ajru tal-aqwa klassi aktar effiċjenti u favorevoli għall-ambjent, filwaqt li jiġu evitati l-effetti ta’ intrappolament ta’ assi aktar intensivi fil-karbonju u ma jittellifx l-iżvilupp ta’ trasport kummerċjali bl-ajru b’emissjonijiet żero, il-proporzjon ta’ sostituzzjoni li jkopri l-proporzjon ta’ inġenji tal-ajru rtirati b’mod permanenti mill-użu għall-inġenji tal-ajru kkonsenjati fil-livell globali jenħtieġ li japplika biss għad-dħul iġġenerat minn attivitajiet li jikkonformaw mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar. Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), tista’ tippubblika l-proporzjon ta’ sostituzzjoni biex tappoġġa lill-operaturi ekonomiċi fid-divulgazzjonijiet tagħhom. F’konformità man-natura tranżizzjonali tal-attivitajiet u biex titqies l-evoluzzjoni tas-suq tat-teknoloġiji tal-inġenji tal-ajru, il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-manifattura tal-inġenji tal-ajru jenħtieġ li jkunu applikabbli sal-2032, u sa dik id-data dawk il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar jenħtieġ li jiġu rieżaminati biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi. Barra minn hekk, il-livell ta’ użu jew taħlit ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli rappreżentati fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jenħtieġ li jiġi rieżaminat kull 3 snin biex jitqiesu l-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli li qed joħorġu, it-teknoloġiji tagħhom u d-disponibbiltà attwali u mistennija fil-futur ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli fis-suq. Madankollu, fil-qasam tal-adattament għat-tibdil fil-klima, ċerti attivitajiet relatati mal-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri jistgħu jiġu sostnuti minn inġenji tal-ajru ddisinjati u mgħammra apposta biss. Għalhekk jaf ikun meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar separati f’pass sussegwenti għall-manifattura ta’ dawk l-inġenji tal-ajru.

(12)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 jistabbilixxi kriterji tekniċi tal-iskrinjar għal attivitajiet ewlenin fuq l-ilma. Il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar applikabbli wara l-2025 għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni jirriflettu tnaqqis gradwali tal-emissjonijiet lejn l-2050, abbażi tal-valutazzjoni tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata mill-bastimenti tat-trasport fuq passaġġi fuq l-ilma interni, fuq bażi ta’ emissjonijiet well-to-wake. Sabiex tiġi żgurata l-użabilità tal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar applikabbli għat-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri, u biex dawn il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar jiġu allinjati mal-valuri ta’ referenza internazzjonali u tal-Unjoni adottati reċentement, jenħtieġ li l-kriterji tekniċi tal-iskrinjar jiġu aġġornati. Dawk il-valuri ta’ referenza jinkludu l-Fażi 3 tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (9) applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tal-bastimenti eżistenti (10) li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023, u l-limiti tal-intensità tal-gassijiet serra għall-enerġija użata abbord kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2025. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għat-trasport bil-ferrovija, il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-infrastruttura tat-trasport fuq passaġġi fuq l-ilma interni jenħtieġ li jiġu riveduti u jenħtieġ li jinkludu l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport fuq passaġġi fuq l-ilmijiet interni peress li dik l-infrastruttura hija essenzjali biex tiġi żgurata n-navigazzjoni ta’ bastimenti b’emissjonijiet żero fuq il-passaġġi fuq l-ilma. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bl-infrastrutturi tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bl-ilma, il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għal infrastruttura tal-ajruport b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jenħtieġ li jiġu riveduti biex jinkludu t-trażbord bejn il-modi tat-trasport.

(13)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi l-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE (12) tindika li l-frekwenza u s-severità tal-estremitajiet tal-klima u tat-temp qed jiżdiedu u dan min-naħa tiegħu kkawża żieda fin-numru ta’ diżastri relatati mat-tibdil fil-klima matul dawn l-aħħar żewġ deċenni, u fid-danni li dawn jikkawżaw.

(14)

Is-servizzi ta’ emerġenza jsalvaw il-ħajjiet, jipproteġu l-proprjetà u l-ambjent, jassistu lill-komunitajiet milqutin minn diżastri, u jgħinu fl-irkupru matul l-emerġenzi. Iż-żieda fil-frekwenza tad-diżastri naturali kkawżati mit-tibdil fil-klima b’hekk tagħmel is-servizzi ta’ emerġenza saħansitra aktar importanti. Madankollu, is-servizzi ta’ emerġenza ma humiex neċessarjament mgħammra biex jindirizzaw l-iskala, in-natura u l-frekwenza tal-emerġenzi fil-kundizzjonijiet klimatiċi mibdula. Għalhekk, l-attivitajiet tas-servizzi ta’ emerġenza jeħtieġ li jinkludu soluzzjonijiet ta’ adattament biex jadattaw ruħhom għall-impatti tat-tibdil fil-klima u, ladarba jiġu adattati, jipprovdu soluzzjonijiet ta’ adattament biex itejbu r-reżiljenza ġenerali ta’ żona u soċjetà. Sabiex ikomplu jiġu aċċellerati l-investimenti f’dawn is-servizzi ta’ emerġenza li jagħtu spinta lir-reżiljenza ġenerali, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi tal-iskrinjar għal tali attivitajiet ekonomiċi.

(15)

It-tisħin globali huwa mistenni li jwassal għal intensità ogħla ta’ preċipitazzjoni u għal perjodi itwal ta’ nixfa fl-Ewropa (13). Ix-xita qalila perjodikament qed twassal għal għargħar madwar l-Unjoni. Sabiex jiġu inċentivati aktar investimenti f’soluzzjonijiet ta’ adattament kontra l-għargħar, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-prevenzjoni tar-riskju ta’ għargħar u għall-protezzjoni tal-komunitajiet mill-konsegwenzi tagħhom.

(16)

L-effetti tat-tibdil fil-klima, inkluż żieda fl-evapotranspirazzjoni u nixfiet aktar frekwenti, jistgħu jamplifikaw l-iskarsezza tal-ilma, u dan jista’ jipperikola l-provvista tal-ilma, li min-naħa tagħha tista’ twassal għal sfruttament żejjed tar-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-ilma tal-wiċċ u għal aktar kompetizzjoni għal dawk ir-riżorsi. F’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni skont il-ġerarkija tal-ilma, l-ewwel iridu jitqiesu miżuri fattibbli għall-effiċjenza tal-ilma u sussegwentement miżuri fattibbli għar-riużu tal-ilma, qabel jittieħdu miżuri għad-desalinazzjoni tal-ilma. Fl-istess ħin, hu meħtieġ li jkun hemm inċentiv għal investimenti fid-desalinazzjoni tal-baħar jew tal-ilma salmastru, biex jonqos l-isfruttament eċċessiv tar-riżorsi tal-ilma eżistenti u biex jiġi pprovdut buffer stabbilizzanti għan-nuqqas ta’ provvista ta’ ilma ħelu. Għalhekk hu meħtieġ li jiġu stipulati kriterji tekniċi tal-iskrinjar għad-desalinizzazzjoni tal-ilma baħar jew tal-ilma salmastru.

(17)

Il-konsulenza u s-software li jippermettu l-ġestjoni tar-riskju klimatiku għandhom il-potenzjal li jipprovdu soluzzjonijiet ta’ adattament li jappoġġaw lin-negozji fit-tbassir, fil-projezzjoni, fil-ġestjoni u fil-monitoraġġ tagħhom ta’ riskji klimatiċi attwali jew mistennija fil-futur. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti, għal dawk l-attivitajiet, il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala waħda li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-adattament għat-tibdil fil-klima billi tipprovdi soluzzjonijiet ta’ adattament f’konformità mal-Artikolu 11(1), punt (b), tar-Regolament (UE) 2020/852.

(18)

L-Appendiċi C tal-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 (“Appendiċi Ċ”) jistabbilixxi kriterji tekniċi tal-iskrinjar ġeneriċi għal “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis applikabbli għal attivitajiet differenti. Dak l-Appendiċi jispeċifika l-kriterji għall-użu u għall-preżenza ta’ sustanzi kimiċi. Sa issa, pprovda għal eżenzjonijiet f’ċerti każijiet, fejn ġie pprovat li l-użu ta’ dawk is-sustanzi kimiċi huwa essenzjali għas-soċjetà. Din l-eżenzjoni toħloq ċertu tħassib f’termini ta’ ċertezza legali u verifika għall-impriżi u għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, marbuta man-nuqqas ta’ definizzjoni ċara tal-kunċett ta’ “użu essenzjali”. Għalhekk, sakemm tingħata gwida ulterjuri li tiċċara kif l-operaturi jenħtieġ li jivvalutaw u jiddokumentaw li huma jikkonformaw mal-prinċipji orizzontali li ġejjin tal-Kummissjoni dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi, jenħtieġ li jsiru bidliet immirati għal dak l-Appendiċi u l-kunċett ta’ “użu essenzjali għas-soċjetà” jenħtieġ li jiġi sostitwit bi kriterji li joffru aktar ċertezza legali u li għalihom il-konformità tista’ tiġi vverifikata b’mod aktar faċli. Sakemm tingħata din il-gwida addizzjonali, il-kunċett ta’ “użu essenzjali għas-soċjetà” għalhekk jenħtieġ li jiġi sostitwit bir-rekwiżit li ma jkun hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li s-sustanzi jintużaw taħt kundizzjonijiet ikkontrollati.

(19)

Sabiex tkompli titjieb l-użabbiltà tal-Appendiċi C, jenħtieġ li jsiru emendi mmirati addizzjonali fil-punt (f) ta’ dak l-Appendiċi biex jiġi speċifikat il-limitu ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi ta’ tħassib kbir ħafna fi prodott u data ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżit speċifikat f’dak il-punt. Barra minn hekk, il-punt (g) tal-Appendiċi C jenħtieġ li jitħassar u jiġi ssostitwit b’paragrafu ġdid li jispeċifika limitu ta’ konċentrazzjoni u l-ambitu ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit speċifikat f’dak il-paragrafu.

(20)

Peress li t-tibdil fil-klima x’aktarx li se jaffettwa s-setturi kollha tal-ekonomija, is-setturi kollha tal-ekonomija se jkollhom bżonn jiġu adattati għall-impatt negattiv tal-klima attwali u l-klima futura mistennija. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti kriterji tekniċi tal-iskrinjar għal kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima fil-futur għas-setturi u għall-attivitajiet ekonomiċi kollha li huma koperti mill-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għal kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(21)

Sabiex jiġu indirizzati ċerti inkonsistenzi tekniċi u legali identifikati mill-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139, jenħtieġ li jiġu introdotti emendi mmirati għal dak ir-Regolament.

(22)

Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 jenħtieġ li jiġi emendat bix-xieraq.

(23)

Dan ir-Regolament huwa konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u jiżgura progress dwar l-adattament kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(24)

Għas-sinkronizzazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mar-rapportar skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 (15), jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2024, bl-eċċezzjoni tal-emenda għall-punt (g) tal-Appendiċi Ċ. Sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-impriżi biex jikkonformaw mal-emenda, jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2025,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139

Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Madankollu, il-punt (28) tal-Anness I u l-punt (26) tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.

(2)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni) (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1).

(7)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti — inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020) 789 final).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

(9)  Indiċi tal-effiċjenza enerġetika tad-disinn tal-IMO (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.imo.org/fr/ourwork/environment/pages/technical-and-operational-measures.aspx).

(10)  Indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti eżistenti tal-IMO (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.imo.org/en/MediaCentre/HotTopics/Pages/EEXI-CII-FAQ.aspx).

(11)  Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48).

(12)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima” (COM(2021) 82 final).

(13)  IPCC, Managing the Risks of Extreme Events and Disasters to Advance Climate Change Adaptation. Rapport Speċjali tal-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima.

(14)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(15)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).


ANNESS I

Emendi tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139

L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima 3.3., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar” hija emendata kif ġej:

(a)

is-subtaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt (l), jiżdied il-punt (v) li ġej:

“(v)

mill-1 ta’ Jannar 2026, il-bastimenti li jistgħu jaħdmu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli*1 għandhom valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (Energy Efficiency Design Index, EEDI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 20 punt perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022*2, u:

(a)

ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati waqt l-irmiġġ;

(b)

għall-vapuri li jaħdmu bil-gass, juru l-użu ta’ miżuri u teknoloġiji avvanzati biex itaffu l-emissjonijiet tal-metan.”;

(ii)

fil-punt (m), jiżdied il-punt (iv) li ġej:

“(iv)

mill-1 ta’ Jannar 2026, il-bastimenti li jistgħu jaħdmu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli*3 għandhom valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (Energy Efficiency Design Index, EEDI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 20 punt perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022*4, u:

(a)

ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati waqt l-irmiġġ;

(b)

għall-vapuri li jaħdmu bil-gass, juru l-użu ta’ miżuri u teknoloġiji avvanzati biex itaffu l-emissjonijiet tal-metan.”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (do no significant harm, “DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Fejn applikabbli, il-vetturi ma fihomx ċomb, merkurju, kromu eżavalenti u kadmju.

*1

Fjuwils li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

*2

Rekwiżiti tal-EEDI speċifikati bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-EEDI għandhom jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEDI.

*3

Fjuwils li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

*4

Rekwiżiti tal-EEDI definiti bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-EEDI għandhom jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEDI.”;

(2)

jiżdiedu t-taqsimiet 3.18., 3.19., 3.20. u 3.21 li ġejjin:

“3.18.   Manifattura ta’ komponenti tal-karozzi u tal-mobbiltà

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, il-modifika retroattiva, l-adattament għal skop ġdid u t-titjib tal-komponenti tal-mobbiltà għall-apparati tal-mobbiltà personali b’emissjonijiet żero u tas-sistemi awtomotivi u tal-mobbiltà, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati, il-parts u l-ispare parts kif definiti fil-punti minn (18) sa (21) u l-punt (23) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *1, bit-tip approvat, iddisinjati, u mibnija għall-użu biss f’vetturi u f’xarabanks tal-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2 u N3, u fl-Artikolu 3, il-punti minn (15) sa (18) u l-punt (21) fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *2, bit-tip approvat, iddisinjat, u mibni għall-użu biss f’vetturi tal-kategorija L li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’din it-Taqsima u li huma essenzjali għat-twassil u t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-vettura.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma esklużi mit-Taqsimiet 3.3. u 3.6. ta’ dan l-Anness.

Fejn japplikaw it-Taqsimiet 3.2. u 3.4. ta’ dan l-Anness, l-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma esklużi minn din it-Taqsima.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C22.2, C26.1, C26.2, 26.3, 26.4, C28.14, C28.15, C29.2, C29.3 u C33.17 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.

L-attività ekonomika timmanifattura, issewwi, tagħmel manutenzjoni, tagħmel modifiki retroattivi, tadatta għal skop ġdid u ttejjeb il-komponenti li huma essenzjali għat-twassil u t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali għall-vetturi li ġejjin:

(a)

apparati tat-trasport urban, suburban u tal-passiġġieri bit-triq, fejn l-emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) tal-vetturi jkunu żero;

(b)

vetturi deżinjati bħala kategoriji M2 u M3*3 fejn l-emissjonijiet diretti ta’ CO2 (mit-tailpipe) tal-vetturi jkunu żero;

(c)

vetturi tal-kategoriji M1 u N1 klassifikati bħala vetturi ħfief *4 fejn l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*5, ikunu żero;

(d)

il-vetturi tal-kategorija L*6 b’emissjonijiet ta’ CO2 mit-tailpipe ta’ 0 g CO2e/km ikkalkulati f’konformità mat-test tal-emissjonijiet stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(e)

vetturi tal-kategoriji N2 u N3, u N1 klassifikati bħala vetturi heavy-duty mhux dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is–7,5 tunnellati li huma “vettura tqila mingħajr emissjonijiet” kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*7.

2.

L-attività ekonomika timmanifattura, issewwi, tagħmel manutenzjoni, tagħmel modifiki retroattivi, tadatta għal skop ġdid u ttejjeb komponenti tal-mobbiltà għall-apparati tal-mobbiltà personali bi propulsjoni li tiġi mill-attività fiżika tal-utent, minn mutur b’emissjonijiet żero, jew minn taħlita ta’ mutur b’emissjonijiet żero u ta’ attività fiżika.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)

Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)

Użu sostenibbli u protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)

l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u komponenti użati mill-ġdid fil-prodotti manifatturati;

(b)

id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)

l-immaniġġar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)

informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness

Fejn applikabbli, il-komponenti u l-parts ma jkunx fihom ċomb, merkurju, kromu eżavalenti u kadmju.

(6)

Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

3.19.   Manifattura ta’ kostitwenti tal-vetturi ferrovjarji

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura, l-installazzjoni, il-konsultazzjoni teknika, il-modifika retroattiva, it-titjib, it-tiswija, il-manutenzjoni, u l-adattament għal skop differenti ta’ prodotti, tagħmir, sistemi, u software relatati mal-kostitwenti ferrovjarji msemmija fil-Punt 2.7 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Dawn il-kostitwenti u s-servizzi huma essenzjali għall-prestazzjoni ambjentali, għat-tħaddim u għall-funzjonament tul il-ħajja tal-vetturi ferrovjarji li jikkonformaw mat-Taqsima 3.3. ta’ dan l-Anness.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari C30.2, C27.1, C27.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija huma esklużi mit-Taqsimiet 3.3. u 3.6. ta’ dan l-Anness.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ekonomika timmanifattura, tinstalla, tagħmel modifiki retroattivi, issewwi, tagħmel manutenzjoni, ittejjeb jew tadatta għal skop ġdid prodotti, tagħmir, sistemi jew software relatati mal-kostitwenti ferrovjarji li ġejjin imsemmija fil-Punt 2.7 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797 jew tipprovdi servizzi ta’ konsulenza teknika relatati:

Dawn il-kostitwenti u servizzi huma essenzjali għall-prestazzjoni ambjentali, it-tħaddim u l-funzjonament matul il-ħajja ta’ waħda jew aktar mit-teknoloġiji elenkati hawn taħt:

(a)

fil-ferroviji, il-kowċijiet tal-passiġġieri u l-vaguni li għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) li jikkonformaw mat-Taqsima 3.3. tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-ferroviji, il-kowċijiet tal-passiġġieri u l-vaguni li għandhom emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 mit-tailpipe meta jitħaddmu fuq binarju bl-infrastruttura meħtieġa, u jużaw magna konvenzjonali meta infrastruttura bħal din ma tkunx disponibbli (bimodalità)i jikkonformaw mat-Taqsima 3.3. tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)

Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)

l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u komponenti użati mill-ġdid fil-prodotti manifatturati;

(b)

id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żmantellar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)

l-immaniġġar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)

informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Fejn applikabbli, il-vetturi ma fihomx ċomb, merkurju, kromu eżavalenti u kadmju.

(6)

Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

3.20.   Manifattura, installazzjoni, u manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li jirriżulta f’kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew jabilitah

Deskrizzjoni tal-attività

L-attività ekonomika tiżviluppa, timmanifattura, tinstalla, iżżomm jew tagħmel manutenzjoni ta’ prodotti, tagħmir jew sistemi elettriċi, jew software immirat lejn tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’sistemi ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx permezz tal-elettrifikazzjoni, l-effiċjenza enerġetika, l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli jew il-konverżjoni effiċjenti tal-potenza elettrika.

L-attività ekonomika tinkludi sistemi għall-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-grilja elettrika, l-interkonnessjoni jew iż-żieda fl-awtomatizzazzjoni, il-flessibbiltà u l-istabbiltà tal-grilja, il-ġestjoni tar-rispons min-naħa tad-domanda, l-iżvilupp ta’ trasport jew sħana b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, jew l-użu ta’ teknoloġiji ta’ kejl intelliġenti għal titjib sostanzjali tal-effiċjenza enerġetika.

L-attività ekonomika f’din il-kategorija ma tinkludix tagħmir li jiġġenera s-sħana u l-potenza elettrika u apparat elettriku.

Meta attività ekonomika taqa’ taħt din it-Taqsima u t-Taqsima 4.9. ta’ dan l-Anness, tapplika t-Taqsima 4.9. ta’ dan l-Anness.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C26.51, C27.1, C27.3, C27.9, C33.13, C33.14 u C33.2 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.

L-attività timmanifattura, tinstalla jew iżżomm waħda minn dawn li ġejjin jew aktar, jew tipprovdi servizzi ta’ manutenzjoni, tiswija u konsulenza teknika essenzjali għall-funzjonament matul il-ħajja ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

stazzjonijiet tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi u appoġġ għall-infrastruttura elettrika għall-elettrifikazzjoni tat-trasport li hija installata primarjament biex tippermetti l-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi.

Kwalunkwe attività inkluża fit-Taqsima 7.4. hija eskluża minn dan il-punt.

(b)

apparati tal-wajers li jġorru kurrent u trażmissjoni u apparati tal-wajers li ma jġorrux kurrent għall-wajers ta’ ċirkwiti elettriċi, u transformers li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Livell 2 (l-1 ta’ Lulju 2021) għal transformers tal-potenza elettrika ta’ qawwa għolja stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014*8, u transformers tal-potenza elettrika ta’ qawwa medja bl-ogħla vultaġġ għal tagħmir li ma jaqbiżx s-36 kV, bir-rekwiżiti tal-livell AA0 dwar it-telf mingħajr tagħbija stabbiliti fis-serje standard EN 50708, sakemm dawk l-apparati u transformers jikkontribwixxu biex jiżdied il-proporzjon ta’ enerġija rinnovabbli fis-sistema jew itejbu l-effiċjenza enerġetika;

(c)

prodotti, tagħmir u sistemi elettriċi b’vultaġġ baxx, li jżidu l-kontrollabbiltà tas-sistema tal-elettriku, u jikkontribwixxu biex jiżdied il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli jew itejbu l-effiċjenza enerġetika, li huma:

(i)

salvaviti ta’ vultaġġ baxx, kommutaturi, switchboards, pannelli jew ċentri ta’ kontroll li huma konnessi, awtomatizzati jew mgħammra b’apparat tal-metraġġ tal-potenza elettrika jew tal-enerġija u li jikkonformaw mal-IEC TR 63196 kommutatur u Tagħmir ta’ Kontroll b’Vultaġġ Baxx u l-assemblaġġi tagħhom – Effiċjenza enerġetika;

(ii)

Sistemi Elettroniċi għad-Dar u għall-Binjiet (Home and Building Electronic Systems, HBES), kif imsemmi fis-serje EN IEC 63044, fejn il-prodotti u s-sistemi huma meħtieġa biex jitkejjel, jiġi kkontrollat u jitnaqqas il-konsum tal-enerġija;

(iii)

teknoloġiji li jippermettu li tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-installazzjonijiet b’vultaġġ baxx, rikonoxxuti taħt HD 60364-8-1: Installazzjonijiet elettriċi ta’ vultaġġ baxx – il-Parti 8-1: Effiċjenza enerġetika u HD 60364-8-82: Installazzjonijiet elettriċi ta’ vultaġġ baxx – il-Parti 8-82: Aspetti funzjonali – L-installazzjonijiet elettriċi ta’ vultaġġ baxx ta’ prosumatur, inklużi l-miters tal-potenza elettrika u tal-enerġija, id-displej estern tal-klijenti, il-kumpens tal-potenza elettrika, il-kumpens u l-filtrazzjoni tal-fażi u l-filtrazzjoni u sistemi effiċjenti mħaddma b’mutur elettriku;

(d)

kommutaturi u ċentri ta’ kontroll ta’ vultaġġ għoli u medju, li jżidu l-kontrollabbiltà tas-sistema tal-elettriku, huma integrati biex jiżdied il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli jew tittejjeb l-effiċjenza enerġetika.

It-tagħmir imsemmi f’dan il-punt (d) jikkonforma ma’ EN 62271-1 Kommutatur u ċentri ta’ kontroll ta’ vultaġġ għoli – il-Parti 1: Speċifikazzjonijiet komuni għal kommutatur u ċentri ta’ kontroll għall-kurrent alternat u EN 62271–200 Kommutatur u ċentri ta’ kontroll ta’ vultaġġ għoli – il-Parti 200: Kommutatur u ċentri ta’ kontroll AC magħluqa fil-metall għal vultaġġi attribwiti ’l fuq minn 1 kV u sa u inkluż 52 kV jew b’Kommutatur u ċentru ta’ kontroll ta’ vultaġġ għoli EN 62271-203 – il-Parti 203: Kommutatur magħluq fil-metall, iżolat fil-gass għal vultaġġi attribwiti ’l fuq minn 52 kV;

(e)

it-tagħmir, is-sistemi u s-servizzi tar-rispons tad-domanda u tat-trasferiment tat-tagħbija li jżidu l-flessibbiltà tas-sistema tal-elettriku u jappoġġaw l-istabbiltà tal-grilja, li jinkludu:

(i)

soluzzjonijiet biex tinġarr informazzjoni lill-utenti biex jaġixxu mill-bogħod dwar il-provvista jew il-konsum, inklużi ċentri tad-data tal-klijenti;

(ii)

ċentri ta’ kontroll awtomatizzati għall-ġestjoni tad-domanda u l-komponenti ewlenin tagħhom (switchboard, kuntatturi, rilejs, salvaviti, swiċċijiet ta’ trasferiment awtomatiku).

Il-komponenti ewlenin jiġu installati bħala parti miċ-ċentri ta’ kontroll;

(iii)

meta ma jkunux inklużi fit-Taqsima 8.2., software u analitika avvanzati biex jiġu massimizzati l-effiċjenza u l-awtomatizzazzjoni tan-networks tal-elettriku jew l-integrazzjoni ta’ riżorsi tal-enerġija deċentralizzati, fil-livell tal-grilja tal-elettriku jew ta’ industrija, li jinkludu:

(a)

kmamar ta’ kontroll avvanzati, awtomatizzazzjoni ta’ substazzjonijiet elettriċi, kapaċitajiet ta’ kontroll tal-vultaġġ;

(b)

software operatorju li jippermetti lill-operaturi jissimulaw it-tħaddim tal-grilji bl-għan li jiżguraw l-istabbiltà tal-grilja, jimmaniġġjaw ir-Riżorsi Distribwiti tal-Enerġija jew itejbu l-prestazzjoni tal-grilja.

Is-software jappoġġa l-karatteristiċi dinamiċi tal-grilja meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli. Ikun jista’ jipproċessa d-data minn kejl tal-grilja f’ħin kważi reali biex josserva kif verament iseħħu t-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-enerġija, u juża din l-informazzjoni biex itejjeb l-istudji ta’ simulazzjoni u l-attivitajiet ta’ tħaddim, inkluż l-evitar ta’ indisponibilità, qtugħ tal-elettriku, u ħela;

(iv)

meta mhux inkluż fit-Taqsima 8.2., software li jappoġġa d-disinn u l-ippjanar ta’ grilji ġodda jew l-aġġornamenti tal-grilji.

Is-software jappoġġa l-karatteristiċi dinamiċi tal-grilja meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli, inkluża l-ġenerazzjoni volatili tal-potenza elettrika fil-livell ta’ distribuzzjoni (“prosumaturi”), it-tibdil tad-direzzjonijiet tal-fluss tal-enerġija, u l-użu ta’ unitajiet tal-ħżin tal-grilja;

(v)

sensuri meteoroloġiċi għat-tbassir tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli;

(vi)

kontrolluri u rilejs waħedhom jew inkorporati li jistgħu jkunu konessi u jippermettu użu effiċjenti ta’ sorsi u tagħbijiet elettriċi;

(vii)

tagħmir għat-tnaqqis tat-tagħbija u għat-trasferiment tat-tagħbija għat-tagħmir għall-ġestjoni tad-domanda u għall-qlib tas-sorsi tal-enerġija, fejn it-tagħmir ikun konformi mal-EN IEC 62962: 2019 Rekwiżiti partikolari għat-tagħmir li jnaqqas it-tagħbija;

(f)

fejn mhux inkluż fit-Taqsima 8.2., sistemi ta’ komunikazzjoni, software u tagħmir ta’ kontroll, prodotti, sistemi u servizzi għall-effiċjenza enerġetika jew l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli:

(i)

tagħmir li jippermetti l-iskambju ta’ elettriku rinnovabbli b’mod speċifiku bejn l-utenti;

(ii)

teknoloġija jew servizz ta’ tpartit ta’ batteriji, li jappoġġaw l-elettrifikazzjoni tat-trasport;

(iii)

sistemi ta’ ġestjoni tal-mikrogrilja;

(iv)

sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija jew tal-potenza elettrika, sistemi ta’ kontroll tal-enerġija jew tal-potenza elettrika u sistemi SCADA għall-ġestjoni tal-potenza elettrika;

(v)

kuntatturi, starters tal-muturi u kontrolli tal-muturi li jistgħu jiġu konnessi jew awtomatizzati u li jabilitaw il-kontroll mill-bogħod jew awtomatizzat tal-konsum tal-elettriku u l-ottimizzazzjoni tal-varjazzjoni tat-tagħbija;

(vi)

sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli u soluzzjonijiet oħra ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli, esklużi soft starters, li jabilitaw l-effiċjenza enerġetika fl-applikazzjonijiet tal-muturi elettriċi, meta t-tagħmir ikun konformi mal-EN 61800-9-1: Sistemi ta’ potenza elettrika b’veloċità varjabbli - il-Parti 9-1: Ekodisinn għas-sistemi li jħaddmu l-potenza elettrika, l-istarters tal-muturi, l-elettronika tal-potenza u l-applikazzjonijiet motorizzati tagħhom - Rekwiżiti ġenerali biex jiġu stabbiliti standards tal-effiċjenza enerġetika għal tagħmir li jaħdem bil-potenza elettrika li juża l-approċċ estiż tal-prodott (extended product approach, EPA) u l-mudell semi analitiku (semi analytic model, SAM) u EN 61800-9-2: Sistemi ta’ potenza elettrika b’veloċità varjabbli - il-Parti 9-2: Ekodisinn għas-sistemi li jħaddmu l-potenza elettrika, l-istarters tal-muturi, l-elettronika tal-potenza u l-applikazzjonijiet motorizzati tagħhom - Indikaturi tal-effiċjenza enerġetika għas-sistemi li jħaddmu l-potenza elettrika u għall-istarters tal-muturi;

(vii)

muturi elettriċi ta’ vultaġġ baxx bi klassi ta’ effiċjenza enerġetika (skont EN 60034-30-1: Magni elettriċi rotatorji - il-Parti 30-1: Klassijiet ta’ effiċjenza ta’ muturi AC imħaddma mil-linja (Kodiċi IE)) li jaqbżu r-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni 2019/1781*9, speċifikament:

(a)

muturi monofażi b’output nominali ta’ 0,12 kW jew aktar u klassi ta’ effiċjenza ta’ IE3 jew ogħla;

(b)

Muturi ta’ sikurezza miżjuda Ex eb b’output nominali ta’ bejn 0,12 kW u 1 000  kW, b’2, 4, 6 jew 8 poli u klassi ta’ effiċjenza IE3 jew ogħla;

(c)

Muturi trifażi b’output nominali ta’ bejn 0,75 kW u 1 000  kW, b’2, 4, 6 jew 8 poli, li mhumiex muturi Ex eb b’sikurezza miżjuda u li għandhom (i) klassi ta’ effiċjenza IE5 għal muturi b’2, 4 jew 6 poli u kapaċità nominali ta’ bejn 75 kW u 200 kW, (ii) klassi ta’ effiċjenza ta’ IE 4 jew ogħla għall-muturi l-oħra kollha;

(d)

Muturi trifażi b’output nominali ta’ bejn 0,12 kW u 0,75 kW, b’2, 4, 6 jew 8 poli, li mhumiex muturi Ex eb b’sikurezza miżjuda u li għandhom klassi ta’ effiċjenza ta’ IE3 jew ogħla;

(e)

Muturi trifażi VSD biss b’output nominali ta’ bejn 0.75 kW u 1 000  kW b’ 2, 4, 6 jew 8 poli, ikklassifikati skont l-EN IEC TS 60034-30-2 u klassi tal-effiċjenza IE5;

(viii)

muturi ta’ vultaġġ medju u għoli b’kapaċità nominali ta’ aktar minn 1 000  kW u klassi tal-effiċjenza enerġetika IE 4 jew ogħla skont l-abbozz tal-istandard IEC 60034-30-3.

2.

L-elementi li ġejjin mhumiex konformi:

(a)

infrastruttura ddedikata għall-ħolqien ta’ konnessjoni diretta jew għall-espansjoni ta’ konnessjoni diretta eżistenti bejn substazzjon jew network u impjant tal-produzzjoni tal-enerġija li huwa aktar intensiv f’termini ta’ gassijiet serra minn 100 g CO2e/kWh imkejla fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja. Dik l-esklużjoni tapplika biss għal tagħmir li jintuża direttament biex jikkonnettja, jew isaħħaħ il-konnessjoni ma’, impjant tal-produzzjoni tal-enerġija li jkun aktar intensiv f’gassijiet serra minn 100 g CO2e/kWh imkejla fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja;

(b)

prodotti, tagħmir, sistemi u software li huma installati f’infrastruttura ddedikata għall-estrazzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħżin, il-manifattura jew it-trasformazzjoni tal-fjuwils fossili.

3.

Kommutaturi b’mezz iżolanti jew li jwaqqaf li jużaw, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq gassijiet b’Potenzjal ta’ Tisħin Globali ogħla minn 10 mhumiex konformi.

Għall-meded kollha tal-potenza elettrika, il-kommutatur li fihom SF6 mhumiex konformi.

4.

Il-prodotti, it-tagħmir u s-sistemi kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti obbligatorji tal-prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u tal-materjali stabbiliti fid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*10. Il-manifatturi jirreferu għall-aħħar rekwiżiti ta’ prestazzjoni applikabbli fl-Unjoni.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)

Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)

l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)

id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)

l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)

informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)

Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

3.21.   Manifattura ta’ inġenji tal-ajru

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, it-tiġdid, il-modifika retroattiva, id-disinn, l-adattament għal skop differenti u l-aġġornament ta’ inġenji tal-ajru u l-parts u t-tagħmir tagħhom*11.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ kodiċi NACE, b’mod partikolari C30.3 u C33.16 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività timmanifattura, issewwi, tagħmel manutenzjoni, iġġedded, tagħmel modifiki retroattivi, tiddisinja, tadatta għal skop ġdid jew ittejjeb wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-inġenju tal-ajru b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(b)

sal-31 ta’ Diċembru 2027, l-inġenju tal-ajru, għajr dak prodott għall-avjazzjoni għall-skopijiet ta’ negozju kummerċjali jew privata, li jissodisfa l-marġnijiet speċifikati hawn taħt u limitat mill-proporzjon ta’ sostituzzjoni biex jiġi żgurat li l-konsenja ma żżidx l-għadd tal-flotta dinjija:

(i)

li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ ta’ aktar minn 5,7t iżda mhux aktar minn 60t u valur imkejjel iċċertifikat tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ mill-inqas 11 % inqas mil-limitu tat-Tip il-Ġdid tal-istandard tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO)*12;

(ii)

li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ ta’ aktar minn 60t iżda mhux aktar minn 150t u valur imkejjel iċċertifikat tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ mill-inqas 2 % inqas mil-limitu tat-Tip il-Gdid tal-istandard tal-ICAO;

(iii)

li jkollhom massa massima waqt it-tlugħ ta’ aktar minn 150t u valur imkejjel iċċertifikat tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ mill-inqas 1,5 % inqas mil-limitu tat-Tip il-Gdid tal-istandard tal-ICAO.

Is-sehem tal-konformità mat-Tassonomija tal-inġenji tal-ajru eliġibbli għandu jkun limitat mill-proporzjon ta’ sostituzzjoni. Il-proporzjon ta’ sostituzzjoni għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-proporzjon ta’ inġenji tal-ajru rtirati b’mod permanenti mill-użu mal-inġenji tal-ajru kkonsenjati fil-livell globali fuq medja tal-10 snin preċedenti kif evidenzjat minn data vverifikata disponibbli minn fornituri indipendenti tad-data.

Fin-nuqqas ta’ ċertifikat dwar il-valuri mkejla tal-emissjonijiet tas-CO2 li jikkonferma l-marġni meħtieġ għal-limitu tat-Tip il-Ġdid tal-istandard tal-ICAO, il-manifattur tal-inġenju tal-ajru għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ajru jissodisfa l-livell meħtieġ ta’ prestazzjoni u l-marġnijiet ta’ titjib bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat sa 11 ta’ Diċembru 2026.

(c)

mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2032, l-inġenju tal-ajru li jissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fil-punt (b) ta’ din is-sottotaqsima li huwa ċċertifikat li jopera fuq taħlita ta’ 100 % ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)

Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)

l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u komponenti użati mill-ġdid fil-prodotti manifatturati;

(b)

id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)

l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)

informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

L-inġenju tal-ajru msemmi fil-punti (b) u (c) ta’ din it-Taqsima jikkonforma mal-istandards li ġejjin:

(a)

l-emenda 13 tal-Volum I (storbju), il-Kapitolu 14 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, fejn is-somma tad-differenzi fit-tliet punti ta’ kejl kollha bejn il-livelli massimi tal-potenza akustika u l-livelli massimi permissibbli ta’ potenza akustika speċifikati f’ 14.4.1.1, 14.4.1.2 u 14.4.1.3, ma għandhiex tkun inqas minn 22 EPNdB;

(b)

l-emenda 10 tal-Volum II (emissjonijiet mill-magni), il-Kapitoli 2 u 4, tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

(6)

Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

*1

Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

*2

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

*3

Kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

*4

Kif definiti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

*5

Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni) (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

*6

Kif definita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013.

*7

Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).

*8

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja (ĠU L 152, 22.5.2014, p. 1).

*9

Ir- Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1781 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal muturi elettriċi u sistemi ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 (ĠU L 272, 25.10.2019, p. 74).

*10

Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (riformulazzjoni) (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

*11

L-attività tinkludi l-kiri ta’ parts u tagħmir u l-forniment ta’ servizzi relatati, u kif ukoll Manutenzjoni, Tiswija u Tiġdid (Maintenance, Repair and Overhaul, MRO), sal-punt li dawn jistgħu jkunu marbuta ma’ tip ta’ inġenju tal-ajru eliġibbli u ttejjeb jew iżżomm il-livell ta’ effiċjenza tal-inġenju tal-ajru.

*12

Il-Volum 3 (Emmissjonijiet tas-CO2) tal-istandard tal-protezzjoni ambjentali tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (International Civil Aviation Organisation, ICAO) li jinsab fl-Anness 16 tal-ewwel edizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.”;

(3)

fit-Taqsima 4.4., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Hemm fis-seħħ miżuri biex tiġi minimizzata t-tossiċità taż-żebgħa kontra l-inkrostazzjoni bijoloġika u tal-bijoċidi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*1.

*1

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).”;

(4)

fit-Taqsima 4.9., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, il-punt 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

l-installazzjoni ta’ transformers ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Grad 2 (l-1 ta’ Lulju 2021) stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 u, għal transformers b’potenza medja bl-ogħla vultaġġ għal tagħmir li ma jaqbiżx is-36 kV, mar-rekwiżiti dwar il-livell AA0 fuq telf mingħajr tagħbija stabbiliti fl-istandard EN 50588-1*1.

*1

CEI EN 50588-1 Transformers b’potenza medja 50 Hz, bl-ogħla vultaġġ għal tagħmir li ma jaqbiżx is-36 kV.”;

(5)

fit-Taqsima 4.26., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kriterji addizzjonali marbutin mal-prinċipju La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Użu sostenibbli u protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress idriku huma identifikati u indirizzati, f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti.

Sabiex jiġu limitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija nukleari interni jużaw it-tkessiħ idriku b’ċirkwit miftuħ billi jieħdu l-ilma minn xmara jew għadira għandhom jikkontrollaw:

(a)

it-temperatura massima tal-korp idriku riċeventi wara li jitħallat, u

(b)

id-differenza massima fit-temperatura bejn l-ilma tat-tkessiħ mormi u l-korp idriku riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew skont il-valuri ta’ limitu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

L-attività tikkonforma mal-istandards tal-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC).

L-attivitajiet nukleari huma operati f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/60/KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.”

(6)

fit-Taqsima 4.27., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kriterji addizzjonali marbutin mal-prinċipju La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Użu sostenibbli u protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress idriku huma identifikati u indirizzati, f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti.

Sabiex jiġu limitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija nukleari interni jużaw it-tkessiħ idriku b’ċirkwit miftuħ billi jieħdu l-ilma minn xmara jew għadira għandhom jikkontrollaw:

(a)

it-temperatura massima tal-korp idriku riċeventi wara li jitħallat, u

(b)

id-differenza massima fit-temperatura bejn l-ilma tat-tkessiħ mormi u l-korp idriku riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew skont il-valuri ta’ limitu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

L-attività tikkonforma mal-istandards tal-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC).

L-attivitajiet nukleari huma operati f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE dwar il-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma tax-xorb u mad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.”

(7)

fit-Taqsima 4.28., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kriterji addizzjonali marbutin mal-prinċipju La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

Użu sostenibbli u protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress idriku huma identifikati u indirizzati, f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti.

Sabiex jiġu limitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija nukleari interni jużaw it-tkessiħ idriku b’ċirkwit miftuħ billi jieħdu l-ilma minn xmara jew għadira għandhom jikkontrollaw:

(a)

it-temperatura massima tal-korp idriku riċeventi wara li jitħallat, u

(b)

id-differenza massima fit-temperatura bejn l-ilma tat-tkessiħ mormi u l-korp idriku riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat skont il-kundizzjonijiet tal-liċenzja individwali għal operazzjonijiet speċifiċi, fejn applikabbli, jew skont il-valuri ta’ limitu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

L-attività tikkonforma mal-istandards tal-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC).

L-attivitajiet nukleari huma operati f’konformità mamad-Direttiva 2000/60/KE dwar il-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma tax-xorb u mad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.”

(8)

fit-Taqsima 6.3., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għall-vetturi tat-triq tal-kategorija M, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi vverifikat mill-Bażi tad-Data Ewropea tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL).

Fejn applikabbli, il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi tqal Euro VI stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009.”

(9)

fit-Taqsima 6.5., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief Euro 6*1 stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Il-vetturi jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief nodfa stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*2.

Għall-vetturi tat-triq tal-kategoriji M u N, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi vverifikat mill-Bażi tad-Data Ewropea tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL).

Il-vetturi jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*3.

*1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1832 tal-5 ta’ Novembru 2018 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 għall-fini tat-titjib tat-testijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għal vetturi ħfief għall-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali, inklużi dawk it-testijiet u l-proċeduri għall-konformità fis-servizz u l-emissjonijiet f’sewqan reali u li jintroduċi mezzi għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija elettrika (ĠU L 301, 27.11.2018, p. 1).

*2

Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

*3

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131).”;

(10)

fit-Taqsima 6.6., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għall-vetturi tat-triq tal-kategoriji M u N, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi vverifikat mill-Bażi tad-Data Ewropea tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (EPREL). Il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi tqal Euro VI*1 stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Il-vetturi jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 540/2014.

*1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad- Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).”;

(11)

it-Taqsima 6.7 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, jiżdied il-punt (c):

“(c)

fejn ma huwiex teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità mal-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026 ’il quddiem, l-intensità medja annwali ta’ gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment matul perjodu ta’ rapportar*1 ma taqbiżx il-limiti li ġejjin:

(a)

76,4 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029;

(b)

61,1 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2034;

(c)

45,8 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2035 sal-31 ta’ Diċembru 2039;

(d)

30,6 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2040 sal-31 ta’ Diċembru 2044;

(e)

15,3 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2045 sal-31 ta’ Diċembru 2049;

(f)

0 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2050.”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart fil-fażi tal-użu (il-manutenzjoni, it-tħaddim tas-servizzi tat-trasport fir-rigward tal-iskart tal-catering) u għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe skart li jifdal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

*1

L-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti u kkalkulata bħala l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull unità ta’ enerġija skont il-metodoloġija u l-valuri prestabbiliti speċifikati f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.”;

(12)

It-Taqsima 6.8 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punt 1., jiżdied il-punt (c):

“(c)

fejn ma huwiex teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li wieħed jikkonforma mal-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026 ’il quddiem, l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment jew flotta ta’ kumpanija matul perjodu ta’ rapportar1 * ma taqbiżx il-limiti li ġejjin:

(a)

76,4 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029;

(b)

61,1 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2034;

(c)

45,8 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2035 sal-31 ta’ Diċembru 2039;

(d)

30,6 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2040 sal-31 ta’ Diċembru 2044;

(e)

15,3 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2045 sal-31 ta’ Diċembru 2049;

(f)

0 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2050.”

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punti (4) u (5) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-magni fil-bastimenti jikkonformaw mal-limiti fuq l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 (inklużi bastimenti li jissodisfaw dawk il-limiti mingħajr soluzzjonijiet approvati skont it-tip bħal permezz ta’ posttrattament tal-egżost).

*1

L-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti u kkalkulata bħala l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull unità ta’ enerġija skont il-metodoloġija u l-valuri prestabbiliti speċifikati f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.”

(13)

It-Taqsima 6.9 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punt 1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

L-attività ta’ modifika retroattiva tikseb wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

tnaqqas il-konsum tal-fjuwil tal-bastiment tal-passiġġieri intern b’mill-inqas 15 % espress għal kull unità ta’ enerġija għal kull vjaġġ sħiħ (kruċiera sħiħa tal-passiġġieri), kif muri minn kalkolu komparattiv għaż-żoni tan-navigazzjoni rappreżentattivi (inklużi profili tat-tagħbija rappreżentattivi u dokkjar) li fihom għandu jopera l-bastiment jew permezz tar-riżultati tat-testijiet jew tas-simulazzjonijiet mudell;

(b)

tnaqqas il-konsum tal-fjuwil tal-bastiment tal-merkanzija intern b’mill-inqas 15 % espress għal kull unità ta’ enerġija għal kull tunnellata-kilometru, kif muri minn kalkolu komparattiv għaż-żoni tan-navigazzjoni rappreżentattivi (inklużi profili tat-tagħbija rappreżentattivi) li fihom għandu jopera l-bastiment jew permezz tar-riżultati tat-testijiet jew tas-simulazzjonijiet mudell.”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punti (4) u (5) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-magni fil-bastimenti jikkonformaw mal-limiti fuq l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 (inklużi bastimenti li jissodisfaw dawk il-limiti mingħajr soluzzjonijiet approvati skont it-tip bħal permezz ta’ posttrattament tal-egżost).”

(14)

It-Taqsima 6.10 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punt 1., jiżdiedu l-punti (e) u (f) li ġejjin:

“(e)

fejn ma huwiex teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità mal-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026, il-bastimenti li jistgħu jaħdmu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli*1 għandhom valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (Energy Efficiency Design Index, EEDI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 20 punt perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022*2, u:

(a)

ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati waqt l-irmiġġ;

(b)

għall-vapuri li jaħdmu bil-gass, juru l-użu ta’ miżuri u teknoloġiji avvanzati biex itaffu l-emissjonijiet tal-metan;

(f)

fejn ma jkunx teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità mal-kriterju fil-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026, minbarra l-valur miksub tal-Indiċi ta’ Bastiment Eżistenti għall-Effiċjenza Enerġetika (EEXI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 10 punti perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEXI applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2023*3, l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment matul perjodu ta’ rapportar*4 ma taqbiżx il-limiti li ġejjin:

(a)

76,4 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029;

(b)

61,1 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2034;

(c)

45,8 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2035 sal-31 ta’ Diċembru 2039;

(d)

30,6 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2040 sal-31 ta’ Diċembru 2044;

(e)

15.3 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2045.”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punti (4) u (5) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

Għal bastimenti eżistenti b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 500 u dawk ġodda li jissostitwuhom, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*5. Il-bastimenti għar-ruttam jiġu rriċiklati f’faċilitajiet inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/2323*6.

L-attività tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*7 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kontra l-effetti negattivi mill-iskariki tal-iskart mill-bastimenti.

Il-bastiment jitħaddem f’konformità mal-Anness V tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (il-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO), b’mod partikolari biex jiġu prodotti kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart u biex jitnaqqas l-iskariku legali, billi l-iskart tiegħu jiġi mmaniġġjat b’mod sostenibbli u ambjentalment korrett.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidi tal-kubrit u tal-materja partikolata, il-bastimenti jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*8, u mar-Regolament 14*9 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwil ma jaqbiżx 0,5 % fil-massa (il-limitu globali ta’ kubrit) u 0,1 % fil-massa fiż-żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet (emission control area, ECA) iddeżinjata mill-IMO fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku u wkoll fil-Baħar Mediterran (mill-2025)*10.

Fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-bastimenti jikkonformaw mar-Regolament 13*11 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Ir-rekwiżiti ta’ NOx tal-Livell II japplika għal bastimenti mibnija wara l-2011. Huwa biss matul it-tħaddim f’żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet NOx stabbiliti skont ir-regoli tal-IMO li l-bastimenti mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2016 iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar stretti fuq il-magni (Livell III) li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx *12.

L-iskariki ta’ ilma iswed u aħdar jikkonformaw mal-Anness IV tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO.

Hemm fis-seħħ miżuri biex tiġi minimizzata t-tossiċità taż-żebgħa kontra l-inkrostazzjoni bijoloġika u tal-bijoċidi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 528/2012.

*1

Fjuwils li jissodisfaw il-Kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

*2

Rekwiżiti tal-EEDI definiti bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-EEDI għandhom jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEDI.

*3

Ir-rekwiżiti tal-EEXI ddefiniti bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fis-sitta u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar tat-Tassonomija għall-EEXI jridu jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEXI. (Valur miksub tal-Indiċi ta’ Bastiment Eżistenti għall-Effiċjenza Enerġetika (Energy Efficiency Existing Ship Index, EEXI), mandatorju mill-1 ta’ Jannar 2023 għall-bastimenti kollha fit-trasport marittimu tal-merkanzija/tal-passiġġieri, biex titkejjel l-effiċjenza enerġetika tagħhom u biex jinbeda l-ġbir ta’ data għar-rapportar tal-indikatur operazzjonali annwali tal-intensità tal-karbonju (CII) u l-klassifikazzjoni CII tagħhom. (il-verżjoni tas-27.6.2023: https://www.imo.org/en/MediaCentre/HotTopics/Pages/EEXI-CII-FAQ.aspx).

*4

L-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti u kkalkulata bħala l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull unità ta’ enerġija skont il-metodoloġija u l-valuri prestabbiliti speċifikati f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.

*5

Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1).

*6

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).

*7

Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE(ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).

*8

Id-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 58).

*9

(Il-Verżjoni tas-27.6.2023: http://www.imo.org/en/OurWork/Environment/PollutionPrevention/AirPollution/Pages/Sulphur-oxides- (SOx)-%E2 %80 %93-Regulation-14.aspx).

*10

Fir-rigward tal-estensjoni tar-rekwiżiti li japplikaw fiż-Żona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet għal ibħra oħra tal-Unjoni, pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran qed jiddiskutu l-ħolqien ta’ ECA rilevanti skont il-qafas ġuridiku tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona.

*11

(Il-Verżjoni tas-27.6.2023: http://www.imo.org/en/OurWork/Environment/PollutionPrevention/AirPollution/Pages/Nitrogenoxides-(NOx)-–-Regulation-13.aspx).

*12

Fl-ibħra tal-Unjoni, ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-2021 fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar tat-Tramuntana.”;

(15)

It-Taqsima 6.11 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, jiżdiedu l-punti (d) u (e) li ġejjin:

“(d)

fejn ma huwiex teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità mal-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026, il-bastimenti li jistgħu jaħdmu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli*1 għandhom valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 20 punt perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022*2, u:

(a)

ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati waqt l-irmiġġ;

(b)

għall-vapuri li jaħdmu bil-gass, juru l-użu ta’ miżuri u teknoloġiji avvanzati biex itaffu l-emissjonijiet tal-metan.

(e)

fejn ma jkunx teknoloġikament u ekonomikament fattibbli li jkun hemm konformità mal-punt (a), mill-1 ta’ Jannar 2026, minbarra l-valur miksub tal-Indiċi ta’ Bastiment Eżistenti għall-Effiċjenza Enerġetika (EEXI) ekwivalenti għat-tnaqqis tal-linja ta’ referenza tal-EEDI b’mill-inqas 10 punti perċentwali taħt ir-rekwiżiti tal-EEXI applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2023*3, l-intensità medja annwali tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment matul perjodu ta’ rapportar*4 ma taqbiżx il-limiti li ġejjin:

(a)

76,4 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2029;

(b)

61,1 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2034;

(c)

45,8 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2035 sal-31 ta’ Diċembru 2039;

(d)

30,6 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2040 sal-31 ta’ Diċembru 2044;

(e)

15.3 g CO2e/MJ mill-1 ta’ Jannar 2045.”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punti (4) u (5) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart fil-fażi tal-użu (il-manutenzjoni, it-tħaddim tas-servizzi tat-trasport fir-rigward tal-iskart tal-catering) u għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe skart li jifdal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

Għal bastimenti eżistenti b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 500 u dawk ġodda li jissostitwixxuhom, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Il-bastimenti għar-ruttam jiġu rriċiklati f’faċilitajiet inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/2323.

L-attività tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2019/883 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kontra l-effetti negattivi mill-iskariki tal-iskart mill-bastimenti.

Il-bastiment jitħaddem f’konformità mal-Anness V tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (il-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO), b’mod partikolari biex jiġu prodotti kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart u biex jitnaqqas l-iskariku legali, billi l-iskart tiegħu jiġi mmaniġġjat b’mod sostenibbli u ambjentalment korrett.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidi tal-kubrit u tal-materja partikolata, il-bastimenti jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/802, u mar-Regolament 14 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwil ma jaqbiżx 0,50 % fil-massa (il-limitu globali ta’ kubrit) u 0,10 % fil-massa fiż-żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet (emission control area, ECA) iddeżinjata mill-IMO fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku u wkoll fil-Baħar Mediterran (mill-2025)*5.

Fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-bastimenti jikkonformaw mar-Regolament 13 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Ir-rekwiżiti ta’ NOx tal-Livell II japplika għal bastimenti mibnija wara l-2011. Huwa biss matul it-tħaddim f’żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet NOx stabbiliti skont ir-regoli tal-IMO li l-bastimenti mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2016 iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar stretti fuq il-magni (Livell III) li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx *6.

L-iskariki ta’ ilma iswed u aħdar jikkonformaw mal-Anness IV tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO.

Hemm fis-seħħ miżuri biex tiġi minimizzata t-tossiċità taż-żebgħa kontra l-inkrostazzjoni bijoloġika u tal-bijoċidi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 528/2012.

*1

Fjuwils li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

*2

Rekwiżiti tal-EEDI definiti bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-EEDI għandhom jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEDI.

*3

Ir-rekwiżiti tal-EEXI ddefiniti bħala koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali, li għandhom jiġu applikati għall-valur ta’ referenza tal-EEDI, kif miftiehem mill-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fis-sitta u sebgħin sessjoni tiegħu. Il-punti perċentwali definiti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar tat-Tassonomija għall-EEXI jridu jiżdiedu mal-koeffiċjent ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEXI. (Valur miksub tal-Indiċi ta’ Bastiment Eżistenti għall-Effiċjenza Enerġetika (Energy Efficiency Existing Ship Index, EEXI), mandatorju mill-1 ta’ Jannar 2023 għall-bastimenti kollha fit-trasport marittimu tal-merkanzija/tal-passiġġieri, biex titkejjel l-effiċjenza enerġetika tagħhom u biex jinbeda l-ġbir ta’ data għar-rapportar tal-indikatur operazzjonali annwali tal-intensità tal-karbonju (CII) u l-klassifikazzjoni CII tagħhom. (il-verżjoni tas-27.6.2023: https://www.imo.org/en/MediaCentre/HotTopics/Pages/EEXI-CII-FAQ.aspx).

*4

L-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord minn bastiment tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti u kkalkulata bħala l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull unità ta’ enerġija skont il-metodoloġija u l-valuri prestabbiliti speċifikati f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.

*5

Fir-rigward tal-estensjoni tar-rekwiżiti li japplikaw fiż-Żona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet għal ibħra oħra tal-Unjoni, pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran qed jiddiskutu l-ħolqien ta’ ECA rilevanti skont il-qafas ġuridiku tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona.

*6

Fl-ibħra tal-Unjoni, ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-2021 fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar tat-Tramuntana.”;

(16)

It-Taqsima 6.12 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punt 1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

L-attività tikkonforma ma’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)

l-attività ta’ modifika retroattiva tnaqqas il-konsum ta’ fjuwil tal-bastiment b’tal-anqas 15 % espress fi grammi ta’ fjuwil għal kull tunnellata ta’ piż mejjet għal kull mil nawtiku għall-bastimenti tal-merkanzija, jew għal kull tunnellaġġ gross għal kull mil nawtiku għall-bastimenti tal-passiġġieri, kif muri mid-dinamika tal-fluwdi komputazzjonali (computational fluid dynamics, CFD), mit-testijiet tat-tankijiet jew minn kalkoli simili tal-inġinerija;

(b)

tippermetti lill-bastimenti jiksbu valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti Eżistenti (EEXI) ta’ mill-inqas 10 % taħt ir-rekwiżiti tal-EEXI applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2023 u jekk il-bastimenti jkunu jistgħu jaħdmu bi fjuwils b’emissjonijiet diretti żero (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli*1, u jkollhom il-kapaċità li jiġu ċċarġjati waqt l-irmiġġ u jkunu mgħammra b’teknoloġija tal-enerġija rikarikabbli.”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punti (4) u (5) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

Għal bastimenti eżistenti b’tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 500 u dawk ġodda li jissostitwixxuhom, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Il-bastimenti għar-ruttam jiġu rriċiklati f’faċilitajiet inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/2323.

L-attività tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2019/883 fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar kontra l-effetti negattivi mill-iskariki tal-iskart mill-bastimenti.

Il-bastiment jitħaddem f’konformità mal-Anness V tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri tat-2 ta’ Novembru 1973 (il-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO), b’mod partikolari biex jiġu prodotti kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart u biex jitnaqqas l-iskariku legali, billi l-iskart tiegħu jiġi mmaniġġjat b’mod sostenibbli u ambjentalment korrett.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ ossidi tal-kubrit u tal-materja partikolata, il-bastimenti jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/802, u mar-Regolament 14 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Il-kontenut ta’ kubrit fil-fjuwil ma jaqbiżx 0,50 % fil-massa (il-limitu globali ta’ kubrit) u 0,10 % fil-massa fiż-żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet (emission control area, ECA) iddeżinjata mill-IMO fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku u wkoll fil-Baħar Mediterran (mill-2025)*2.

Fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-bastimenti jikkonformaw mar-Regolament 13 tal-Anness VI tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO. Ir-rekwiżit ta’ NOx tal-Livell II japplika għal bastimenti mibnija wara l-2011. Huwa biss matul it-tħaddim f’żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet NOx stabbiliti skont ir-regoli tal-IMO li l-bastimenti mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2016 iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti aktar stretti fuq il-magni (Livell III) li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOx *3.

L-iskariki ta’ ilma iswed u aħdar jikkonformaw mal-Anness IV tal-Konvenzjoni MARPOL tal-IMO.

Hemm fis-seħħ miżuri biex tiġi minimizzata t-tossiċità taż-żebgħa kontra l-inkrostazzjoni bijoloġika u tal-bijoċidi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 528/2012.

*1

Fjuwils li jissodisfaw il-Kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsimiet 3.10 u 4.13 ta’ dan l-Anness.

*2

Fir-rigward tal-estensjoni tar-rekwiżiti li japplikaw fiż-Żona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet għal ibħra oħra tal-Unjoni, pajjiżi li jmissu mal-Baħar Mediterran qed jiddiskutu l-ħolqien ta’ ECA rilevanti skont il-qafas ġuridiku tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona.

*3

Fl-ibħra tal-Unjoni, ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-2021 fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar tat-Tramuntana.”;

(17)

fit-Taqsima 6.13., is-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.11, F42.12, F42.13, F43.21, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.”;

(18)

It-Taqsima 6.14 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-manifattura, l-installazzjoni, il-konsultazzjoni teknika, il-modifika retroattiva, it-titjib, it-tiswija, il-manutenzjoni, u l-adattament għal skop differenti ta’ prodotti, tagħmir, sistemi, u software relatati ma’ wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)

stallazzjoni ta’ binarji muntati;

(b)

il-kostitwenti ferrovjarji dettaljati fil-Punti 2.2 sa 2.6 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C25.99, C27.9, C30.20, F42.12, F42.13, M71.12, M71.20, F43.21 u H52.21 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punt 1., jiżdied il-punt (d):

“(d)

l-għodod diġitali jippermettu żieda fl-effiċjenza, fil-kapaċità jew fl-iffrankar tal-enerġija.”;

(c)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punti (4), (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi relatati mal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u jqisu l-aħjar tekniki disponibbli. Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni*1. L-operaturi jużaw d-demolizzjoni selettiva biex jippermettu t-tneħħija u l-immaniġġar sikur ta’ sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.

Għall-kostitwenti tal-manifattura, l-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)

l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)

id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)

l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)

informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Meta xieraq, fid-dawl tas-sensittività taż-żona affettwata, b’mod partikolari f’termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata, l-istorbju u l-vibrazzjonijiet mill-użu tal-infrastruttura huma mitigati bl-introduzzjoni ta’ gandotti miftuħa, ta’ lqugħ b’ħitan, jew b’miżuri oħra u jikkonformaw mad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*2.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

Għall-kostitwenti tal-manifattura, l-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)

Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Addizzjonalment, dan li ġej għandu jiġi żgurat:

(a)

fl-Unjoni, b’rabta mas-siti ta’ Natura 2000: l-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000 fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE*3;

(b)

fl-Unjoni, fi kwalunkwe żona: l-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tal-poplazzjonijiet tal-ispeċi protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*4 fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. L-attività lanqas ma hija ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli;

(c)

barra mill-Unjoni, l-attivitajiet jitwettqu f’konformità mal-liġi applikabbli relatata mal-konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet.

*1

Il-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, Settembru 2016: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/20509/?locale=mt.

*2

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali - Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-Laqgħa Konċiljatorja dwar id-Direttiva relatata mal-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

*3

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

*4

Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).”;

(19)

fit-Taqsima 6.15., is-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari F42.11, F42.13, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.”;

(20)

It-Taqsima 6.16 hija emendata kif ġej:

(a)

Is-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività” hija sostitwita b’dan li ġej:

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastruttura li hija meħtieġa għat-tħaddim b’emissjonijiet żero tas-CO2 mill-iżbokk tal-egżost tal-bastimenti jew għall-operazzjonijiet proprji tal-port, kif ukoll infrastruttura dedikata għat-trażbord u l-bidla modali u faċilitajiet tas-servizzi, is-sikurezza u s-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jeskludu t-tħammil tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.91, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. Attività ekonomika f’din il-kategorija ta’ faċilitazzjoni kif imsemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punt 1., jiżdied il-punt (e):

“(e)

il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura eżistenti meħtieġa biex tippermetti bidla modali u tajba għall-użu minn bastimenti b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe) u li tkun ġiet soġġetta għal valutazzjoni verifikata tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima f’konformità mal-Avviż tal-Kummissjoni — Gwida teknika dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027 (2021/C 373/01).”;

(c)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punti (3), (4), (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(3)

Użu sostenibbli u protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE.

F’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE u b’mod partikolari mal-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu, għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-proġett sabiex jiġu vvalutati l-impatti potenzjali kollha tiegħu fuq l-istat tal-korpi tal-ilma fl-istess baċir idrografiku u fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu direttament fuq l-ilma, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-kurituri tal-migrazzjoni, tax-xmajjar bi fluss liberu jew tal-ekosistemi qrib il-kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-valutazzjoni hija bbażata fuq data reċenti, komprensiva u akkurata, li tinkludi data ta’ monitoraġġ fuq elementi tal-kwalità bijoloġika li huma speċifikament sensittivi għal alterazzjonijiet idromorfoloġiċi, u fuq l-istat mistenni tal-korp tal-ilma bħala riżultat tal-attivitajiet il-ġodda, meta mqabbel ma’ dak kurrenti tiegħu. Hija tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatti akkumulati tal-proġett il-ġdid fuq infrastruttura eżistenti jew ippjanata oħra fil-baċir idrografiku.

Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-impatt, ġie stabbilit li l-proġett huwa konċepit, skont id-disinn u l-post u permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni, sabiex ikun konformi ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-proġett ma jinvolvi l-ebda deterjorament u lanqas ma jikkomprometti l-kisba ta’ stat jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li huwa relatat miegħu;

(b)

fejn il-proġett jirriskja li jiddeterjora jew jikkomprometti l-kisba ta’ stat/potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li jkun relatat miegħu, tali deterjorament ma jkunx sinifikanti, u jkun iġġustifikat minn valutazzjoni dettaljata tal-kost-benefiċċji li turi dawn it-tnejn li ġejjin:

(i)

ir-raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku jew il-fatt li l-benefiċċji mistennija mill-proġett ta’ infrastruttura ta’ navigazzjoni ppjanat, f’termini ta’ benefiċċji għall-mitigazzjoni tat -tibdil fil-klima u għall-adattament għat-tibdil fil-klima, jisbqu l-kostijiet mid-deterjorament tal-istat tal-ilma li jakkumulaw għall-ambjent u għas-soċjetà;

(ii)

il-fatt li l-interess pubbliku prevalenti jew il-benefiċċji mistennija mill-attività ma jistgħux, għal raġunijiet ta’ fattibbiltà teknika jew ta’ kost sproporzjonat, jinkisbu b’mezzi alternattivi li jkunu jwasslu għal eżitu ambjentali aħjar (bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, post alternattiv, riabilitazzjoni/rinnovazzjoni ta’ infrastrutturi eżistenti, jew l-użu ta’ teknoloġiji li ma jfixklux il-kontinwità tax-xmara).

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni teknikament fattibbli u ekoloġikament rilevanti kollha jkunu implimentati sabiex jitnaqqsu l-impatti avversi fuq l-ilma kif ukoll fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu b’mod dirett fuq l-ilma.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jinkludu, fejn rilevanti u skont l-ekosistemi preżenti b’mod naturali fil-korpi tal-ilma affettwati:

(a)

miżuri li jiżguraw kundizzjonijiet kemm jista’ jkun qrib ta’ kontinwità mhux disturbata, inklużi miżuri li jiżguraw kontinwità lonġitudinali u laterali, fluss ekoloġiku minimu u fluss tas-sediment;

(b)

miżuri li jipproteġu jew itejbu l-kundizzjonijiet morfoloġiċi u l-ħabitats għall-ispeċijiet akkwatiċi;

(c)

miżuri sabiex jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-ewtrofikazzjoni.

L-effettività ta’ dawk il-miżuri hija ssorveljata fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni jew tal-permess li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet immirati lejn il-kisba ta’ stat jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma affettwat.

Il-proġett ma jikkompromettix b’mod permanenti l-kisba ta’ stat/potenzjal tajjeb fi kwalunkwe wieħed mill-korpi tal-ilma fl-istess żona tal-baċir idrografiku.

Minbarra l-miżuri ta’ mitigazzjoni, u fejn rilevanti, jiġu implimentati miżuri kompensatorji sabiex jiġi żgurat li l-proġett ma jirriżultax f’deterjorament ġenerali tal-istat tal-korpi tal-ilma fl-istess żona tal-baċir idrografiku. Dak ir-riżultat jinkiseb bir-restawr tal-kontinwità (lonġitudinali jew laterali) fl-istess żona tal-baċir idrografiku sa livell li jikkumpensa t-tfixkil tal-kontinwità, li l-proġett tal-infrastruttura tan-navigazzjoni ppjanat jista’ jikkawża. Il-kumpens jibda qabel l-eżekuzzjoni tal-proġett.

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi relatati mal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u jqisu l-aħjar tekniki disponibbli. Talanqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni. L-operaturi jużaw d-demolizzjoni selettiva biex jippermettu t-tneħħija u l-immaniġġar sikur ta’ sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)

l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)

id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)

l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)

informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, il-vibrazzjoni, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6)

Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Tlestiet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew skrinjar*1 f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE*2. Meta twettqet VIA, jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent.

L-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq iż-żoni protetti (siti ta’ Patrimonju Dinji tal-Unesco, Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità, kif ukoll żoni protetti oħra għajr is-siti Natura 2000), u fuq speċijiet protetti abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt tagħha li tqis l-aħjar għarfien disponibbli*3.

Addizzjonalment, dan li ġej għandu jiġi żgurat:

(a)

fl-Unjoni, b’rabta mas-siti ta’ Natura 2000: l-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000 fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(b)

fl-Unjoni, fi kwalunkwe żona: l-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tal-poplazzjonijiet tal-ispeċi protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. L-attività lanqas ma hija ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli;

(c)

fl-Unjoni, l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi evitata jew it-tixrid tagħhom jiġi ġestit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*4;

(d)

barra mill-Unjoni, l-attivitajiet jitwettqu f’konformità mal-liġi applikabbli relatata mal-konservazzjoni tal-ħabitat, tal-ispeċijiet u l-immaniġġar ta’ speċijiet aljeni invażivi.

*1

Il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva).

*2

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti li jeħtieġu t-tlestija ta’ VIA jew l-iskrinjar, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni 1 tal-IFC: Valutazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji Ambjentali u Soċjali.

*3

Għall-attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti, li għandhom l-għan li jippreservaw il-ħabitats naturali, il-fawna selvaġġa u l-flora selvaġġa, u li jirrikjedu li (1) titwettaq proċedura ta’ skrinjar sabiex jiġi ddeterminat jekk, għal attività partikolari, tkunx meħtieġa valutazzjoni xierqa tal-impatti possibbli fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti; (2) valutazzjoni xierqa bħal din fejn l-iskrinjar jiddetermina li hija meħtieġa, pereżempju l-Istandard tal-Prestazzjoni 6 tal-IFC: Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.

*4

Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).”;

(21)

It-Taqsima 6.17 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ infrastruttura li hija meħtieġa għat-tħaddim b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe ta’ inġenji tal-ajru jew għall-operazzjonijiet proprji tal-ajruporti, u għall-provvista ta’ potenza elettrika tal-art u għall-inġenji tal-ajru prekundizzjonati mill-ajru għall-stazzjonarji u wkoll infrastruttura dedikata għat-trażbord bit-trasport ferrovjarju u fuq l-ilma.”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, jiżdied il-punt (d):

“(d)

l-infrastruttura u l-installazzjonijiet huma dedikati għat-trasbord tal-merkanzija bit-trasport bil-ferrovija u bl-ilma: infrastruttura tat-terminals u sovrastrutturi għat-tagħbija, il-ħatt u t-trasbord tal-merkanzija.”;

(22)

jiżdiedu t-Taqsimiet 6.18., 6.19., u 6.20 li ġejjin:

“6.18.   Lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru

Deskrizzjoni tal-attività

Kiri u lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u partijiet u tagħmir tal-inġenji tal-ajru*1.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ kodiċi NACE, b’mod partikolari N77.35 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punti (a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonsisti fil-kiri jew fil-lokazzjoni ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-inġenji tal-ajru b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(b)

l-inġenju tal-ajru kkonsenjat qabel 11 ta’ Diċembru 2023, li jikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punti (b) jew (c);

(c)

l-inġenju tal-ajru kkonsenjat wara 11 ta’ Diċembru 2023 f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punti (b) jew (c) u mal-impenn li inġenju tal-ajru ieħor mhux konformi fil-flotta jkun jew:

(i)

irtirat b’mod permanenti mill-użu fi żmien 6 xhur mill-kunsinna tal-inġenju tal-ajru konformi, f’liema każ, il-proporzjon ta’ sostituzzjoni ma japplikax; jew

(ii)

irtirat b’mod permanenti mill-flotta fi żmien 6 xhur mill-kunsinna tal-inġenju tal-ajru konformi f’liema każ is-sehem tal-konformità mat-Tassonomija tal-inġenji tal-ajru eliġibbli huwa limitat mill-proporzjon ta’ sostituzzjoni kif stabbilit fit-Taqsima 3.21;

fejn l-inġenju tal-ajru jkun irtirat b’mod permanenti mill-użu jew mill-flotta:

(i)

ma jkunx konformi mal-marġini stabbiliti fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punt (b);

(ii)

ikollu mill-inqas 80 % tal-piż massimu waqt il-qtugħ mill-art tal-inġenju tal-ajru konformi;

(iii)

ikun baqa’ fil-flotta fi żmien mill-inqas 12-il xahar qabel l-irtirar tiegħu;

(iv)

ikollu prova tal-ajrunavigabbiltà li tmur lura inqas minn 6 xhur qabel il-konsenja tal-inġenju tal-ajru konformi.

Il-lokatur jiżgura li l-inġenji tal-ajru fil-punt (b) jew (c) jitħaddmu bi fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (sustainable aviation fuels, SAF) b’mod konsistenti mal-kriterji speċifikati fil-punt (d) u fil-paragrafu 2 tat-Taqsima 6.19 ta’ dan l-Anness.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)

Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart fil-fażi tal-użu (il-manutenzjoni) u għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe skart li jifdal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)

l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u komponenti użati mill-ġdid fil-prodotti manifatturati;

(b)

id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)

l-immaniġġjar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)

informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

L-inġenju tal-ajru msemmi fis-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punti (b) sa (c), jikkonforma mal-istandards li ġejjin:

(a)

għal inġenji tal-ajru għajr dawk li jġorru l-merkanzija: l-emenda 13 tal-Volum I (storbju), il-Kapitolu 14 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, fejn is-somma tad-differenzi fit-tliet punti ta’ kejl kollha bejn il-livelli massimi tal-potenza akustika u l-livelli massimi permissibbli ta’ potenza akustika speċifikati f’ 14.4.1.1, 14.4.1.2 u 14.4.1.3, ma għandhiex tkun inqas minn 22 EPNdB; għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija: l-emenda 13 tal-Volum I (storbju), il-Kapitolu 14 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(b)

l-emenda 10 tal-Volum II (emissjonijiet mill-magni), il-Kapitoli 2 u 4, tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

(6)

Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

6.19.   Trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija

Deskrizzjoni tal-attività

Ix-xiri, il-finanzjament u l-operat ta’ inġenji tal-ajru inkluż it-trasport ta’ passiġġieri u merkanzija.

L-attività ekonomika ma tinkludix il-kiri ta’ inġenji tal-ajru msemmija fit-Taqsima 6.18.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari H51.1 u H51.21 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija ma tissodisfax il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt (a) ta’ din it-Taqsima, l-attività tkun attività tranżizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jifdal stabbiliti f’din it-taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività tittwettaq b’waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-inġenji tal-ajru b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(b)

sal-31 ta’ Diċembru 2029, l-inġenju tal-ajru akkwiżit qabel 11 ta’ Diċembru 2023, li jikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punti (b) jew (c);

(c)

sal-31 ta’ Diċembru 2029, l-inġenju tal-ajru akkwiżit wara 11 ta’ Diċembru 2023 f’konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punti (b) jew (c) u mal-impenn li inġenju tal-ajru ieħor mhux konformi fil-flotta jkun jew:

(i)

irtirat b’mod permanenti mill-użu fi żmien 6 xhur mill-kunsinna tal-inġenju tal-ajru konformi f’liema każ, il-proporzjon ta’ sostituzzjoni ma japplikax; jew

(ii)

irtirat b’mod permanenti mill-flotta fi żmien 6 xhur mill-kunsinna tal-inġenju tal-ajru konformi f’liema każ is-sehem tal-konformità mat-Tassonomija tal-inġenji tal-ajru eliġibbli huwa limitat mill-proporzjon ta’ sostituzzjoni kif stabbilit fit-Taqsima 3.21;

fejn l-inġenju tal-ajru jkun irtirat b’mod permanenti mill-użu jew mill-flotta:

(i)

ma jkunx konformi mal-marġini definiti fit-Taqsima 3.21., is-sottotaqsima “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima”, il-punt (b);

(ii)

ikollu mill-inqas 80 % tal-piż massimu waqt il-qtugħ mill-art tal-inġenju tal-ajru konformi;

(iii)

ikun baqa’ fil-flotta fi żmien mill-inqas 12-il xahar qabel l-irtirar tiegħu;

(iv)

ikollu prova tal-ajrunavigabbiltà li tmur lura inqas minn 6 xhur qabel il-konsenja tal-inġenju tal-ajru konformi.

(d)

mill-1 ta’ Jannar 2030, l-inġenju tal-ajru li jissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifikati fil-punti (b) jew (c) hawn fuq u mħaddem b’sehem minimu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF), li jikkorrispondi għal 15 % fl-2030 u jiżdied b’ 2 punti perċentwali fis-sena minn hemm ’il quddiem;

(e)

l-inġenji tal-ajru operaw b’sehem minimu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF), li jikkorrispondi għal 5 % SAF fl-2022, bil-perċentwal ta’ SAF jiżdied b’2 punti perċentwali fis-sena minn hemm ’il quddiem.

Ir-rekwiżit tal-użu tas-SAF imsemmi fil-punti (d) u (e) jiġi kkalkulat b’referenza għall-fjuwil tal-avjazzjoni totali użat mill-inġenju tal-ajru konformi u s-SAF użat fil-livell tal-flotta. L-operaturi jikkalkulaw il-konformità bħala l-proporzjon tal-kwantità (espressa f’tunnellati) ta’ SAF mixtrija fil-livell tal-flotta diviż bil-fjuwil tal-avjazzjoni totali użat mill-inġenju tal-ajru konformi mmultiplikat b’100. Is-SAF huma definiti fir-Regolament dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għat-trasport sostenibbli bl-ajru.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)

Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart fil-fażi tal-użu (il-manutenzjoni, it-tħaddim tas-servizzi tat-trasport fir-rigward tal-iskart tal-catering) u għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe skart li jifdal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-inġenju tal-ajru jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

L-inġenju tal-ajru konformi mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar fil-punti minn (b) sa (e) jikkonforma mal-istandards li ġejjin:

(a)

għal inġenji tal-ajru għajr dawk li jġorru l-merkanzija: l-emenda 13 tal-Volum I (storbju), il-Kapitolu 14 tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, fejn is-somma tad-differenzi fit-tliet punti ta’ kejl kollha bejn il-livelli massimi tal-potenza akustika u l-livelli massimi permissibbli ta’ potenza akustika speċifikati f’ 14.4.1.1, 14.4.1.2 u 14.4.1.3, ma għandhiex tkun inqas minn 22 EPNdB; għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija: l-emenda 13 tal-Volum I (storbju), il-Kapitolu 14 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(b)

l-emenda 10 tal-Volum II (emissjonijiet mill-magni), il-Kapitoli 2 u 4, tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

(6)

Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

6.20.   Operazzjonijiet ta’ groundhandling għat-trasport bl-ajru

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, it-tiġdid, il-modifika retroattiva, id-disinn, l-adattament għal skop ġdid u t-titjib, ix-xiri, il-finanzjament, il-kiri, il-lokazzjoni u t-tħaddim ta’ tagħmir u attivitajiet ta’ servizz inċidentali għat-trasport bl-ajru (groundhandling), inklużi attivitajiet ta’ servizzi fuq l-art fl-ajruporti u l-immaniġġar tal-merkanzija, inkluż it-tagħbija u l-ħatt ta’ merkanzija mill-inġenji tal-ajru.

L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu:

(a)

vetturi għall-marshalling tal-inġenji tal-ajru u servizzi oħra fir-rampa;

(b)

tagħmir għall-imbark tal-passiġġieri, inklużi shuttles tal-passiġġieri, taraġ mobbli;

(c)

tagħmir għall-immaniġġar ta’ bagalji u merkanzija inklużi magni għat-tagħbija fuq iċ-ċinturin, tratturi tal-bagalji, pallet trucks tal-ajruport għat-tgħabija fis-sular t’isfel, vetturi għat-tgħabija fil-pjan prinċipali;

(d)

tagħmir għall-catering inklużi dollies ta’ kontejners li jżommu friski, eskluż tagħmir b’unitajiet ta’ refriġerazzjoni mħaddma b’magna ta’ kombustjoni interna;

(e)

tagħmir ta’ manutenzjoni inklużi stands u pjattaformi ta’ manutenzjoni;

(f)

laneċ tal-irmonk pushback;

(g)

tagħmir għat-tneħħija tas-silġ għall-inġenji tal-ajru u għat-tneħħija tas-silġ mill-magni;

(h)

imħaret tas-silġ u tagħmir ieħor għat-tneħħija tal-borra u għat-tneħħija tas-silġ;

(i)

taxiing mhux awtonomu.

L-attività ekonomika ma tinkludix vetturi għat-trasport tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ u għar-riforniment tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru użati fl-ajruport koperti fit-Taqsimiet 3.3., 6.3. u 6.6 ta’ dan l-Anness.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari H52.23, H52.24, H52.29 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-emissjonijiet diretti ta’ CO2 tal-vetturi tas-servizzi fuq l-art (mit-tailpipe) huma żero.

Il-propulsjoni tal-apparat u t-tagħmir kollu tal-groundhandling tiġi minn mutur b’emissjonijiet żero.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(2)

Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Fir-rigward tal-attivitajiet tat-tneħħija tas-silġ, hemm fis-seħħ miżuri biex jiġu żgurati l-kontrolli ta’ skariku meħtieġa fil-livell tal-ajruporti, biex jitnaqqas l-impatt ambjentali fuq il-mogħdijiet tal-ilma, inkluż permezz tal-użu ta’ sustanzi kimiċi aktar ambjentalment sostenibbli, l-irkupru tal-glikol u t-trattament tal-ilma tal-wiċċ.

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ skart fil-fażi tal-użu (il-manutenzjoni, it-tħaddim tas-servizzi tat-trasport fir-rigward tal-iskart tal-catering) u għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe skart li jifdal f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li ma għadux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6)

Protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

*1

L-attività tinkludi l-kiri ta’ parts u tagħmir sal-punt li dawn jistgħu jkunu marbuta ma’ tip ta’ inġenju tal-ajru eliġibbli u ttejjeb jew iżżomm il-livell ta’ effiċjenza tal-inġenju tal-ajru.”;

(23)

fit-Taqsima 7.1., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali ta’ bini użati fil-kostruzzjoni li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti*1 jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test wara l-ittestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi tal-kategoriji 1 A u 1B għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test, wara ttestjar f’konformità mal-istandards CEN/EN 16516*2 jew ISO 16000-3:2011*3 jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn*4.

Fejn il-kostruzzjoni l-ġdida tinsab f’sit potenzjalment ikkontaminat (sit abbandunat), is-sit kien soġġett għal investigazzjoni għal kontaminanti potenzjali, pereżempju bl-użu tal-istandard ISO 18400*5.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

*1

Japplika għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati, għall-iżolament intern u għat-trattamenti tas-superfiċe interna, bħal dawk għat-trattament tal-umdu u tal-moffa.

*2

CEN/TS 16516: 2013, Prodotti tal-kostruzzjoni - Valutazzjoni tar-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi - Determinazzjoni tal-emissjonijiet fl-arja interna.

*3

ISO 16000-3:2011, Indoor air — Part 3: Determination of formaldehyde and other carbonyl compounds in indoor air and test chamber air — Active sampling method (il-verżjoni tal-4 ta’ Ġunju 2021: https://www.iso.org/standard/51812.html).

*4

Il-limiti tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili karċinoġeniċi huma relatati ma’ perjodu ta’ ttestjar ta’ 28 jum.

*5

Is-serje ISO 18400 dwar il-Kwalità tal-ħamrija — Kampjunar.”;

(24)

fit-Taqsima 7.2., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali ta’ bini użati fir-rinnovazzjoni tal-bini li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti*1 jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test wara l-ittestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi tal-kategoriji 1 A u 1B għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test, wara ttestjar f’konformità mal-istandards CEN/EN 16516 jew ISO 16000-3:2011*2 jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn*3.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

*1

Japplika għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, (inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati), għall-iżolament intern u għat-trattamenti tas-superfiċe interna (bħal pereżempju għat-trattament tal-umdu u tal-moffa).

*2

ISO 16000-3:2011, Indoor air — Part 3: Determination of formaldehyde and other carbonyl compounds in indoor air and test chamber air — Active sampling method (il-verżjoni tal-4 ta’ Ġunju 2021: https://www.iso.org/standard/51812.html).

*3

Il-limiti tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili karċinoġeniċi huma relatati ma’ perjodu ta’ ttestjar ta’ 28 jum.”;

(25)

fl-Appendiċi B, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-attività ma xxekkilx l-ilħuq ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet marini li diġà jinsabu fi stat ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*1, *2, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848*3 fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.

*1

Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

*2

Id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3, il-punt 5 tad-Direttiva 2008/56/KE tipprevedi b’mod partikolari li stat ambjentali tajjeb għandu jiġi ddeterminat abbażi tad-deskritturi kwalitattivi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

*3

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta’ Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta’ stat ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 43).”;

(26)

fl-Appendiċi C, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

sustanzi, kemm jekk waħedhom, jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (w/w) u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li kienu identifikati f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament għal perjodu ta’ mill-inqas 18-il xahar, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati*1;

*1

Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu tas-sustanzi msemmija fil-punt (f) ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi. ”;

(27)

fl-Appendiċi C, jitħassar il-punt (g);

(28)

fl-Appendiċi C, il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-punt (f):

“Addizzjonalment, l-attività ma twassalx għall-manifattura, il-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew it-tqegħid fis-suq, ta’ sustanzi oħra, kemm jekk waħedhom jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (wieght by weight, w/w) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għal waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew mill-kategoriji ta’ periklu msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw taħt kundizzjonijiet ikkontrollati*1.

*1

Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mill-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew mit-tqegħid fis-suq tas-sustanzi msemmija f’dan il-paragrafu ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.”.

ANNESS II

Emendi tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139

L-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima 3.13., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(6)

Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.”

(2)

fit-Taqsima 4.14., is-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari D35.22, F42.21 u H49.50 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.”;

(3)

Fit-Taqsima 4.14., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-konverżjoni, l-adattament jew il-modifika retroattiva ma jżidux il-kapaċità ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni tal-gass.

Il-konverżjoni, l-adattament jew il-modifika retroattiva ma jestendux it-tul tal-ħajja tan-networks lil hinn mit-tul tal-ħajja projettata tagħhom qabel il-konverżjoni, l-adattament jew il-modifika retroattiva, sakemm in-network ma jkunx dedikat għall-idroġenu jew għal gassijiet oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.”

(4)

fit-Taqsima 5.6., is-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari E37.00 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.”;

(5)

tiddaħħal it-taqsima 5.13 li ġejja:

“5.13.   Desalinizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-operat, l-aġġornament, l-estensjoni u t-tiġdid ta’ impjanti ta’ desalinizzazzjoni għall-produzzjoni tal-ilma li għandu jitqassam fis-sistemi tal-provvista tal-ilma tax-xorb.

L-attività ekonomika tinkludi l-astrazzjoni ta’ ilma baħar jew salmastru, il-pretrattament (bħat-trattament iddisinjat biex jitneħħew il-kontaminanti, il-formazzjoni tal-ġebla jew il-kontaminazzjoni tal-membrana), it-trattament (bħall-ożmożi inversa bl-użu tat-teknoloġija tal-membrana), il-posttrattament (id-diżinfezzjoni u l-kundizzjonament) u l-ħżin tal-ilma pproċessat. L-attività ekonomika tinkludi wkoll ir-rimi tas-salmura (ilma rrifjutat) li jsir permezz ta’ pajpijiet tal-baħar fond jew ħruġ li jipprovdu dilwizzjoni, jew permezz ta’ tekniki oħra ta’ rimi tas-salmura għal impjanti li jinsabu f’siti aktar interni (bħad-desalinizzazzjoni tal-ilma salmastru).

L-attività ekonomika tista’ tiġi applikata għal ilmijiet b’livelli varji ta’ salinità, sakemm dawk l-ilmijiet ma jikkwalifikawx bħala ilma ħelu, kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2000/60/KE.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E36.00 u F42.9, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.

L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.

Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)

l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)

meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)

valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà tal-klima hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)

għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)

għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu ta’ projezzjonijiet klimatiċi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli tul firxa eżistenti ta’ xenarji futuri*1 b’mod konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi ta’ bejn 10 snin u 30 sena għall-investimenti l-kbar.

3.

Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima*2, mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ*3 jew bi ħlas.

4.

Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)

ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)

jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura*4 jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastruttura blu jew ħodra*5;

(c)

ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)

jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)

meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal dik l-attività.

5.

Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)

iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)

il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

 

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-impjant tad-desalinizzazzjoni ma jaqbżux l-1 080 gCO2e/m3 ta’ ilma ħelu prodott (inklużi t-trattamenti, l-ippumpjar u r-rimi tas-salmura u l-użu tal-enerġija relatat).

(3)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-istress fuq l-ilma huma identifikati u indirizzati bl-għan li jinkiseb status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definiti fil-punti (22) u (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE*6 u pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat skont dan għall-korp jew għall-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Il-proġett ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti, fil-qafas tal-ġestjoni integrata tal-ilma, filwaqt li bħala prijorità tqiesu l-għażliet vijabbli l-oħra kollha tal-provvista tal-ilma, il-ġestjoni tad-domanda għall-ilma u l-miżuri ta’ effiċjenza, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-ilma.

Titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali jew skrinjar f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, u tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-ilma ħelu u l-ilmijiet tal-baħar f’konformità mad-Direttivi 2000/60/KE u 2008/56/KE.

L-attività ma xxekkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet tal-baħar li diġà jinsabu fi status ambjentali tajjeb kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852 u f’konformità mad-Direttiva 2008/56/KE, li teħtieġ b’mod partikolari li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu pprevenuti jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-deskritturi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.

L-attività tikkonforma mad-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*7.

Sabiex jiġu llimitati l-anomaliji termali assoċjati mar-rilaxx tas-sħana mormija, l-operatur tal-impjanti ta’ desalinizzazzjoni jikkontrolla:

(a)

it-temperatura massima tal-korp tal-ilma baħar riċevitur wara t-taħlit;

(b)

id-differenza massima fit-temperatura bejn is-salmura skarikata u l-korp ta’ baħar riċeventi.

Il-kontroll tat-temperatura jiġi implimentat f’konformità mal-valuri ta’ limitu stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u fid-dritt nazzjonali.

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Ir-rimi tas-salmura huwa bbażat fuq studju tal-impatt ambjentali li jinkludi valutazzjoni speċifika għas-sit tal-impatti fir-rigward tar-rimi tas-salmura fil-baħar filwaqt li jitqiesu l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni u fehim tal-kundizzjonijiet lokali tal-linja bażi, bħall-kwalità tal-ilma baħar, it-topografija, il-karatteristiċi idrodinamiċi, u l-ekosistemi tal-baħar abbażi ta’ kejl u stħarriġ fuq il-post;

(b)

analiżi tal-impatti tar-rilaxx tas-salmura, ibbażata fuq l-immudellar tad-dispersjoni tar-rilaxx tas-salmura u l-ittestjar tat-tossiċità fil-laboratorju, immirati biex jiddefinixxu kundizzjonijiet ta’ rilaxx sikuri filwaqt li jqisu l-konċentrazzjoni tal-melħ, l-alkalinità totali, it-temperatura u l-metalli tossiċi.

Il-livell ta’ dettall meħtieġ fil-valutazzjoni huwa xieraq għad-daqs, għall-proċess u għar-rati ta’ rkupru tal-impjant ta’ desalinizzazzjoni, kif ukoll għall-post fejn jinsab.

L-istudju dwar l-impatt ambjentali juri li l-impatt tar-rilaxx tas-salmura ma jiddeterjorax l-integrità tal-ekosistema.

Abbażi tal-istudju dwar l-impatt ambjentali, l-attività tadotta kriterji sikuri dwar ir-rilaxx tas-salmura, inklużi objettivi minimi ta’ dilwizzjoni tas-salmura speċifiċi għas-sit, abbażi ta’ karatterizzazzjoni xierqa tal-kundizzjonijiet tal-ilma, tal-ekosistemi, tal-ispeċijiet u tal-ħabitats lokali, sabiex jittaffew l-effetti negattivi possibbli tar-rimi tas-salmura.

(6)

Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Tlestiet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew skrinjar*8 f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tal-VIA*9. Fejn twettqet VIA, jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni, ta’ restawr jew ta’ kumpens meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent.

L-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq iż-żoni protetti (siti ta’ Patrimonju Dinji tal-Unesco, Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità, kif ukoll żoni protetti oħra għajr is-siti Natura 2000), u fuq speċijiet protetti abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt tagħha li tqis l-aħjar għarfien disponibbli*10.

*1

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profili rappreżentattivi tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

*2

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

*3

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

*4

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

*5

Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM(2013) 249 final).

*6

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali jew mal-istandards internazzjonali applikabbli li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li: 1) jiġi vvalutat l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew il-potenzjal ekoloġiku ta’ korp jew korpi tal-ilma potenzjalment affettwati u 2) jiġi evitat id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status/potenzjal ekoloġiku tajjeb jew, fejn dan ma jkunx possibbli, 3) jiġi ġġustifikat min-nuqqas ta’ alternattivi ambjentali aħjar li ma humiex għaljin/teknikament mhux fattibbli b’mod sproporzjonat, u jittieħdu l-passi prattikabbli kollha biex jittaffa l-impatt negattiv fuq l-istatus tal-korp tal-ilma.

*7

Id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135).

*8

Il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva).

*9

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti li jeħtieġu t-tlestija ta’ VIA jew l-iskrinjar, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni tal-IFC 1: Valutazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji Ambjentali u Soċjali.

*10

Għall-attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti, li għandhom l-għan li jippreservaw il-ħabitats naturali, il-fawna selvaġġa u l-flora selvaġġa, u li jirrikjedu li (1) titwettaq proċedura ta’ skrinjar sabiex jiġi ddeterminat jekk, għal attività partikolari, tkunx meħtieġa valutazzjoni xierqa tal-impatti possibbli fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti; (2) valutazzjoni xierqa bħal din fejn l-iskrinjar jiddetermina li hija meħtieġa, pereżempju l-Istandard tal-Prestazzjoni tal-IFC 6: Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.”

(6)

fit-Taqsima 6.3., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għall-vetturi tat-triq tal-kategorija M, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi verifikat mir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (European Product Registry for Energy Labelling, EPREL).

Meta applikabbli, il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi tqal Euro VI stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009.”

(7)

it-titolu tat-Taqsima 6.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.5.

It-trasport b’muturi, b’karozzi tal-passiġġieri u b’vetturi kummerċjali ħfief”;

(8)

It-Taqsima 6.5 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività”, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ix-xiri, il-finanzjament, il-kiri, il-lokazzjoni u t-tħaddim ta’ vetturi ddeżinjati bħala vetturi tal-kategoriji M1*1, N1*2 li t-tnejn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jew L (vetturi b’2 u bi 3 roti u kwadriċikli)*3.”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief Euro 6*4 stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Il-vetturi jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief nodfa stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness tad-Direttiva 2009/33/KE.

Għall-vetturi tat-triq tal-kategoriji M, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi verifikat mir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (European Product Registry for Energy Labelling, EPREL).

Il-vetturi jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 540/2014.

*1

Kif imsemmi fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

*2

Kif imsemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

*3

Kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

*4

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1832.”;

(9)

fit-Taqsima 6.6., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Għall-vetturi tat-triq tal-kategoriji M, it-tajers jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 u kif jista’ jiġi verifikat mir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (European Product Registry for Energy Labelling, EPREL).

Il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli riċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi tqal Euro VI*1 stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Il-vetturi jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 540/2014.

* 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).”;

(10)

It-Taqsima 6.12 hija emendata kif ġej:

(a)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, it-titolu “Kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” huwa sostitwit bit-titolu “Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima”;

(b)

fis-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bastimenti ma humiex iddedikati għat-trasport tal-fjuwils fossili.”

(11)

fit-Taqsima 6.13., is-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.11, F42.12, F42.13, F43.21, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.”;

(12)

fit-Taqsima 6.15., is-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu kklassifikati taħt diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.11, F42.13, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.”;

(13)

fit-Taqsima 6.16., is-sottotaqsima “Deskrizzjoni tal-attività”, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari F42.91, M71.12 u M71.20 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.”;

(14)

fit-Taqsima 7.1., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali ta’ bini użati fil-kostruzzjoni li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti*1 jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test wara l-ittestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi tal-kategoriji 1 A u 1B għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test, wara ttestjar f’konformità mal-istandards CEN/EN 16516*2 jew ISO 16000-3*3 jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn*4.

Fejn il-kostruzzjoni l-ġdida tinsab f’sit potenzjalment ikkontaminat (sit abbandunat), is-sit kien soġġett għal investigazzjoni għal kontaminanti potenzjali, pereżempju bl-użu tal-istandard ISO 18400*5.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

*1

Japplika għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati, għall-iżolament intern u għat-trattamenti tas-superfiċe interna, bħal dawk għat-trattament tal-umdu u tal-moffa.

*2

CEN/TS 16516: 2013, Prodotti tal-kostruzzjoni - Valutazzjoni tar-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi - Determinazzjoni tal-emissjonijiet fl-arja interna.

*3

ISO 16000-3:2011, Indoor air — Part 3: Determination of formaldehyde and other carbonyl compounds in indoor air and test chamber air — Active sampling method.

*4

Il-limiti tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili karċinoġeniċi huma relatati ma’ perjodu ta’ ttestjar ta’ 28 jum.

*5

ISO 18400 serje dwar il-Kwalità tal-ħamrija — Kampjunar.”;

(15)

fit-Taqsima 7.2., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali ta’ bini użati fir-rinnovazzjoni tal-bini li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti*1 jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test wara l-ittestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi tal-kategoriji 1 A u 1B għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tat-test, wara ttestjar f’konformità mal-istandards CEN/EN 16516*2 jew ISO 16000-3:2011*3 jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn*4.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

*1

Japplika għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, (inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati), għall-iżolament intern u għat-trattamenti tas-superfiċe interna (bħal pereżempju għat-trattament tal-umdu u tal-moffa).

*2

CEN/TS 16516: 2013, Prodotti tal-kostruzzjoni - Valutazzjoni tar-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi - Determinazzjoni tal-emissjonijiet fl-arja interna.

*3

ISO 16000-3:2011, Indoor air — Part 3: Determination of formaldehyde and other carbonyl compounds in indoor air and test chamber air — Active sampling method (il-verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.iso.org/standard/51812.html).

*4

Il-limiti tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili karċinoġeniċi huma relatati ma’ perjodu ta’ ttestjar ta’ 28 jum.”;

(16)

fit-Taqsima 7.3., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.”

(17)

fit-Taqsima 7.4., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.”

(18)

fit-Taqsima 7.5., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.”

(19)

fit-Taqsima 7.6., is-sottotaqsima “Kriterji tekniċi ta’ skrinjar”, is-sottotaqsima “La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)”, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.”

(20)

tiddaħħal it-taqsima 8.4 li ġejja:

“8.4.   Software li jabilita l-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih

Deskrizzjoni tal-attività

L-iżvilupp ta’ software jew attivitajiet ta’ programmazzjoni mmirati lejn il-forniment ta’ software għal:

(a)

it-tbassir, il-projezzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji klimatiċi;

(b)

sistemi ta’ twissija bikrija għar-riskji klimatiċi;

(c)

il-ġestjoni ta’ riskji klimatiċi.

L-attività ekonomika ma tinkludix l-iżvilupp u l-ipprogrammar tas-software bħala parti minn attivitajiet ta’ inġinerija u konsulenza teknika relatata ddedikata għall-adattament għat-tibdil fil-klima (ara t-Taqsima 9.1 ta’ dan l-Anness), qrib ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tas-suq (ara t-Taqsima 9.2. ta’ dan l-Anness), u bħala parti minn konsulenza għall-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih (ara t-Taqsima 9.3 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi J62.01 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.

L-attività tneħħi ostakli ta’ informazzjoni, teknoloġiċi u tal-kapaċità għall-adattament.

2.

L-attività tuża metodoloġija u data li:

(a)

huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima*1, mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ*2 jew bi ħlas;

(b)

huma konsistenti mal-istandards u mal-linji gwida dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, inkluż pereżempju EN ISO 14090*3 għall-fehim tal-impatti u l-inċertezzi klimatiċi u l-użu tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll EN ISO 14091*4 dwar il-vulnerabbiltà, l-impatti u l-valutazzjoni tar-riskji klimatiċi, il-Linji gwida dwar il-Valutazzjoni Komprensiva tar-Riskju u l-Ippjanar fil-Kuntest tat-Tibdil fil-Klima*5, u l-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri*6.

3.

Il-biċċa software żviluppata:

(a)

hija mmirata biex tippermetti l-ġestjoni tar-riskji fiżiċi tal-klima relatati mal-perikli elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness;

(b)

ma taffettwax b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(c)

tiffavorixxi soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura*7 sa fejn ikun possibbli;

(d)

hija konsistenti mal-istrateġiji u mal-pjanijiet ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(e)

tiġi mmonitorjata u titkejjel skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)

Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

*1

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

*2

Bħas-servizzi ta’ Copernicus u s-servizz ta’ twissija bikrija ta’ Galileo (Galileo Early Warning Service) ġestit mill-Kummissjoni Ewropea.

*3

Standard ISO 14090:2019, Adattament għat-tibdil fil-klima – Prinċipji, rekwiżiti u linji gwida (il-verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.iso.org/standard/68507.html).

*4

ISO 14091:2021, Adattament għat-tibdil fil-klima — Linji Gwida dwar il-vulnerabbiltà, l-impatti u l-valutazzjoni tar-riskju (il-verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.iso.org/standard/68508.html).

*5

Gwida Teknika dwar il-Valutazzjoni u l-Ippjanar Komprensivi tar-Riskju fil-Kuntest tat-Tibdil fil-Klima, https://www.undrr.org/publication/technical-guidance-comprehensive-risk-assessment-and-planning-context-climate-change.

*6

Il-Qafas Sendai għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri 2015-2030, https://www.undrr.org/publication/sendai-framework-disaster-risk-reduction-2015-2030.

*7

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/). ’;

(21)

tiddaħħal it-Taqsima 9.3 li ġejja:

“9.3.   Konsulenza għall-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih

Deskrizzjoni tal-attività

Il-forniment jew l-ikkuntrattar ta’ attivitajiet ta’ konsulenza li jippermettu lin-negozji jew lill-organizzazzjonijiet jimmaniġġjaw ir-riskji klimatiċi fiżiċi.

L-attività ekonomika titwettaq b’mill-inqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(a)

il-forniment ta’ jew l-appoġġ għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-impatti, tal-vulnerabbiltà jew tar-riskji klimatiċi;

(b)

l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, jew l-evalwazzjoni ta’ strateġiji, pjanijiet, jew miżuri għall-ġestjoni tar-riskji klimatiċi fiżiċi.

L-attività ekonomika ma tinkludix konsulenza teknika relatata għall-attivitajiet ta’ enġinerija ddedikati għal-adattament għat-tibdil fil-klima (ara t-Taqsima 9.1 ta’ dan l-Anness), qrib ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tas-suq (ara t-Taqsima 9.2. ta’ dan l-Anness), u konsulenza bħala parti mill-iżvilupp u l-programmazzjoni tas-software li jabilita l-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih (ara t-Taqsima 8.4 ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi M74.90 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.

L-attività tneħħi ostakli ta’ informazzjoni, teknoloġiċi u tal-kapaċità għall-adattament.

2.

L-attività tuża metodoloġija u data li:

(a)

huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima*1, mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ*2 jew bi ħlas;

(b)

huma konsistenti mal-istandards u mal-linji gwida dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, inkluż pereżempju EN ISO 14090:2019*3 għall-fehim tal-impatti u l-inċertezzi klimatiċi u l-użu tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll EN ISO 14091:2021*4 dwar il-vulnerabbiltà, l-impatti u l-valutazzjoni tar-riskji klimatiċi, il-Linji gwida dwar il-Valutazzjoni Komprensiva tar-Riskju u l-Ippjanar fil-Kuntest tat-Tibdil fil-Klima*5, u l-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri*6.

3.

L-istrateġiji, il-pjanijiet u l-miżuri għall-ġestjoni tar-riskju klimatiku li huma żviluppati:

(a)

ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)

jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura*7 jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastruttura blu jew ħodra*8;

(c)

huma konsistenti mal-istrateġiji u mal-pjanijiet ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)

jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ma ssirx fuq il-faċilitajiet tal-estrazzjoni, tal-ħżin, tat-trasport jew tal-manifattura tal-fjuwils fossili.

(2)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Mhux applikabbli

(3)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6)

Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

*1

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

*2

Bħas-servizzi ta’ Copernicus u s-servizz ta’ twissija bikrija ta’ Galileo (Galileo Early Warning Service) ġestit mill-Kummissjoni Ewropea.

*3

Standard ISO 14090:2019, Adattament għat-tibdil fil-klima – Prinċipji, rekwiżiti u linji gwida (il-verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.iso.org/standard/68507.html).

*4

ISO 14091:2021, Adattament għat-tibdil fil-klima — Linji Gwida dwar il-vulnerabbiltà, l-impatti u l-valutazzjoni tar-riskju (il-verżjoni ta’ 27.6.2023: https://www.iso.org/standard/68508.html).

*5

Gwida Teknika dwar il-Valutazzjoni u l-Ippjanar Komprensivi tar-Riskju fil-Kuntest tat-Tibdil fil-Klima, https://www.undrr.org/publication/technical-guidance-comprehensive-risk-assessment-and-planning-context-climate-change

*6

Il-Qafas Sendai għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri 2015-2030, https://www.undrr.org/publication/sendai-framework-disaster-risk-reduction-2015-2030.

*7

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/nature-based-solutions_mt/).

*8

Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).”

(22)

jiddaħħal it-titolu li ġej għat-Taqsima 14:

“14.

ĠESTJONI TAR-RISKJU TA’ DIŻASTRU”;

(23)

jiddaħħlu t-Taqsimiet 14.1. u 14.2. li ġejjin:

“14.1.   Servizzi ta’ Emerġenza

Deskrizzjoni tal-attività

1.

Attivitajiet ta’ servizzi ta’ emerġenza inklużi:

(a)

koordinazzjoni tar-rispons għad-diżastri għall-istabbiliment u t-tħaddim ta’ faċilitajiet u ta’ tim jew timijiet ta’ valutazzjoni, ta’ koordinazzjoni jew ta’ tħejjija bħal ċentri permanenti ta’ koordinazzjoni tar-rispons għal emerġenza jew ċentri ta’ koordinazzjoni tal-operazzjonijiet fuq il-post fil-post ta’ emerġenza. L-operat tar-rispons ta’ emerġenza jinkludi l-kmand, il-valutazzjoni jew l-analiżi, l-ippjanar, il-kollegament jew il-koordinazzjoni, il-komunikazzjoni u r-rapportar tal-media;

(b)

is-servizz tas-saħħa ta’ emerġenza, jiġifieri l-ewwel għajnuna ta’ emerġenza u għall-kura medika tal-pazjenti fuq il-post, fi sptarijiet temporanji fuq il-post, inklużi sptarijiet militari jew faċilitajiet mediċi li jipprovdu trattament inpatient u outpatient li huma affettwati minn emerġenza ta’ periklu, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida internazzjonali rikonoxxuti għall-użu fl-isptar fuq il-post*1. Dan jinkludi:

(i)

id-dħul, l-iskrinjar u t-tfassil ta’ profili tal-pazjenti (triage) fuq is-sit tad-diżastru jew f’faċilità tal-kura tas-saħħa;

(ii)

l-għoti tal-ewwel għajnuna;

(iii)

l-istabbilizzazzjoni u r-riferiment ta’ emerġenzi ta’ trawma serja u ta’ emerġenzi mhux ta’ trawma, fejn applikabbli, it-tħejjija tal-pazjent għat-trasport lejn faċilità tal-kura tas-saħħa għat-trattament finali;

(iv)

sostenn tal-ħajja avvanzat;

(v)

servizzi ta’ anesteżija, ta’ immaġnijiet, ta’ sterilizzazzjoni, ta’ laboratorju u ta’ trasfużjoni tad-demm relatati ma’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tas-saħħa;

(vi)

it-twettiq ta’ kirurġija għall-kontroll tad-danni, ta’ kirurġija ġenerali ta’ emerġenza;

(vii)

kura definita għal trawma minuri u emerġenzi li ma jkunux trawma;

(viii)

l-evakwazzjoni medika ta’ vittmi tad-diżastri, inklużi t-trasport fuq l-art, fuq l-ilma u l-evakwazzjoni bl-ajru;

(c)

għajnuna f’każ ta’ diżastru,li tku ad hoc għal attivitajiet ta’ għajnuna ad hoc ta’ wara d-diżastri fuq il-post bħall-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ ċentri ta’ evakwazzjoni f’koordinazzjoni ma’ strutturi eżistenti, awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm issir handover lill-awtoritajiet lokali jew lil organizzazzjonijiet umanitarji, u l-provvista tal-ewwel ħtiġijiet (bħal mediċina, ikel, ilma, ilbies sħun, gvieret lil dawk affettwati mid-diżastru), matul u immedjatament wara l-avveniment ta’ diżastru. Dan jinkludi:

(i)

deżinjazzjoni preparatorja u l-iżgurar tal-prontezza taċ-ċentri improviżati ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru, bħaċ-ċentri ta’ evakwazzjoni tal-komunità, il-postijiet ta’ distribuzzjoni tal-ilma, tal-ikel u tal-għajnuna u postijiet simili;

(ii)

it-taħriġ tal-persunal ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru fejn isir handover;

(d)

tiftix u salvataġġ bħat-tiftix, il-lokalizzazzjoni u s-salvataġġ ta’ vittmi li jinsabu f’diffikultà jew f’periklu imminenti, li jinqabdu f’sitwazzjoni ta’ għargħar, li jinsabu taħt residwi, li huma mitlufa, maqbudin jew iżolati mingħajr kapaċitajiet jew mezzi ta’ evakwazzjoni, neqsin u li ħadd ma jaf x’sar minnhom fuq l-art u fl-ilma. L-attivitajiet jitwettqu f’konformità mal-linji gwida internazzjonali*2. Dan jinkludi:

(i)

tiftix fuq l-art, fuq l-ilma u fl-ajru, inkluż bi klieb tat-tiftix jew tagħmir tekniku tat-tiftix;

(ii)

salvataġġ, inkluż l-irfigħ u ċ-ċaqliq;

(iii)

għajnuna ta’ salvataġġ tal-ħajja u konsenja tal-ewwel ħtiġijiet;

(iv)

tkissir, ksur u qtugħ;

(v)

irbit tekniku bil-ħbula;

(vi)

irfid;

(e)

rispons għall-materjali perikolużi, bħad-detezzjoni u l-iżolament ta’ materjali perikolużi, limitati għal meta jitwettqu matul jew fil-perjodu immedjat wara inċident ta’ materjal perikoluż għall-finijiet tat-tnaqqis immedjat tar-riskju, inkluż: id-dekontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art fil-post tat-tniġġis, jew in situ jew ex situ, bl-użu ta’ metodi mekkaniċi, kimiċi jew bijoloġiċi; id-dekontaminazzjoni ta’ impjanti jew siti industrijali, inklużi impjanti u siti nukleari; id-dekontaminazzjoni u t-tindif tal-ilma tal-wiċċ wara tniġġis aċċidentali, bħal permezz tal-ġbir ta’ sustanzi niġġiesa jew permezz tal-applikazzjoni ta’ sustanzi kimiċi; it-tindif tat-tixrid taż-żejt u ta’ tniġġis ieħor fuq l-art, fl-ilma tal-wiċċ, fl-oċeani u fl-ibħra, inklużi ż-żoni kostali; tnaqqis ta’ asbestos, żebgħa taċ-ċomb, u ta’ materjal tossiku ieħor. Dan jinkludi:

(i)

l-identifikazzjoni ta’ perikli kimiċi u d-detezzjoni ta’ perikli radjoloġiċi permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tagħmir li jinżamm fl-idejn, mobbli jew ibbażat fil-laboratorji;

(ii)

il-kapaċità tal-ġbir, l-ipproċessar u t-tħejjija ta’ kampjuni bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi għal aktar analiżi fi bnadi oħra;

(iii)

l-applikazzjoni ta’ mudell xjentifiku xieraq għat-tbassir tal-perikli;

(iv)

tnaqqis immedjat tar-riskju, inkluż it-trażżin tal-perikli, in-newtralizzazzjoni tal-perikli, u t-trattament fuq il-post jew id-dekontaminazzjoni ta’ persuni, annimali u tagħmir, li jistgħu jinkludu azzjoni ta’ rimedju immedjata f’konformità mal-Artikolu 6 1(a) tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*3;

(f)

it-tifi tan-nar u l-prevenzjoni tan-nirien bħall-amministrazzjoni u t-tħaddim ta’ korpi tat-tifi tan-nar regolari u awżiljarji fil-prevenzjoni tan-nirien u fit-tifi tan-nar, u tifi tan-nar fl-art, fuq l-ilma u fl-ajru;

(g)

rispons u assistenza għall-protezzjoni teknika għal periklu klimatiku, meta jiġi implimentat matul u immedjatament wara emerġenza. Dan jinkludi:

(i)

l-ippumpjar b’kapaċità għolja, bħal pereżempju l-provvista ta’ ppumpjar f’żoni mgħargħra u l-assistenza fit-tifi tan-nar bl-ippumpjar tal-ilma;

(ii)

il-purifikazzjoni, il-ħżin u l-konsenja tal-ilma permezz ta’ unitajiet mobbli ta’ purifikazzjoni u ħżin tal-ilma;

(iii)

it-trasport ta’ persunal u provvisti ta’ rispons għal emerġenza;

(iv)

l-istabbiliment, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza biex tiġi żgurata l-komunikazzjoni matul u wara l-emerġenzi;

(v)

l-istabbiliment, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija ta’ emerġenza matul u wara l-emerġenzi;

(vi)

il-konteniment tal-għargħar għat-tisħiħ tal-istrutturi eżistenti u l-bini ta’ barrieri ġodda għall-prevenzjoni ta’ aktar għargħar mix-xmajjar, mill-baċiri, mill-passaġġi fuq l-ilma b’livelli tal-ilma li jkun qed jiżdied.

2.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jinkludu wkoll attivitajiet ta’ tħejjija*4 direttament relatati mas-servizzi ta’ emerġenza, bħal:

(a)

l-iżvilupp u l-aġġornament tal-pjanijiet rilevanti biex tiġi żgurata l-prontezza tal-attivitajiet ta’ rispons għal emerġenza;

(b)

it-taħriġ u l-bini tal-kapaċità tal-persunal u tal-esperti, u, fejn applikabbli, tal-voluntiera u tal-annimali tas-servizz;

(c)

l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ taħriġ użati għat-taħriġ fir-rispons għall-perikli klimatiċi;

(d)

l-akkwiżizzjoni, il-ħżin, l-aġġornament u l-manutenzjoni tal-mezzi materjali, inkluża partijiet mill-moduli*5 bħala parti mill-assistenza tal-protezzjoni ċivili*6 meħtieġa biex jittaffew il-konsegwenzi immedjati ta’ diżastru;

(e)

l-akkwist, l-installazzjoni, it-tiswija, it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ mill-bogħod ta’ allarmi tan-nirien u ta’ sistemi ta’ twissija bikrija;

(f)

attivitajiet edukattivi u ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji ta’ diżastri mwettqa minn fornituri ta’ servizzi ta’ emerġenza fil-komunità jew immirati lejn partijiet ikkonċernati jew gruppi fil-mira magħżula.

3.

L-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-punti 1 u 2 huma inklużi fejn jistgħu jindirizzaw id-diżastri jew l-impatti tagħhom li huma relatati mal-perikli klimatiċi.

4.

Attivitajiet u assi li l-għan primarju tagħhom huwa differenti mill-forniment ta’ servizzi ta’ emerġenza ċivili, jistgħu jiġu inklużi biss meta jkunu qed jipprovdu appoġġ għal rispons ta’ emerġenza ċivili għal diżastri li jistgħu jiġu attribwiti għal diżastri relatati mal-klima.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma jinkludux attivitajiet imwettqa taħt l-attività “Infrastruttura għall-prevenzjoni u l-protezzjoni mir-riskju ta’ għargħar” (ara t-Taqsima 14.2. ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma jinkludux attivitajiet imwettqa minn operatur responsabbli għad-danni ambjentali f’konformità mad-Direttiva 2004/35/KE.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari A2.40, B9.10, E39.00, H52.23, N80.20, Q84, O84.25, Q86.10, Q86.90, u Q88.99, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.

L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.

Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)

l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)

meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)

valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata mal-iskala tal-attività u

t-tul ta’ ħajja mistenni tagħha, sabiex:

(a)

għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)

għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul il-firxa eżistenti ta’ xenarji futuri*7 konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.

Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima*8, mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ*9 jew bi ħlas.

4.

Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)

ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)

jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura*10 jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastruttura blu jew ħodra*11;

(c)

ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)

jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)

meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal dik l-attività.

5.

Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)

iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)

il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.

L-operatur ta’ din l-attività żviluppa u implimenta pjan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ protezzjoni ambjentali li:

(a)

jidentifika l-impatti klimatiċi dannużi ewlenin tal-assi u l-operazzjonijiet tagħhom rilevanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inklużi l-impatti minn:

(i)

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1*12;

(ii)

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2*13;

(iii)

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3*14;

(b)

jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa biex jiġu mminimizzati l-impatti dannużi identifikati tal-attività fuq il-klima, filwaqt li jinkiseb l-għan ewlieni tas-servizz ta’ emerġenza;

(c)

jispjega l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u jinkludi skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(d)

jimmonitorja u jiddokumenta l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’konformità mal-pjan ta’ żmien u l-livell ta’ titjib miksub.

2.

Il-pjan għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-ambjent huwa:

(a)

ibbażat fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, divulgata pubblikament;

(b)

żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni ambjentali;

(c)

aġġornat meta l-karatteristiċi u t-tħaddim tal-attività jinbidlu b’mod sinifikanti b’tali mod li jbiddel in-natura jew l-iskala tal-impatti fuq il-klima u l-ambjent;

(d)

għal operazzjonijiet ta’ tifi tan-nar, jikkonforma mal-Artikolu 11 tar-Regolament 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*15.

(3)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1.

L-operatur ta’ din l-attività żviluppa u implimenta pjan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ protezzjoni ambjentali li:

(a)

jidentifika l-impatti ambjentali dannużi ewlenin tal-assi u l-operazzjonijiet tagħhom rilevanti għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, inklużi impatti fuq ir-riżorsi tal-ilma u tal-baħar fiż-żoni inklużi fir-reġistri taż-żoni protetti stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/60/KE jew klassifikazzjonijiet jew definizzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali ekwivalenti oħra, inklużi l-impatti negattivi fuq ir-riżorsi tal-ilma ta’ sustanzi ta’ ħsara (bħal sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS)) fil-fowms għat-tifi tan-nar, l-aġenti fl-apparati tat-tifi tan-nar u r-ritardanti tan-nar;

(b)

jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa biex jiġu minimizzati l-impatti dannużi identifikati tal-attività fuq l-ambjent filwaqt li jintlaħaq l-għan ewlieni tas-servizz ta’ emerġenza, bl-integrazzjoni tal-prinċipji ta’ applikazzjoni (fiż-żmien u fiż-żona ttrattata) u twettiq fil-mira f’livelli xierqa (bi preferenza għal metodi fiżiċi jew mhux kimiċi oħra fejn fattibbli) fl-ippjanar ta’ rispons għal emerġenza;

(c)

jispjega l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u jinkludi pjan ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(d)

jimmonitorja u jiddokumenta l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’konformità mal-pjan ta’ żmien u l-livell ta’ titjib miksub.

2.

Il-pjan għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-ambjent huwa:

(a)

ibbażat fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, divulgata pubblikament;

(b)

żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni ambjentali;

(c)

aġġornat meta l-karatteristiċi u t-tħaddim tal-attività jinbidlu b’mod sinifikanti, b’tali mod li jbiddel in-natura jew l-iskala tal-impatti fuq il-klima u l-ambjent.

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1.

L-operatur ta’ din l-attività żviluppa u implimenta pjan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ protezzjoni ambjentali li:

(a)

jidentifika l-impatti ambjentali dannużi ewlenin tal-assi u l-operazzjonijiet tagħhom rilevanti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inklużi l-impatti fuq il-ġenerazzjoni, il-ġestjoni, it-trattament tal-iskart*16, inklużi l-impatti negattivi tal-użu għoli jew frekwenti ta’ prodotti mhux riċiklabbli li jintużaw darba u l-ġestjoni mhux xierqa tal-iskart (kemm perikoluż kif ukoll mhux perikoluż) u l-ħżin u r-rimi ta’ aġenti kimiċi*17 u ta’ skart mediku*18;

(b)

jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa biex jiġu mminimizzati l-impatti dannużi identifikati tal-attività fuq l-ambjent, filwaqt li jintlaħaq l-għan ewlieni tas-servizz ta’ emerġenza, f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*19, inklużi miżuri biex tiġi mminimizzata l-qerda ta’ oġġetti maħżuna mhux użati u prattika tajba tal-industrija għat-tneħħija ta’ infrastruttura temporanja, kif definit fil-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni*20;

(c)

jispjega l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u jinkludi pjan ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(d)

jimmonitorja u jiddokumenta l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’konformità mal-pjan ta’ żmien u l-livell ta’ titjib miksub.

2.

Il-pjan għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-ambjent huwa:

(a)

ibbażat fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, divulgata pubblikament;

(b)

żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni ambjentali;

(c)

aġġornat meta l-karatteristiċi u t-tħaddim tal-attività jinbidlu b’mod sinifikanti, b’tali mod li jbiddel in-natura jew l-iskala tal-impatti fuq il-klima u l-ambjent.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

1.

L-operatur ta’ din l-attività żviluppa u implimenta pjan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ protezzjoni ambjentali li:

(a)

jidentifika l-impatti ambjentali dannużi ewlenin tal-assi u l-operazzjonijiet tagħhom rilevanti għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, inklużi l-impatti mill-emissjonijiet niġġiesa fuq l-arja, l-ilma jew l-art kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*21, inklużi l-impatti negattivi ta’ sustanzi ta’ ħsara fil-fowms għat-tifi tan-nar, fl-aġenti fl-apparati tat-tifi tan-nar, fir-ritardanti tan-nar fuq livelli tat-tniġġis ambjentali u l-impatti negattivi tal-użu tal-aloni fuq it-tnaqqis tas-saff tal-ożonu;

(b)

jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa biex jiġu mminimizzati l-impatti dannużi identifikati tal-attività fuq l-ambjent filwaqt li jintlaħaq l-għan ewlieni tas-servizz ta’ emerġenza;

(c)

jispjega l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u jinkludi pjan ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(d)

jimmonitorja u jiddokumenta l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’konformità mal-pjan ta’ żmien u l-livell ta’ titjib miksub.

2.

Il-pjan għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-ambjent:

(a)

huwa bbażat fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, li tiġi żvelata b’mod trasparenti;

(b)

huwa żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni ambjentali;

(c)

huwa aġġornat meta l-karatteristiċi u t-tħaddim tal-attività jinbidlu b’mod sinifikanti, u potenzjalment ibiddlu n-natura jew l-iskala tal-impatti fuq il-klima u l-ambjent;

(d)

għal operazzjonijiet ta’ tifi tan-nar, jikkonforma mal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*22.

(6)

Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

1.

L-operatur ta’ din l-attività żviluppa u implimenta pjan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta’ protezzjoni ambjentali li:

(a)

jidentifika l-impatti ambjentali dannużi ewlenin tal-assi u l-operazzjonijiet tagħhom rilevanti għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, inklużi l-impatti fuq:

(i)

żoni sensittivi għall-bijodiversità, bħal żoni ta’ Natura2000*23 f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE, u l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE jew klassifikazzjonijiet/definizzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali ekwivalenti oħrajn*24;

(ii)

it-teħid tal-art u l-applikazzjoni tal-“ġerarkija tat-teħid tal-art” kif deskritt fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030, inkluż minħabba l-istabbiliment u t-tħaddim fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil tal-kampijiet ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru;

(b)

jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa biex jiġu mminimizzati l-impatti dannużi identifikati tal-attività fuq l-ambjent filwaqt li jintlaħaq l-għan ewlieni tas-servizz ta’ emerġenza, inklużi azzjonijiet ippjanati biex jiġu mminimizzati r-riskji għal żoni sensittivi għall-bijodiversità, pereżempju, billi tiġi integrata informazzjoni spazjali dwar żoni sensittivi għall-bijodiversità u prinċipji ta’ kura fl-ippjanar ta’ rispons għal emerġenza;

(c)

jispjega l-livell ta’ titjib li jista’ jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti u jinkludi pjan ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri;

(d)

jimmonitorja u jiddokumenta l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’konformità mal-pjan ta’ żmien u l-livell ta’ titjib miksub.

2.

Il-pjan għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-protezzjoni tal-ambjent huwa:

(a)

ibbażat fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, divulgata pubblikament;

(b)

żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni ambjentali;

(c)

aġġornat meta l-karatteristiċi u t-tħaddim tal-attività jinbidlu b’mod sinifikanti, u potenzjalment ibiddlu n-natura jew l-iskala tal-impatti fuq il-klima u l-ambjent.

14.2.   Infrastruttura għall-prevenzjoni u l-protezzjoni tar-riskju ta’ għargħar

Deskrizzjoni tal-attività

L-attività tirreferi għal miżuri strutturali*25 u mhux strutturali*26 li għandhom l-għan li jipprevjenu u jipproteġu lin-nies, lill-ekosistemi, lill-patrimonju kulturali u lill-infrastruttura kontra l-għargħar f’konformità mad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*27.

1.

Il-miżuri strutturali meħuda jinkludu:

(a)

imbankmenti, imbankmenti tax-xmajjar;

(b)

imbankmenti għad-difiża mill-baħar, barrieri kontra l-mareġġati, id-digi, il-ħitan tal-lqugħ f’xatt il-baħar u l-breakwaters;

(c)

il-baċiri ta’ lqugħ online u offline għad-detenzjoni u l-kontroll tal-għargħar f’networks ta’ drenaġġ naturali u artifiċjali;

(d)

miżuri għall-kontroll tal-għargħar billi tiżdied il-kapaċità taż-żamma taż-żoni ta’ qbid, bħall-implimentazzjoni ta’ baċiri ta’ lqugħ distribwiti jew strutturi għall-fajd tad-drenaġġ;

(e)

strutturi idrawliċi biex jirregolaw il-fluss tal-ilma bħal stazzjonijiet tal-ippumpjar, sieqji, kanċelli;

(f)

strutturi ta’ kontroll tas-sediment.

2.

Il-miżuri mhux strutturali meħuda jinkludu:

(a)

kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-għargħar;

(b)

l-immudellar u t-tbassir tal-għargħar, l-immappjar tal-perikli u tar-riskji tal-għargħar;

(c)

l-ippjanar spazjali f’żoni suxxettibbli għall-għargħar immirat lejn it-tnaqqis tar-riskji tal-għargħar, pereżempju billi jiġu applikati restrizzjonijiet għall-użi tal-art u jiġu infurzati l-kriterji ta’ protezzjoni permezz ta’ kodiċijiet tal-bini;

(d)

sistemi ta’ twissija bikrija ta’ għargħar.

L-attività tinkludi t-tfassil, il-kostruzzjoni, l-estensjoni, ir-riabilitazzjoni, l-aġġornament u t-tħaddim ta’ miżuri strutturali jew mhux strutturali.

L-attivitajiet f’din il-kategorija ma jinkludux l-ippjanar, il-kostruzzjoni, l-estensjoni, u l-operat ta’ miżuri fuq skala kbira ta’ ġestjoni tal-għargħar jew tan-nixfa bbażati fuq in-natura u r-restawr tal-art mistagħdra koperti mill-attività “Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-prevenzjoni u l-protezzjoni tar-riskju ta’ għargħar u nixfa” (ara t-Taqsima 3.1. fl-Anness I tar-Regolament Delegat XX.XX.XXXX). L-attività ma tinkludix ukoll infrastruttura għat-trasport fuq l-ilma bħal passaġġi fuq l-ilma, portijiet u marini (ara t-Taqsima 6.16. ta’ dan l-Anness), rispons ta’ emerġenza f’każ ta’ avveniment ta’ għargħar (ara t-Taqsima 14.1. ta’ dan l-Anness), konsulenza dwar il-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih (ara t-Taqsima 9.3) u software li jippermetti l-ġestjoni tar-riskju klimatiku fiżiku u l-adattament għalih (ara t-taqsima 8.4).

L-attivitajiet f’din il-kategorija ma jinkludux il-kostruzzjoni, il-modifika jew it-tneħħija ta’ strutturi ta’ żamma tal-ilma online li jirriżultaw f’sekwestru primarjament għall-finijiet ta’ użu tal-enerġija idroelettrika jew ta’ irrigazzjoni.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi F42.91 tal-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Meta attività ekonomika f’din il-kategorija tikkonforma mal-kriterju ta’ kontribut sostanzjali speċifikat fil-punt 5, l-attività tkun attività ta’ faċilitazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, dment li tissodisfa l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.

L-attività ekonomika implimentat soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) li jnaqqsu b’mod sostanzjali l-aktar riskji klimatiċi fiżiċi importanti li jkunu essenzjali għal din l-attività.

2.

Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi bil-passi li ġejjin:

(a)

l-iskrinjar tal-attività sabiex jiġu identifikati liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika tul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)

meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness, issir valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata r-rilevanza tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)

valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata mal-iskala tal-attività u

t-tul ta’ ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)

għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)

għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-projezzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul il-firxa eżistenti ta’ xenarji futuri*28 konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ projezzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

3.

Il-projezzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u l-metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima*29, mal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ*30 jew bi ħlas.

4.

Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati:

(a)

ma jaffettwawx b’mod ħażin l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għar-riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra;

(b)

jiffavorixxu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura*31 jew jibbażaw, sa fejn ikun possibbli, fuq infrastruttura blu jew ħodra*32;

(c)

ikunu konsistenti mal-pjanijiet u mal-istrateġiji ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali;

(d)

jiġu mmonitorjati u jitkejlu skont indikaturi predefiniti u titqies azzjoni ta’ rimedju meta dawn l-indikaturi ma jkunux issodisfati;

(e)

meta s-soluzzjoni implimentata tkun fiżika u tikkonsisti f’attività li għaliha jkunu ġew speċifikati kriterji ta’ skrinjar tekniku f’dan l-Anness, is-soluzzjoni tikkonforma mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal dik l-attività.

5.

Sabiex attività titqies bħala attività li tiffaċilita kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-operatur ekonomiku juri, permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji klimatiċi attwali u futuri, inkluża l-inċertezza u fuq il-bażi ta’ data robusta, li l-attività tipprovdi teknoloġija, prodott, servizz, informazzjoni, jew prattika, jew tippromwovi l-użi tagħhom b’wieħed mill-objettivi primarji li ġejjin:

(a)

iż-żieda fil-livell ta’ reżiljenza għar-riskji klimatiċi fiżiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn;

(b)

il-kontribut għall-isforzi ta’ adattament ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(3)

L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività ma xxekkilx il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet tal-baħar li diġà jinsabu fi status ambjentali tajjeb kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852 u f’konformità mad-Direttiva 2008/56/KE, li teħtieġ b’mod partikolari li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu pprevenuti jew immitigati l-impatti fir-rigward tad-deskritturi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.

L-attività tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE*33, b’mod partikolari mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

F’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE u b’mod partikolari mal-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu, titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-proġett sabiex jiġu vvalutati l-impatti potenzjali kollha tiegħu fuq l-istatus tal-korpi tal-ilma fl-istess baċir idrografiku u fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu direttament fuq l-ilma, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-kurituri tal-migrazzjoni, tax-xmajjar bi fluss liberu jew tal-ekosistemi qrib il-kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-valutazzjoni hija bbażata fuq data reċenti, komprensiva u akkurata, li tinkludi data ta’ monitoraġġ fuq elementi tal-kwalità bijoloġika li huma speċifikament sensittivi għal alterazzjonijiet idromorfoloġiċi, u fuq l-istatus mistenni tal-korp tal-ilma bħala riżultat tal-attivitajiet il-ġodda, meta mqabbel ma’ dak kurrenti tiegħu.

Il-valutazzjoni tikkunsidra, b’mod partikolari, l-impatti akkumulati tal-proġett fuq infrastruttura eżistenti jew ippjanata oħra fil-baċir idrografiku. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni tal-impatt, ġie stabbilit li l-proġett huwa konċepit, skont id-disinn u l-post u permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni, sabiex ikun konformi ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-proġett ma jinvolvi l-ebda deterjorament u lanqas ma jikkomprometti l-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li huwa relatat miegħu;

(b)

fejn il-proġett jirriskja li jiddeterjora jew jikkomprometti l-kisba ta’ status/potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma speċifiku li jkun relatat miegħu, tali deterjorament ma jkunx sinifikanti, u jkun iġġustifikat minn valutazzjoni dettaljata tal-kostijiet u l-benefiċċji li turi dawn it-tnejn li ġejjin:

(i)

ir-raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku jew il-fatt li l-benefiċċji mistennija mill-proġett ta’ infrastruttura ta’ navigazzjoni ppjanat, f’termini ta’ benefiċċji għall-mitigazzjoni/għall-adattament għat-tibdil fil-klima, jisbqu l-ispejjeż mid-deterjorament tal-istatus tal-ilma li jakkumulaw għall-ambjent u għas-soċjetà;

(ii)

il-fatt li l-interess pubbliku prevalenti jew il-benefiċċji mistennija mill-attività ma jistgħux, għal raġunijiet ta’ fattibbiltà teknika jew ta’ kost sproporzjonat, jinkisbu b’mezzi alternattivi li jkunu jwasslu għal eżitu ambjentali aħjar (bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, post alternattiv, riabilitazzjoni/rinnovazzjoni ta’ infrastrutturi eżistenti, jew l-użu ta’ teknoloġiji li ma jfixklux il-kontinwità tax-xmara).

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni teknikament fattibbli u ekoloġikament rilevanti kollha jkunu implimentati sabiex jitnaqqsu l-impatti avversi fuq l-ilma kif ukoll fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti li jiddependu b’mod dirett fuq l-ilma.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jinkludu, fejn rilevanti u skont l-ekosistemi preżenti b’mod naturali fil-korpi tal-ilma affettwati:

(a)

miżuri li jiżguraw kundizzjonijiet kemm jista’ jkun qrib ta’ kontinwità mhux disturbata, inklużi miżuri li jiżguraw kontinwità lonġitudinali u laterali, fluss ekoloġiku minimu u fluss tas-sediment;

(b)

miżuri li jipproteġu jew itejbu l-kundizzjonijiet morfoloġiċi u l-ħabitats għall-ispeċijiet akkwatiċi;

(c)

miżuri sabiex jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-ewtrofikazzjoni.

L-effettività ta’ dawk il-miżuri hija ssorveljata fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni jew tal-permess li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet immirati lejn il-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-korp tal-ilma affettwat.

Il-proġett ma jikkompromettix b’mod permanenti l-kisba ta’ status/potenzjal tajjeb fi kwalunkwe wieħed mill-korpi tal-ilma fl-istess żona tal-baċir idrografiku.

Minbarra l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija hawn fuq, u fejn rilevanti, jiġu implimentati miżuri kompensatorji sabiex jiġi żgurat li l-proġett ma jirriżultax f’deterjorament ġenerali tal-istatus tal-korpi tal-ilma fl-istess żona tal-baċir idrografiku. Dan huwa miksub bir-restawr tal-kontinwità (lonġitudinali jew laterali) fl-istess żona tal-baċir idrografiku sa livell li jikkumpensa t-tfixkil tal-kontinwità, li l-proġett tal-infrastruttura tan-navigazzjoni ppjanat jista’ jikkawża. Il-kumpens jibda qabel l-eżekuzzjoni tal-proġett.

(4)

Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi relatati mal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u jqisu l-aħjar tekniki disponibbli. Tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni*34. L-operaturi jużaw d-demolizzjoni selettiva biex jippermettu t-tneħħija u l-immaniġġjar sikur ta’ sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.

(5)

Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Jiġu implimentati miżuri xierqa biex jiġi evitat u mmitigat it-tifwir tal-ilma tal-maltemp li jagħmel il-ħsara mis-sistema kombinata ta’ ġbir tal-ilma mormi, li tista’ tinkludi SUDS, sistemi separati ta’ ġbir tal-ilma tal-maltemp, tankijiet ta’ żamma u trattament tal-ewwel flaxxjar.

(6)

Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Addizzjonalment, dan li ġej għandu jiġi żgurat:

(a)

fl-UE, b’rabta mas-siti ta’ Natura 2000: l-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000 fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom abbażi ta’ valutazzjoni xierqa mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE;

(b)

fl-UE, fi kwalunkwe żona: l-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tal-poplazzjonijiet tal-ispeċi protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. L-attività lanqas ma hija ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE fi status ta’ konservazzjoni favorevoli;

(c)

fl-UE, l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi prevenuta, jew it-tixrid tagħhom jiġi ġestit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014;

(d)

barra mill-UE, l-attivitajiet jitwettqu f’konformità mal-liġi applikabbli relatata mal-konservazzjoni tal-ħabitat, tal-ispeċijiet u l-immaniġġjar ta’ speċijiet aljeni invażivi.

*1

Pereżempju, il-gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għal faċilitajiet tal-kura tas-saħħa reżiljenti għall-klima u ambjentalment sostenibbli, 2020, disponibbli fuq: https://www.who.int/publications/i/item/9789240012226 u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; 2020. Liċenzja: CC BY-NC-SA 3.0 IGO) l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Smart Hospitals Toolkit, Organizzazzjoni Pan-Amerikana tas-Saħħa, 2017, disponibbli fuq: https://cdn.who.int/media/docs/default-source/climate-change/smart-hospital-toolkit-paho.pdf.

*2

Pereżempju, il-linji gwida 2020 tal-Grupp Konsultattiv Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ (INSARAG), “Volume II: Preparedness and response” u “Volume III: Operational Field Guidance”, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet umanitarji (OCHA), disponibbli fuq: www.insarag.org.

*3

Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

*4

“Tħejjija” tfisser stat ta’ prontezza u kapaċità ta’ mezzi, strutturi, komunitajiet u organizzazzjonijiet umani u materjali li jippermettilhom jiżguraw reazzjoni rapida u effettiva għal diżastru, miksub b’riżultat tal-azzjoni meħuda minn qabel.

*5

Modulu għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa derivat mid-definizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE li tistabbilixxi Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, biex ifisser “arranġament awtosuffiċjenti u awtonomu ibbażat fuq kompiti u ħtiġijiet […] jew tim mobbli operazzjonali […], li jirrappreżenta taħlita ta’ mezzi umani u materjali, li jista’ jkun deskritt f’termini tal-kapaċità tiegħu għal intervent jew tal- kompitu/i li huwa kapaċi jwettaq;” . Il-mezzi materjali jinkludu t-trasport meħtieġ biex jappoġġa l-intervent ta’ emerġenza kif rilevanti. Eżempji ta’ mezzi materjali meħtieġa għal tipi differenti ta’ moduli ta’ rispons għal servizz ta’ emerġenza huma stabbiliti fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2014/762 u 2019/570 (UCPM), pereżempju, il-mezzi materjali relatati mat-tifi tan-nar mill-ajru jew mill-art bħal ħelikopters, inġenji tal-ajru u vetturi, dgħajjes għas-salvataġġ u mezzi tal-ajru għall-evakwazzjoni medika.

*6

“Assistenza ta’ protezzjoni ċivili” tfisser skwadri, esperti jew moduli intiżi għall-protezzjoni ċivili, bit-tagħmir tagħhom, kif ukoll materjal jew provvisti ta’ għajnuna meħtieġa biex jittaffew il-konsegwenzi immedjati ta’ diżastru. L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom (notifikata bid-dokument C(2014) 7489) (2014/762/UE).

*7

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profili rappreżentattivi tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

*8

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

*9

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

*10

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://research-and-innovation.ec.europa.eu/research-area/environment/nature-based-solutions_en).

*11

Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM(2013) 249 final).

*12

“Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1” tfisser l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra li jseħħu minn sorsi li huma proprjetà tal-operatur jew ikkontrollati minnu, inklużi l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport ta’ emerġenza fuq l-art, l-ilma u fl-arja.

*13

“Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2” tfisser l-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku kkunsmat mill-operatur.

*14

“Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3” tfisser l-emissjonijiet indiretti kollha ta’ gassijiet serra li ma humiex koperti fl-ambitu 2. Ara l-Karta dwar il-Klima, “Humanitarian Carbon Calculator”, 2023, għal gwida dwar kif tiġi kkalkolata l-impronta tal-karbonju tal-organizzazzjonijiet umanitarji, https://www.climate-charter.org/humanitarian-carbon-calculator/

*15

Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

*16

Kif definit fil-lista tal-iskart tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE.

*17

Bħal dawk f’fowms għat-tifi tan-nar, aġenti fl-apparati tat-tifi tan-nar, ritardanti tan-nar.

*18

Ara l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, Medical Waste Management, 2011, disponibbli fuq: https://www.icrc.org/en/doc/assets/files/publications/icrc-002-4032.pdf.

*19

Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

*20

Il-Protokoll u l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni u is-Suq Inter, l-Industrija, l-Intraprenditorija u SMEs, disponibbli fuq: https://single-market-economy.ec.europa.eu/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_en.

*21

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

*22

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1).

*23

Elenkati fil-viżwalizzatur ta’ Natura 2000, ara l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-viżwalizzatur tan-network ta’ Natura 2000, https://natura2000.eea.europa.eu/.

*24

Inklużi l-impatti li jinħolqu minħabba l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ kampijiet ta’ għajnuna f’każ ta’ diżastru, l-impatti fuq żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità minħabba l-introduzzjoni/it-tixrid mhux intenzjonat ta’ materjali perikolużi jew minħabba n-nuqqas ta’ protezzjoni matul ir-rispons għal materjali perikolużi.

*25

Li jinvolvu strutturi tal-inġinerija ċivili.

*26

Li ma jinvolvux strutturi tal-inġinerija ċivili.

*27

Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

*28

Ix-xenarji futuri jinkludu l-profili rappreżentattivi tal-evoluzzjoni tal-konċentrazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.

*29

Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: L-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.

*30

Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.

*31

Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (verżjoni ta’ 27.6.2023: https://research-and-innovation.ec.europa.eu/research-area/environment/nature-based-solutions_en).

*32

Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM(2013) 249 final).

*33

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u ta’ protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew fuq il-potenzjal ekoloġiku tal-korp jew tal-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati jiġi vvalutat u 2) id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status tajjeb/potenzjal ekoloġiku tajjeb tiġi evitata jew, fejn dan ma jkunx possibbli, 3) tkun iġġustifikata min-nuqqas ta’ alternattivi ambjentali aħjar li ma jkunux sproporzjonatament għaljin/teknikament infattibbli, u ttieħdu l-passi possibbli kollha sabiex jiġi mmitigat l-impatt avvers fuq l-istatus tal-korp tal-ilma.

*34

Il-Protokoll u l-Linji Gwida tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs (europa.eu) https://single-market-economy.ec.europa.eu/content/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-0_mt.”

(24)

fl-Appendiċi B, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-attività ma xxekkilx l-ilħuq ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet marini li diġà jinsabu fi stat ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2008/56/KE*1, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.

*1

Id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3, il-punt 5 tad-Direttiva 2008/56/KE tipprevedi b’mod partikolari li status ambjentali tajjeb għandu jiġi ddeterminat abbażi tad-deskritturi kwalitattivi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.”

(25)

fl-Appendiċi C, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

sustanzi, kemm jekk waħedhom, jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (w/w) u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li kienu identifikati f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament għal perjodu ta’ mill-inqas 18-il xahar, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati*1;

*1

Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni tal-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu tas-sustanzi msemmija fil-punt (f) ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.”;

(26)

fl-Appendiċi C, jitħassar il-punt (g);

(27)

fl-Appendiċi C, jiżdied il-paragrafu segwenti wara l-punt (f):

“Addizzjonalment, l-attività ma twassalx għall-manifattura, il-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew it-tqegħid fis-suq, ta’ sustanzi oħra, kemm jekk waħedhom jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (wieght by weight, w/w) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għal waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew mill-kategoriji ta’ periklu msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw taħt kundizzjonijiet ikkontrollati*1.

*1

Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mill-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew mit-tqegħid fis-suq tas-sustanzi msemmija f’dan il-paragrafu ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.”.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2485/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)